02007D0116 — MT — 06.03.2023 — 003.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2007

dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’“116” għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 249)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/116/KE)

▼B

(ĠU L 049 17.2.2007, p. 30)

Emendata bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Ottubru 2007

  L 284

31

30.10.2007

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 317

46

3.12.2009

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/468 tal-25 ta’ Novembru 2022

  L 68

96

6.3.2023

Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p.  521  (116/2007)

▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2007

dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’“116” għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 249)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/116/KE)

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Il-firxa ta’ numri li jibdew b’“116” għandhom ikunu rriservati fil-pjanijiet nazzjonali tan-numri tat-telefown għal numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali.

In-numri speċifiċi fi ħdan din il-firxa ta’ numri u s-servizzi li għalihom in-numri huma rriservati huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Servizz armonizzat ta’ valur soċjali

“Servizz armonizzat ta’ valur soċjali” huwa servizz li jikkorrispondi għal deskrizzjoni komuni u li l-individwi għandhom aċċess għalih permezz ta’ numru tat-telefown bla ħlas, li għandu valur potenzjali għal ċittadini ta' pajjiżi oħra li jkunu qed iżuru l-pajjiż u li jaqdi ħtieġa soċjali speċifika, b'mod partikolari servizz li jikkontribwixxi għall-benessri jew is-sikurezza taċ-ċittadini, jew ta' gruppi partikolari ta’ ċittadini, jew li jgħin liċ-ċittadini li jsibu rwieħhom f’diffikultà.

Artikolu 3

Ir-riservar ta’ numri speċifiċi fil-firxa ta’ numri “116”

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

a) 

in-numri elenkati fl-Anness jintużaw biss għal servizzi li għalihom ikunu ġew irriservati;

b) 

ma jintużawx n-numri fi ħdan il-firxa ta’ numri “116” li mhumiex elenkati fl-Anness;

c) 

in-numru 116112la jkun allokat u lanqas jintuża għal kwalunkwe servizz.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt għall-użu tan-numri armonizzati

L-Istati Membri għandhom jassoċjaw dawn il-kundizzjonijiet mad-dritt għall-użu ta’ numri armonizzati għall-provvista ta’ servizzi arminzzati ta’ valur soċjali:

a) 

Il-fornituri tas-servizz jipprovdi liċ-ċittadini informazzjoni, jew assistenza, jew għodda ta' rappurtar, jew xi kombinazzjoni ta' dawn;

b) 

Is-servizz ikun miftuħ għaċ-ċittadini kollha bla ebda rekwiżit ta' reġistrazzjoni minn qabel;

c) 

Is-servizz ma jkunx limitat biż-żmien;

d) 

Ma jkun hemm l-ebda ħlas, jew impenn ta' ħlas, bħala prerekwiżit għall-użu tas-servizz;

e) 

L-attivitajiet li ġejjin huma esklużi waqt telefonata: reklamar, divertiment, kumerċjalizzazzjoni u bejgħ, l-użu tat-telefonata għall-bejgħ ta' servizzi kummerċjali fil-futur.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kundizzjonijiet speċifiċi għad-dritt għall-użu ta’ numri armonizzati kif stipulati fl-Anness.

Artikolu 5

Allokazzjoni ta’ numri armonizzati

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li minn [data tal-adozzjoni +6  xhur] l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista’ talloka n-numri msemmija fl-Anness.
2.  
It-tniżżil fil-lista ta’ numru speċifiku u s-servizz armonizzat ta’ valur soċjali assoċjat miegħu lill-Istati Membri ma jobbligahomx jiżguraw li s-servizz in kwistjoni jingħata fit-territorju tagħhom.
3.  
Ġaladarba numru jkun ġie elenkat fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw fil-livell nazzjonali t-tagħrif li numru speċifiku huwa disponibbli għall-provvista tas-servizz armonizzat assoċjat ta’ valur soċjali, u li jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-użu ta’ dan in-numru speċifiku.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru tan-numri armonizzati kollha, flimkien mas-servizzi armonizzati ta’ valur soċjali assoċjati magħhom, li jkunu disponibbli fit-territorju tagħhom. Ill-pubbliku għandu jkollu aċċess faċli għar-reġistru.

Artikolu 6

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull tant żmien lill-Kummissjoni dwar l-użu effettiv tan-numri elenkati fl-Anness għall-provvista tas-servizzi assoċjati fit-territorju tagħhom.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3

ANNESS

Lista ta’ numri riżervati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali

Numru

Servizz li għalih in-numru huwa riżervat

Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ dan in-numru

116 000

Isem is-servizz:

Hotline għat-tfal neqsin

Deskrizzjoni:

Is-servizz (a) jirċievi telefonati li jirrapportaw tfal neqsin u jgħaddihom lill-pulizija; (b) joffri gwida lill-persuni responsabbli għat-tfal neqsin u jappoġġahom; (c) jappoġġa l-investigazzjoni.

Is-servizz huwa kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu).

116 006

Isem is-servizz:

Linja tal-għajnuna għall-vittmi ta’ reat kriminali

Deskrizzjoni:

Is-servizz jippermetti li l-vittmi ta’ reat kriminali jsibu appoġġ emozzjonali fit-tali ċirkustanzi, ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-modi kif jitolbu d-drittijiet tagħhom, u jiġu riferuti għall-organizzazzjonijiet rilevanti. B’mod partikolari, jipprovdi informazzjoni dwar (a) il-pulizija lokali u l-proċedimenti tal-ġustizzja kriminali; (b) possibbiltajiet ta’ kumpens u kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni. Jipprovdi wkoll appoġġ fis-sejbien ta’ sorsi oħra ta’ għajnuna rilevanti għall-vittmi ta’ reat kriminali.

Meta s-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz irid jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li tkun faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli.

116 016

Isem is-servizz:

Linja għall-għajnuna għall-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa

Deskrizzjoni:

Is-servizz jippermetti li l-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa jsibu assistenza u appoġġ, ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-modi kif jitolbu d-drittijiet tagħhom, u jiġu riferuti għall-organizzazzjonijiet rilevanti.

Meta s-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz irid jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li tkun faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli.

116 111

Isem is-servizz:

Linji għall-għajnuna għat-tfal

Deskrizzjoni:

Is-servizz jgħin lit-tfal li jeħtieġu l-kura u l-protezzjoni u jqabbadhom ma’ servizzi u riżorsi; jagħti l-opportunità lit-tfal li jesprimu t-tħassib tagħhom, li jitkellmu dwar kwistjonijiet li qed jaffettwawhom direttament u jikkuntattjaw lil xi ħadd f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Meta s-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz irid jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li tkun faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli.

116 117

Isem is-servizz:

Servizz tal-għassa medika għal każijiet mhux ta’ emerġenza

Deskrizzjoni:

Is-servizz jidderieġi lil dawk li jċemplu għall-assistenza medika xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom, li jkunu urġenti imma mhux ta’ theddida għall-ħajja, speċjalment, imma mhux esklużivament, barra mill-ħinijiet normali tal-uffiċċju, matul tmiem il-ġimgħa u fil-vaganzi pubbliċi. Iqabbad lil min iċempel ma’ persuna kwalifikata u li tagħti l-appoġġ, jew iqabbad lil min iċempel direttament ma’ tabib jew ma’ min imexxi l-klinika kkwalifikati.

Meta s-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz irid jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li tkun faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli.

116 123

Isem is-servizz:

Linji għas-sostenn emozzjonali

Deskrizzjoni:

Is-servizz jippermetti lil min iċempel li jibbenifika minn relazzjoni umana ġenwina msejsa fuq smigħ li huwa ħieles minn kull ġudizzju. Joffri sostenn emozzjonali lil dawk li jċemplu li jsofru mis-solitudni, fi stat ta’ kriżi psikoloġika jew li jkunu qed jikkontemplaw is-suwiċidju.