2006R2019 — MT — 28.06.2012 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2019/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 327/98 u (KE) Nru 955/2005 li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur tar-ross

(ĠU L 384, 29.12.2006, p.48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011

  L 325

6

8.12.2011

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012

  L 148

1

8.6.2012




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2019/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 327/98 u (KE) Nru 955/2005 li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur tar-ross



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 ( 1 ), u b’mod partikolari l-ewwel Artikolu tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta’ Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja fil-qafas tal-Artikolu XXIII tal-GATT ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross ( 3 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli amministrati b’sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni ( 4 ) japplika għal-liċenzji għall-importazzjoni għall-perijodi ta’ kwota tariffarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2007.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b’mod partikolari l-arranġamenti relatati mar-rikjesti, l-kwalità tal-applikant, kif ukoll il-ħruġ tal-liċenzji. Dan ir-Regolament jillimita ż-żmien li fih ikunu validi l-liċenzji għall-aħhar jum tal-perijodu ta’ kwota tariffarja u japplika mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stabbiliti mir-Regolamenti settorjali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi [NM] 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 ( 5 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' fl-10 ta’ Frar 1998. li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur ( 6 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 tat-23 ta’ Ġunju 2005 li jiftaħ kwota għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ross li ġej mill-Eġittu ( 7 ), għandhom dispożizzjonijiet differenti minn xulxin jew jirrepetu xi regoli komuni li kienu stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Għalhekk għandhom jiġu adattati dawn ir-Regolamenti sabiex jitneħħew ir-regoli diverġenti jew li jkunu żejda, jiġu speċifikati n-numri ta’ ordni ta’ kull kwota u sub-kwota u jiġu stabbiliti r-regoli speċifiċi applikabbli, b’mod partikolari għall-istabbiliment tar-rikjesti għal-liċenzji, il-ħruġ tagħhom, iż-żmien li fih ikunu validi u r-rapport tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(4)

Sabiex jiġu armonizzati u ssimplifikati dawn ir-Regolamenti, għandhom jitneħħew id-dispożizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fir-Regolamenti orizzontali jew settorjali ta’ applikazzjoni, li huma, minbarra ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 8 ), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross ( 9 ), u li jitneħħew id-dispożizzjonijiet li ma japplikawx aktar.

(5)

Għal skop ta’ simplifikazzjoni għandu jiġi stabbilit li l-kwantitajiet ta’ inqas minn 20 tunnellata attribwiti wara l-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti ta’ attribuzzjoni, jkunu amministrati b’mod omoġenju fir-Regolament (KE) Nru 2058/96, ir-Regolament (KE) Nru 327/98 u r-Regolament (KE) Nru 955/2005.

(6)

Sabiex titjieb l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji mifuħa mir-Regolament (KE) Nru 2058/96 u r-Regolament (KE) Nru 955/2005, huwa neċessarju li l-operaturi jibqgħu jingħataw l-permess li jippreżentaw aktar minn rikjesta waħda għal-liċenzja għal kull perijodu ta’ kwota u għalhekk li ssir deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1301/2006. Minbarra hekk, sabiex jitjieb il-kontroll ta’ dawn iż-żewġ kwoti, kif ukoll biex tiġi armonizzata u ssimplifikata l-amminstrazzjoni tagħhom, għandu jiġi stabbilit li r-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni jsiru kull ġimgħa.

(7)

Il-liġi doganali li tapplika għall-importazzjoni tar-ross miksur hija stabbilita fl-Artikolu 11d tar-Regolament Nru 1785/2003, u għalhekk m’għandhiex tkompli ssir referenza għan-nomenklatura magħquda u għaldaqstant għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2058/96.

(8)

Għal dawk il-kwoti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 327/98 li huma amministrati fuq il-bażi ta’ liċenzja għall-esportazzjoni, jeħtieġ li l-operaturi li għandhom aktar minn liċenzja waħda għall-esportazzjoni jitkomplu jitħallew jippreżentaw aktar minn rikjesta waħda għal-liċenzja għall-importazzjoni għal kull sub-perijodu ta’ kwota u għalhekk li ssir deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, sabiex jiġu assigurati l-kontrolli adattati għal dawn l-importazzjonijiet. Barra minn hekk, l-ammont ta’ garanzija relatat mal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross miksur stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 327/98 għandu jsir konsistenti mal-ammont ta’ garanzija stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003.

(9)

Rigward ir-Regolament (KE) Nru 955/2005, għandhom jiġu speċifikati r-referenzi tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 u jiġi speċifikat li ż-żmien li fih ikunu validi l-liċenzji għall-importazzjoni huwa kkalkolat mid-data tal-ħruġ b’mod effettiv tal-liċenzja.

(10)

Għandhom jiġu applikati dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2007, id-data minn meta l-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplikaw.

(11)

Għaldaqstant, il-perijodu li fih jinġabru l-ewwel rikjesti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2058/96 u r-Regolament (KE) Nru 955/2005 fl-2007 jibda fi btala pubblika, u għalhekk għandu jiġi stabbilit li l-ewwel rikjesti għandhom jiġu ppreżentati mill-operaturi fl-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 u li dan l-ewwel perijodu li fih jinġabru r-rikjesti jispiċċa l-aktar tard it-Tnejn it-8 ta’ Jannar 2007. Għandu jiġi speċifikat ukoll li r-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ dan l-ewwel perijodu għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni, l-aktar tard sat-Tnejn it-8 ta’ Jannar 2007.

(12)

Għalhekk għandhom jiġu emendati r-Regolament (KE) Nru 2058/96, ir-Regolament (KE) Nru 327/98 u r-Regolament (KE) Nru 955/2005.

(13)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M2 —————

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 jiġi mibdul kif ġej:

1. l-ewwel Artikolu jiġi emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel inċiż il-kliem “b’mod konformi mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003” jiġu mibdula bil-kliem “b’mod konformi mal-Artikoli 11, 11a, 11c u 11d tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003”.

(b) it-tieni inċiż jitneħħa,

(c) ir-raba’ inċiż li ġej jiġi miżjud:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 10 ) japplikaw ħlief jekk ikun hemm xi dispożizzjonijiet kuntrarji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. L-Artikolu 2 jiġi emendat ki ġej:

(a) il-paragrafu 2 jitneħħa.

(b) il-paragrafu 3 jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.  B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jippreżenta aktar minn rikjesta waħda għal kull perijodu ta’ kwota. Għaldaqstant l-applikant jista’ jippreżenta rikjesta għal liċenzja waħda biss f’kull ġimgħa għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri.”

3. L-Artikolu 3 jiġi emendat ki ġej:

(a) il-paragrafu 2 jitneħħa.

(b) fil-paragrafu 3, il-kliem “b’mod konformi mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003” jiġi mibdul bil-kliem “b’mod konformi mal-Artikoli 11, 11a, 11c u 11d tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003”.

4. L-Artikolu 4 jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 4

1.  Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-aktar tard nhar ta’ Tnejn fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

Għaldaqstant, għas-sena 2007, il-perijodu ta’ meta jinġabru l-ewwel rikjesti jibda biss mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 u jispiċċa l-aktar tard fit-8 ta’ Jannar 2007, u l-ewwel nhar ta’ Tnejn li fih isir ir-rapport tar-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod konformi mal-Artikolu 5(a) huwa t-Tnejn 8 ta’ Jannar 2007.

2.  Il-liċenzja għall-importazzjoni toħroġ fit-tmien jum ta’ xogħol wara l-aħħar jum li fih jinġabru r-rikjesti sakemm il-kwanitità stabbilita fl-ewwel Artikolu ma tkunx intlaħqet.

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja għall-importazzjoni huwa limitat għall-aħħar tax-xahar wara dak li fih tkun inħarġet b’mod effettiv.

3.  Meta l-kwantitajiet mitluba fi żmien ġimgħa jaqbżu l-kwantità disponibbli tal-kwota stabbilita fl-ewwel Artikolu, il-Kummissjoni tistabbilixxi, l-aktar tard sar-raba’ jum ta’ xogħol wara l-aħhar ġurnata li fiha jinġabru r-rikjesti għal dik il-ġimgħa, koeffiċjent ta’ attribuzzjoni tal-kwantitajiet mitluba matul dik il-ġimgħa, tirrifjuta r-rikjesti ippreżentati għall-ġimgħat ta’ wara u twaqqaf il-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni sal-aħhar ta’ dik is-sena.

4.  Meta l-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni stabbilit fil-paragrafu 3 jirriżulta fi kwantità waħda jew aktar ta’ inqas minn 20 tunnellata għal kull rikjesta, l-attribuzzjoni tat-totalità ta’ dawn il-kwantitajiet issir mill-Istat Membru permezz ta’ tlugħ bix-xorti fost l-operaturi kkonċernati b’lottijiet ta’ 20 tunnellata, miżjud bil-kwantità li jifdal imqassma b’mod ugwali bejn il-lottijiet ta’ 20 tunnellata. Għaldaqstant, jekk l-addizzjoni tal-kwantitajiet ta’ inqas minn 20 tunnellata ma tippermettix li jsir lott ta’ 20 tunnellata, l-attribuzzjoni tal-kwantità li jifdal hija mqassma mill-Istat Membru b’mod ugwali bejn l-operaturi li għandhom liċenzja ta’ 20 tunnellata jew aktar.

Jekk wara l-applikazzjoni tal-ewwel inċiż, il-kwantità li għaliha għandha toħroġ il-liċenzja hija inqas minn 20 tunnellata, ir-rikjesta għal-liċenzja tista’ tiġi rtirata mill-operatur fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data ta’ implimentazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni.”

5. L-Artikolu 5 jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni b’mod elettroniku:

(a) fl-aħħar ġurnata li fiha jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-aktar tard sas-18.00 ħin ta’ Brussell, l-informazzjoni relatata mar-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’analiżi statistika għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri tal-kwantitajiet li għalihom saru dawn ir-rikjesti.

(b) sa mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, l-informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa, stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b’analiżi statistika għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni.

(c) sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet totali li b’mod effettiv tpoġġew f’ċirkulazzjoni libera b’applikazzjoni ta’ din il-kwota matul it-tielet xahar mill-aħhar, b’analiżi statistika għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri. Jekk ma tpoġġa xejn f’ċirkulazzjoni libera matul il-perijodu, jintbagħat rapport ‘null’.”

6. L-Artikolu 6 jitneħħa.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fid-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

( 2 ) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.

( 3 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 797/2006 tal-(ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

( 4 ) ĠU L 238, 31.8.2006, p. 13.

( 5 ) ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7 Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).

( 6 ) ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 965/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 12).

( 7 ) ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5.

( 8 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 9 ) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 945/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 12).

( 10 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”