02007D0307 — MT — 16.12.2016 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2007

dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1)ACS-BNØØ7-1 u l-prodotti derivati tagħha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1809)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/307/KE)

(ĠU L 117 5.5.2007, p. 23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/69/UE tat-3 ta’ Frar 2012

  L 34

12

7.2.2012

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2268 It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 342

34

16.12.2016




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2007

dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1)ACS-BNØØ7-1 u l-prodotti derivati tagħha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1809)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/307/KE)



▼M2

Artikolu 1

1.  Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv tal-kolza ACS-BNØØ7-1 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dak l-organiżmu ġenetikament modifikat fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.

2.  Il-preżenza ta' materjal li fih il-kolza ACS-BNØØ7-1, li jikkonsisti fih jew li huwa prodott minnu fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:

(a) tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u

(b) tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.

3.  Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għall-kolza ACS- BNØØ7-1 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(crms).

▼B

Artikolu 2

In-noti fir-Reġistru tal-Komunità ta’ l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar il-kolza ACS-BNØØ7-1, għandhom jiġu modifikati sabiex jinkludu d-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein, Il-Ġermanja.