2006R0951 — MT — 09.11.2009 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 178, 1.7.2006, p.24) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2031/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 |
L 414 |
43 |
30.12.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1568/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 |
L 340 |
62 |
22.12.2007 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 |
L 150 |
7 |
10.6.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2008 tat-18 ta' Settembru 2008 |
L 251 |
13 |
19.9.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 164/2009 tas-26 ta' Frar 2009 |
L 55 |
19 |
27.2.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1055/2009 tal-5 ta’ Novembru 2009 |
L 290 |
64 |
6.11.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 951/2006
tat-30 ta’ Ġunju 2006
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( 1 ), u b’mod partikulari l-Artikoli 23(4) u 40(1) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi dispożizzjonijiet applikabbli għal liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni, l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-importazzjoni fis-settur taz-zokkor. Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza tar-regoli applikabbli għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinġiebu flimkien f’regolament wieħed. |
|
(2) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi għall-possibbiltà li jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal pajjiżi terzi biex jagħmlu tajjeb għad-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji u l-prezzijiet fil-Komunità. |
|
(3) |
Biex ikun żgurat trattament ugwali dwar kif ikun stabbilit l-ammont tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, għandu jkun stabbilit metodu standard li jiddetermina l-kontenut ta’ sukrożju ta’ ċerti prodotti. Jeħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti kriterji speċifiċi li jkopru każijiet fejn il-metodu standard ma jħallix li jkun determinat il-kontenut ta’ sukrożju. Fil-każ ta’ ġuleppijiet b’livell ta’ purezza relattivament baxx, il-kontenut ta’ sukrożju għandu jkun stabbilit f’rata fissa abbażi tal-kontenut ta’ zokkor li jista’ jkun estratt. |
|
(4) |
Zokkor tal-konfettura, li jkun manifatturat minn zokkor abjad jew minn zokkor mhux maħdum raffinat, bosta drabi jkollu grad ta’ polarizzazzjoni ta’ anqas minn 99,5 %. Minħabba l-livell għoli ta’ purezza tal-materja prima użata, ir-rifużjoni fuq zokkor tal-konfettura għandha tkun qrib kemm jista’ jkun tar-rifużjoni fuq zokkor abjad. Għalhekk għandha tkun stabbilita definizzjoni preċiża taz-zokkor tal-konfettura. |
|
(5) |
Fil-każ li jkun deċiż li tingħata rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq l-iżoglukożju, għandhom ikunu stabbiliti limiti għall-kontenut ta’ zokkor fil-meraq tal-frott u polisakkarida biex ikun żgurat li r-rifużjoni fil-fatt tingħata biss fuq il-prodott veru. |
|
(6) |
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi li l-importazzjoni tal-Komunità u l-esportazzjoni tagħha, ta’ kull prodott li jidher fil-lista fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament, ħlief dawk fil-punt (h) ta’ dak l-Artikolu, għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew esportazzjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati biex ikunu determinati, b’mod partikulari, l-informazzjoni li għandha tintwera f’applikazzjonijiet għal liċenzja u f’liċenzji, il-kondizzjonijiet applikabbli għal ħruġ ta’ liċenzji, inklużi l-garanziji li għandhom ikunu depożitati, kif ukoll il-kondizzjonijiet ta’ validità tal-liċenzja maħruġa. |
|
(7) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-osservanza ta’ l-impenji għall-volum ta’ esportazzjoni li tirriżulta mill-ftehimiet milħuqin skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun żgurata abbażi tas-sistema ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni. Għal dan l-iskop, il-liċenzji li tkun saret applikazzjoni għalihom għandhom jinħarġu wara perjodu ta’ riflessjoni li matulu l-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni u tieħu miżuri f’każijiet fejn l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet relattivi tirriżulta jew ikun hemm riskju li tirriżulta f’qabża fil-volum u/jew fl-approprjazzjonijiet stabbiliti f’dawk il-ftehimiet għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni relattiva. Għal dan il-fini, Stati Membri għandu jkun jeħtiġilhom jinnotifikaw mingħajr dewmien l-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji li jkollhom x’jaqsmu ma’ rifużjonijiet perjodiċi. Applikanti għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għandhom jitħallew jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom b’ċerti kondizzjonijiet jekk ikun ġiet stabbilita perċentwali ta’ aċċettazzjoni. |
|
(8) |
Il-monitoraġġ preċiż u regolari tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi huwa l-uniku mezz biex ikun hemm monitoraġġ mill-qrib ta’ l-iżviluppi meta jitqiesu l-limiti li jinħolqu minħabba l-impenji tal-Komunità konformi mal-ftehimiet milħuqin skond l-Artikolu 300 tat-Trattat u biex jittieħdu, skond il-każ, il-miżuri rikjesti, b’mod partikulari għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19 (1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tirċievi fuq bażi regolari l-informazzjoni rilevanti mhux biss dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti li għalihom ikunu ġew iffissati rifużjonijiet, skond l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, imma wkoll dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti esportati mingħajr rifużjoni, b’liċenzja jew mingħajrha f’ċirkolazzjoni libera fis-suq Komunitarju, kif ukoll dawk koperti minn arranġamenti ta’ pproċessar għal ġewwa. |
|
(9) |
Biex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq taz-zokkor Komunitarji u biex il-prezzijiet ma jitħallewx jinżlu taħt il-prezzijiet ta’ referenza għaz-zokkor hu meqjus li jeħtieġ li jkun hemm provvidement għall-applikazzjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni addizzjonali. |
|
(10) |
L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxi li importazzjonijiet magħmulin għal prezz taħt il-prezz indikattiv komunikat lill-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji jistgħu jkunu suġġetti għal dazju ta’ importazzjoni addizzjonali. |
|
(11) |
Għall-applikazzjoni tad-dazju ta’ importazzjoni addizzjonali, għandu jitqies il-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva. Il-prezz ta’ importazzjoni cif għandu jitqabbel mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott ikkonċernat fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni Komunitarju għal dak il-prodott. Għal dak l-għan jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-kriterji li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoini cif għall-prodotti li għalihom jista’ jkun applikat dazju ta’ importazzjoni addizzjonali. Biex ikunu determinati l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li hija tista’ tikseb direttament jew permezz tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti mingħand l-Istati Membri. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti u materjal agrikolu li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 ( 2 ), jiftaħ kwota ta’ tariffa annwali ta’ 600 000 tunnellata metrika ta’ melassa li toriġina fl-ACP, fejn dazji tad-dwana ta’ importazzjoni jitnaqqsu b’100 %. F’dik il-perspettiva, u meta jitqies li l-importazzjoni ta’ melassa f’dan il-limitu kwantitattiv aktarx ma twassalx għal disturbi fis-suq Komunitarju, ma jitqisx li jkun xieraq li jkunu imposti dazji addizzjonali fuq importazzjoni bħal din, peress li dan ikun kuntrarju għall-iskop veru li titħaffef l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati ACP) għall-Komunità. Id-dazju ta’ importazzjoni totali applikabbli għal melassa tal-kannamieli li toriġina f’dawk l-istati għandu, għalhekk, jinżel għal żero. |
|
(13) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana ( 3 ) tal-Komunità, ikkodifika r-regoli ta’ ġestjoni għall-kwoti ta’ tariffi maħsuba biex jintużaw wara d-dati f’ordni kronoloġiku ta’ l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tad-dwana. |
|
(14) |
Ir-regoli dettaljati stabbiliti f’dan ir-Regolament jissostitwixxu lil dawk tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 784/68 tas-26 ta’ Ġunju 1968 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta’ prezzijiet cif għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum ( 4 ), (KEE) Nru 785/68 tas-26 ta’ Ġunju 1968 li jiddetermina l-kwalità standard u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu tal-prezz cif għall-melassa ( 5 ), (KE) Nru 1422/95 ( 6 ), (KE) Nru 1423/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor barra minn melassa ( 7 ), (KE) Nru 1464/95 tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur taz-zokkor ( 8 ) u (KE) Nru 2135/95 tas-7 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fis-settur taz-zokkor ( 9 ). Dawk ir-regolamenti għandhom, għalhekk, ikunu rrevokati fl-interess tat-trasparenza u ċ-ċarezza legali. |
|
(15) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, b’konformità mat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, ir-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni, għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni u għall-ġestjoni ta’ importazzjonijiet, inkluża applikazzjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni addizzjonali fis-settur taz-zokkor.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) “rifużjoni perjodika” tfisser ir-rifużjoni ta’ esportazzjoni ffissata f’intervalli regolari kif imsemmi fl-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(2) “zokkor tal-konfettura” tfisser zokkor li:
(a) ikollu kristalli kbar ta’ mill-anqas 5 mm tul, miksubin bit-tiksiħ u l-kristallizzazzjoni bil-mod ta’ soluzzjoni konċentrata biżżejjed ta’ zokkor, u
(b) ikollu 96 % jew aktar ta’ sukrożju skond il-piż fl-istat niexef, determinat skond il-metodu polarimetriku.
KAPITOLU II
RIFUŻJONIJIET TA’ ESPORTAZZJONI
Artikolu 3
Determinazzjoni tal-kontenut ta’ sukrożju ta’ diversi ġuleppijiet taz-zokkor eliġibbli għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni
1. Ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal kull 100 kilogramma ta’ prodotti fil-lista ta’ l-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandha tkun daqs ammont bażiku mmultiplikat bl-ammont ta’ sukrożju tal-prodott in kwistjoni kif determinat, flimkien, skond il-każ, mal-kontenut ta’ zokkriet oħra kkalkulati f’ekwivalenti ta’ sukrożju.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, il-kontenut ta’ sukrożju miżjud, fejn applikabbli, bil-kontenut ta’ zokkor ieħor espress bħala sukrożju għandu jiġi kkalkulat skond il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 ( 10 ).
3. Fil-każ ta' ġuleppi ta' purità ta' mhux anqas minn 85 % iżda anqas minn 94.5 %, il-kontenut ta' sukrożju miżjud, fejn japplika, bil-kontenut ta' zokkor ieħor espress bħala sukrożju għandu jiġi ffissat b'rata uniformi ta' 73 % skond il-piż fl-istat niexef.
4. Fil-każ ta’ karamella miksuba esklussivament minn zokkor mhux denaturat kopert min-NM kodiċi 1701, il-kontenut ta’ sukrożju, flimkien, skond il-każ, mal-kontenut ta’ zokkriet oħra espressi bħala sukrożju, għandu jkun determinat abbażi tal-kontenut tal-materja niexfa. Il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun determinat abbażi tad-densità tas-soluzzjoni dilwata fi proporzjon imwieżen ta’ wieħed għal wieħed. Ir-riżultat tad-determinazzjoni tal-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun espress bħala sukrożju billi jkun immultiplikat b’koeffiċjent ta’ wieħed.
Iżda jekk ikun hemm talba biex titqies il-karamella kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ammont ta’ sukrożju attwalment użat, flimkien, skond il-każ, mal-kontenut ta’ zokkriet oħra espress bħala sukrożju, jista’ jkun determinat fejn il-konfettura tkun ġiet manifatturata skond proċedura ta’ ħażna fid-dwana jew f’żona ħielsa li tagħti l-istess garanziji.
5. L-ammont bażiku msemmi fil-paragrafu 1 m’għandux japplika għal ġuleppijiet b’purezza anqas minn 85 %.
Artikolu 4
Rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-isoglukożju
Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jistgħu jingħataw biss għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fejn il-prodotti:
(a) jinkisbu bl-isomerizzazzjoni tal-glukożju;
(b) ikollhom kontenut ta’ fruttożju skond il-piż fl-istat xott ta’ mhux anqas minn 41 %;
(ċ) ikollhom kontenut totali skond il-piż fl-istat xott ta’ polisakkaridi u olisakkaridi, inklużi di- u trisakkaridi, ta’ mhux aktar minn 8,5 %.
Il-konenut tal-materja niexfa ta’ isoglukożju għandu jkun determinat abbażi tad-densità tas-soluzzjoni dilwita fi proporzjon skond il-piż ta’ wieħed għal wieħed, fil-każ ta’ prodotti ta’ konsistenza għolja ħafna, permezz ta’ l-inxif.
Artikolu 4a
Rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal ċertu zokkor użat f’ċerti prodott pproċessati minn frott u ħxejjex
1. Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, rifużjoni fuq l-esportazzjoni tista’ tingħata rigward zokkor abjad u zokkor mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1701, isoglukożju li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30 u ġulepp tal-pitravi u ġulepp tal-kannamieli li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1702 90 95 użati għall-manifattura tal-prodotti tas-settur tal-frott u ħxejjex ipproċessati msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
2. L-ammont tar-rifużjoni għandha tkun daqs l-ammont tar-rifużjoni perjodika fuq l-esportazzjoni kif stipulata fuq il-prodotti taz-zokkor msemmija fil-paragrafu 1 esportati mingħajr aktar proċessar.
3. Sabiex jibbenefikaw mir-rifużjoni, prodotti proċessati għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mill-applikant li tiddiskrivi l-kwantitajiet ta’ zokkor abjad u mhux raffinat u ġuleppi tal-pitravi u tal-kannamieli u isoglukożju użati fil-manifattura, filwaqt ta’ l-esportazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw l-eżattezza tad-dikjarazzjoni fuq kampjun magħżul ta’ mill-anqas 5 % abbażi ta’ analiżi ta’ riskju. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fuq ir-rekords ta’ stokkijiet li jinżammu mill-manifattur.
4. Ir-rifużjoni għandha titħallas meta tintbagħat il-prova li:
(a) il-prodotti ġew esportati mill-Komunità, u
(b) fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata, il-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew destinazzjoni oħra li għaliha ġiet iffissata r-rifużjoni.
Artikolu 4b
Derogi mir-Regolament (KE) 800/1999
1. B’deroga mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, meta d-differenzazzjoni tar-rifużjoni hija biss riżultat ta’ rifużjoni li ma ġietx iffissata għall-Iżvizzera jew Liechtenstein, prova li l-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni tkomplew ma għandhiex tkun kundizzjoni għal pagment tar-rifużjoni fir-rigward ta’ prodotti ta’ zokkor imsemmija fl-Artikolu 4a(1) użati għall-manifattura tal-prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex imsemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u elenkati fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972.
2. Il-fatt li l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma ġiet iffissata rigward l-esportazzjoni lejn l-Iżvizzera jew Liechtenstein tal-prodotti taz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 4a(1) użati fil-manifattura tal-prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex imsemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u elenkati fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ffissata l-ibaxx rata ta’ rifużjoni fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.
KAPITOLU IIa
ESPORTAZZJONIJIET BARRA MILL-KWOTA
L-Artikolu 4(c)
Il-provi tal-wasla fid-destinazzjoni
1. Jekk ċerti destinazzjonijiet mhumiex eliġibbli għall-esportazzjonijiet ta' zokkor u/jew ta' isoglukożju barra mill-kwota, għandha tingħata prova li l-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni lejn id-destinazzjonijiet eliġibbli tlestew billi jintwera wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.
2. F'każ fejn l-esportatur ma jkunx jista' jikseb id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu wkoll wara li jkun ħa l-passi xierqa, il-prodotti għandhom jitqiesu li ġew impurtati f'pajjiż terz jekk jintwerew it-tliet dokumenti li ġejjin:
(a) kopja tad-dokument tat-trasport;
(b) dikjarazzjoni li l-prodott inħatt, magħmula minn awtorità uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat, mill-awtoritajiet uffiċjali ta' wieħed mill-Istati Membri stabbiliti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jew minn aġenzija internazzjonali ta' sorveljanza approvata skont l-Artikoli 16a sa 16f tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, li tiċċertifika li l-prodott ħalla l-post tal-ħatt jew talanqas li, sa fejn tkun taf l-awtorità jew l-aġenzija li tkun qed toħroġ id-dikjarazzjoni, il-prodott ma jkunx tgħabba mill-ġdid sussegwentement bil-għan li jerġa' jkun esportat;
(c) dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati stabbiliti fil-Komunità li jiċċertifika li l-ħlas li jikkorrispondi mal-esportazzjoni kkonċernata jkun inħareġ mill-kont tal-esportatur li jkun infetaħ magħhom, jew evidenza li sar il-ħlas.
3. F'każ ta' esportazzjonijiet taz-zokkor u/jew tal-isoglukożju barra mill-kwota bħala għajnuna tal-ikel għal organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni umanitarja, il-prodotti għandhom jitqiesu li ġew impurtati f'pajjiż terz jekk tintwera dikjarazzjoni li l-kunsinna ġiet aċċettata maħruġa minn organizzazzjoni internazzjoniali jew minn organizzazzjoni umanitarja approvata mill-Istat Membru tal-esportazzjoni, f'każ fejn il-prodotti jikkostitwixxu għajnuna tal-ikel.
Artikolu 4d
L-ekwivalenza
Iz-zokkor u l-isoglukożju prodotti skont il-kwota jistgħu jintużaw bħala prodotti ekwivalenti għall-produzzjoni barra mill-kwota. Meta l-produzzjoni skont il-kwota tintuża bħala produzzjoni ekwivalenti għall-produzzjoni barra mill-kwota, din tista’ tkun esportata skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 11 ). Dan il-mekkaniżmu ta’ ekwivalenza għandu japplika wkoll meta l-produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju prodotti skont il-kwota u barra mill-kwota jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti.
Artikolu 4e
Is-sena tal-produzzjoni
Iz-zokkor u l-isoglukożju esportati skont liċenzji maħruġin għal-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jiġu prodotti f’sena tas-suq li tkun differenti minn dik li għaliha tapplika l-liċenzja tal-esportazzjoni.
KAPITOLU III
LIĊENZJI TA’ ESPORTAZZJONI
Artikolu 5
Rekwiżit ta’ liċenzja
1. Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-esportazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 ( 12 ).
Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament u għandhom japplikaw għall-każijiet kollha li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(b) ta’ dak ir-Regolament.
2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 ( 13 ), qed ikunu kostitwiti l-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:
(a) prodotti tal-grupp I: il-prodotti msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(b) prodotti tal-grupp II: il-prodotti msemmija fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(ċ) prodotti tal-grupp III: il-prodotti msemmija fil-punti (d) u (g) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
Artikolu 6
Liċenzja ta’ esportazzjoni b’rifużjoni
1. Fejn ir-rifużjoni tkun fissa skond stedina għal offerta li ssir fil-Komunità, l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tkun depożitata ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni ta’ għotja skond l-offerta tkun inħarġet.
2. It-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness.
2a. Fir-rigward tar-rifużjoni li tingħata skond l-Artikolu 4a, it-Taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja u tal-liċenzja nnifisha għandu jkollha waħda min-notamenti elenkati fil-Parti E ta’ l-Anness.
3. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tinħareġ għall-kwantità mdaħħla fid-dikjarazzjoni jew għotja rilevanti ta’ offerti. It-taqsima 22 tal-liċenzja għandha tinkludi r-rata ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni, kif imniżżel f’dik id-dikjarazzjoni, f'EUR. Għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness.
4. l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 ( 14 ) m’għandux japplika.
Artikolu 7
Liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor jew isoglukożju mingħajr rifużjoni
Fejn iz-zokkor jew l-isoglukożju b’ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunità u li mhux meqjus bħala “barra mill-kwota” jkun se jiġi esportat mingħajr rifużjoni, it-taqsima 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja għandha tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness, skont il-prodott ikkonċernat u skond il-każ.
Artikolu 7a
Liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota
B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, l-esportazzjonijijiet ta’ isoglukożju barra mill-kwota fi kwantitajiet inqas mil-limitu msemmi fl-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni.
Artikolu 7b
L-applikazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjonji barra mill-kwota
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni li jikkonċernaw il-limitu kwantitattiv li se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jiġu ppreżentati biss minn produtturi taz-zokkor tal-pitravi jew taz-zokkor tal-kannamieli jew minn produtturi tal-isoglukożju li jkunu approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u li lilhom tkun ġiet allokata kwota għaz-zokkor jew l-isoglukożju skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għas-sena tas-suq ikkonċernata, b’kunsiderazzjoni, skond ma jkun il-każ, għall-Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir-regolament.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom l-applikant ikun ingħata kwota għaz-zokkor jew għall-isoglukożju.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jitressqu kull ġimgħa, minn nhar ta’ Tnejn sa nhar ta’ Ġimgħa. Dan għandu jibda jseħħ mid-data li fiha jibda japplika r-Regolament li jistabbilixxi l-limitu kwantitattiv skont l-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sa ma l-ħruġ tal-liċenzji jiġi sospiż skont l-Artikolu 7e ta’ dan ir-Regolament.
4. L-applikanti jistgħu jibagħtu biss applikazzjoni waħda fil-ġimgħa għal-liċenzji tal-esportazzjoni. Għal kull liċenzja tal-esportazzjoni, il-kwantità li għaliha tkun tressqet l-applikazzjoni ma tistax taqbeż il-50 000 tunnellata għaz-zokkor u l-5 000 tunnellata għall-isoglukożju.
5. L-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn prova li l-garanzija msemmija fl-Artikolu 12a(1) kienet ippreżentata.
6. Il-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni u l-liċenzja, kif ukoll il-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għandhom jinkludu waħda minn dawn l-annotazzjonijiet, skond ma jkun il-każ:
(a) ‘zokkor barra mill-kwota għal esportazzjoni bla rifużjoni’; jew
(b) ‘isoglukożju barra mill-kwota għal esportazzjoni bla rifużjoni’.
Artikolu 7c
Il-komunikazzjoni dwar l-esportazzjonijiet barra mill-kwota
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn is-1 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-Ġimgħa u t-Tnejn ta’ wara, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew isoglukożju, li matul il-ġimgħa ta’ qabel ikunu preżentaw applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għalihom.
Il-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni jridu jinqasmu f’kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni meta ma jkun hemm ebda applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni ppreżentata.
Dan il-paragrafu għandu japplika esklussivament għal Stati Membri li għalihom tkun ġiet stabbilita kwota għaz-zokkor u/jew għall-isoglukożju fl-Anness III u/jew il-Punt II ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistri għal kull ġimgħa tal-kwantitajiet li għalihom kienu ppreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni.
Artikolu 7d
Il-Ħruġ tal-liċenzji
1. Kull ġimgħa, mill-Ġimgħa u sa tmiem il-ġimgħa ta’ wara, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji għall-applikazzjonijiet li jkunu ġew ippreżentati fil-ġimgħa ta’ qabel u nnotifikati kif previst fl-Artikolu 7c(1), skond ma jkun il-każ, u b’kunsiderazzjoni għall-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7e.
Ma jistgħux jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għal kwantitajiet li ma jkunux ġew ikkomunikati.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fl-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew isoglukożju, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta’ l-esportazzjoni matul il-ġimgħa ta’ qabel.
3. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru bil-kwantitatjiet ta' zokkor u/jew isoglukożju verament esportati bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew iżoglukożju verament esportati bil-liċenzja tal-esportazzjoni matul ix-xahar ta’ qabel.
5. Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw esklussivament għal Stati Membri li għalihom tkun ġiet stabbilita kwota għaz-zokkor u/jew għall-isoglukożju fl-Anness III u/jew il-Punt II ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
Artikolu 7e
Is-sospensjoni tal-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota
F'każ li l-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit bl-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għall-perjodu kkonċernat, id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 8
Validità ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni
▼M3 —————
4. Liċenzji ta’ esportazzjoni għall-esportazzjoni bir-rifużjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu validi mill-ġurnata ta’ meta verament jinħarġu sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara l-ħruġ.
Artikolu 8a
Il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni barra mill-kwota
B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin għal-limitu kwantitattiv stabbilit skont l-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu jgħoddu kif ġej:
(a) il-liċenzji maħruġin bejn l-1 ta’ Ottubru 2009 u l-31 ta’ Marzu 2010 għandhom jibqgħu jgħoddu sat-30 ta’ Settembru 2010;
(b) il-liċenzji maħruġin mill-1 ta’ April 2010 ’il quddiem għandhom ikunu jgħoddu mid-data tal-ħruġ tagħhom sa tmiem il-ħames xahar ta’ wara dik id-data.
Artikolu 9
Sospensjoni tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni
1. Fejn ikun hemm riskju li l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni jaqbżu l-ammonti tal-baġit li jkunu jistgħu jinkisbu, jew il-kwantitajiet massimi u/jew l-impenji ta’ nfiq stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ( 15 ) għall-perjodu relattiv, il-Kummissjoni tista’:
(a) tiffissa perċentwali ta’ aċċettazzzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni iżda li għalihom ma jkunux għadhom inħarġu liċenzji;
(b) ma’ tilqax applikazzjonijiet li għalihom ma jkunux għadhom inħarġu liċenzji ta’ esportazzjoni;
(ċ) tissospendi d-depożitu ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji għal ħamest ijiem tax-xogħol; tista’ tiffissa s-sospensjoni għal perjodu itwal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati wkoll meta applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni jkunu dwar kwantitajiet li jaqbżu jew li jkun hemm ir-riskju li jaqbżu x-xejra normali tal-kummerċ għal destinazzjoni waħda jew għal grupp ta’ destinazzjonijiet u jekk il-ħruġ tal-liċenzji mitluba jġib miegħu riskju ta’ spekulazzjzoni, tgħawwiġ tal-kompetezzjoni bejn operaturi, jew disturbi fil-kummerċ ikkonċernat jew fis-suq Komunitarju.
3. Jekk il-kwantitajiet li għalihom ikun hemm applikazzjoni jitnaqqsu jew ma jintlaqgħux, il-garanzija għal-liċenzja għandha tinħeles mil-ewwel fir-rigward tal-kwantitajiet li ma jkunux ingħataw.
4. Applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mill-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perċentwali ta’ aċċettazzjoni kif indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jekk din tkun anqas minn 80 %. Stati Membri għandhom imbagħad jilliberaw il-garanzija.
KAPITOLU IV
LIĊENZJI TA’ IMPORTAZZJONI
Artikolu 10
Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008.
Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament u għandhom japplikaw għall-każijiet kollha li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.
KAPITOLU V
REGOLI KOMUNI GĦAL LIĊENZJI TA’ ESPORTAZZJONI U IMPORTAZZJONI
SEZZJONI 1
Ħruġ ta’ liċenzji u garanzija
Artikolu 11
Applikazzjoni għal liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni u l-ħruġ tagħhom
1. Liċenzji għaz-zokkor li jidher fin-NM kodiċi 1701 għal kwantitajiet ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi għandhom jinħarġu:
(a) fil-każ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni, fit-tielet jum tax-xogħol wara dak li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni;
(b) fil-każ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni, fil-ħames jum tax-xogħol wara dak li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni;
(ċ) fil-każ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata minn qabel, fil-ħames jum tax-xogħol wara dak li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni bil-kondizzjoni li ebda azzjoni kif indikat fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni matul dak iż-żmien.
L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal:
(a) zokkor tal-konfettura;
(b) zokkor b’togħma partikulari; zokkor b’materjal miżjud li jagħti l-kulur;
(ċ) zokkor preferenzjali għall-importazzjoni fil-Komunità skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 ( 16 ).
2. Meta applikazzjoni għal-liċenzja għall-prodotti li għalihom japplika l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun għal kwantitajiet ta’ mhux iktar minn 10 tunnellati, il-persuna kkonċernata ma tistax tressaq iktar minn applikazzjoni waħda ta’ dan it-tip fl-istess jum u lill-istess awtorità kompetenti u, għall-esportazzjoni, ma tistax tintuża iktar minn liċenzja waħda maħruġa għal kwantitajiet inqas minn 10 tunnellati.
Artikolu 12
Garanzija
▼M3 —————
2. Għall-prodotti li jidhru fin-NM kodiċi 1701, id-detentur ta’ liċenzja għandu jiddepożita garanzija supplimentari jekk:
(a) l-obbligu li jesporta li joriġina minn liċenzji ta’ esportazzjoni, barra minn dawk maħruġin bi stedina għal offerta u miftuħin fil-Komunità, ma jitħarisx, ħlief f’każijiet ta’ force majeure, u
(b) l-ammont tal-garanzija kif imsemmi fl-ewwel u t-tieni punt tal-paragrafu 1 (b) ikun inferjuri għall-ammont tar-rifużjoni fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tal-liċenzja, wara t-tnaqqis tar-rifużjoni indikata fil-liċenzja.
L-ammont tal-garanzija supplimentari għandu jkun ugwali għad-differenza bejn l-ammonti msemmijin fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu.
3. Il-garanzija li trid issir riġward liċenzji għall-esportazzjoni bir-rifużjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandha tkun ikkalkolata skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, ibbażata fuq il-kontenut nett tal-prodotti taz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 4a ta’ dan ir-Regolament użati għall-manifattura tal-prodotti elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
Artikolu 12a
Il-garanzija għal liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota
1. L-applikant għandu jippreżenta garanzija ta’ EUR 42 għal kull tunnellata netta ta’ materjal niexef fil-każ tal-isoglukożju barra mill-kwota li għandu jiġi esportat sal-limitu kwantitattiv stipulat.
2. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi ppreżentata kif jixtieq l-applikant, jew fi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija mogħtija minn impriża konformi mal-kriterji stipulati mill-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għal dik il-kwantità li l-applikant ikun wettaq l-obbligi ta’ esportazzjoni tagħha, fis-sens tal-Artikoli 30(b) u 31(b) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, liema obbligi jirriżultaw mil-liċenżji maħruġa skond l-Artikolu 7c ta' dan ir-Regolament
4. Meta ċerti destinazzjonijiet ikunu esklużi għall-esportazzjoni ta’ zokkor u/jew isoglukożju barra mill-kwota sal-limitu kwantitattiv stabbilit, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilixxata biss jekk, minbarra li jitqies il-paragrafu 3, jiġu ppreżentati wkoll it-tliet dokumenti msemmija fl-Artikolu 4c.
SEZZJONI 2
Liċenzji għal operazzjonijiet speċifiċi (EX/IM) ta’ raffinar
▼M4 —————
KAPITOLU VI
KOMUNIKAZZJONI MINN STATI MEMBRI
Artikolu 17
Komunikazzjzoni dwar liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin
Dwar esportazzjoni lil pajjiżi terzi, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-15 ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar ta’ qabel:
(a) bil-kwantitajiet li għalihom ikunu fil-fatt inħarġu liċenzji flimkien ma’ l-ammonti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ffissati skond l-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 maqsumin f’partijiet bejn:
— prodotti taz-zokkor li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1701 91 00, 1701 99 10 u 1701 99 90,
— zokkor mhux maħdum tale quale li jidher fin-NM kodiċijiet 1701 11 90 u 1701 12 90,
— ġuleppi tas-sukrożju, espressi bħala zokkor abjad, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1702 90 71, 1702 90 95 u 2106 90 59,
— isoglukożju, espress bħala materja niexfa, li jidher fin-NM kodiċijiet 1702 40 10, 1702 60 10, 1702 90 30 u 2106 90 30;
▼M4 —————
(b) bil-kwantitajiet ta’ zokkor abjad li jidher fin-NM kodiċi 1701 99 10, li għalihom tkun fil-fatt inħarġet liċenzja flimkien ma’ l-ammonti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ffissati skond l-Artikolu 33(2)(b) tar-Regolamernt (KE) Nru 318/2006;
(ċ) bil-kwantitajiet, flimkien ma’ l-ammonti li jikkorrispondu magħhom ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ffissati skond l-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, ta’ zokkor abjad; bil-kwantitajiet ta’ zokkor mhux maħdum u ġulepp tas-sukrożju, espressi bħala zokkor abjad, u bil-kwantitajiet ta’ isoglukożju, espress bħala materja niexfa, li għalihom tkun fil-fatt inħarġet liċenzja bil-ħsieb li jkunu esportati fl-għamla ta’ prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 ( 17 );
(d) il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji skont l-Artikolu 7, imqassmin skont iz-zokkor u l-isoglukożju.
Artikolu 18
Komunikazzjoni dwar kwantitajiet esportati
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:
(1) mhux aktar tard mill-aħħar ta’ kull xahar kalendarju fir-rigward tax-xahar kalendarju ta’ qabel, bil-kwantitajiet ta’ zokkor abjad imsemmijin fl-Artikolu 17(b) esportati skond l-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000;
(2) għal kull xahar kalendarju, u mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar kalendarju wara x-xahar kalendarju msemmi:
(a) bil-kwantitajiet flimkien ma’ l-ammonti li jikkorrispondu magħhom ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ zokkor u ġulepp, espressi bħala zokkor abjad, msemmijin fl-Artikolu 5(1) ir-raba’ punt tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 esportati mingħajr aktar ipproċessar u mingħajr liċenzja ta’ esportazzjoni;
(b) bil-kwantitajiet ta’ zokkor suġġett għal kwoti u esportat bħala zokkor abjad jew f’għamla ta’ prodotti pproċessati, espressi bħala zokkor abjad, li għalihom tkun inħarġet liċenzja ta’ esportazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ għajnuna f’ikel mill-Komunità u fuq livell nazzjonali skond konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi komplementari oħra u għall-implimentazzjoni ta’ mi ¿uri oħra Komunitarji għall-provvista bla ħlas ta’ ikel;
(ċ) fil-ka ¿ta’ l-esportazzjonijiet msemmijin fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u ġuleppi tas-sukrożju, espressi bħala zokkor abjad, u ta’ isoglukożju, espress bħala materja niexfa, esportati mingħajr aktar ipproċessar flimkien ma’ l-ammonti tar-rifużjonijiet li jikkorrispondu magħhom;
(d) bil-kwantitajiet, flimkien ma’ l-ammonti li jikkorrispondu magħhom ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ffissati skond l-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, ta’ zokkor abjad; bil-kwantitajiet ta’ zokkor mhux maħdum u ġulepp tas-sukrożju, espressi bħala zokkor abjad, u bil-kwantitajiet ta’ isoglukożju, espress bħala materja niexfa, esportati fl-għamla tal-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 ( 18 ) u fl-għamla tal-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ( 19 );
(e) Fil-każ ta’ l-esportazzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 17(ċ) u fil-punt (d) ta’ dan l-Artikolu, bil-kwantitajiet esportati mingħajr rifużjoni.
In-notifiki msemmijin fil-punti (d) u (e) għandhom jingħataw b’mod separat lill-Kummissjoni għal kull Regolament li japplika għall-prodott ipproċessat imsemmi.
Artikolu 19
Komunikazzjoni dwar liċenzji ta’ importazzjoni
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:
(1) kull xahar, fir-rigward tax-xahar ta’ qabel, bil-kwantitajiet tale quale ta’ zokkor abjad u zokkor mhux maħdudm barra minn zokkor preferenzjali, jew ġuleppijiet taz-zokkor, isoglukożju u ġulepp ta’ inulina li għalihom tkun fil-fatt inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni;
(2) kull ġimgħa fir-rigward tal-ġimgħa ta’ qabel, bil-kwantitajiet ta’ zokkor abjad u zokkor mhux maħdum tale quale li għalihom tkun fil-fatt inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni u esportazzjoni skond l-Artikolu 13;
(3) Il-kwantitajiet ta' zokkor impurtati minn pajjiżi terzi u esportati bħala prodotti ta' kumpens skont l-arranġament ta' pproċessar intern imsemmija fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; in-notifika għandha tirreferi għal kull xahar; u għandha titressaq sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni xahar kalendarju ta' wara x-xahar ikkonċernat.
Artikolu 20
Komunikazzjoni ad hoc dwar liċenzji ta’ esportazzjoni b’rifużjoni
Fuq talba tal-Kummissjoni u għall-perjodu ta’ żmien indikat, Stati Membri għandhom mill-ewwel jibdew jinnotifikaw kuljum lill-Kummissjoni:
(a) dwar kwantitajiet ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi, bl-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji ta’ esportazzjoni għal prodotti eliġibbli għal rifużjoni perjodikament;
(b) bil-kwantitajiet milqutin b’miżuri meħudin skond l-Artikolu 9(1).
Artikolu 21
Metodi ta' komunikazzjoni
Il-komunikazzjoni ta’ l-Istati Membri prevista f'dan il-Kapitolu għandha tintbagħat b'mod elettroniku f'konformità mal-metodi li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-Istati Membri.
KAPITOLU VII
ĠESTJONI TA’ IMPORTAZZJONIJIET
SEZZJONI 1
Kalkolu ta’ prezzijiet cif għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum
Artikolu 22
Determinazzjoni ta’ prezzijiet cif
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prezzijiet cif għal zokkor abjad u zokkor maħdum abbażi ta’ l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji. Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu kkalkulati skond l-Artikoli 23 sa 26.
Artikolu 23
Informazzjoni li għandha titqies
Meta l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji jkunu qed jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tkun tista’ tikseb direttament jew permezz ta’ l-aġenziji kompetenti ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’:
(a) offerti fis-suq dinji;
(b) kwotazzjonijiet fil-kambju li jkunu importanti għall-kummerċ internazzjonali taz-zokkor;
(ċ) prezzijiet reġistrati fi swieq importanti f’pajjiżi terzi;
(d) bejgħ milħuq fil-kummerċ internazzjonali.
Artikolu 24
Informazzjoni li m’għandhiex titqies
Meta l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli jkunu qed jiġu stabbiliti, m’għandhiex titqies informazzjoni:
(a) jekk il-merkanzija ma tkunx ta’ kwalità tajba u ġusta biex titqiegħed fis-suq, jew
(b) jekk il-possibbiltà li tinkiseb bil-prezz indikat fl-offerta jkun relatat biss ma’ kwantità żgħira li ma tkunx rappreżentattiva tas-suq, jew
(ċ) jekk ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet u l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun tista’ tikseb iwasslu lil ta’ l-aħħar li tassumi li l-prezz indikat fl-offerta ma jkunx rappreżentattiv ta’ xejriet attwali fis-suq.
Artikolu 25
Aġġustament għall-port ta’ Rotterdam
1. Prezzijiet li ma jkunux validi għal konsenja bil-massa cif Rotterdam għandhom ikunu aġġustati.
Meta l-aġġustament isir, għandha titqies b’mod partikulari d-differenza fl-ispiża tat-trasport tal-merkanzija bejn il-port tat-tagħbija u l-port tad-destinazzjoni u bejn il-port tat-tagħbija u Rotterdam.
2. Jekk il-prezz ikun relatat ma’ merkanzija f’boroż huwa għandu jitnaqqas b’0,88 EUR għal kull 100 kilogramma.
Artikolu 26
Aġġustament għal kwalità standard
1. Meta prezzijiet li jirrelataw ma’ kwalitajiet barra mill-kwalità standard ikunu qed jiġu aġġustati:
(a) iż-żidiet jew it-tnaqqis stabbiliti skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu applikati għal zokkor abjad;
(b) il-fatturi korrettivi miksubin bid-diviżjoni ta’ 92 bir-rendità perċentwali taz-zokkor li għalih ikun jirrelata l-prezz għandhom ikunu applikati għal zokkor mhux maħdum.
2. Rendità għandha tkun ikkalkulata skond il-metodu deskritt fil-Punt III (3) ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
SEZZJONI 2
Determinazzjoni tal-kwalità standard u kalkolu tal-prezz cif għal melassa
Artikolu 27
Kwalità standard ta’ melassa
Il-kwalità standard ta’ melassa għandha:
(a) tkun tajba u ta’ kwalità ġusta biex titqiegħed fis-suq;
(b) ikollha kontenut totali ta’ 48 % zokkor.
Artikolu 28
Determinazzjoni ta’ prezzijiet cif
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prezzijiet cif għal melassa abbażi ta’ l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji. Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu kkalkulati skond l-Artikoli 29 sa 33.
Artikolu 29
Informazzjoni li għandha titqies
Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji, għandha titqies l-informazzjoni kollha relatata ma’:
(a) offerti fis-suq dinji;
(b) prezzijiet reġistrati fi swieq importanti f’pajjiżi terzi;
(ċ) bejgħ milħuq fil-kummerċ internazzjonali, li l-Kummissjoni tkun tista’ tiksbu direttament jew permezz ta’ l-aġenziji kompetenti ta’ l-Istati Membri.
Artikolu 30
Informazzjoni li m’għandhiex titqies
Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji, informazzjoni m’għandhiex titqies:
(a) jekk il-merkanzija ma tkunx ta’ kwalità tajba u ġusta biex titqiegħed fis-suq, jew
(b) jekk il-possibbiltà li l-merkanzija tinkiseb bil-prezz indikat fl-offerta ikun relatat biss ma’ kwantità żgħira li ma tkunx rappreżentattiva tas-suq, jew
(ċ) jekk ix-xejra ġenerali ta’ prezzijiet jew l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun titsta’ tikseb iwasslu lil din ta’ l-aħħar li tassumi li l-prezz indikat fl-offerta ma jkunx rappreżentattiv ta’ xejriet attwali fis-suq.
Artikolu 31
Aġġustamenti għall-port ta’ Amsterdam
Prezzijiet li ma jkunux validi għal konsenja bil-massa cif Rotterdam għandhom ikunu aġġustati.
Meta l-aġġustament isir, għandha titqies b’mod partikulari d-differenza fl-ispiża tat-trasport tal-merkanzija bejn il-port tat-tagħbija u l-port tad-destinazzjoni u bejn il-port tat-tagħbija u Amsterdam.
Artikolu 32
Aġġustamenti għall-kwalità standard
Prezzijiet determinati meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli u li ma jkunux relatati mal-kwalità standard għandhom:
(a) jiżdiedu b’wieħed minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali ta’ kontenut totali ta’ zokkor fejn il-kontenut ta’ zokkor tal-melassa relattiva tkun anqas minn 48 %;
(b) jitnaqqsu b’wieħed minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali ta’ kontenut totali ta’ zokkor fejn il-kontenut tal-melassa relattiva tkun aktar minn 48 %.
Artikolu 33
Prezz medju
Meta l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji jkunu qed jiġu stabbiliti, tkun tista’ tittieħed medja ta’ diversi prezzijiet bħala bażi, bil-kondizzjoni li din il-medja tkun tista’ titqies bħala rappreżentanti ta’ xejriet attwali tas-suq.
SEZZJONI 3
Dazju ta’ importazzjoni addizzjonali
Artikolu 34
Dazju addizzjonali għall-melassa
1. Id-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu applikati għall-melassa li tidher fin-NM kodiċijiet 1703 10 00 u 170390000.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prezzijiet rappreżentattivi għall-melassa fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ifissru l-prezzijiet cif għal dawk il-prodotti determinati mill-Kummissjoni skond is-Sezzjoni 2, minn hawn ’il quddiem imsejħin “prezzijiet rappreżentattivi tal-melassa”.
Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu ffissati għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Il-Kummissjoni tista’ temendahom matul dak il-perjodu fejn l-informazzjoni li jkun hemm għaliha turi bidla fil-prezzijiet rappreżentattivi ffissati qabel ta’ mill-anqas EUR 0,5 għal kull 100 kilogramma.
3. Stati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ kull xahar l-informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb kif imsemmi fl-Artikolu 29.
Artikolu 35
Prezzijiet indikattivi għall-melassa
Għal 100 kilogramma ta’ melassa tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament, il-prezz indikattiv imsemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jkun ekwivalenti għal:
(a) EUR 7,90 għal melassa li tidher fin-NM kodiċi 1703 10 00;
(b) EUR 8,20 għal melassa li tidher fin-NM kodiċi 1703 90 00.
Artikolu 36
Dazju addizzjonali għal prodotti taz-zokkor
1. Id-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu applikati għal prodotti li jidhru fin-NM kodiċijiet 1701 11 10, 1701 11 90, 1701 12 10, 1701 12 90, 1701 91 00, 1701 99 10, 1701 99 90 u 1702 90 99.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prezzijiet rappreżentattivi għal zokkor abjad u għal zokkor mhux maħdum fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni Komunitarju msemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ifissru l-prezzijiet cif għal dawk il-prodotti stabbiliti skond is-Sezzjoni 1, minn hawn ’il quddiem imsejħin “prezzijiet rappreżentattivi taz-zokkor”.
Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu ffissati għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Il-Kummissjoni tista’ temendahom matul dak il-perjodu jekk il-flutwazzjonijiet fl-elementi tal-kalkolu jipproduċu żieda jew tnaqqis ta’ EUR 1,20 għal kull 100 kilogramma jew aktar fir-rigward tal-prezzijiet rappreżentattivi taz-zokkor iffissati qabel.
3. Il-prezz rappreżentattiv taz-zokkor għall-prodotti li jidhru fin-NM kodiċi 1702 90 99 għandu jkun il-prezz rappreżentattiv iffissat għal zokkor abjad applikat għal kull 1 % ta’ kontenut ta’ sukrożju għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott in kwistjoni.
Artikolu 37
Prezzijiet indikattivi għal prodotti taz-zokkor
Għal 100 kilogramma ta’ prodott nett, il-prezz indikattiv imsemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jkun ekwivalenti għal:
(a) EUR 53,10 għal zokkor abjad li jidher fin-NM kodiċijiet 1701 99 10 u 1701 99 90 tal-kwalità standard imsemmija fil-Punt II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(b) EUR 64,7 għal zokkor li jidher fin-NM kodiċi 1701 91 00;
(ċ) EUR 54,10 għal zokkor tal-pitravi mhux maħdum li jidher fin-NM kodiċi 1701 12 90 tal-kwalità standard imsemmija fil-Punt III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(d) EUR 41,30 għal zokkor tal-pitravi mhux maħdum li jidher fin-NM kodiċi 1701 12 10 tal-kwalità standard imsemmija fil-Punt III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(e) EUR 55,20 għal zokkor tal-kannamieli mhux maħdum li jidher fin-NM kodiċi 1701 11 90 tal-kwalità standard imsemmija fil-Punt III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(f) EUR 41,80 għal zokkor tal-kannamieli mhux maħdum li jidher fin-NM kodiċi 1701 11 10 tal-kwalità standard imsemmija fil-Punt III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;
(g) EUR 1,184 għall-prodotti li jidhru fin-NM kodiċi 1702 90 99 għal kull 1 % ta’ kontenut ta’ sukrożju.
Artikolu 38
Provi
1. L-ammont tad-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali għal kull wieħed mit-tipi ta’ melassa msemmija fl-Artikolu 34(1) u prodotti taz-zokkor imsemmija fl-Artikoli 36(1) għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva skond l-Artikolu 39.
Fil-każ ta’ melassa il-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva għandu jinqaleb għall-prezz tal-melassa tal-kwalità standard permezz ta’ aġġustament kif imsemmi fl-Artikolu 32.
Fil-każ ta’ zokkor abjad jew mhux maħdum il-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva għandu jinqaleb għall-prezz ta’ zokkor tal-kwalità standard kif definita fil-Punti II u III rispettivament ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, jew għall-prezz ekwivalenti għall-prodott li jidher fin-NM kodiċi 1702 90 99, skond kif jirriżulta.
2. Meta l-prezz ta’ importazzjoni cif għal kull 100 kilogramma ta’ kunsinna jkun ogħla mill-prezz rappreżentattiv applikabbli tal-melassa imsemmi fl-Artikolu 34(2) jew mill-prezz rappreżentattiv taz-zokkor imsemmi fl-Artikolu 36(2), l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur għall-anqas il-provi li ġejjin:
(a) il-kuntratt ta’ bejgħ, jew kull dokument ieħor ekwivalenti;
(b) il-kuntratt ta’ assigurazzjoni;
(ċ) il-fattura;
(d) iċ-ċertifikat ta’ oriġini (fejn japplika);
(e) il-kuntratt ta’ trasport;
(f) fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-polza ta’ kargu.
Għal verifika tal-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru importatur jistgħu jesiġu kull informazzjoni u dokumenti oħra li jidhrilhom ikunu meħtieġa.
3. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-importatur għandu jiddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li tkun ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali kkalkulat abbażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott in kwistjoni u l-ammont ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali kkalkulat abbażi ta’ prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva.
4. Il-garanzija depożitata għandha tiġi liberata jekk tingħata prova tal-kondizzjonijiet ta’ tneħħija li tkun tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti. Mod ieħor, il-garanzija għandha tintilef bħala ħlas tad-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali.
5. Jekk wara li ssir verifika l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu ma jkunux tħarsu, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut skond l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-ammont ta’ dazju li jkollu jkun irkuprat jew li jibqagħlu jkun irkuprat għandu jinkludi l-imgħax mill-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet rilaxxjata għal ċirkolazzjoni ħielsa sad-data ta’ l-irkupru. Ir-rata ta’ imgħax għandha tkun dik fis-seħħ għal operazzjonijiet ta’ rkupru skond il-dritt nazzjonali.
Artikolu 39
Kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni addizzjonali
Jekk id-differenza bejn il-prezz indikattiv in kwistjoni msemmi fl-Artikolu 34 għall-melassa jew fl-Artikolu 36 għal prodotti taz-zokkor u l-prezz ta’ importazzjoni cif tal-konsenja relattiva:
(a) tkun 10 % jew anqas mill-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun xejn;
(b) tkun aktar minn 10 % iżda anqas minn jew ugwali għal 40 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun 30 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 10 %;
(ċ) tkun aktar minn 40 % iżda anqas minn jew ugwali għal 60 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun 50 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 40 %, li miegħu għandu jiżdied id-dazju addizzjonali msemmi fil-punt (b);
(d) tkun aktar minn 60 % iżda anqas minn jew ugwali għal 75 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun 70 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 60 %, li miegħu għandhom jiżdiedu d-dazji addizzjonali msemmijin fil-punti (b) and (ċ);
(e) tkun aktar minn 75 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun 90 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 75 %, li miegħu għandhom jiżdiedu d-dazji addizzjonali msemmijin fil-punti (b), (ċ) u (d).
SEZZJONI 4
Sospensjoni jew tnaqqis ta’ dazji ta’ importazzjoni għall-melassa
Artikolu 40
Sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tad-dazji ta’ importazzjoni għall-melassa
Fejn il-prezz rappreżentattiv tal-melassa msemmi fl-Artikolu 34(2) flimkien mad-dazju ta’ importazzjoni applikabbli għal melassa tal-kannamieli li tidher fin-NM kodiċi 1703 10 00, jew għal melassa tal-pitravi li tidher fin-NM kodiċi 1703 90 00, jaqbeż, għall-prodott in kwistjoni, 8,21 EUR/100 kg, id-dazji ta’ importazzjoni għandhom ikunu sospiżi u sostitwiti bl-ammont tad-differenza misjuba mill-Kummissjoni. Dan l-ammont għandu jkun iffissat fl-istess waqt bħal tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmijin fl-Artikolu 34(2).
Iżda fejn ikun hemm riskju li sospensjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni jista’ jkollha effetti ħżiena fuq is-suq Komunitarju tal-melassa, tista’ ssir dispożizzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 biex ma tkunx applikata dik is-sospensjoni għal perjodu speċifiku.
▼M4 —————
SEZZJONI 5
Kalkolu tal-kontenut ta’ sukrożju f’zokkor mhux maħdum u f’ċerti ġuleppijiet
Artikolu 42
Metodi ta’ kalkolu
1. Jekk ir-rendità ta’ zokkor mhux maħdum importat kif determinata skond il-Punt III ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 tkun differenti mir-rendità ffissata għall-kwalità standard, id-dazju tat-tariffa tad-dwana għal prodotti li jidhru fin-NM kodiċijiet 1701 11 10 u 1701 12 10, u d-dazju addizzjonali għal prodotti li jidhru fin-NM kodiċijiet 1701 11 10, 1701 11 90, 1701 12 10 u 1701 12 90 li jkollhom jinġabru għal kull 100 kilogramma ta’ l-imsemmi zokkor mhux maħdum għandhom ikunu kkalkulati billi d-dazju li jikkorrispondi magħhom iffissat għal zokkor mhux maħdum tal-kwalità standard ikun immultiplikat b’koeffiċjenti korrettiv. Il-koeffiċjenti korrettiv għandu jinkiseb billi l-perċentwali tar-rendità taz-zokkor mhux maħdum importat tkun diviża bi 92.
2. Għal prodotti imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-kontenut ta’ sukrożju, inklużi zokkriet oħra espressi bħala sukrożju, għandhom ikunu determinati bl-applikazzjoni tal-metodu Lane u Eynon (metodu ta’ tnaqqis ta’ ram) għas-soluzzjoni inversa skond Clerget-Herzfeld. Il-kontenut totali taz-zokkor hekk determinat għandu jkun espress bħala sukrożju billi ssir multiplikazzjoni b’0,95.
Iżda l-kontenut ta’ sukrożju, inklużi zokkriet oħra espressi bħala sukrożju, ta’ prodotti li jkollhom anqas minn 85 % sukrożju jew zokkriet oħra espressi bħala sukrożju, u zokkor invers espress bħala sukrożju għandhom ikunu determinati billi jkun aċċertat il-kontenut tal-materja niexfa. Il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun determinat skond il-gravità speċifika tas-soluzjoni dilwita fi proporzjon ta’ 1 għal 1 skond il-piż u, għal prodotti solidi, bl-permezz ta’ l-inxif. Il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun espress bħala sukrożju billi ssir multiplikazzjzoni bil-koeffiċjenti 1.
3. Għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(1)(d) and (g) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun determinat skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-konverżjoni għal sukrożju ekwivalenti għandha tinkiseb billi l-materja niexfa determinata skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun immultiplikata bil-koeffiċjent 1,9.
KAPITOLU VIII
REVOKA U DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 43
Revoka
Ir-Regolament (KEE) Nru 784/68, ir-Regolament (KEE) Nru 785/68, ir-Regolament (KE) Nru 1422/95, ir-Regolament (KE) Nru 1423/95, ir-Regolament (KE) Nru 1464/95 u r-Regolament (KE) Nru 2135/95 huma b’dan revokati.
Ir-Regolament (KE) Nru 1464/95 għandu, iżda, jibqa’ applikabbli għal liċenzji maħruġin skond id-dispożizzjonijiet tiegħu qabel l-1 ta’ Lulju 2006.
Artikolu 44
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjzoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
A. L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2):
|
bil-Bulgaru |
: |
„Регламент (ЕО) № … (ОВ L …, … г., стр. …), срок за подаване на заявления за участие в търг: …“ |
|
bl-Ispanjol |
: |
«Reglamento (CE) no … (DO L … de …, p. …), plazo para la presentación de ofertas: …» |
|
biċ-Ċek |
: |
„Nařízení (ES) č. … (Úř. věst. L …, …, s. …), lhůta pro předkládání nabídek: …“ |
|
bid-Daniż |
: |
»Forordning (EF) nr. … (EUT L … af …, s. …), tidsfrist for afgivelse af bud: …« |
|
bil-Ġermaniż |
: |
„Verordnung (EG) Nr. … (ABl. L … vom …, S. …), Frist für die Angebotsabgabe: …“ |
|
bl-Estonjan |
: |
„Määrus (EÜ) nr … (ELT L …, …, lk …), pakkumiste esitamise tähtaeg: …” |
|
bil-Grieg |
: |
«Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. … (ΕΕ L … της …, σ. …), προθεσμία για την υποβολή προσφορών …» |
|
bl-Ingliż |
: |
‘Regulation (EC) No … (OJ L …, …, p. …), time limit for submission of tenders: …’ |
|
bil-Franċiż |
: |
«Règlement (CE) no … (JO L … du …, p. …), délai de présentation des offres: …» |
|
bit-Taljan |
: |
«Regolamento (CE) n. … (GU L … del …, pag. …), termine ultimo per la presentazione delle offerte: …» |
|
bil-Latvjan |
: |
“Regula (EK) Nr. … (OV L …, …., …. lpp.), piedāvājumu iesniegšanas termiņš: …” |
|
bil-Litwan |
: |
„Reglamentas (EB) Nr. … (OL L …, …, p. …), pasiūlymų pateikimo terminas – …“ |
|
bl-Ungeriż |
: |
„…/…/EK rendelet (HL L …, …, …o.), a pályázatok benyújtásának határideje: …” |
|
bl-Olandiż |
: |
„Verordening (EG) nr. … (PB L … van …, blz. …), termijn voor het indienen van de aanbiedingen: …” |
|
bil-Pollakk |
: |
„Rozporządzenie (WE) nr … (Dz.U. L … z …, s. …), termin składania ofert: …” |
|
bil-Portugiż |
: |
«Regulamento (CE) n.o … (JO L … de …, p. …), prazo para apresentação de propostas: …» |
|
bir-Rumen |
: |
„Regulamentul (CE) nr. … (JO L …, …, p. …), termen limită pentru depunerea ofertelor: …” |
|
bis-Slovakk |
: |
„Nariadenie (ES) č. … (Ú. v. EÚ L …, …, s. …), lehota na predkladanie ponúk: …“ |
|
bis-Sloven |
: |
„Uredba (ES) št. … (UL L …, …, str. …), rok za predložitev ponudb: …“ |
|
bil-Finlandiż |
: |
”Asetus (EY) N:o … (EUVL L …, …, s. …), tarjousten tekemiselle asetettu määräaika päättyy: …” |
|
bl-Iżvediż |
: |
”Förordning (EG) nr … (EUT L …, …, s. …), tidsfrist för inlämnande av anbud: …” |
B. Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3):
|
— |
bil-Bulgaru: |
„Ставка на приложимо възстановяване“ |
|
— |
bl-Ispanjol: |
«Tasa de la restitución aplicable: …» |
|
— |
biċ-Ċek: |
„sazba použitelné náhrady“ |
|
— |
bid-Daniż: |
»Restitutionssats« |
|
— |
bil-Ġermaniż: |
„Anwendbarer Erstattungssatz“ |
|
— |
bl-Estonjan: |
“Kohaldatav toetuse määr” |
|
— |
bil-Grieg: |
«Ύψος της ισχύουσας επιστροφής» |
|
— |
bl-Ingliż: |
‘rate of applicable refund’ |
|
— |
bil-Franċiż: |
«Taux de la restitution applicable» |
|
— |
bit-Taljan: |
«Tasso della restituzione applicabile: …» |
|
— |
bil-Latvjan: |
“Piemērojamā eksporta kompensācijas likme” |
|
— |
bil-Litwan: |
„Taikoma grąžinamosios išmokos norma“ |
|
— |
bl-Ungeriż: |
„Alkalmazandó visszatérítés mértéke: …” |
|
— |
bl-Olandiż: |
„Toe te passen restitutiebedrag: …” |
|
— |
bil-Pollakk: |
„stawka stosowanej refundacji” |
|
— |
bil-Portugiż: |
«Taxa da restituição aplicável: …» |
|
— |
bir-Rumen: |
„Rata restituirii aplicabile” |
|
— |
bis-Slovakk: |
„výška uplatniteľnej náhrady“ |
|
— |
bis-Sloven: |
„višina nadomestila“ |
|
— |
bil-Finlandiż: |
”Tuen määrä …” |
|
— |
bl-Iżvediż: |
”Exportbidragssatsen: …” |
C. Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7:
|
— |
bil-Bulgaru: |
„(Захар) или (изоглюкоза) или (сироп от инулин), които не се разглеждат „извън квотата“ за износ без възстановяване“ |
|
— |
bl-Ispanjol: |
«[Azúcar] o [Isoglucosa] o [Jarabe de inulina] no considerado “al margen de cuota” para la exportación sin restitución» |
|
— |
biċ-Ċek: |
„(Cukr) nebo (Isoglukosa) nebo (Inulinový sirup), (který/která) se nepovažuje za produkt ‚mimo rámec kvót‘, pro vývoz bez náhrady“ |
|
— |
bid-Daniż: |
»[Sukker] eller [Isoglucose] eller [Inulinsirup], der ikke anses for at være »uden for kvote« til eksport uden restitution« |
|
— |
bil-Ġermaniż: |
„[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltender Zucker]/[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltende Isoglukose]/[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltender Inulinsirup] für die Ausfuhr ohne Erstattung“ |
|
— |
bl-Estonjan: |
“Kvoodivälisena mittekäsitatava (suhkru) või (isoglükoosi) või (inuliinisiirupi) eksportimiseks ilma toetuseta” |
|
— |
bil-Grieg: |
«[Ζάχαρη] ή [Ισογλυκόζη] ή [Σιρόπι ινουλίνης] που δεν θεωρείται “εκτός ποσόστωσης” προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή» |
|
— |
bl-Ingliż: |
‘(Sugar) or (Isoglucose) or (Inulin syrup) not considered as “out-of-quota” for export without refund’ |
|
— |
bil-Franċiż: |
«[Sucre] ou [isoglucose] ou [sirop d'inuline] non considéré “hors quota” pour les exportations sans restitution» |
|
— |
bit-Taljan: |
«[Zucchero] o [isoglucosio] o [sciroppo di inulina] non considerato “fuori quota” per le esportazioni senza restituzione» |
|
— |
bil-Latvjan: |
“(Cukurs) vai (izoglikoze) vai (inulīna sīrups), kas nav uzskatāms par “ārpuskvotu” produkciju eksportam bez kompensācijas” |
|
— |
bil-Litwan: |
„Virškvotiniu nelaikomas (cukrus) ar (izogliukozė) ar (inulino sirupas) eksportui be grąžinamosios išmokos“ |
|
— |
bl-Ungeriż: |
„A [cukrot] vagy az [izoglükózt] vagy az [inulinszirupot] nem tekintik »kvótán felülinek« a visszatérítés nélküli kivitel tekintetében” |
|
— |
bl-Olandiż: |
„[Suiker] of [Isoglucose] of [Inulinestroop] die niet als „buiten het quotum geproduceerd” wordt beschouwd, bestemd voor uitvoer zonder restitutie” |
|
— |
bil-Pollakk: |
„[Cukier] lub [Izoglukoza] lub [Syrop inulinowy] niezaliczany/-a do produktów »pozakwotowych«, przeznaczony/-a do wywozu bez refundacji” |
|
— |
bil-Portugiż: |
«[Açúcar] ou [Isoglucose] ou [Xarope de inulina] não considerado(a) “extra-quota” para exportação sem restituição» |
|
— |
bir-Rumen: |
„(Zahăr) sau (izoglucoză) sau (sirop de inulină) nefiind considerate «peste cotă» pentru exporturile fără restituire” |
|
— |
bis-Slovakk: |
„[Cukor] alebo [izoglukóza] alebo [inulínový sirup], ktorý sa nepovažuje za ‚nad rámec kvóty’ na vývoz bez náhrady“ |
|
— |
bis-Sloven: |
„(Sladkor) ali (izoglukoza) ali (inulinski sirup) se ne štejejo kot ‚izven kvote‘ za izvoz brez nadomestila“ |
|
— |
bil-Finlandiż: |
”Tuetta vietävä [sokeri] tai [isoglukoosi] tai [inuliinisiirappi], jota ei pidetä kiintiön ulkopuolisena” |
|
— |
bl-Iżvediż: |
”[Socker] eller [isoglukos] eller [inulinsirap] som inte anses vara ’utomkvotsprodukter’ för export utan bidrag” |
D. Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3):
|
— |
bil-Bulgaru: |
„EX/IM, член 116 от Регламент (ЕО) № 2913/92 – лицензия, валидна в … (държава-членка издател)“ |
|
— |
bl-Ispanjol: |
«EX/IM, artículo 116 del Reglamento (CEE) no 2913/92 — certificado válido en … (Estado miembro de emisión)» |
|
— |
biċ-Ċek: |
„EX/IM, článek 116 nařízení (EHS) č. 2913/92 – licence platná v … (vydávající členský stát)“ |
|
— |
bid-Daniż: |
»EX/IM, artikel 116 i forordning (EØF) nr. 2913/92 — licens gyldig i … (udstedende medlemsstat)« |
|
— |
bil-Ġermaniż: |
„EX/IM, Artikel 116 der Verordnung (EWG) Nr. 2913/92 — Lizenz gültig in … (erteilender Mitgliedstaat)“ |
|
— |
bl-Estonjan: |
“EX/IM, määruse (EMÜ) nr 2913/92 artikkel 116 – litsents kehtib … (väljaandev liikmesriik)” |
|
— |
bil-Grieg: |
«EX/IM, άρθρο 116 του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 2913/92 — πιστοποιητικό που ισχύει στ … (κράτος μέλος έκδοσης)» |
|
— |
bl-Ingliż: |
‘EX/IM, Article 116 of Regulation (EEC) No 2913/92 — licence valid in … (issuing Member State)’ |
|
— |
bil-Franċiż: |
«EX/IM, article 116 du règlement (CEE) no 2913/92 — certificat valable au/en (État membre d'émission)» |
|
— |
bit-Taljan: |
«EX/IM, articolo 116 del regolamento (CEE) n. 2913/92 — titolo valido in … (Stato membro di rilascio)» |
|
— |
bil-Latvjan: |
“EX/IM, Regulas (EEK) Nr. 2913/92 116. pants – licence ir derīga … (izsniedzēja dalībvalsts)” |
|
— |
bil-Litwan: |
„EX/IM, Reglamento (EEB) Nr. 2913/92 116 straipsnis – licencija galioja … (išduodanti valstybė narė)“ |
|
— |
bl-Ungeriż: |
„EX/IM, a 2913/92/EGK rendelet 116. cikke – az engedély …-ban/-ben (kibocsátó tagállam) érvényes” |
|
— |
bl-Olandiż: |
„EX/IM, artikel 116 van Verordening (EEG) nr. 2913/92 — certificaat geldig in … (lidstaat van afgifte)” |
|
— |
bil-Pollakk: |
„EX/IM, art. 116 rozporządzenia (EWG) nr 2913/92 – pozwolenie ważne w (państwo członkowskie wydające pozwolenie)” |
|
— |
bil-Portugiż: |
«EX/IM, Artigo 116.o do Regulamento (CEE) n.o 2913/92 — certificado eficaz em … (Estado-Membro de emissão)» |
|
— |
bir-Rumen: |
„EX/IM, articolul 116 din Regulamentul (CEE) nr. 2913/92 – licență valabilă în … (statul membru emitent)” |
|
— |
bis-Slovakk: |
„vývoz/dovoz, článok 116 nariadenia (EHS) č. 2913/92 – licencia platná v … (vydávajúci členský štát)“ |
|
— |
bis-Sloven: |
„IZ/UV, člen 116 Uredbe (EGS) št. 2913/92 – dovoljenje veljavno v … (država članica izdajateljica)“ |
|
— |
bil-Finlandiż: |
”EX/IM, asetuksen (ETY) N:o 2913/92 116 artikla – Todistus on voimassa … (myöntäjäjäsenvaltio)” |
|
— |
bl-Iżvediż: |
”EX/IM, artikel 116 i förordning (EEG) nr 2913/92 – licens giltig i … (utfärdande medlemsstat)” |
E. L-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2a):
|
bil-Bulgaru |
: |
Захар, използвана в един или повече продукти, изброени в приложение VIII към Регламент (ЕО) № 318/2006. |
|
bl-Ispanjol |
: |
Azúcar utilizado en uno o varios productos enumerados en el anexo VIII del Reglamento (CE) no 318/2006. |
|
biċ-Ċek |
: |
Cukr použitý v jednom nebo v několika produktech uvedených v příloze VIII nařízení (ES) č. 318/2006. |
|
bid-Daniż |
: |
Sukker anvendt i et eller flere produkter som omhandlet i bilag VIII til forordning (EF) nr. 318/2006. |
|
bil-Ġermaniż |
: |
Zucker, einem oder mehreren der in Anhang VIII der Verordnung (EG) Nr. 318/2006 genannten Erzeugnissen zugesetzt. |
|
bl-Estonjan |
: |
Suhkur, mida on kasutatud ühes või mitmes määruse (EÜ) nr 318/2006 VIII lisas loetletud tootes. |
|
bil-Grieg |
: |
Ζάχαρη χρησιμοποιούμενη σε ένα ή περισσότερα προϊόντα απαριθμούμενα στο παράρτημα VIII του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 318/2006. |
|
bl-Ingliż |
: |
Sugar used in one or more products listed in Annex VIII of Regulation (EC) No 318/2006. |
|
in French |
: |
Sucre mis en œuvre dans un ou plusieurs produits énumérés à l’annexe VIII du règlement (CE) no 318/2006. |
|
bit-Taljan |
: |
Zucchero utilizzato in uno o più prodotti elencati nell'allegato VIII del regolamento (CE) n. 318/2006. |
|
bil-Latvjan |
: |
Cukurs, ko izmanto vienā vai vairākos produktos, kas minēti Regulas (EK) Nr. 318/2006 VIII pielikumā. |
|
bil-Litwan |
: |
Cukrus, naudojamas vienam arba keliems Reglamento (EB) Nr. 318/2006 VIII priede išvardytiems produktams. |
|
bl-Ungeriż |
: |
A 318/2006/EK rendelet VIII. mellékletében felsorolt egy vagy több termékben használt cukor. |
|
bil-Malti |
: |
Zokkor użat f'wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. |
|
bl-Olandiż |
: |
Suiker die wordt gebruikt in een of meer van de in bijlage VIII bij Verordening (EG) nr. 318/2006 opgenomen producten. |
|
bil-Polakk |
: |
Cukier używany w co najmniej jednym z produktów wymienionych w załączniku VIII do rozporządzenia (WE) nr 318/2006. |
|
bil-Portugiż |
: |
Açúcar utilizado em um ou mais produtos constantes do anexo VIII do Regulamento (CE) n.o 318/2006. |
|
bir-Rumen |
: |
Zahăr folosit la prepararea unuia sau a mai multor produse enumerate în anexa VIII la Regulamentul (CE) nr. 318/2006. |
|
bis-Slovakk |
: |
Cukor použitý v jednom alebo vo viacerých výrobkoch uvedených v prílohe VIII k nariadeniu (ES) č. 318/2006. |
|
bis-Sloven |
: |
Sladkor, uporabljen v enem ali več proizvodih, naštetih v Prilogi VIII k Uredbi (ES) št. 318/2006. |
|
bil-Finlandiż |
: |
Yhdessä tai useammassa asetuksen (EY) N:o 318/2006 liitteessä VIII luetellussa tuotteessa käytetty sokeri. |
|
bl-Iżvediż |
: |
Socker som används i en eller flera av de produkter som förtecknas i bilaga VIII till förordning (EG) nr 318/2006. |
( 1 ) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.
( 2 ) ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.
( 3 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
( 4 ) ĠU L 145, 27.6.1968, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 260/96 (ĠU L 34, 13.2.1996, p. 16).
( 5 ) ĠU L 145, 27.6.1968, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1422/95.
( 6 ) ĠU L 141, 24.6.1995, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 79/2003 (ĠU L 13, 18.1.2003, p. 4).
( 7 ) ĠU L 141, 24.6.1995, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1951/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 45).
( 8 ) ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 3).
( 9 ) ĠU L 214, 8.9.1995, p. 16.
( 10 ) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.
( 11 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 12 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
( 13 ) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.
( 14 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
( 15 ) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
( 16 ) Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 17 ) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29.
( 18 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48.
( 19 ) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.