02006R1987 — MT — 28.12.2020 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 1987/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

(ĠU L 381 28.12.2006, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2018/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Novembru 2018

  L 295

99

21.11.2018

►M2

REGOLAMENT (UE) 2018/1861 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-28 ta' Novembru 2018

  L 312

14

7.12.2018


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 023, 29.1.2015, p.  19 (1987/2006)




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 1987/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Stabbiliment u skop ġenerali tas-SIS II

1.  
Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (is-“SIS II”) hija stabbilita b'dan.
2.  
L-għan tas-SIS II għandu jkun, f'konformità ma' dan ir-Regolament, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż iż-żamma ta' sigurtà u ordni pubblika u l-ħarsien ta' sigurtà fit-territorji ta' l-Istati Membri u li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III rigward il-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta' l-informazzjoni kkomunikata permezz ta' din is-sistema.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u għall-ipproċessar fis-SIS II ta’ allerti fir-rigward ta' ċittadini ta’ pajjiż terz, l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u data addizzjonali għall-iskop li jiġi rifjutat id-dħul jew is-soġġorn fit-territorju ta’ Stat Membru.
2.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet b'mod partikolari dwar l-arkitettura teknika tas-SIS II, ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri u ta' l-awtorità tat-tmexxija msemmija fl-Artikolu 15, l-ipproċessar ġenerali tad-data, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u r-responsabbiltà.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“allert” tfisser sett ta’ data mdaħħla fis-SIS II li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna bil-ħsieb li jieħdu azzjoni speċifika;

(b) 

“informazzjoni supplimentari” tfisser l-informazzjoni mhux maħżuna fis-SIS II, iżda konnessa ma' allerti tas-SIS II, li ser tiġi skambjata:

(i) 

sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw jew jinformaw lil xulxin meta jdaħħlu allert;

(ii) 

wara riżultat pożittiv għal tfittxija, sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni adatta;

(iii) 

meta l-azzjoni meħtieġa ma tistax tittieħed;

(iv) 

waqt li tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-data tas-SIS II;

(v) 

waqt li tkun qed tiġi trattata l-kompatibbiltà u l-prijorità ta' l-allerti;

(vi) 

meta jkun qed jiġu trattati d-drittijiet għal aċċess;

(ċ) 

data addizzjonali” tfisser id-data maħżuna fis-SIS II u konnessa ma' allerti tas-SIS II li ser issir disponibbli minnufih għall-awtoritajiet kompetenti meta persuni li dwarhom tkun iddaħħlet data fis-SIS II tinstab bħala riżultat ta' tiftix;

(d) 

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe individwu li la hu:

(i) 

ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea fis-sens ta’ l-Artikolu 17 (1) tat-Trattat KE; u lanqas

(ii) 

ċittadin ta’ pajjiż terz li, skond ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u dawn il-pajjiżi min-naħa l-oħra, għandu drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea;

(e) 

data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament;

(f) 

“proċessar ta’ data personali” (“proċessar”) tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal kollezzjoni, reġistrar, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew tibdil, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta’ trasmissjoni, disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod ieħor, allinjament jew kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda.

Artikolu 4

Struttura teknika u modi kif titħaddem is-SIS II

1.  

Is-SIS II għandha tkun magħmula minn:

(a) 

sistema ċentrali (“is-SIS II Ċentrali”) magħmula minn:

— 
funzjoni ta' appoġġ tekniku (is-“CS-SIS”) li jkun fiha d-database tas-SIS II;
— 
interface nazzjonali uniformi (l-“NI-SIS”);
(b) 

sistema nazzjonali (l-“N. SIS II”) f'kull wieħed mill-Istati Membri, li tikkonsisti fis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N. SIS II jista' jkun fiha fajl ta' data (“kopja nazzjonali”), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali mid-database SIS II;

(ċ) 

infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS (l-“Infrastruttura tal-Komunikazzjoni”) li tipprovdi network virtwali kripotografiku ddedikat għad-data tas-SIS II u l-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artikolu 7 (2).

2.  
Id-data tas-SIS II għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata u titfittex permezz tas-sistemi varji ta' l-N. SIS II. Għandha tkun disponibbli kopja nazzjonali bil-għan li jitwettaq tiftix awtomatiku fit-territorju ta' kull wieħed mill-Istati Membri li jużaw tali kopja. M'għandux ikun possibbli li jsir tiftix fil-fajls ta' data ta' l-N. SIS II ta' Stati Membri oħrajn.
3.  
Is-CS-SIS, li twettaq amministrazzjoni u superviżjoni teknika, ser tinsab fi Strasburgu (Franza) u CS-SIS ta' riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' ħsara f'din is-sistema, ser tinsab f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).
4.  

Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul ugħall-aġġornament tad-data tas-SIS II, inkluż it-tiftix fid-database SIS II. Għall-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali, is-CS-SIS għandha:

(a) 

tipprovdi l-aġġornament on-line tal-kopji nazzjonali;

(b) 

tiżgura s-sinkronizzazzjoni u l-koerenza bejn il-kopji nazzjonali u d-database tas-SIS II;

(ċ) 

tipprovdi l-operazzjonijiet ta' inizjalizzazzjoni u r-restawr tal-kopji nazzjonali.

Artikolu 5

Spejjeż

1.  
L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u ż-żamma tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.
2.  
Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ħidma magħmula fir-rigward tas-CS-SIS li tiżgura l-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(4).
3.  
L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u ż-żamma ta’ kull N. SIS II għandhom jitħallsu mill-Istat Membru konċernat.



KAPITOLU II

RESPONSABBILTAJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

▼M2

Artikolu 6

Sistemi Nazzjonali

1.  
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS II tiegħu u għall-konnessjoni tiegħu mal-NI-SIS.
2.  
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS II għall-utenti finali.

▼B

Artikolu 7

Uffiċċju N. SIS II u Uffiċċju SIRENE

1.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (l-“Uffiċċju N. SIS II”), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għan-N. SIS II tiegħu. Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel u s-sigurtà ta' l-N. SIS II, għandha tiżgura l-aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti għas-SIS II u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jibgħat l-allerti tiegħu permezz ta' l-Uffiċċju N. SIS II tiegħu.
2.  

Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha tiżgura l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari kollha (“l-Uffiċċju SIRENE”), skond id-dispożizzjonijiet tal-manwal SIRENE, imsemmi fl-Artikolu 8.

Dawn l-Uffiċċji għandhom jikkoordinaw wkoll il-verifika tal-kwalità ta' l-informazzjoni li tiddaħħal fis-SIS II. Għal dawk l-għanijiet huma għandhom ikollhom aċċess għad-data pproċessata fis-SIS II.

3.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtorità tat-tmexxija dwar l-uffiċċju N. SIS II tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-awtorità tat-tmexxija għandha tippubblika l-lista tagħhom flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 31 (8).

Artikolu 8

Skambju ta’ informazzjoni supplimentari

1.  
L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skond id-dispożizzjonijiet tal-manwal SIRENE u bl-użu ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. F'każ li l-infrastruttura tal-komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi tekniċi adegwatament żguri oħrajn biex jiskambjaw l-informazzjoni supplimentari.
2.  
Informazzjoni supplimentari għandha tintuża biss għall-iskop li għalih intbagħtet.
3.  
Talbiet għal informazzjoni supplimentari magħmula minn Stat Membru għandhom jiġu mwieġba malajr kemm jista' jkun.
4.  
Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati għall-iskambju ta' l-informazzjoni supplimentari skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51 (2) tal-“Manwal SIRENE”, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-awtorità tat-tmexxija.

Artikolu 9

Konformità teknika

1.  
Biex tkun żgurata trasmissjoni fil-pront u effettiva tad-data, kull Stat Membru għandu josserva, meta jistabbilixxi l-N. SIS II tiegħu, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti biex jiżgura l-kompatibbiltà tan-N-SIS mas-S. SIS II. Dawk il-protokolli u proċeduri tekniċi għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(2), bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-awtorità ta' tmexxija.
2.  
Jekk Stat Membru juża kopja nazzjonali huwa għandu jiżgura, permezz tas-servizzi pprovduti mis-CS-SIS li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali hija, permezz ta' l-aġġornamenti awtomatiċi imsemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mad-database tas-SIS II, u li tfittxija fil-kopja nazzjonali tiegħu tipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tfittxija fid-database SIS II.

Artikolu 10

Sigurtà -L-Istati Membri

1.  

Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta' l-N. SIS II tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex:

(a) 

fiżikament jipproteġi d-data inkluż billi jsiru pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b) 

jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll ta' l-aċċess għall-faċilitajiet);

(ċ) 

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);

(d) 

jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(e) 

jimpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll ta' l-utent);

(f) 

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' l-aċċess għad-data);

(g) 

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS II jew għall-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċedu, jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 44(1) mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);

(h) 

jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i) 

jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data, meta, minn min u għal liema skop iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);

(j) 

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data, b'mod partikolari b'teknika kriptografika adatta (kontroll tat-trasport);

(k) 

jimmonitorja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament (awto-verifika).

2.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni supplimentari.

▼M2

Artikolu 11

Kunfidenzjalità – l-Istati Membri

1.  
Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità lill-persuni u l-korpi kollha meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS II u bl-informazzjoni supplimentari, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu. Dak l-obbligu għandu jgħodd ukoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi.
2.  
Meta Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, huwa għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur biex jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
3.  
It-tmexxija operattiva tal-N.SIS II jew ta' kwalunkwe kopja teknika ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

▼B

Artikolu 12

Żamma ta’ reġistri fil-livell nazzjonali

1.  
L-Istati Membri li m'humiex jużaw il-kopji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju ta' data personali mas-CS-SIS jiġu rreġistrati fl-N. SIS II għall-finijiet ta' verifika dwar jekk it-tfittxija tkunx skond il-liġi jew le, monitoraġġ tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, awto-monitoraġġ, u li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' l-N. SIS II, l-integrità u s-sigurtà tad-data.
2.  
L-Istati Membri li jkunu qed jużaw kopji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju tad-data tas-SIS II jiġu rreġistrati għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Dan ma japplikax għall-proċessi msemmija fl-Artikolu 4(4).
3.  
Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja ta' l-allerti, id-data u l-ħin tat-trasmissjoni tad-data, id-data użata biex issir tfittxija, referenza għad-data mibgħuta u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
4.  
Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-għan imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom jitħassru wara mhux inqas minn sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja ta' l-allerti għandhom jitħassru bejn sena u tliet snin wara li jitħassru l-allerti.
5.  
Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
6.  
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxija tkunx skond il-liġi jew le, monitoraġġ tal-legalità ta' l-ipproċessar ta' data, awto-monitoraġġ, u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb ta' l-N. SIS II, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawn ir-reġistri bil-għan li jaqdu dmirjiethom.

Artikolu 13

Awto-monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għal aċċess ta' data tas-SIS II tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u tikkopera, fejn meħtieġ, ma' l-awtorità nazzjonali ta' kontroll.

Artikolu 14

Taħriġ tal-persunal

Qabel ma jkun awtorizzat biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS II, il-persunal ta' l-awtoritajiet bi dritt ta' aċċess għas-SIS II għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandu jiġi mgħarraf dwar kwalunkwe reat kriminali u penali rilevanti.



KAPITOLU III

RESPONSABBILTAJIET TA' L-AWTORITÀ TA' TMEXXIJA

Artikolu 15

Tmexxija operattiva

1.  
Wara perjodu transitorju, l-awtorità tat-tmexxija (“Awtorità tat-Tmexxija”), iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, li għas-SIS II Ċentrali tintuża dejjem l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi ta' benefiċċju fl-ispiża.

▼M1

2.  

L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari:

(a) 

is-superviżjoni;

(b) 

is-sigurtà;

(c) 

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

(d) 

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(e) 

l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u

(f) 

kwistjonijiet kuntrattwali.

▼M2

3a.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' verifiki tal-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS. Hija għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri rigward dan.

L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati.

▼B

4.  
Matul perijodu transitorju qabel l-Awtorità tat-Tmexxija tibda bil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni ser tkun responsabbli għat-tmexxija operazzjonali tas-SIS II Ċentrali. Il-Kummissjoni tista' tiddelega dan il-kompitu kif ukoll kompiti fir-rigward l-implimentazzjoni tal-baġit, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 1 ), lil korpi nazzjonali tas-settur pubbliku, f'żewġ pajjiżi differenti.
5.  

Kull korp nazzjonali tas-settur pubbliku, kif imsemmi fil-paragrafu 4, għandu jissodisfa b'mod partikolari l-kriterji ta' għażla li ġejjin:

(a) 

għandu juri li għandu esperjenza twila fit-tħaddim ta' sistema ta' informazzjoni fuq skala kbira bil-funzjonalitajiet imsemmijin fl-Artikolu 4(4);

(b) 

għandu jkollu kompetenza konsiderevoli fil-ħtiġiet ta' servizz u ta' sigurtà ta' sistema ta' informazzjoni b'funzjonalitajiet li huma komparabbli għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 4(4);

(ċ) 

għandu jkollu persunal biżżejjed u ta' esperjenza bil-ħiliet professjonali u lingwistiċi meħtieġa biex jaħdem f'ambjent ta' kooperazzjoni internazzjonali bħal ma hu dak meħtieġ mis-SIS II;

(d) 

għandu jkollu disponibbli infrastruttura faċilitattiva sigura u mibnija apposta li hi, b'mod partikolari, kapaċi toffri backup u tiggarantixxi l-funzjonament kontinwu ta' sistemi ta' l-IT fuq skala kbira;

u

(e) 

l-ambjent amministrattiv tiegħu għandu jippermettilu jimplimenta l-kompiti tiegħu tajjeb u jevita kwalunkwe konflitt ta' interessi.

6.  
Qabel kwalunkwe delega, kif imsemmija fil-paragrafu 4 u wara dan f'intervalli regolari, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tad-delega, il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tagħha, u l-korpi li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti.
7.  
Meta l-Kummissjoni tiddelega r-reponsabbiltà tagħha waqt il-perijodu transitorju skond il-paragrafu 4, hija għandha tiżgura li din id-delega tirrispetta bis-sħiħ il-limiti ffissati mis-sistema istituzzjonali stabbilita fit-Trattat. Hija għandha tiżgura, b'mod partikolari, li din id-delega ma taffettwax ħażin xi mekkaniżmu ta' kontroll effettiv taħt il-liġi Komunitarja, sew jekk hi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti ta' l-Awdituri jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

▼M2

8.  
It-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS II Ċentrali tibqa' taħdem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, it-tmexxija u s-sostenn ta' attivitajiet ta' ttestjar għas-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II, li jiżguraw li s-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II jaħdmu f'konformità mar-rekwiżiti għall-konformità teknika stabbiliti fl-Artikolu 9.

▼B

Artikolu 16

Sigurtà

1.  

L-Awtorità tat-Tmexxija, fir-rigward tas-SIS II Ċentrali u l-Kummissjoni fir-rigward ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, għandha tadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex:

(a) 

fiżikament tipproteġi d-data, inkluż billi jsiru pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b) 

tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll ta' l-aċċess għall-faċilitajiet);

(ċ) 

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);

(d) 

timpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni tagħha, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(e) 

timpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll ta' l-utent);

(f) 

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' l-aċċess għad-data);

(g) 

toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' persuni li huma awtorizzati jaċċedu d-data jew għall-faċilitajiet ta' l-ipproċessar tad-data u tagħmel dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 45 mingħajr dewmien fuq talba tiegħu (profili tal-persunal);

(h) 

tiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i) 

tiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatiċi ta' proċessar tad-data, meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);

(j) 

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(k) 

timmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmijin f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament (awto-verifika).

2.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 dwar is-sigurtà fir-rigward ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

Artikolu 17

Kunfidenzjalità - l-Awtorità tat-Tmexxija

1.  
Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità ta' standard komparabbli għal dawk ipprovduti mill-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament lill-persunal kollu tagħha meħtieġ li jaħdem b'data tas-SIS II. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem ta' l-attivitajiet tagħhom.
2.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 rigward kunfidenzjalità rigward l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

▼M2

3.  
Fejn l-Awtorità tat-Tmexxija tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
4.  
It-tmexxija operattiva tas-CS-SIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

▼B

Artikolu 18

Żamma ta’ reġistri f'livell ċentrali

1.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżgura li kull aċċess għal data personali li tinsab fis-CS-SIS u kull skambju ta' tali data fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet previsti fl-Artikolu 12(1) u (2).
2.  
Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja ta' l-allerti, id-data u l-ħin tad-data mibgħuta, id-data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-data mibgħuta u l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3.  
Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-għan previst fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru wara mhux inqas minn sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja ta' l-allerti għandhom jitħassru bejn sena u tliet snin wara li jitħassru l-allerti.
4.  
Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skond il-liġi jew le, monitoraġġ tal-legalità ta' l-ipproċessar ta' data, awto-monitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-CS-SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu dmirijiethom.

Artikolu 19

Kampanja ta' Informazzjoni

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll, u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandha takkumpanja l-bidu ta' l-operat tas-SIS II b'kampanja ta' informazzjoni biex tgħarraf lill-pubbliku dwar l-objettivi, id-data maħżuna, l-awtoritajiet b'aċċess u d-drittijiet tal-persuni. Wara l-istabbiliment tagħha, l-Awtorità tat-Tmexxija, f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tirrepeti regolarment tali kampanji. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom, jippjanaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS II.



KAPITOLU IV

ALLERTI MAĦRUĠA FIR-RIGWARD TA' ĊITTADINI TA’ PAJJIŻ TERZ GĦALL-ISKOP LI JKUN RIFJUTAT ID-DĦUL U S-SOĠĠORN

Artikolu 20

Kategoriji ta' data

1.  
Bla ħsara għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-ħażna ta' data addizzjonali, is-SIS II għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istati Membri, kif meħtieġ għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 24.
2.  

L-informazzjoni dwar persuni li għalihom inħareġ allert m'għandhiex tkun aktar minn dan li ġej:

(a) 

kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, isem/ismijet fit-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(b) 

kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx;

(ċ) 

post u data tat-twelid;

(d) 

sess;

(e) 

ritratti;

(f) 

marki tas-swaba';

(g) 

nazzjonalità/nazzjonalitajiet;

(h) 

jekk il-persuna kkonċernata hijiex armata, vjolenti jew maħruba;

(i) 

raġuni għall-allert;

(j) 

l-awtorità li qed toħroġ l-allert;

(k) 

referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert;

▼M2

(ka) 

it-tip ta' reat;

▼B

(l) 

azzjoni li għandha tittieħed;

(m) 

rabta/rabtiet ma’ allerti oħrajn maħruġin fis-SIS II skond l-Artikolu 37.

3.  
Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u titfittex id-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51 (2), bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità tat-Tmexxija.
4.  
Ir-regoli tekniċi meħtieġa għat-tiftix tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu simili għat-tiftix fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali u f'kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 21

Proporzjonalità

Qabel ma joħroġ allert, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ allert għandu jiddetermina jekk il-każ hux adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed li jistħoqqlu dħul ta' l-allert fis-SIS II.

▼M2

Meta d-deċiżjoni ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn imsemmija fl-Artikolu 24(2) tkun relatata ma' reat terroristiku, il-każ għandu jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika l-allert fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali, għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allert meta dan x'aktarx li jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.

▼M2

Artikolu 22

Regoli speċifiċi għad-dħul ta', għall-verifika jew għat-tiftix b'ritratti u marki tas-swaba'

1.  
Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' għandhom jiddaħħlu biss wara verifika speċjali tal-kwalità biex jiġi żgurat jekk jilħqux standards minimi ta' kwalità tad-data. L-ispeċifikazzjoni tal-verifika speċjali tal-kwalità għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(2).
2.  
Meta r-ritratti u d-data tal-marki tas-swaba' jkunu disponibbli f'allert fis-SIS II, tali ritratti u data tal-marki tas-swaba' għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun ġiet lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix alfanumeriku magħmul fis-SIS II.
3.  
Jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fil-każijiet kollha biex persuna tiġi identifikata. Madankollu, jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' biex persuna tiġi identifikata fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra.. Għal dak il-fini, is-SIS II Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS).
4.  
Jista' wkoll isir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fis-SIS II fir-rigward ta' allerti mdaħħlin f'konformità mal-Artikoli 24 u 26 bl-użu ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id misjuba fil-post ta' reati kriminali serji jew reati terroristiċi li jkunu qed jiġu investigati, fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li dawk is-settijiet ta' marki jappartjenu lil awtur ta' reat u dment li t-tiftix jitwettaq b'mod simultanju fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'.

▼B

Artikolu 23

Rekwiżit biex jiddaħħal allert

1.  
Allert ma jistax jiddaħħal mingħajr id-data msemmija fl-Artikolu 20(2)(a), (d), (k) u (l).
2.  
Barra minn hekk, meta disponibbli, id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(2) għandha wkoll tiddaħħal.

Artikolu 24

Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' allerti dwar rifjut ta' dħul jew soġġorn

1.  
Id-data dwar ċittadini ta' pajjiż terz li għalihom inħareġ allert għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul jew soġġorn għandha tiddaħħal abbażi ta' allert nazzjonali li jirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew mill-qrati skond ir-regoli ta' proċedura stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss abbażi ta' valutazzjoni individwali. Appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2.  

Allert għandu jiddaħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali li tista' tiġi mill-preżenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz in kwistjoni fit-territorju ta' Stat Membru. Din is-sitwazzjoni għandha tirriżulta b'mod partikolari fil-każ ta':

(a) 

ċittadin ta' pajjiż terz li ġie kkundannat fi Stat Membru għal reat b'piena li tinvolvi t-tneħħija tal-libertà għal perijodu ta' mill-inqas sena;

(b) 

ċittadin ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu hemm raġunijiet serji għaliex wieħed għandu jemmen li kkommetta reati kriminali serji jew li fir-rigward tiegħu hemm indikazzjonijiet ċari ta' intenzjoni li jikkommetti tali reat fit-territorju ta' Stat Membru.

3.  
Allert jista' jiddaħħal ukoll meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 kienet ibbażata fuq il-fatt li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz kien soġġett għal miżura li tinvolvi tkeċċija, rifjut għal dħul jew tneħħija li ma ġietx revokata jew sospiża, li tinkludi jew hija akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul jew, fejn applikabbli, projbizzjoni ta' residenza, abbażi ta' nuqqas ta' konformità mar-regolamenti nazzjonali dwar id-dħul jew ir-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz.
4.  
Dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 26.
5.  
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 55(2). Abbażi ta' dik ir-reviżjoni, l-Kummissjoni għandha, bl-użu tad-dritt ta' inizjattiva tagħha skond it-Trattat, tagħmel il-proposti meħtieġa biex temenda d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu sabiex tikseb livell akbar ta' armonizzazzjoni tal-kriterji għad-dħul ta' allerti.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet biex jiddaħħlu allerti dwar ċittadini ta' pajjiż terz li huma benefiċjarji tad-dritt Komunitarju ta' moviment liberu

1.  
Allert dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt Komunitarju ta' moviment liberu fi ħdan il-Komunità fis-sens tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri ( 2 ) għandu jkun f'konformità mar-regoli adottati fl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva.
2.  
Fejn hemm riżultat pożittiv fuq allert maħruġ skond l-Artikolu 24 dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt ta' moviment liberu, l-Istat Membru li joħroġ l-allert għandu jikkonsulta minnufih ma' l-Istat Membru li qed jeżegwixxi l-allert, permezz ta' l-Uffiċċju SIRENE u skond id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, sabiex jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

▼M2

Artikolu 26

Kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi

1.  
Allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, li jkunu s-suġġett ta' miżura restrittiva maħsuba biex timpedixxi d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew it-transitu minnu, meħuda f'konformità mal-atti legali adottati mill-Kunsill, inkluż miżuri li jimplimentaw projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għandhom, jiddaħħlu fis-SIS II għall-fini ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data.
2.  
L-allerti għandhom jiddaħħlu, jinżammu aġġornati u jitħassru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura. Jekk dak l-Istat Membru ma jkollux aċċess għas-SIS II jew għall-allerti mdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għandha tittieħed mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza sussegwenti u li jkollu aċċess għas-SIS II, inkluż għal allerti imdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri neċessarji għad-dħul, l-aġġornament u t-tħassir ta' tali allerti.

▼B

Artikolu 27

Awtoritajiet li għandhom id-dritt għal aċċess ta' l-allerti

1.  

Aċċess għal data mdaħħla fis-SIS II u d-dritt ta' tiftix ta' tali data direttament jew f'kopja tad-data tas-SIS II għandhom ikunu riżervati esklużivament għall-awtoritajiet responsabbli għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz għal għanijiet ta':

(a) 

kontroll tal-fruntiera, skond ir-Regolament (KE) Nru. 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( 3 );

(b) 

kontrolli oħrajn mill-pulizija u d-dwana mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat, u l-koordinazzjoni ta' tali kontrolli minn awtoritajiet maħtura.

2.  
Madankollu, id-dritt għal aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS II u d-dritt li ssir tfittxija diretta f’din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inkluż, minn dawk responsabbli għall-bidu ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għall-inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif stabbilit fil-leġizlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom.
3.  
Barra minn hekk, id-dritt ta' aċċess għal data mdaħħla fis-SIS II u d-data dwar dokumenti rigward persuni mdaħħla skond l-Artikolu 38(2)(d) u (e) tad- ►C1  Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ◄ u d-dritt ta' tiftix ta' tali data direttament jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viżi, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjonijiet għal viża u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza u għall-amministrazzjoni tal-leġislazzjoni fuq ċittadini ta' pajjiż terz fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Acquis Komunitarju fir-rigward tal-moviment tal-persuni. L-aċċess għad-data minn dawn l-awtoritajiet għandu jiġi rregolat mil-liġi ta' kull Stat Membru.
4.  
L-awtoritajiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 31(8).

▼M2

Artikolu 27a

Aċċess għad-data fis-SIS II mill-Europol

1.  
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għandu jkollha, fejn dan ikun meħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II. Il-Europol tista' wkoll tiskambja u ulterjorment titlob informazzjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE.
2.  
Fejn tiftix mill-Europol jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, il-Europol għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Sakemm il-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.
3.  
Il-Europol tista' tipproċessa l-informazzjoni supplimentari li tkun ingħatat mill-Istati Membri għall-finijiet ta' tqabbil mal-bażijiet ta' data u mal-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha, bil-għan li tidentifika konnessjonijiet jew rabtiet rilevanti oħra u għal analiżijiet strateġiċi, tematiċi jew operazzjonali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni supplimentari mill-Europol għall-fini ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità ma' dak ir-Regolament.
4.  
L-użu mill-Europol ta' informazzjoni miksuba minn tiftix fis-SIS II jew mill-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta' tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
5.  

Il-Europol:

(a) 

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, ma għandhiex tikkonnettja partijiet mis-SIS II, jew tittrasferixxi d-data li tkun tinsab fiha u li jkollha aċċess għaliha, ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fil-Europol, lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS II;

(b) 

minkejja l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tħassar l-informazzjoni supplimentari li jkun fiha data personali mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar. Permezz ta' deroga, fejn il-Europol ikollha informazzjoni fil-bażijiet ta' data tagħha jew fil-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha dwar każ li miegħu tkun relatata l-informazzjoni supplimentari, sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' b'mod eċċezzjonali tkompli taħżen l-informazzjoni supplimentari fejn ikun meħtieġ. Il-Europol għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti u dak ta' eżekuzzjoni li ser tkompli taħżen din l-informazzjoni supplimentari u tippreżenta ġustifikazzjoni għaliha;

(c) 

għandha tillimita l-aċċess għad-data fis-SIS II, inkluż għall-informazzjoni supplimentari, għall-persunal tal-Europol li jkun speċifikament awtorizzat u li jkun jeħtieġ aċċess għal tali data biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(d) 

għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13;

(e) 

għandha tiżgura li l-persunal tagħha li huwa awtorizzat jipproċessa data tas-SIS II jirċievi taħriġ u informazzjoni adatti f'konformità mal-Artikolu 14; u

(f) 

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II u fl-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari.

6.  
Il-Europol għandha tikkopja d-data mis-SIS II biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol ikun jista' jwettaq tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandu japplika għal tali kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża biss għall-fini ta' ħżin ta' data tas-SIS II waqt li jsir tiftix f'dik id-data. Ladarba t-tiftix f'dik id-data jkun sar, din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II. Il-Europol ma għandhiex tikkopja data ta' allerti jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS II f'sistemi oħra tal-Europol.
7.  
Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' parti mis-SIS II.
8.  
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Europol permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe hit dwar allerti relatati ma' reati terroristiċi. B'mod eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu ma jinformawx lill-Europol jekk dan jikkomprometti l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, is-sikurezza ta' individwu jew imorru kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru emittenti.
9.  
Il-paragrafu 8 għandu japplika mid-data li fiha l-Europol tkun tista' tirċievi informazzjoni supplimentari f'konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 27b

Aċċess għad-data fis-SIS II mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, u membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.  
F'konformità mal-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom u dment li jkunu awtorizzati jwettqu verifiki f'konformità mal-Artikolu 27(1) ta' dan ir-Regolament u jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II sa fejn ikun neċessarju biex iwettqu l-kompitu tagħhom u kif meħtieġ mill-pjan operazzjonali għal operazzjoni speċifika. L-aċċess għad-data fis-SIS II ma għandux jiġi estiż għal xi membri oħra tat-tim.
2.  
Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' interfaċċa teknika. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS II Ċentrali.
3.  
Meta tiftix minn membru tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet għandhom jaġixxu biss b'rispons għal allert fis-SIS II skont struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.
4.  
Għall-fini li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.
5.  
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13 u għandha tiżgura li t-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu japplikaw dawk il-miżuri.
6.  
Dan l-Artikolu ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jew ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data minnha.
7.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda parti tas-SIS II ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data li titħaddem mit-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-ebda data fis-SIS II u li dawk it-timijiet għandhom aċċess għaliha, ma għandha tiġi trasferita għal tali sistema. L-ebda parti mis-SIS II ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistrazzjoni tal-aċċess u t-tiftix ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II.
8.  
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tippermetti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tat-timijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fit-twettiq tad-dritt tagħhom ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ulterjuri tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

▼B

Artikolu 28

Ambitu ta' aċċess

L-utenti jistgħu jkollhom aċċess biss għad-data li jeħtieġu għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

Artikolu 29

Perijodu ta' żamma ta' l-allerti

1.  
Allerti li jiddaħħlu fis-SIS II skond dan ir-Regolament għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.
2.  
L-Istat Membru li joħroġ tali allert għandu, fi żmien tliet snin minn meta jiddaħħal fis-SIS II, jirrevedi l-ħtieġa li dan jinżamm.
3.  
Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perijodi iqsar ta' reviżjoni skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
4.  
Waqt il-perijodu ta' reviżjoni, l-Istat Membru li joħroġ l-allert jista', wara valutazzjoni individwali komprensiva, li għandha tkun irreġistrata, jiddeċiedi li jibqa' jżomm l-allert jekk dan jirriżulta li jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom ikun ħareġ l-allert. F'dan il-każ il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kwalunkwe estensjoni ta' l-allert għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.
5.  
L-allerti għandhom jitħassru awtomatikament wara li jiskadi l-perijodu ta' reviżjoni msemmi fil-paragrafu 2, ħlief meta l-Istat Membru li joħroġ l-allert ikun ikkomunika l-estensjoni ta' l-allert lis-CS-SIS skond il-paragrafu 4. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri dwar tħassir skedat ta' data mis-sistema erba' xhur minn qabel.
6.  
L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar in-numru ta' allerti li l-perijodu ta' żamma tagħhom kien estiż skond il-paragrafu 4.

Artikolu 30

Kisba ta' ċittadinanza u allerti

L-allerti maħruġa fir-rigward ta' persuna li kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat li ċ-ċittadini tiegħu huma benefiċċjarji tad-dritt ta' moviment liberu fi ħdan il-Komunità għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru li ħareġ l-allert jiġi informat jew isir jaf skond l-Artikolu 34 li l-persuna in kwistjoni kisbet din iċ-ċittadinanza.



KAPITOLU V

REGOLI ĠENERALI GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

Artikolu 31

Proċessar tad-data tas-SIS II

1.  
L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul jew soġġorn fit-territorji tagħhom.
2.  
Id-data tista' tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, dment li tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 27 iwettqu tfittxija diretta. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali kopji. L-allerti maħruġa minn Stat Membru ma jistgħux jiġu kkupjati mill-N. SIS II tiegħu għal fajls tad-data nazzjonali oħrajn.
3.  

Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal databases off-line jistgħu jinżammu biss għal perijodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż f'emerġenza sakemm tintemm l-emerġenza.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, kopji tekniċi li jwasslu għal databases off-line li se jintużaw minn awtoritajiet li joħorġu l-viża m'għandhomx jibqgħu awtorizzati minn sena wara li l-awtorità in kwistjoni ġiet ikkollegata b'suċċess ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viżi li ser jipprovdi għaliha Regolament fil-futur dwar is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viżi (VIS) u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' data dwar viżi għal soġġorni qosra ħlief għal kopji li jiġu użati biss f'sitwazzjonijiet ta' emerġenzi wara li n-network ma jkunx disponibbli għal aktar minn 24 siegħa.

L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawn il-kopji, jagħmlu dan l-inventarju disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom imsemmija fl-Artikolu 44(1) u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk fl-Artikolu 10, huma applikati fir-rigward ta' dawn il-kopji.

4.  
L-aċċess għal tali data għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza ta’ l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 27 u lill-persunal debitament awtorizzat.
5.  
Id-data ma tistax tintuża għal finijiet amministrattivi. B'deroga, id-data mdaħħla skond dan ir-Regolament tista' tintuża skond il-liġijiet ta' kull Stat Membru mill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 27(3) fil-qadi ta' dmirijiethom.
6.  
Id-data mdaħħla skond l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament u d-data dwar dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' persuni mdaħħla skond l-Artikolu 38(2)(d) u (e) tad- ►C1  Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ◄ tista' tintuża skond il-liġijiet ta' kull Stat Membru għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 27(3) ta' dan ir-Regolament.
7.  
Kwalunkwe użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi 1 sa 6 għandu jitqies bħala użu ħażin skond il-liġi ta' kull Stat Membru.
8.  
Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Awtorità tat-Tmexxija lista ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu awtorizzati li jfittxu direttament d-data li tinsab fis-SIS II skond dan ir-Regolament kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir għal-lista. Dik il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f'liema data tista' tagħmel tiftix u għal liema finijiet. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
9.  
Safejn il-liġi Komunitarja ma tistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, il-liġi ta' kull Stat Membru għandha tapplika għad-data mdaħħla fl-N. SIS II tiegħu.

Artikolu 32

Data tas-SIS II u fajls nazzjonali

1.  
L-Artikolu 31(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu d-data tas-SIS II data li fir-rigward tagħha ttieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perijodu massimu ta' tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perijodu ta' żamma itwal.
2.  
L-Artikolu 31(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu d-data li tinsab f'allert partikolari maħruġ fis-SIS II minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 33

Informazzjoni fil-każ ta-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' allert

Jekk azzjoni mitluba ma tistax titwettaq, l-Istat Membru mitlub ghandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert.

Artikolu 34

Kwalità tad-data proċessata fis-SIS II

1.  
Stat Membru li jkun qed joħroġ allert għandu jkun responsabbli li jassigura li d-data hi eżatta, aġġornata u hi mdaħħla fis-SIS II b'mod legali.
2.  
L-Istat Membru li jkun ħareġ allert biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid ma', jikkoreġi, jaġġorna jew iħassar data li jkun daħħal hu.
3.  
Jekk Stat Membru barra min dak li jkun ħareġ allert ikollu provi li jissuġġerixxu li xi punt tad-data huwa fattwalment inkorrett jew inħażen illegalment, hu għandu, permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, jinforma lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert dwar dan kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara li jkun sar jaf b'dawn il-provi. L-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert għandu jikkontrolla l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar il-punt in kwistjoni mingħajr dewmien.
4.  
Jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fi żmien xahrejn, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ l-allert għandu jissottometti il-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li flimkien ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll ikkonċernati għandu jaġixxi ta' medjatur.
5.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni supplimentari jekk persuna tilmenta li mhix il-persuna msemmija fl-allert. Jekk l-eżitu tal-verifika jkun li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti din il-persuna li lmentat għandha tiġi informata dwar id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 36.
6.  
Fejn persuna tkun diġà s-suġġett ta' allert fis-SIS II, Stat Membru li jdaħħal allert ulterjuri għandu jilħaq qbil dwar id-dħul ta' l-allert ma' l-Istat Membru li jkun daħħal l-ewwel allert. Il-qbil għandu jintlaħaq abbażi ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Artikolu 35

Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili

Fejn jiġi jidher li, meta jiddaħħal allert ġdid, diġà hemm persuna fis-SIS II bl-istess element tad-deskrizzjoni ta' l-identità, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

(a) 

l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-awtorità li jkun qed jagħmel it-talba biex jiċċara jekk l-allert hux dwar l-istess persuna jew le;

(b) 

jekk il-kontro-verifika tiżvela li s-suġġett ta' l-allert il-ġdid u l-persuna diġà fis-SIS II huma tabilħaqq l-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu allerti multipli kif imsemmi fl-Artikolu 34(6). Jekk l-eżitu tal-kontroll huwa li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE japprova t-talba biex jiddaħħal it-tieni allert billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kwalunkwe identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 36

Data addizzjonali sabiex jiġi ttrattat l-użu ħażin ta' identità

1.  
Fejn tista’ tqum konfużjoni bejn il-persuna li fil-fatt kellha tkun is-suġġett ta' allert u persuna li l-identità tagħha ġiet użata ħażin, l-Istat Membru li daħħal l-allert għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu ta' dik il-persuna, iżid data relatata ma’ din ta' l-aħħar ma' l-allert sabiex jiġu evitati konsegwenzi negattivi ta’ identifikazzjonijiet żbaljati.
2.  

Id-data relatata ma’ persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin għandha tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha intużat ħażin u l-persuna attwalment intenzjonata bħala s-suġġett ta' l-allert;

(b) 

biex il-persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin tkun tista’ tipprova l-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha ntużat ħażin.

3.  

Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, xejn aktar ma jista’ jiddaħħal u jiġi pproċessat ulterjorment fis-SIS II għajr id-data personali li ġejja:

(a) 

kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, isem/ismijiet fit-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, jekk jista' jkun imdaħħla separatament;

(b) 

kwalunkwe karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika mhux soġġetta għal bidla;

(ċ) 

post u data tat-twelid;

(d) 

sess;

(e) 

ritratti;

(f) 

marki tas-swaba';

(g) 

nazzjonalità/nazzjonalitajiet;

(h) 

in-numru/i tal-karta/i ta’ l-identità u d-data tal-ħruġ.

4.  
Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal u tipproċessa iktar id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(2), bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità tat-Tmexxija.
5.  
Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin ta' l-allert korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna titlob hekk.
6.  
Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għall-allert korrispondenti biss jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3. Huma jistgħu jagħmlu dan għall-iskop uniku li jevitaw identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 37

Rabtiet bejn allerti

1.  
Stat Membru jista’ joħloq rabtiet bejn l-allerti li jdaħħal fis-SIS II. L-effett ta’ tali rabtiet għandu jkun li tiġi stabbilita relazzjoni bejn żewġ allerti jew aktar.
2.  
Il-ħolqien ta’ rabta m’għandux jaffettwa l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta’ kull allert marbut jew il-perijodu ta' konservazzjoni ta’ kull wieħed mill-allerti marbutin.
3.  
Il-ħolqien ta’ rabtiet m’għandux jaffettwa d-drittijiet għal aċċess previsti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet mingħajr dritt ta' aċċess għal ċerti kategoriji ta' allerti m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw ir-rabta ma' allert li m'għandhomx aċċess għalih.
4.  
Stat Membru għandu joħloq rabta bejn allerti fil-każ biss meta tinħoloq ħtieġa operattiva ċara.
5.  
Rabtiet jistgħu jinħolqu minn Stat Membru skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu dejjem jekk huma rrispettati l-prinċipji ddelineati f'dan l-Artikolu.
6.  
Meta Stat Membru jqis li l-ħolqien ta’ rabta minn Stat Membru ieħor bejn allerti huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew ma’ obbligi internazzjonali, hu jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm ebda aċċess għar-rabta mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu barra mit-territorju tiegħu.
7.  
Ir-regoli tekniċi għall-irbit bejn allerti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(2), bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità tat-Tmexxija.

Artikolu 38

Skop u perjodu ta' żamma ta’ informazzjoni supplimentari

1.  
L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għal allert fl-Uffiċċju SIRENE biex jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
2.  
Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta’ informazzjoni skambjata, għandha tinżamm biss għal dak iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ingħatat. Fi kwalunkwe każ, għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar mis-SIS II.
3.  
Il-paragrafu 2 m'għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma’ allert partikolari li dak l-Istat Membru kien ħareġ jew ma’ allert marbut ma’ azzjoni li tkun ittieħdet fuq it-territorju tiegħu. Il-perijodu li għalih tali data tista’ tinżamm f’tali fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 39

Trasferiment ta' data personali lil partijiet terzi

Data proċessata fis-SIS II skond dan ir-Regolament m'għandhiex tkun ittrasferita jew magħmula disponibbli għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali.



KAPITOLU VI

PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 40

Proċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ data

L-ipproċessar tal-kategoriji ta' data elenkati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 41

Dritt għal aċċess, korrezzjoni ta' data mhix eżatta u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment

1.  
Id-dritt tal-persuni li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom li tiddaħħal fis-SIS II skond dan ir-Regolament għandu jiġi eżerċitat skond il-liġi ta' l-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt.
2.  
Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, l-awtorità nazzjonali ta' kontroll għandha tiddeċiedi jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi kkomunikata u b'liema proċeduri.
3.  
Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ l-allert jista' jikkomunika informazzjoni dwar tali data biss jekk ikun l-ewwel ta, lill-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert, opportunità biex jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Dan għandu jsir permezz ta' l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
4.  
Informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lis-suġġett tad-data jekk dan ikun indispensabbli għat-twettiq ta' kompitu legali b'konnessjoni ma' allert jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' terzi.
5.  
Kwalunkwe persuna għandha d-dritt li tiġi korretta data dwarha li fattwalment ma tkunx eżatta jew li tiġi mħassra data dwarha li tkuninżammet illegalment.
6.  
L-individwu kkonċernat għandu jkun infurmat kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 ġurnata mid-data li fiha huwa japplika għal aċċess jew iktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.
7.  
L-individwu għandu jkun infurmat dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju tad-drittijiet ta' korrezzjoni jew tħassir tiegħu kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha huwa japplika għal korrezzjoni jew tħassir jew iktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.

Artikolu 42

Dritt għall-informazzjoni

1.  
Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' allert maħruġ skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħarrfa skond l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub, flimkien ma' kopja jew referenza għad-deċiżjoni nazzjonali li tagħti lok għall-allert, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1).
2.  

Fi kwalunkwe każ din l-informazzjoni m'għandhiex tingħata:

(a) 

fejn

(i) 

id-data personali ma nkisbitx miċ-ċittadin tal-pajjiż terz in kwistjoni;

u

(ii) 

l-għoti ta' l-informazzjoni tirriżulta impossibbli jew tkun tirrikjedi sforz sproporzjonat;

(b) 

fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz in kwistjoni diġà għandu l-informazzjoni;

(ċ) 

fejn il-liġi nazzjonali tippermetti għal restrizzjoni tad-dritt għal informazzjoni, b'mod partikolari sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-individwazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Artikolu 43

Rimedji

1.  
Kwalunkwe persuna tista' tippreżenta azzjoni quddiem il-qrati jew l-awtorità kompetenti taħt il-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru, b'mod partikolari biex tikkoreġi, tħassar jew tikseb informazzjoni jew biex tikseb kumpens fir-rigward ta' allert li jkun relatat.
2.  
L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament biex jinfurzaw deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 48.
3.  
Ir-regoli dwar rimedji previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni sa 17 ta' Jannar 2009.

Artikolu 44

Kontroll ta' l-N. SIS II

1.  
L-awtorità jew awtoritajiet maħtura f'kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE (l-“Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll”) għandhom jagħmlu monitoraġġ indipendenti tal-legalità ta' l-ipproċessar ta' data personali tas-SIS II fit-territorju tagħhom u t-trażmissjoni mit-territorju tagħhom, u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta' informazzjoni supplimentari.
2.  
L-Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll għandha tiżgura li ssir verifika tat-tħaddim ta' l-ipproċessar tad-data fl-N. SIS II skond l-istandards ta' verifika internazzjonali mill-inqas kull erba' snin.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll għandha riżorsi biżżejjed biex twettaq il-kompiti fdati lilha taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 45

Kontroll ta' l-Awtorità tat-Tmexxija

1.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiċċekkja li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali mill-Awtorità tat-Tmexxija jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001għandhom japplikaw għaldaqstant.
2.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li ssir verifika ta' l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tat-Tmexxija skond l-istandards ta' verifika internazzjonali mill-inqas kull erba' snin. Ir-rapport tal-verifika għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Awtorità tat-Tmexxija, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta qabel ma r-rapport jiġi adottat.

Artikolu 46

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll u Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

1.  
L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw kontroll ikkoordinat tas-SIS II.
2.  
Huma għandhom, filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu skambju ta' informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' kontroll indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skond il-ħtieġa.
3.  
L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta' appoġġ ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom jiġu adottati regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skond il-ħtieġa. Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta' l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tat-Tmexxija.

Artikolu 47

Protezzjoni tad-data waqt il-perijodu transitorju

Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha waqt il-perijodu transitorju lil korp ieħor, skond l-Artikolu 15(3), hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu d-dritt li jeżerċita bis-sħiħ il-kompiti konferiti lilu inkluża l-possibbiltà li jwettaq verifiki fuq il-post jew li jeżerċita kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.



KAPITOLU VII

RESPONSABBILTÀ U PENALI

Artikolu 48

Responsabbiltà

1.  
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli skond il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu kkawżat lil persuna minħabba l-użu ta' l-N. SIS II. Dan għandu japplika wkoll għad-dannu kkawżat mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert, fejn dan ta' l-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment.
2.  
Jekk l-Istat Membru li ssir azzjoni kontrih mhuwiex l-Istat Membru li ħareġ l-allert, dan ta’ l-aħħar għandu jintalab jħallas lura, fuq talba, is-somom imħallsin bħala kumpens ħlief jekk l-użu tad-data tkun bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Istat Membru li għamel it-talba għall-ħlas lura.
3.  
Jekk in-nuqqas ta’ Stat Membru li jikkonforma ma' l-obbligi tiegħu skond dan ir-Regolament jikkawża dannu lis-SIS II, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali dannu, ħlief jekk u sa fejn l-Awtorità tat-Tmexxija jew Stati Membri oħra li qed jieħdu sehem fis-SIS II ikun naqas milli jieħu passi raġonevoli biex jipprevjeni li jseħħ id-dannu jew biex jimminimizza l-impatt tiegħu.

Artikolu 49

Penali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data li tiddaħħal fis-SIS II jew kwalunkwe skambju ta' informazzjoni supplimentari kuntrarju għal dan ir-Regolament huma soġġetti għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi skond il-liġi nazzjonali.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 50

Monitoraġġ u statistika

1.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżgura li proċeduri li jimmonitorjaw it-tħaddim tas-SIS II skond l-objettivi huma attwati, f'termini ta' riżultati, effettività fl-infiq, sigurtà u l-kwalità tas-servizz.
2.  
Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rapportar u l-istatistika, l-Awtorità tat-Tmexxija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja relatata ma’ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa fis-SIS II Ċentrali.
3.  
Kull sena l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tippubblika statistika li turi n-numru ta' rekords għal kull kategorija ta' allert, in-numru ta' riżultati pożittivi għal kull kategorija ta' allert u d-drabi li kien hemm aċċess fis-SIS II, bħala total u għal kull Stat Membru.
4.  
Sentejn wara li tibda taħdem is-SIS II u kull sentejn wara dan, l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonamnet tekniku tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tiegħu, dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
5.  
Tliet snin wara li tibda taħdem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tas-SIS II Ċentrali u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami ta' riżultati miksuba rigward l-objettivi u tivvaluta l-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS II Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS II Ċentrali u kwalunkwe implikazzjonijiet għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5.
7.  
L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 5.
8.  
Matul perijodu transitorju qabel l-Awtorità tat-Tmexxija tibda bil-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni ser tkun responsabbli għall-produzzjoni u s-sottomissjoni tar-rapporti msemmijin fil-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 51

Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2.  

Fil-każ fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tliet xhur.

3.  
Il-Kumitat għandu jeżerċita l-funzjoni tiegħu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 52

Emenda għad-dispożizzjonijiet ta' l-Acquis ta' Schengen

1.  
Għall-finijiet ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi, fid-data msemmija fl-Artikolu 55(2), id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, minbarra l-Artikolu 102 A tagħha.
2.  

Huwa għandu jissostitwixxi wkoll, fid-data msemmija fl-Artikolu 55, id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ l-Acquis ta’ Schengen li jimplimentaw dawk l-artikoli ( 7 ):

(a) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tas-sistema ta’ l-informazzjoni ta’ Schengen (C. SIS) (SCH/Com-ex (93) 16);

(b) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar l-iżvilupp tas-SIS (SCH/Com-ex (97) 24);

(ċ) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar is-C. SIS (SCH/Com-ex (97) 35);

(d) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta’ April 1998 dwar is-C. SIS b’konnessjonijiet 15/18 (SCH/Com-ex (98) 11);

(e) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar in-nefqa ta’ l-installazzjoni tas-C. SIS (SCH/Com-ex (99) 4);

(f) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-aġġornament tal-Manwal SIRENE (SCH/Com-ex (99) 5);

(g) 

id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-18 ta’ April 1996 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ barrani (SCH/Com-ex (96) dik. 5);

(h) 

id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-istruttura tas-SIS (SCH/Com-ex (99) dik. 2 rev.);

(i) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar kontribuzzjonijiet min-Norveġja u mill-Islanda għall-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tas-C. SIS (SCH/Com-ex (97) 18).

3.  
Għall-finijiet ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, ir-referenzi għall-Artikoli sostitwiti tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Acquis ta’ Schengen li jimplimentaw dawk l-Artikoli għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 378/2004 u r-Regolament (KE) Nru 871/2004, id-Deċiżjoni 2005/451/JHA, id-Deċiżjoni 2005/728/JHA u d-Deċiżjoni 2006/628/KE huma revokati fid-data msemmija fl-Artikolu 55(2).

Artikolu 54

Perijodu transitorju u baġit

1.  

L-allerti għandhom jiġu trasferiti minn SIS 1+ għas-SIS II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, billi jagħtu prijorità għall-allerti dwar persuni, li l-kontenut ta' l-allerti li huma trasferiti mis SIS 1+ għas-SIS II jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 55(2). Matul dan il-perijodu transitorju, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 94 u 96 tal-Konvenzjoni ta' Schengen għall-kontenut ta' l-allerti li huma trasferiti mis-SIS 1+ għas-SIS II, soġġett għar-regoli li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta' modifika ta', żjieda għal jew ta' korrezzjoni jew aġġornament tal-kontenut ta' allert trasferit mis-SIS 1+ għas-SIS II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-allert jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament sa miż-żmien tal-modifika, żjieda, korrezzjoni jew aġġornament.

(b) 

Fil-każ ta' riżultat ta' allert trasferit mis-SIS 1+ għas-SIS II, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-kompatibbiltà ta' dak l-allert mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament minnufih, iżda mingħajr ma jdewmu l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi ta' dak l-allert.

2.  
Il-bqija tal-baġit fid-data stabbilita b’mod konformi ma’ l-Artikolu 55(2), li kien approvat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għandu jitħallas lura lill-Istati Membri. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-regolament finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni u tat-tħaddim tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen.
3.  
Matul il-perijodu transitorju msemmi fl-Artikolu 15(3), referenzi f'dan ir-Regolament għall-Awtorità tat-Tmexxija għandhom jinftiehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ, applikabbilità u migrazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2.  
Għandu japplika għall-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ minn dati li jridu jiġu ffissati mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+.
3.  

Id-dati msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ffissata wara li:

(a) 

jkunu adottati l-miżuri implimentattivi meħtieġa;

(b) 

l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-SIS 1+ ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw data tas-SIS II u jiskambjaw informazzjoni supplimentari;

(ċ) 

il-Kummissjoni tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-SIS II, li għandu jitmexxa mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri, u l-korpi preparatorji tal-Kunsill ikunu vvalidaw ir-riżultat propost tat-test u kkonfermaw li l-livell ta' prestazzjoni tas-SIS II huwa ta' l-inqas ekwivalenti għal dak miksub mis-SIS 1+;

(d) 

il-Kummissjoni tkun għamlet l-arranġamenti tekniċi meħtieġa biex tippermetti li s-SIS II Ċentrali tkun konnessa ma’ l-N. SIS II ta' l-Istati Membri kkonċernati.

4.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tat-testijiet imwettqa skond il-paragrafu 3(ċ).
5.  
Kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond il-paragrafu 2 għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b'mod konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



( 1 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

( 3 ) ĠU L 105, 13.4.2006, p 1.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018. dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

( 7 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 439.