2006R0883 — MT — 08.05.2013 — 007.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 171, 23.6.2006, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1305/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007 |
L 290 |
17 |
8.11.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 114/2008 tas-6 ta’ Frar 2008 |
L 33 |
6 |
7.2.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 447/2008 tat-22 ta' Mejju 2008 |
L 134 |
13 |
23.5.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 451/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 |
L 135 |
12 |
30.5.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 482/2009 tal-8 ta’ Ġunju 2009 |
L 145 |
17 |
10.6.2009 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1353/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 |
L 338 |
35 |
21.12.2011 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 398/2013 tat-30 ta’ April 2013 |
L 120 |
9 |
1.5.2013 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 883/2006
tal-21 ta’ Ġunju 2006
li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ħoloq Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) li jidħol fil-qafas tal-ġestjoni maqsuma ta’ l-ispejjeż u d-dħul allokati mill-baġit Komunitarju. Dan jiffissa l-kundizzjonijiet u r-regoli ġenerali applikabbli għaż-żamma tal-kotba u għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż mill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli u l-kundizzjonijiet iridu jkunu preċiżati fil-waqt li ssir distinzjoni bejn il-modalitajiet ta’ applikazzjoni li huma komuni għaż-żewġ Fondi u dawk speċifiċi għal kull wieħed minnhom. |
(2) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni tajba tal-krediti disponibbli fil-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għaż-żewġ Fondi, huwa indispensabbli li kull aġenzija tal-ħlas żżomm kontijiet separati marbuta esklussivament ma’ l-ispejjeż li jridu jiġu finanzjati mill-EAGF, minn naħa, u mill-EAFRD min-naħa l-oħra. Minħabba dan, il-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-ħlas jridu juru b’mod distint, għal kull wieħed miż-żewġ Fondi, l-ispejjeż u d-dħul effettwati rispettivament skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 u l-Artikoli 4 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u tippermetti li dawn l-ispejjeż u d-dħul jitqabblu mal-mezzi finanzjarji li jingħataw għad-dispożizzjoni tagħhom mill-baġit Komunitarju. |
(3) |
L-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni jsir esklussivament f’euro, filwaqt li jkun possibbli għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona euro biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji jsiru fil-munita nazzjonali tagħhom. Sabiex tkun possibbli l-konsolidazzjoni ta’ l-ispejjeż u tad-dħul kollha, b'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ li l-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati jkunu f'qagħda li jipprovdu d-data relatata ma' l-ispejjeż u għad-dħul kemm f’euro u kemm fil-munita li biha ħallsu jew tħallsu. |
(4) |
Biex tkun garantita ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, partikolarment minħabba l-fatt li l-Istati Membri jipprovdu l-mezzi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż, stipulati fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 ta-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jew jibbenefikaw minn pagament antiċipat għal dawk stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi qabel ma l-Kummissjoni tiffinanzja dawn l-ispejjeż taħt forma ta’ rimbors ta’ l-ispejjeż effettwati, jaqbel li jkun stipulat li l-Istati Membri jiġbru l-informazzjoni neċessarja għal dan ir-rimbors u jpoġġu progressivament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ispejjeż u d-dħul, jew jibgħatuhomlha perjodikament. Għalhekk iridu jitqiesu l-metodi speċifiċi ta’ ġestjoni ta’ l-EAGF u l-EAFRD u hemm lok li tiġi organizzata t-tpoġġija għad-dispożizzjoni u t-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond regolarità adattata għall-metodu ta’ ġestjoni ta’ kull wieħed mill-Fondi, mingħajr preġudizzju ta’ l-obbligu għall-Istati Membri li jżommu l-informazzjoni stabbilita għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb ta’ sorveljanza xierqa ta’ l-evoluzzjoni fl-ispejjeż. |
(5) |
L-obbligi ġenerali relattivi għaż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas jibbażaw fuq data dettaljata mitluba għat-tmexxija tal-fondi Komunitarji u tal-kontroll tagħhom, fejn id-dettall mhux neċessarju biex isir ir-rimbors ta’ l-ispejjeż. Jaqbel għalhekk li jkun preċiżat liema informazzjoni u data relattivi għall-ispejjeż li ser jiġu finanzjati mill-EAGF jew mill-EAFRD iridu jiġu mgħoddija regolarment lill-Kummissjoni. |
(6) |
Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni trid tippermetti lil din ta’ l-aħħar li tuża direttament u bl-aktar mod effkaċi possibbli l-informazzjoni li tiġi mgħoddija lilha għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-EAGF u tal-EAFRD, kif ukoll il-ħlasijiet relattivi għal dawn. Biex jintlaħaq dan l-għan, jaqbel li jkun stipulat li dak kollu li jkun magħmul disponibbli u l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni isiru b’mezzi elettroniċi jew diġitali. Madankollu, jekk tiġi kkunsidrata neċessarja t-trasmissjoni b’mezzi oħra, jaqbel li jkun stipulat f’liema każijiet ikun ġustifikat dan l-obbligu. |
(7) |
Il-punt c) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li, għall-azzjonijiet relatati mal-ħidmiet iffinanzjati mill-EAGF u l-EAFRD, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż, li jiswew daqs talba għall-ħlas, iridu jkunu komunikati lill-Kummissjoni flimkien ma’ l-informazzjoni mitluba. Sabiex l-Istati Membri u l-aġenziji tal-ħlas jkunu jistgħu jippreparaw dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż skond ir-regoli miftiehma u biex l-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidra t-talbiet għall-ħlas, jaqbel li jkun determinat taħt liema kundizzjonijiet dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu kkunsidrati skond il-baġits rispettivi tal-EAGF u l-EAFRD, u liema huma r-regoli applikabbli għar-rendikont ta’ dawn l-ispejjeż u tad-dħul, partikolarment tad-dħul assenjat u għall-korrezzjonijiet eventwali li jkunu jridu jsiru, kif ukoll għad-dikjarazzjoni materjali tagħhom. |
(8) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 tal-Kunsill tat-2 ta' Awwissu 1978, li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, Taqsima “Garanzija” ( 2 ), ppreveda li t-total li jiġi ffinanzjat minn skond miżura ta’ intervent, ikun determinat permezz tal-kontijiet annwali stabbiliti mill-aġenziji tal-ħlas. Dan ir-Regolament iddetermina wkoll ir-regoli u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kontijiet imsemmija. Wara l-abolizzjoni tal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikola (EAGGF) mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, u s-sostituzzjoni tiegħu mill-EAGF għal dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-miżuri, għandhom ikunu preċiżati l-modalitajiet li taħthom il-finanzjament ta’ l-imsemmija miżuri mill-EAGF jiddaħħal fis-sistema ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u ta’ ħlasijiet mensili. |
(9) |
Il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) 1290/2005 jistipula li l-ispejjeż tax-xahar ta’ Ottubru jiġu inklużi fix-xahar ta’ Ottubru jekk dawn isiru bejn l-1 u l-15 ta’ dan ix-xahar u fix-xahar ta’ Novembru jekk dawn isiru bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru. Madankollu, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispejjeż relattivi għall- ħżin pubbliku, dawk inklużi fil-kotba fix-xahar ta’ Ottubru jitqiesu fit-totalità tagħhom taħt l-eżerċizzju tal-baġit tas-sena N + 1. Għalhekk, irid ikun stipulat li l-ispejjeż iffinanzjati mill-EAGF u li jirriżultaw minn proċessi ta’ ħżin pubbliku li jseħħu f’Settembru ikunu nklużi fil-kotba mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru. |
(10) |
Ir-rati tal-kambju applikabbli għandhom ikunu previsti skond l-eżistenza jew le ta' avveniment operattiv definit fil-leġiżlazzjoni agrikola. Sabiex l-Istati Membri li m’humiex parti miż-żona euro jevitaw l-applikazzjoni tar-rati tal-kambju differenti, minn naħa, fil-kontijiet, f’munita li mhux l-euro, tad-dħul li tħallsu jew ta' l-għajnuniet mogħtija lill-benefiċjarji u mill-oħra, matul il-preparazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż mill-aġenzija tal-ħlas, jaqbel li jkun stipulat li l-Istati Membri konċernati japplikaw għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, relattivi għall-EAGF, l-istess rata tal-kambju bħal dik użata matul il-ġbir ta' dan id-dħul jew il-ħlasijiet għall-benefiċjarji. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi kkonċernati mal-ġbir lura relatati ma’ bosta tranżazzjonijiet, jeħtieġ li tiġi prevista rata ta' kambju unika waqt il-kontabilità ta' dan il-ġbir lura. Din il-miżura għandha għaldaqstant tkun limitata għall-tranżazzjonijiet li twettqu qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Il-Kummissjoni teffettwa ħlasijiet mensili jew perjodiċi a favur ta’ l-Istati Membri fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jitrasmettu dawn ta’ l-aħħar. Madankollu din trid iżżomm rendikont tad-dħul miġbur mill-aġenziji tal-ħlas, għall-kont tal-baġit Komunitarju. Jaqbel għalhekk li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li bihom irid jiġi effettwat ċertu kumpens bejn l-ispejjeż u d-dħul effettwati fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD. |
(12) |
Il-Kummissjoni, wara li tkun iddeċidiet il-ħlasijiet mensili, tpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri il-mezzi finanzjarji neċessarji biex ikunu koperti l-ispejjeż li jridu jiġu finanzjati mill-EAGF u l-EAFRD, skond it-termini prattiċi u l-kundizzjonijiet li jaqbel li jiġu determinati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni komunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u tas-sistemi ta’ l-informatika mwaqqfa mill-Kummissjoni. |
(13) |
Meta l-baġit Komunitarju ma jitwaqqafx fil-bidu ta’ l-eżerċizzju, it-tieni linja tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li fuqu jistrieħ ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 3 ) jistipula li l-proċess tal-ħlas jistgħu jitwettqu kull xahar għal kull kapitolu fil-limitu ta’ wieħed minn tnax mill-approprjazzjonijiet awtorizzati taħt il-kapitolu konċernat fis-sena finanzjarja preċedenti. Sabiex jiġi ffissat b’mod ekwu t-tqassim tal-kreditu disponibbli bejn l-Istati Membri, jaqbel li jkun stipulat li, f’din is-sitwazzjoni ipotetika, il-pagamenti mensili fil-qafas tal-EAGF u l-pagamenti perjodiċi fil-qafas tal-EAFRD jiġu effettwati skond perċentwali, stabbilit għal kull kapitolu, tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż trasmessi minn kull Stat Membru u li l-bilanċ mhux onorat fi żmien xahar ikun riallokat matul id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relattivi għall-pagamenti mensili jew perjodiċi ulterjuri. |
(14) |
Meta, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jirċievu l-Istati Membri fil-qafas tal-EAGF, skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 150 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, is-somma globali ta’ l-impenni bil-quddiem li jistgħu jkunu awtorizzati taqbeż nofs it-total tal-kreditu li jikkorrispondi għal dik is-sena finanzjarja, il-Kummissjoni trid teffettwa tnaqqis ta’ din is-somma. Sabiex ikun hemm ġestjoni tajba, dan it-tnaqqis irid jerġa’ jinqasam bejn l-Istati Membri kollha b’mod proporzjonali, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jirċievu dawn ta’ l-aħħar. Sabiex jiġi ffissat b’mod ekwu t-tqassim tal-krediti disponibbli bejn l-Istati Membri, jaqbel li jkun stipulat li, f’din is-sitwazzjoni ipotetika, il-pagamenti mensili fil-qafas tal-EAGF jiġu effettwati skond perċentwali, stabbilit għal kull kapitolu, tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż trasmessi minn kull Stat Membru u li l-bilanċ mhux onorat fi żmien xahar ikun allokat mill-ġdid matul id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relattivi għall-pagamenti mensili jew perjodiċi ulterjuri. |
(15) |
Fil-qafas tal-EAGF, ir-regolamentazzjoni agrikola komunitarja tinkludi termini għall-ħlas ta’ l-għajnuna lill-benefiċjarji, li jridu jiġu rispettati mill-Istati Membri. Kull ħlas effettwat wara dan iż-żmien regolamentari, li d-dewmien tiegħu ma jkunx ġustifikat, għandu jiġi kkunsidrat bħala nefqa irregolari u din għalhekk ma tkunx suġġetta għall-rimbors mill-Kummissjoni. Madankollu, sabiex jiġi aġġustat l-impatt finanzjarju proporzjonalment għaż-żmien ta’ limitu biex isir il-ħlas, jaqbel li jkun stipulat li l-Kummissjoni tapplika tnaqqis tal-pagamenti fi stadji progressivi skond l-importanza ta’ l-eċċessi konstatati. Min-naħa l-oħra, irid ikun stipulat marġini standard, partikolarment biex ikun permess li ma jiġix applikat it-tnaqqis meta d-dewmien fil-ħlas jirriżulta minn proċeduri ta’ kontestazzjoni. |
(16) |
Fil-qafas tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni u tat-twaqqif tas-sistema ta’ ħlas uniku, ir-rispett taż-żminijiet tal-pagamenti mill-Istati Membri huwa essenzjali għall-applikazzjoni tajba tar-regoli tad-dixxiplina finanzjarja. Jaqbel għalhekk li jiġu stipulati regoli speċifiċi li jippermettu li jkunu evitati kemm jista’ jkun ir-riskji li jinqabeż il-kreditu annwali disponibbli fil-baġit Komunitarju. |
(17) |
B’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 17 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti lill-Istati Membri, fil-każ fejn l-Istati Membri ma jirrispettawx iż-żmien iffissat għall-pagamenti jew ma jikkomunikawx id-data relattiva għall-ispejjeż jew l-informazzjoni stipulata mir-Regolament imsemmi biex tivverifika l-koerenza ta’ din id-data. L-istess jgħodd ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-EAFRD, fil-każ meta l-Istati Membri ma jikkomunikawx l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) ( 4 ) u tal-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, inkluż ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ nofs it-terminu. F’dan il-kuntest jaqbel li jkunu ffissati l-modalitajiet ta’ l-eżekuzzjoni ta’ dan it-tnaqqis u dawn is-sospensjonijiet, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż tal-EAGF u tal-EAFRD rispettivament. |
(18) |
L-Artikolu 180 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jipprevedi li n-nefqa agrikola negattiva, mill-1 ta’ Jannar 2007, tiġi kkumpensata mid-dħul allokat, ikkreditat skond l-oriġini tiegħu ta’ kreditu EAGF jew EAFRD. Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li s-somom miġbura lura mill-aġenziji tal-ħlas b’konsegwenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ atti negliġenti jridu jingħaddu mad-dħul tagħhom. Ċerti somom li jirriżultaw b’konsegwenza ta’ irregolaritajiet jew tnaqqis applikati fl-eventwalità ta’ ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli fil-qasam ambjentali huma konnessi mad-dħul relatat ma’ l-irregolaritajiet jew negliġenzi kontemplati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u għandhom għalhekk jiġu ttrattati b’mod analogu. Jaqbel għalhekk li tkun stipulata l-kontijiet ta’ l-ammonti li jikkorrispondu fl-istess kundizzjonijiet tad-dħul assenjat li ġej direttament mill-irregolaritajiet jew negliġenzi kontemplati fl-Artikolu 32 imsemmi qabel. |
(19) |
L-ispejjeż kofinanzjati mill-baġit Komunitarju u mill-baġits nazzjonali, biex isostnu l-iżvilupp rurali fil-qafas ta’ l-EAFRD, huma bbażati fuq programmi ddettaljati skond il-miżuri. Għalhekk, dawn iridu jiġu segwiti u nklużi fil-kotba fuq din il-bażi sabiex jippermettu l-identifikazzjoni tal-ħidmiet kollha għal kull programm u għal kull miżura u li jivverifikaw il-konformità ta’ l-ispejjeż imwettqa mal-mezzi finanzjarji disponibbli. F’dan il-kuntest jaqbel li jkunu preċiżati l-elementi li jridu jiġu kkunsidrati mill-aġenziji tal-ħlas u partikolarment li jkun stipulat li l-oriġini tal-fondi pubbliċi u Komunitarji jidhru b’mod distint fil-kontijiet meta mqabbla ma’ l-iffinanzjar effettwat u li s-somom li jridu jinġabru lura mingħand il-benefiċjarji, kif ukoll is-somom miġbura jkunu speċifikati u identifikati skond l-tranżazzjoni oriġinali. |
(20) |
Meta tranżazzjoni ta’ ħlas jew ta’ ġbir lura titwettaq fil-munita nazzjonali li mhix l-euro fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-EAFRD, huwa neċessarju li s-somom korrispondenti jitbiddlu f’euro. Jaqbel għalhekk li tkun stipulata l-applikazzjoni ta’ rata tal-kambju unika għall-kalkoli kollha inklużi fil-kontijiet matul xahar partikolari, li jrid jintuża għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż. |
(21) |
Il-previżjoni ta’ l-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati mill-EAFRD matul sena tal-kalendarju u l-istimi tat-talbiet ta’ ffinanzjar għas-sena tal-kalendarju ta’ wara huma neċessarji għall-Kummissjoni biex tiġġestixxi l-baġit u l-finanzi tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligi tagħha, l-informazzjoni li tikkorrispondi għal dan trid tiġi kkomunikata lilha fi żmien suffiċjenti u darbtejn fis-sena jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, sa l-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju ta’ kull sena l-aktar tard. |
(22) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonferma l-pjan ta’ l-iffinanzjar ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali, tistipula l-adattamenti eventwali tiegħu u teffettwa l-kontrolli neċessarji, trid tingħatalha ċerta informazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li kull awtorità li tmexxi l-programmi tintroduċi fis-sistema ta’ l-informatika komuni ta’ l-EAFRD l-informazzjoni meħtieġa, biex jippermettu lill-Kummissjoni li tiddetermina, b’mod partikolari, is-somma massima tal-kontribuzzjoni ta’ l-EAFRD, l-analiżi annwali tagħha, l-analiżi għal kull tema prinċipali u għal kull miżura u l-livelli ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull tema prinċipali. Jaqbel ukoll li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li fihom jiġu rreġistrati l-ammonti akkumulati fis-sistema ta’ l-informatika komuni. |
(23) |
Il-perjodiċità tal-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż relattivi għall-proċessi effettwati fil-qafas ta’ l-EAFRD trid tiġi ffissata mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Meta jitqiesu l-karatteristiċi tar-regoli ta’ kontabilità applikati għall-EAFRD, ta’ l-użu ta’ finanzjament bil-quddiem u tal-finanzjament tal-miżuri għal kull sena tal-kalendarju, jaqbel li jkun stipulat li dawn l-ispejjeż ikunu ddikjarati skond perjodiċità adattata għal dawn il-kundizzjonijiet partikolari. |
(24) |
L-iskambji ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll it-tpoġġija għad-dispożizzjoni u l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill- Istati Membri lill-Kummissjoni jsiru ġeneralment b’mezzi elettroniċi jew diġitali. Sabiex dawn l-iskambji ta’ informazzjoni jkunu mifhuma aħjar fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD u sabiex l-użu tagħhom ikun ġeneralizzat, l-adattament tas-sistemi ta’ l-informatika eżistenti, jew l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ informatika ġodda jsiru neċessarji. Jaqbel li jkun stipulat li dawn l-azzjonijiet jitwettqu mill-Kummissjoni u implimentati wara li l-Istati Membri jiġu infurmati mill-intermedjarju tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli. |
(25) |
Il-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni minn dawn is-sistemi ta’ l-informatika, kif ukoll il-format u l-kontenut tad-dokumenti li jridu jiġu komunikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jirrikjedu adattamenti frekwenti minħabba bdil fir-regolamentazzjoni applikabbli jew fil-bżonnijiet marbuta mal-ġestjoni. Hija wkoll neċessarja preżentazzjoni uniformi tad-dokumenti li jridu jiġu pprovduti mill-Istati Membri. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi u biex jiġu simplifikati l-proċeduri u jkun possibbli li jitħaddmu immedjatament is-sistemi ta’ l-informatika konċernati, huwa preferibbli li jkunu definiti l-format u l-kontenut tad-dokumenti fuq il-bażi tal-mudelli u li jkun stipulat li l-adattamenti u l-attwalizzazzjoni tagħhom isiru mill-Kummissjoni skond informazzjoni mill-Kumitat tal-Fondi Agrikoli. |
(26) |
Il-ġestjoni u l-kontroll tal-legalità ta’ l-ispejjeż tal-EAGF u tal-EAFRD jiddependu mill-kompetenza ta’ l-aġenziji tal-ħlas. Id-data relattiva għat-transazzjonijiet finanzjarji trid għalhekk tiġi komunikata jew introdotta fis-sistemi ta’ l-informatika u mwettqa taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenzija tal-ħlas, mill-istess aġenzija tal-ħlas jew mill-entità li lilha ġiet iddelegata din il-funzjoni, jekk ikun il-każ mill-intermedjarju ta’ l-entitajiet ta’ koordinazzjoni awtorizzati. |
(27) |
Ċerti dokumenti jew proċeduri, stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, jirrikjedu l-firma ta’ persuna awtorizzata jew il-kunsens ta’ persuna għal stadju wieħed jew aktar tal-proċedura kkonċernata. Is-sistemi ta’ l-informatika stabbiliti għall-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti iridu jippermettu, f’dawn il-każi, li tkun identifikata kull persuna b’mod mhux ekwivoku u joffru garanziji raġonevoli li ma jistax jiġi mibdul il-kontenut ta’ dawn id-dokumenti, inkluż għall-istadji tal-proċedura. Dan għandu japplika għalhekk, partikolarment, f’dak li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u d-dikjarazzjoni ta’ l-assigurazzjoni marbuta mal-kontijiet annwali, imsemmija fil-punti c) i) u c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, u d-dokumenti komunikati b’mezzi elettroniċi fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri. |
(28) |
Ir-regoli applikabbli għall-komunikazzjoni tad-dokumenti elettroniċi u diġitali ġew definiti fil-livell Komunitarju, f’dak li għandu x’jaqsam mat-termini tat-trasmissjoni tagħhom, mal-kundizzjonijiet tal-validità tagħhom fir-rigward tal-Kummissjoni u mal-kundizzjonijiet tagħhom ta’ kif jinżammu, ta’ l-integrità u tal-leġibbiltà tagħhom matul iż-żmien. Fil-każ li l-ġestjoni maqsuma tal-baġit Komunitarju fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD tikkonċerna id-dokumenti maħruġa jew irċevuti mill-Kummissjoni, u mill-aġenziji tal-ħlas kif ukoll il-proċeduri stabbiliti għall-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni, jaqbel li tiġi stipulata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-komunikazzjonijiet ta’ dokumenti elettroniċi u diġitali li jsiru fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u li jiġi stabbilit iż-żmien sa meta jinżammu d-dokumenti elettroniċi u diġitali. |
(29) |
Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi tista’ tkun impossibbli f’ċerti sitwazzjonijiet. Sabiex jilqa’ bil-quddiem għall-eventwalità ta’ nuqqas ta' funzjonament fis-sistema ta’ l-informatika jew ta’ nuqqas ta’ konnessjoni fit-tul, l-Istat Membru jrid jipprova jibgħat id-dokumenti b’xi mod ieħor, li jaqbel li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet tiegħu. |
(30) |
Fl-applikazzjoni tal-punti d) u e) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli fi Stat Membru fl-1 ta’ Jannar 2007 wara t-tnaqqis jew it-twaqqif tas-somom tal-pagamenti li dan ikun għamel b’mod volontarju, skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta’ Settembru 2004 li jwaqqaf ir-regoli għat-tranżizzjoni mis-sistema ta' modulazzjoni fakoltattiva stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 lis-sistema ta' modulazzjoni obbligatorja stabbilita mir Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 ( 5 ) jew fil-qafas tas-sanzjonijiet, skond l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni ( 6 ), iridu jintużaw minn dan l-Istat Membru għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ żvilupp rurali. Jekk l-Istati Membri sa ċertu żmien ma jużawx dawn ir-riżorsi finanzjarji, is-somom korrispondenti jerġgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-EAGF. Bil-ħsieb li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, jaqbel li jiġu determinati l-modalitajiet ta’ kontabilità u tal-ġestjoni tas-somom konċernati mill-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll il-kalkolazzjoni tagħhom fid-deċiżjonijiet ta’ ħlas tal-Kummissjoni. |
(31) |
B’applikazzjoni tal-punt a) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri li kienu jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta’ Mejju 2004 jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, jekk dan ikun iġġustifikat u taħt ċerti kundizzjonijiet stipulati mill-punt msemmi, li sal-31 ta’ Diċembru 2006 jkomplu l-ħlasijiet relattivi għall-programmi ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2000-2006. Sabiex tkun permessa l-applikazzjoni ta’ din id-deroga, jaqbel li tiġi definita l-proċedura li trid tiġi segwita u ż-żmien li għandu jiġi rispettat mill-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. |
(32) |
Jaqbel għalhekk li jiġi rrevokat r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta' Frar dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2776/88 ( 7 ) u d-Deċiżjoni C/2004/1723 tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2004 dwar it-tip ta’ dokumenti li għandhom jiġu trażmessi mill-Istati Membri biex jiddaħħlu fil-kontijiet tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG ( 8 ). |
(33) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi għall-opinjoni tal-kumitat tal-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI KOMUNI GĦAL EAGF U GĦAL EAFRD
Artikolu 1
Skop
Dan ir-Regolament jiddetermina ċerti kundizzjonijiet u regoli speċifiċi applikabbli għall-ġestjoni maqsuma ta’ l-ispejjeż u tad-dħul tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija Agrikola (EAGF) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), għaż-żamma tal-kotba u għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul mill-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż mill-Kummissjoni, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Artikolu 2
Il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas
1. Kull aġenzija tal-ħlas żżomm sistema ta’ kontabilità, iddedikata esklussivament biex jiġu inklużi l-ispejjeż u d-dħul imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, u fl-Artikoli 4 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u għall-użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli għall-ħlas ta’ l-ispejjeż li jikkorrispondu. Din is-sistema ta' kontabilità trid tippermetti li wieħed jiddistingwi u li jipprovdi separatament id-dettalji finanzjarji ta' l-EAGF u l-EAFRD.
2. L-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona euro jżommu kontijiet li jinkludu s-somom fil-munita li fiha tħallsu jew inġabru l-ispejjeż u d-dħul. Madankollu, biex ikun possibbli li l-infiq u d-dħul kollu tagħhom ikun konsolidat mis-16 ta' Ottubru 2006, iridu jkunu f'pożizzjoni li jagħtu d-dettalji korrispondenti fil-muniti nazzjonali u f'euro.
Madankollu, għall-ispejjeż u d-dħul ta’ l-EAGF għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 45 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri li ma jkunux f'qagħda li jdaħħlu fis-seħħ sas-16 ta' Ottubru 2006 sistema ta' kontabilità li tikkorrispondi għal dawn il-kriterji jistgħu, wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2006, jagħmlu dan sas-16 ta' Ottubru 2007.
KAPITOLU 2
KONTIJIET EAGF
Artikolu 3
L-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli
L-Istati Membri jiġbru u jżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur kull ġimgħa, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
a) mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur mill-bidu tax-xahar sat-tmiem tal-ġimgħa preċedenti;
b) mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull xahar, meta l-ġimgħa tkun mifruxa fuq xaharejn, l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti.
Artikolu 4
Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punti (c)(i) u (c)(ii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, taħt il-kundizzjonijiet definiti fl-artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament:
a) mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull xahar, l-informazzjoni li tikkonċerna is-somma globali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti, fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl-Anness I, u l-informazzjoni kollha li tista’ tispjega d-differenzi notevoli bejn il-previżjonijiet stabbiliti skond il-punt a) iii) tal-paragrafu 2, ta' dan l-Artikolu u l-ispejjeż imwettqa jew id-dħul assenjat miġbur;
b) mhux aktar tard mill-10 jum tax-xogħol ta’ kull xahar, id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 li tinkludi s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti, kif ukoll dawk relattivi għall-ħżin pubbliku, fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament Madankollu, il-komunikazzjoni relattiva għall-ispejjeż imħallsa u għad-dħul assenjat miġbur bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru tiġi komunikata sa mhux aktar tard mill-25 ta’ l-istess xahar.
Id-dikjarazzjoni ta’ l-infiq tinkludi analiżi statistika ta’ l-ispejjeż u tad-dħul assenjat mill-artikoli tan-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u, għall-kapitoli marbuta mal-verifika ta’ l-ispejjeż agrikoli u mad-dħul assenjat, l-analiżi statistika komplementari għal kull entrata. Madankollu, minħabba kundizzjonijiet partikolari tal-monitoraġġ tal-baġit, il-Kummissjoni tista’ titlob analiżi statistika aktar dettaljata.
c) sa l-20 jum ta’ kull xahar l-aktar tard, fajl destinat li jiġi inkluż fil-baġit Komunitarju ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur mill-aġenzija tal-ħlas matul ix-xahar preċedenti, ħlief għall-fajl destinat biex jiġi inkluż ma’ l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru, li jiġi komunikat sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru;
d) sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju u mill-10 ta’ Novembru ta’ kull sena, bħala suppliment għall-fajl imsemmi fil-punt c), is-somom miżmuma u wżati skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-paragrafu 3 ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.
2. Il-fajl, imsemmi fil-punt c) tal-paragrafu 1, huwa magħmul:
a) minn rapport (T 104, li jidher fl-Anness V), stabbilit minn kull aġenzija tal-ħlas, relattiv għad-data analizzata statistikament skond in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej, skond it-tip ta’ l-ispiża u ta’ l-irċevuta, skond nomenklatura dettaljata, imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri, li tibbaża fuq:
i) l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti,
ii) l-ispejjeż u d-dħul assenjat akkumulat imħallsa fil-bidu tas-sena finanzjarja sat-tmiem tax-xahar preċedenti,
iii) il-previżjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul assenjat ibbażati, skond il-każ:
— fuq ix-xahar attwali u x-xaharejn ta’ wara biss,
— fuq ix-xahar attwali, ix-xaharejn ta’ wara u sat-tmiem tas-sena finanzjarja;
b) minn sommarju tar-rapport (T 103, li jidher fl-Anness IV) tad-data msemmija fil-punt a) għal kull Stat Membru, għall-aġenziji tal-ħlas kollha ta’ dawn;
c) minn rapport fuq id-differenza eventwali (T 101, li jidher fl-Anness III) bejn l-ispejjeż iddikjarati skond il-punt b) tal-paragrafu 1 u dawk iddikajrati skond il-punt a) ta’ dan il-paragrafu, u jekk ikun hemm bżonn, ġustifikazzjoni ta’ din id-differenza;
d) mill-kontijiet li jiġġustifikaw l-ispejjeż u d-dħul relattivi għall-ħżin pubbliku, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru [abbozz ta’ ħżin pubbliku] tal-Kummissjoni ( 9 ), ippreżentati f’tabella (Tabelli e.faudit), skond l-Anness III tar-Regolament imsemmi;
e) minn tabelli (T 106 sa T 109, li jidhru fl-Annessi VI, VII, VIII u IX) komplementari għal dawk imsemmija fil-punti a) u b), għall-komunikazzjonijiet ta’ l-20 ta’ Mejju u ta’ l-10 ta’ Novembru, imsemmija fil-punt d) tal-paragrafu 1, li juru s-sitwazzjoni tal-kontijiet fit-tmiem tax-xahar ta’ April u fit-tmiem tas-sena finanzjarja u tinkludi:
— il-komunikazzjoni tas-somom miżmuma minn kull aġenzija tal-ħlas b’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004, inklużi l-interessi eventwali (T 106 u T 107),
— rapport ta’ l-użu għal kull aġenzija tal-ħlas tas-somom korrispondenti, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 tar-regolament (KE) Nru 1655/2004 (T 108),
— sommarju globali tar-rapport, fil-livell ta’ kull Stat Membru, tad-data msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ dan il-punt u ta’ l-interessi ġġenerati mil-fondi mhux utilizzati (T 109).
▼M3 —————
4. L-informazzjoni finanzjarja kollha mitluba taħt dan l-Artikolu hija komunikata f’euro.
Madankollu:
— għat-tabelli msemmija fil-paragrafu 2, punt (e), l-Istati Membri jużaw l-istess munita bħal dik użata għall-eżerċizzju tar-retenzjoni,
— għad-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż u tat-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 39 (1), punti (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jużaw il-munita nazzjonali.
Barra minn hekk, għall-informazzjoni finanzjarja relatata mas-sena tal-baġit ta' l-2007, barra minn dik imsemmija fl-Artikolu 45 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 2 (2), it-tieni subparagrafu, ta' dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu l-komunikazzjonijiet fil-munita nazzjonali.
Artikolu 5
Ir-regoli ġenerali applikabbli għad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż u għad-dħul assenjat
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq u l-ispejjeż li jikkonċernaw il-ħżin pubbliku, previsti fl-Artikolu 6, l-ispejjeż u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-ħlas fi żmien xahar jikkorrispondu għall-ħlasijiet u għad-dħul fil-fatt imwettqa matul dan ix-xahar.
Dawn l-ispejjeż u d-dħul huma inklużi mill-baġit tal-EAGF fir-rigward tas-sena tal-baġit “N” li tibda mis-16 ta' Ottubru tas-sena “N-1” u li jibqgħu għaddejjin sal-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.
Madankollu:
a) l-ispejjeż li setgħu jitħallsu qabel bdiet tapplika d-dispożizzjoni li tistipula li għandhom jitqiesu fl-intjier jew parzjalment mill-EAGF ma jistgħux jiġu dikjarati ħlief:
— fix-xahar li matulu tiġi applikata d-dispożizzjoni msemmija
— jew
— fix-xahar li jiġi wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija;
b) id-dħul assenjat li għalih l-Istat Membru jrid jagħti rendikont lill-Kummissjoni huma ddikjarati fix-xahar li fih jintemm iż-żmien ta’ l-għotja tas-somom li jikkorrispondu, previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;
c) il-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni, fil-qafas tal-verifika tal-kontijiet u dik tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tnaqqas jew iżżid direttament il-pagamenti mensili msemmija, skond il-każ, fl-Artikolu 10 (2) jew fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 ( 10 ). Madankollu, l-Istati Membri jinkludu l-ammonti korrispondenti għal dawn il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjoni stabbilita għax-xahar li għalih isiru l-korrezzjonijiet.
2. L-ispejjeż u d-dħul assenjat jitqiesu fid-data li fihom il-kont ta’ l-entità li tħallas ġie debitat jew kreditat. Madankollu, għall-ħlasijiet, id-data li għandha tiġi kkunsidrata tista’ tkun dik li fiha l-entità interessata tkun ħarġet u bagħtet it-titolu tal-ħlas lill-istituzzjoni finanzjarja jew lill-benefiċjarju. Kull aġenzija tal-ħlas tutilizza l-istess metodu matul is-sena finanzjarja kollha.
3. L-ispejjeż li għandhom jiġu ddikjarati ma jinkludux it-tnaqqis imwettaq b’applikazzjoni ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.
4. L-ispejjeż u d-dħul assenjat iddikjarati f’konformità mal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu emendi tad-data ddikjarata fix-xhur preċedenti ta’ l-istess sena finanzjarja.
Meta l-korrezzjonijiet tad-dħul assenjat iwasslu, fil-livell ta’ aġenzija tal-ħlas, għal dikjarazzjoni ta’ dħul assenjat negattiv għal entrata fil-baġit, il-korrezzjonijiet żejda jiddaħħlu fix-xahar ta’ wara. Dawn jiġu regolarizzati, jekk ikun il-każ, matul il-verifika tal-kontijiet tas-sena konċernata.
5. L-ordinijiet ta’ ħlas mhux eżegwiti kif ukoll il-pagamenti debitati fil-kont li wara jerggħu jiġu kreditati, jiddaħħlu fil-kotba bħala tnaqqis mill-ispejjeż fix-xahar li matulu l-aġenzija tal-ħlas tiġi infurmata li l-pagament ma ġiex eżegwit jew ġie annullat.
6. Jekk hemm xi krediti fuq il-pagamenti dovuti skond l-EAGF, il-pagamenti jitqiesu li ġew perċepiti fit-totalità tagħhom għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1:
a) fid-data tal-ħlas tas-somma dovuta lill-benefiċjarju, jekk id-dejn huwa inferjuri għall-ispiża likwidata;
b) fid-data tal-kumpens, jekk l-ispiża tkun inferjuri jew daqs id-dejn.
7. Id-data akkumulata relattiva għall-ispejjeż u għad-dħul assenjat li trid tiddaħħal fis-sena finanzjarja, li trid tiġi kkomunikata sa l-10 ta’ Novembru l-aktar tard, jistgħu jiġu ratifikati biss fil-qafas tal-kontijiet annwali li jridu jiġu komunikati lill-Kummissjoni skond il-punt c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Artikolu 6
Ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż relattiva għall-ħżin pubbliku
Il-kalkoli li jridu jiġu kkunsidrati għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż relattiva għall-ħżin pubbliku huma dawk, stabbiliti fit-tmiem ta’ xahar fil-kontijiet ta’ l-aġenzija tal-ħlas, li inħolqu fil-bidu ta’ l-eżerċizzju ta’ kontabilità, definiti fil-punt a) tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], sat-tmiem tax-xahar imsemmi.
Din id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tinkludi l-valuri u s-somom, determinati skond l-Artikoli 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], li ġew inklużi fil-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas matul ix-xahar li jsegwi dak li jirreferu għalih il-kalkoli.
Madankollu:
a) għall-kalkoli mwettqa matul ix-xahar ta’ Settembru, il-valuri u s-somom huma inklużi fil-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru;
b) l-ammont globali tad-deprezzament maħsub fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], huwa inkluż fil-kontijiet fid-data ffissata mid-deċiżjoni li tistipulahom.
Artikolu 7
Ir-rati tal-kambju applikabbli għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż
1. Għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, l-Istati Membri, li mhumiex parti miż-żona euro, japplikaw l-istess rata tal-kambju bħal dik li użaw meta wettqu l-ħlasijiet lill-benefiċjarji jew meta ġabru d-dħul, skond ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 tal-Kummissjoni ( 11 ) u l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.
2. Fil-każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, partikolarment għat-tranżazzjonijiet li dwarhom il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali ma tistabbilixxix fatt operattiv, ir-rata tal-kambju applikabbli hija r-rata tal-kambju ta’ qabel ta’ l-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fir-rigward tiegħu jiġu ddikjarati n-nefqa u d-dħul assenjat.
3. Ir-rata tal-kambju msemmija fil-paragrafu 2 tapplika wkoll għall-ġbir lura globali li sar għal bosta tranżazzjonijiet li twettqu qabel is-16 ta' Ottubru 2006, jew is-16 ta’ Ottubru 2007, fil-każ ta’ l-applikazjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2 (2).
Artikolu 8
Id-deċiżjoni tal-ħlas tal-Kummissjoni
1. Fuq il-bażi tad-data komunikata f’konformità mal-punt b) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tiddeċiedi u tagħti l-ħlasijiet mensili, mingħajr preġudizzju għall-korrezzjonijiet li għandhom jitqiesu fid-deċiżjonijiet ulterjuri u għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
2. Jekk il-baġit Komunitarju ma jkunx stabbilit sal-bidu tas-sena finanzjarja, il-ħlasijiet mensili jingħataw skond perċentwali tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż miġbura mill-Istati Membri, stabbiliti għal kull kapitolu ta’ l-ispejjeż u fir-rispett tal-limiti ffissati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Il-Kummissjoni żżomm rendikont tal-bilanċ mhux imħallas lura lill-Istati Membri meta jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi għar-rimborsi ulterjuri.
3. Jekk it-total ta’ l-infiq iddikjarat mill-Istati Membri, għas-sena finanzjarja li jmiss, jaqbeż it-tliet kwarti tat-total ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti, il-pagamenti allokati bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 150(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-pagamenti ta' kull xahar korrispondenti għandhom jingħataw b'mod proporzjonali mad-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq, sal-limitu ta' 75 % ta' l-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti. Il-Kummissjoni għandha tqis l-ammont li ma jkunx ingħata bħala rifużjoni lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet relevanti tagħha rigward ir-rifużjonijiet sussegwenti.
Artikolu 9
It-tnaqqis tal-pagamenti mill-Kummissjoni
1. L-infiq effettwat wara l-iskadenzi għandu jkun eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju u l-ħlasijiet ta’ kull xahar għandhom jitnaqqsu kif ġej:
(a) meta l-infiq effettwat wara l-iskadenzi jkun ugwali għal 4 % jew inqas tal-infiq effettwat qabel l-iskadenzi, ma għandu jsir ebda tnaqqis;
(b) għal infiq li jaqbeż il-limitu ta’ 4 %, l-infiq kollu li jiġi effettwat tard għandu jitnaqqas skont ir-regoli li ġejjin:
— għal infiq effettwat fl-ewwel xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 10 %;
— għal infiq effettwat fit-tieni xahar wara x-xahar li fih jiisseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 25 %;
— għal infiq effettwat fit-tielet xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 45 %;
— għal infiq effettwat fir-raba’ xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 70 %;
— għal infiq effettwat aktar tard mir-raba’ xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 100 %;
(c) għall-ħlasijiet li l-iskadenza tagħhom isseħħ wara l-15 ta’ Ottubru 2009, il-limitu ta’ 4 % imsemmi fil-paragrafi 1(a) u 1(b) għandu jsir ta’ 5 %.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ ħlasijiet diretti li jaqgħu taħt il-limitu nett imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ( 12 ) għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet:
(a) meta l-limitu msemmi fil-paragrafu 1(a) ma jkunx intuża kollu għall-ħlasijiet effettwati sal-15 ta’ Ottubru tas-sena N + 1 u dak li jifdal mil-limitu jkun ogħla minn 2 %, dak li jifdal għandu jitnaqqas għal 2 %.
(b) l-ammont totali ta’ ħlasijiet diretti effettwati fis-sena finanzjarja Y, għajr għal ħlasijiet effettwati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 ( 13 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 ( 14 ), huwa eliġibbli biss għal finanzjament Komunitarju sal-ammont nett totali ta’ ħlasijiet diretti stabbilit għas-sena kalendarja Y-1 skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u, fejn applikabbli, ikkoreġut permezz tal-aġġustament previst fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament;
(c) l-infiq li jaqbeż il-limiti msemmija fil-punt (a) jew (b) għandu jitnaqqas b’100 %.
Fil-każ ta’ Stati Membri li għad ma ġiex stabbilit limitu għalihom skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limitu nett imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-totali tas-somma tal-limiti individwali għal ħlasijiet diretti għall-Istati Membri konċernati.
3. Il-Kummissjoni tapplika stadji progressivi differenti minn dawk stipulati fil-paragrafi 1 u 2 u/jew rati ta’ tnaqqis inferjuri jew l-ebda tnaqqis jekk jitfaċċjaw kundizzjonijiet partikolari ta’ ġestjoni għal ċerti miżuri, jew jekk jiġu ppreżentati ġustifikazzjonijiet leġittimi mill-Istati Membri.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux ikun applikabbli għal infiq li jaqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 (b).
4. Il-kontroll tar-rispett tat-termini jew taż-żmien, fil-qafas tal-ħlasijiet mensili rigward kif jitqiesu l-ispejjeż, isir darbtejn fis-sena għal kull sena finanzjarja:
— fuq l-ispejjeż effettwati sal-31 ta’ Marzu,
— fuq l-ispejjeż effettwati sal-31 ta’ Lulju.
L-eċċessi eventwali li jsiru matul ix-xhur ta’ Awwissu, Settembru u Ottubru jiġu kkunsidrati matul id-deċiżjoni tal-verifika tal-kontijiet, imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
5. Wara li tkun infurmat lill-Istati Membri konċernati, il-Kummissjoni tista’ tittardja l-għotja tal-ħlas mensili lill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jekk il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament jaslulha tard jew jinkludu nuqqas ta’ qbil li jirrikjedi verifiki supplimentari.
6. It-tnaqqis maħsub f’dan l-Artikolu u t-tnaqqis ieħor eventwali li jsiru fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 isir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni ulterjuri ta’ verifika tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 10
Il-kontijiet u l-ġbir tad-dħul assenjat
1. L-Artikoli 150 u 151 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 japplikaw mutatis mutandis għall-kontijiet tad-dħul assenjat imsemmija minn dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni twettaq, fid-Deċiżjoni tagħha relattiva għall-ħlasijiet mensili applikat fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-ħlas tal-bilanċ ta’ l-ispejjeż iddikjarati għal kull Stat Membru, imnaqqsa bl-ammont tad-dħul assenjat li dan l-Istat Membru msemmi jkun inkluda fl-istess dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż. Dan il-kumpens għandu l-istess valur tal-ġbir tad-dħul korrispondenti.
3. L-approprjazzjonijiet ta’ l-obbligu u l-krediti tal-ħlas iġġenerati mid-dħul assenjat jinfetħu mill-bidu ta’ l-allokazzjoni ta’ dan id-dħul skond l-entrati fil-baġit. L-allokazzjoni sseħħ waqt il-kontijiet tad-dħul assenjat, fix-xahrejn wara li jaslu r-rapporti kkomunikati mill-Istati Membri, skond ir-Regoli msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
Il-mezzi finanzjarji mpoġġija għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri
1. Wara li tkun iddeċidiet il-ħlasijiet mensili, il-Kummissjoni tpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, fil-qafas tal-krediti tal-baġit, il-mezzi finanzjarji neċessarji biex ikopru l-ispejjeż li ser jiġu ffinanzjati mill-EAGF, wara li jsir tnaqqis ekwivalenti għad-dħul assenjat, fil-kont miftuħ minn kull Stat Membru.
Meta l-ħlasijiet li jridu jiġu effettwati mill-Kummissjoni, wara li jkun tnaqqas id-dħul assenjat, iwasslu għal somma negattiva f'livell ta’ Stat Membru, it-tnaqqis żejjed jiġi inkluż fix-xhur ta’ wara.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’isem min qiegħed il-kont u n-numru tal-kont maħsub fil-paragrafu 1, skond il-format lilhom komunikat mill-Kummissjoni.
3. Fejn Stat Membru, imsemmi fl-Artikolu 2 (2), fit-tieni inċiż, ikompli jagħmel id-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż fil-valuta nazzjonali għas-sena finanzjarja 2007, ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata mill-Kummissjoni għall-pagamenti korrispondenti għandha tkun dik applikabbli fl-10 tax-xahar wara dak ix-xahar li għalih saret id-dikjarazzjoni, jew, jekk ma teżistix kwotazzjoni ġenerali għal dik id-data, dik ta' l-ewwel jum qabel id-data msemmija li għaliha din il-kwotazzjoni teżisti.
Artikolu 12
L-ammonti meqjusa bħala dħul assenjat
1. Jiġu meqjusa bħala dħul assenjat bl-istess mod bħas-somom miġbura wara l-irregolaritajiet u n-negliġenzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005:
a) l-ammonti li jridu jitħallsu fil-baġit Komunitarju, li jkunu nġabru wara penali jew sanzjonijiet skond ir-regoli speċifiċi stipulati mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali;
b) l-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis jew għall-ħlasijiet esklużi applikati skond ir-regoli relattivi għall-kundizzjonalità stipulati fit-Titolu II tal-Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
2. Ir-regoli stipulati għad-dħul assenjat l-ieħor, għajr dawk previsti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu applikati mutatis mutandi. Madankollu, jekk is-somom imsemmija fil-punt a) tal-paragrafu 1 ikunu ġew miżmuma qabel il-ħlas ta’ l-għajnuna konċenata minħabba l-irregolarità jew in-negliġenza, dawn jitnaqqsu mill-ispiża korrispondenti.
KAPITOLU 3
KONTIJIET EAFRD
Artikolu 13
Il-kontijiet tal-programmi għall-iżvilupp rurali
1. Kull aġenzija tal-ħlas maħtura għal programm għall-iżvilupp rurali għandu jkollha kontijiet li jippermettu l-identifikazzjoni tal-kalkoli kollha għal kull programm u għal kull miżura. Dawn il-kontijiet jinkludu partikolarment:
a) l-ammont tan-nefqa pubblika u l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja mħallsa għal kull tranżazzjoni;
b) l-ammonti li jridu jinġabru minn benefiċjarji għall-irregolaritajiet jew in-negliġenzi meqjusa;
c) l-ammonti miġbura, b’identifikazzjoni ta’ l-tranżazzjoni oriġinali.
2. L-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri, biex jistabbilixxu d-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż tagħhom f'euro, li mhumiex parti miż-żona euro għandhom japplikaw, għal kull tranżazzjoni ta’ ħlas jew ta’ ġbir ir-rata tal-kambju ta’ qabel l-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għax-xahar ta’ qabel dak li fih il-kalkoli jiġu rreġistrati fil-kontijiet ta’ l-aġenzija tal-ħlas.
Artikolu 14
Il-previżjoni tal-bżonnijiet ta’ l-iffinanzjar
Għal kull programm ta’ żvilupp rurali, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punt c) ii tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, skond il-mudell li jidher fl-Anness X ta' dan ir-Regolament, darbtejn fis-sena, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jridu jiġu trasmessi sal-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju l-aktar tard, il-previżjonijiet tagħhom għall-ammonti li għad iridu jiġu finanzjati mill-EAFRD għal dik is-sena, kif ukoll stima aġġornata tat-talbiet għall-finanzjament tagħhom għas-sena ta’ wara.
Artikolu 15
Il-pjan ta’ finanzjament tal-programmi għall-iżvilupp rurali
Il-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali għandu jiddetermina partikolarment l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-EAFRD, it-tqassim annwali, it-tqassim skond il-prijoritajiet u l-miżuri u r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità.
Dan il-pjan ta’ finanzjament jidħol fis-seħħ wara l-adozzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali mill-Kummissjoni. L-adattamenti ulterjuri tal-pjan ta’ finanzjament li ma jesiġux deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni jidħlu fis-seħħ wara l-validazzjoni ta’ l-adattamenti kkonċernati, permezz tas-sistema sigura għall-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-Kumissjoni u l-Istati Membri introdotta għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. L-adattamenti tal-pjan ta’ finanzjament li jesiġu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni jidħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida.
Il-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm għall-iżvilupp rurali u kull adattament tiegħu jiġu introdotti mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm imsemmi fis-sistema sigura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni msemmija fit-tieni inċiż.
Artikolu 16
Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż
1. Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż ta’ l-aġenziji tal-ħlas jiġu effettwati taħt kull programm ta’ żvilupp rurali. Dawn id-dikjarazzjonijiet jibbażaw, għal kull miżura ta’ żvilupp rurali, fuq l-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli li għaliha l-aġenzija tal-ħlas fil-fatt ħallset il-kontribuzzjoni korrispondenti ta’ l-EAFRD matul il-perjodu ta’ referenza.
2. Ladarba jkun approvat l-programm, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punt (c) (i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, permezz ta’ mezzi elettroniċi, skond il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 18, skond il-frekwenza u t-termini ta’ żmien li ġejjin:
a) mhux aktar tard mit-30 ta’ April għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu;
b) mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju;
c) mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru;
d) mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar għall-ispejjeż tal-perjodu bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru.
L-ispejjeż iddikjarati għal perjodu ta’ referenza jistgħu jinkludu emenda tad-data ddikjarata fil-perjodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti ta’ l-istess sena finanzjarja.
Madankollu, fil-każ li programm għall-iżvilupp rurali ma jkunx ġie approvat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2007, il-ħlasijiet minn qabel li saru mill-aġenzija tal-ħlas taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, matul il-perjodi qabel l-adozzjoni ta’ dan il-programm, għandhom jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni f'ammont globali fl-ewwel dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet li ssir wara l-adozzjoni tal-programm. Minbarra dan, permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi għall-iżvilupp rurali li ġew approvati mill-Kummissjoni bejn il-15 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Diċembru 2007, il-ħlasijiet li saru minn qabel sa u inkluż il-15 ta’ Ottubru 2007 huma suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet speċifika sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007 u, f'konformità ma’ l-Artikolu 9, it-tieni subparagrafu, paragrafu 1, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għall-programmi għall-iżvilupp rurali li ġew approvati mill-Kummissjoni bejn id-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-approprjazzjonijiet mhux utilizzati għas-sena 2007 u d-29 ta’ Frar 2008, il-ħlasijiet minn qabel li saru mill-aġenziji tal-ħlas sa u inkluż il-31 ta’ Diċembru 2007, huma suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ ħlasijiet speċifika sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Frar 2008.
3. Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż huma stabbiliti fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl- Anness XI. Għall-programmi ta’ żvilupp rurali li jkopru reġjuni li qed jibbenefikaw minn rati ta’ kofinanzjament differenti, skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 70, u l-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, tiġi introdotta tabella ta’ l-ispejjeż separata għal kull tip ta’ reġjun.
4. F’każijiet fejn huma meħtieġa kontrolli ulterjuri minħabba nuqqas ta’ qbil, differenza fl-interpretazzjoni jew inkonsistenza dwar dikjarazzjoni tan-nefqa għal perjodu ta’ referenza, li jirriżultaw partikolarment minn nuqqas li tiġi mibgħuta l-informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, jew minħabba provi li l-infiq inkluż fid-dikjarazzjoni tal-infiq huwa affetwat minn irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji, jew li hemm in-nuqqasijiet fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-iżvilupp rurali, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien il-perjodu stabbilit f’dik it-talba skont is-serjetà tal-problema. Din l-informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta permezz ta’ sistema sigura għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.
Il-limitu taż-żmien tal-ħlas stipulat fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jista’ jiġi interrott għall-ammont kollu li jkun is-suġġett tat-talba tal-ħlas, jew għal parti minnu, u jibda jgħodd mid-data tal-komunikazzjoni tat-talba għall-informazzjoni sakemm tasal l-informazzjoni mitluba, iżda mhux iktar tard mid-data li fiha tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-perjodu ta’ wara.
Il-Kummissjoni tista’ tissospendi jew tnaqqas il-pagamenti skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jwieġeb għat-talba għall-informazzjoni addizzjonali fil-perjodu stipulat ġo dik it-talba, jew jekk it-tweġiba tkun meqjusa bħala insodisfaċenti jew turi li r-regoli applikabbli ma nżammux, jew jekk il-fondi tal-Unjoni ma ġewx użati b’mod ġust.
5. Id-data akkumulata marbuta man-nefqa u d-dħul assenjat li jista’ jiġi ċċarġjat lil sena speċifika, li għandha titressaq lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-10 ta’ Novembru, tista’ tiġi kkoreġuta biss fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8(1)(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Artikolu 17
Il-kalkolu ta’ l-ammont li jrid jitħallas
1. Il-kontribuzzjoni Komunitarja li trid titħallas taħt in-nefqiet pubbliċi eliġibbli ddikjarati taħt kull tema għal kull perjodu ta’ referenza tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-pjan tal-finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ dan il-perjodu.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għan-nefqa imħallsa mill-Istati Membri bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru 2009, il-kontribut Komunitarju għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta' referenza.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi tal-iżvilupp rurali mmodifikati skont l-Artikolu 70[(4c)] tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, matul il-perjodu li fih tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 70[(4c)] ta’ dak ir-Regolament, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza. Għall-aħħar perjodu ta’ referenza meta tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 70[(4c)] tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, id-dikjarazzjoni tal-infiq imsemmija fl-Artikolu 16 għandha tindika separatament in-nefqa mġarrba qabel u wara li d-deroga ma baqgħetx tapplika. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li trid titħallas fir-rigward ta’ dawn il-perjodi ta’ referenza sekondarji għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pjan ta’ finanzjament fis-seħħ matul kull perjodu ta’ referenza sekondarju.
2. L-ammonti totali tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-EAFRD, irkuprati mill-benefiċjarji, fil-qafas tal-programm għall-iżvilupp rurali konċernat, matul kull perjodu ta’ referenza, jitnaqqsu mill-ammonti totali li jridu jitħallsu mill-EAFRD fid-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-perjodu msemmi.
3. L-ammonti totali bejn wieħed u ieħor li jirriżultaw, jekk ikun il-każ, mill-verifika tal-kontijiet, effettwata skond it-tielet inċiż tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, u li jistgħu jerġgħu jiġu utilizzati taħt il-programm ta’ żvilupp rurali, jiġu miżjuda ma’ jew imnaqqsa mit-total tal-kontribuzzjoni ta’ l-EAFRD, meta ssir l-ewwel dikjarazzjoni wara d-deċiżjoni tal-verifika.
4. Mingħajr preġudizzju għal-limitu stipulat fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 24, tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, meta l-akkumulazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż taqbeż it-total programmat għal tema tal-programm ta’ żvilupp rurali, l-ammont totali li jrid jitħallas huwa limitat għall-ammont totali pprogrammat għal din it-tema. L-infiq pubbliku eskluż b’konsegwenza ta’ dan jista’ jiġi kkunsidrat matul id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż li tkun tmiss, sakemm ikun ġie ppreżentat pjan ta’ finanzjament adattat mill-Istat Membru, u dan ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni.
5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja isir mill-Kummissjoni, suġġett għad-disponibbiltà baġitarja, jiġi effettwat mill-Kummissjoni fil-kont jew il-kontijiet miftuħa għal kull Stat Membru.
L-isem jew in-numru tal-kont jiġi komunikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, skond il-format lilhom indikat mill-Kummissjoni.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-EAGF U GĦALL-EAFRD
Artikolu 18
L-iskambju elettroniku ta’ l-informazzjoni u d-dokumenti
1. Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistemi ta’ l-informatika li jippermettu skambji tad-dokumenti u ta’ l-informazzjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi, bejnha u l-Istati Membri, f’dak li jikkonċerna l-komunikazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet ta’ l-informazzjoni stipulata mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu. Din tinforma lill-Istati Membri bil-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi permezz ta’ l-intermedjarju tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.
2. Is-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jittrattaw partikolarment:
a) id-data neċessarja għat-transazzjonijiet finanzjarji, partikolarment dawk relattivi għall-kontijiet mensili u annwali ta’ l-aġenziji tal-ħlas, għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 5, 11, 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u fl-Artikoli 2, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006;
b) id-dokumenti ta’ interess komuni li jippermettu t-tkomplija tal-kontijiet u l-konsultazzjoni ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti li l-aġenzija tal-ħlas trid tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni;
c) it-testi Komunitarji u l-pariri tal-Kummissjoni fil-qasam tal-finanzjament tal-politika agrikola komuni mill-awtoritajiet miftiehma u maħtura fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, kif ukoll il-pariri relattivi għall-applikazzjoni armonjuża tal-liġijiet konċernati.
3. Il-format u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 4, 14 u 17 ta’ dan ir-Regolament, fil-punti a), b) u d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 huma definiti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-mudelli li jidhru fl-Annessi II sa XI ta’ dan ir-Regolament, fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru [aġenziji tal-ħlas] u fl-Anness III, tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.
Dawn il-mudelli huma adattati u mwettqa mill-Kummissjoni, skond informazzjoni mill-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.
4. Is-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jinkludu l-għodda neċessarja għall-ġbir tad-data u għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-EAGF u tal-EAFRD, mill-Kummissjoni, kif ukoll dawk neċessarji għall-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż standard jew dawk li jinneċessitaw l-użu ta’ metodi uniformi, partikolarment f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż finanzjarji u d-deprezzament.
5. Id-data relattiva għat-transazzjonijiet finanzjarji jiġu komunikati, introdotti u mwettqa fis-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenzija tal-ħlas, mill-aġenzija tal-ħlas nnifisha jew mill-entità li ġiet delegata lilha din il-funzjoni, jekk ikun il-każ mill-intermedjarju ta’ l-entitajiet tal-koordinazzjoni miftiehma f’konformità mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
6. Meta dokument jew proċedura, stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jew il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, jirrikjedu l-firma ta’ persuna awtorizzata jew il-kunsens ta’ persuna għal stadju wieħed jew aktar ta’ l-imsemmija proċedura, is-sistemi ta’ l-informatika stabbiliti għall-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti jridu jippermettu li tkun identifikata kull persuna b’mod mhux ekwivoku u joffru garanziji raġonevoli li mhux se jiġi alterat il-kontenut tad-dokumenti, inkluż għall-istadji tal-proċedura, f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għal dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u d-dikjarazzjoni ta’ l-assigurazzjoni konġunta għall-kontijiet annwali, msemmija fil-punt c) i) u c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, id-dokumenti komunikati b’mezzi elettroniċi jinżammu xorta waħda, fil-forma oriġinali tagħhom, mill-aġenziji tal-ħlas jew, jekk ikun il-każ, mill-entitajiet tal-koordinazzjoni miftiehma f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi.
7. Iż-żamma tad-dokumenti elettroniċi u diġitali trid tiġi assigurata matul iż-żmien kollu neċessarju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.
8. Fil-każ li s-sistema ta’ l-informatika ma taħdimx sew jew fl-assenza ta’ konnessjoni fit-tul, l-Istat Membru jista’, bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti taħt forma oħra, bil-kundizzjonijiet determinati minnha.
KAPITOLU 5
MIŻURI TRANŻITORJI U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 19
Il-kontijiet tal-fondi li ġejjin mill-modulazzjoni jew mir-rispett tal-kundizzjonijiet fil-qasam ta’ l-ambjent
1. L-ammonti totali miżmuma f’konformità ma’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew f’konformità ma’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 jiġu kreditati mill-Istat Membru f’kont speċifiku miftuħ għal kull aġenzija tal-ħlas jew f’kont speċifiku miftuħ fil-livell ta’ l-Istat Membru. Il-kontijiet iridu jippermetti l-identifikazjzoni ta’ l-oriġini tal-kreditu meta mqabbel mal-ħlas ta’ l-għajnuna konċernata lill-benefiċjarju.
2. L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jqassmu lill-aġenziji tal-ħlas ta’ l-għażla tagħhom l-ammonti totali miġbura previsti fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jużawhom. Dawn l-ammonti totali jiu kreditati fil-kont jew il-kontitjiet imsemmija fil-paragrafu 1 u wżati esklussivament għall-iffinanzjar ta’ l-appoġġ Komunitarju supplimentari maħsub fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew għall-miżuri relatati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.
Jekk ikun hemm xi interessi minn fondi mhux utilizzati, dawn jiġu miżjuda mal-bilanċ disponibbli fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u utilizzati għall-iffinanzjar ta’ l-sitess miżuri.
3. Għall-ispejjeż relatati mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas jinżammu separatament minn spejjeż oħra relatati ma’ l-iżvilupp rurali u, għal kull pagament, tinvolvi distinzjoni tal-kontijiet bejn il-fondi nazzjonali u l-fondi li ġejjin minn applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.
4. L-ammonti miżmumin skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u kwalunkwe interessi li jiġġeneraw li għadhom ma tħallsux skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2001 ( 15 ) jew l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 għandhom jiġu kkreditati lill-FAEG mal-infiq ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata. Fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik imsemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Il-ħlasijiet mit-taqsima ta’ l-EAGGF “Garanzija” bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2006
F’konformità mal punt a) tat-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, meta ħlasijiet sal-31 ta’ Diċembru 2006 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), taqsima “garanzija”, jiġu kkunsidrati minn Stat Membru fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp rurali tal-perjodu 2000-2006, dak l-Istat Membru jagħmel it-talba lill-Kummissjoni għalihom fil-waqt li jippreżenta l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti, sa l-1 ta’ Lulju 2006 l-aktar tard. Din it-talba tippreċiża il-programm jew il-programmi u l-miżuri konċernati.
Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel linja ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2007 l-aktar tard, għal kull programm u għal kull miżura, id-data li fiha jkunu ġew affetwati l-ħlasijiet taħt l-EAGGF, taqsima “garanzija”.
Artikolu 21
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 296/96 u d-Deċiżjoni C/2004/1723 tas-26 ta’ April 2004 huma revokati b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2006.
Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 296/96 ħlief għall-Artikolu 3 (6a) punt (a) u d-Deċiżjoni C/2004/1723 jibqgħu applikabbli għall-ispejjeż kollha effettwati mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), taqsima “garanzija”, sal-15 ta’ Ottubru 2006.
Ir-referenzi għar-Regolament u d-Deċiżjoni revokati jinftiehmu bħal li kieku qed isiru għal dan ir-Regolament u jridu jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tidher fl-Anness XII.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Huwa jibda japplika mis-16 ta’ Ottubru 2006, għad-dħul miġbur u l-ispejjeż effettwati mill-Istati Membri fil-qafas tal-EAGF u ta’ l-EAFRD, għas-sena finanzjarja 2007 u għal dawk sussegwenti. Madankollu, l-Artikolu 20, jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
TABELLA TAL-ANNESSI
ANNESS I |
AMMONT GLOBALI TAL-INFIQ IMĦALLAS U D-DĦUL ASSENJAT F’XAHAR (ARTIKOLU 4(1)(A)) |
ANNESS II |
DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAGGF (ARTIKOLU 4(1)(B)) |
ANNESS III |
T 101 — DIKJARAZZJONI TAD-DIFFERENZI (ARTIKOLU 4(2)(C)) |
ANNESS IV |
T 103 — SOMMARJU (ARTIKOLU 4(2)(B)) |
ANNESS V |
T 104 — DATA MAGĦŻULA SKONT IN-NOMENKLATURA TAL-BAĠIT TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U SKONT IT-TIP TA' NFIQ U DĦUL (ARTIKOLU 4(1)(A)) |
ANNESS VI |
T 106 — AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLU 3 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 (ARTIKOLU 4(2)(E)) |
ANNESS VII |
T 107 — AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW L-ARTIKOLU 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E)) |
ANNESS VIII |
T 108 — UŻU TAL-AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLI 3 U 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW L-ARTIKOLU 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E)) |
ANNESS IX |
T 109 — SOMMARJU TAL-UŻU TAL-AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLI 3 U 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW TAL-ART. 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E)) |
ANNESS X |
PREVIŻJONIJIET TAL-INFIQ TAL-FEADER (ARTIKOLU 14) |
ANNESS XI |
DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAFRD (ARTIKOLU 17) |
ANNESS XII |
TABELLA TA' KORRELAZZJONI |
ANNESS I
AMMONT GLOBALI TAL-INFIQ IMĦALLAS U D-DĦUL ASSENJAT TUL XAHAR (ARTIKOLU 4(1)(A))
IDES
Kontenut ta’ dikjarazzjoni
Intestatura tad-dikjarazzjoni
L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:
— Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-Istat Membru li qed jittrażmetti l-informazzjoni. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.
— Il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni.
— Dettalji dwar l-infiq u d-dħul tal-perjodu kkonċernat:
—— L-ammont globali ir-rilaxx
— It-tbassir qabel ir-rilaxx
— Ir-rilaxx
— It-tagħrif marbut mal-ħżin pubbliku
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi:
— Identifikatur tal-partita jew tal-artiklu
— L-ammonti ddikjarati kif ukoll it-tbassir
— L-ispjegazzjoni tad-differenzi fil-konfront tat-tbassir.
Taqsima finali
It-taqsima finali tad-dikjarazzjoni tagħti somma ta’ verifika li hija t-total tal-ammont kollha ddikjarati fl-intestatura u fit-test ewlieni tad-dikjarazzjoni.
Syntax tal-messaġġ
<I>[IDENTIFICATION]
<C>010<V>[BEGINDATE]/[ENDDATE] <C>020<V>[EXPENDITURE]
<C>030<V>[FORECAST
<C>040<V>[CLEARANCE
<C>050<V>[PUBLIC STORAGE]
<C>060<V>[ITEM]
<C>070<V>[AMOUNT]/[FORECAST]
<C>080<V>[DIFF1]/[DIFF2]/[DIFF3]/[DIFF4]
…
<C>060<V>[ITEM]
<C>070<V>[AMOUNT]/[FORECAST]
<C>080<V>[DIFF1]/[DIFF2]/[DIFF3]/[DIFF4]
<C>090<V>[CHECKSUM]
Deskrizzjoni tal-kaxxi tat-tagħrif
Isem |
Format |
Deskrizzjoni |
Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[IDENTIFICATION] * |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mill-Kummissjoni |
|
[BEGINDATE] * |
Data (JJXXSSSS) |
Data tal-bidu tad-dikjarazzjoni |
[ENDDATE] * |
Data (JJXXSSSS) |
Data ta' tmiem id-dikjarazzjoni |
[EXPENDITURE]* |
Numru (30,2) |
Ammont globali tax-xahar, qabel ir-rilaxx |
[FORECAST] * |
Numru (30,2) |
Previżjonijiet |
[CLEARANCE] * |
Numru (30,2) |
Rilaxx |
[PUBLIC STORAGE]* |
Numru (30,2) |
Infiq għall-Ħżin Pubbliku |
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[ITEM] |
Numru (8) |
Linja tal-baġit (partita jew artiklu) |
[AMOUNT] |
Numru (30.2) |
Ammont tal-infiq/id-dħul |
[FORECAST] |
Numru (30.2) |
Ammont tal-previżjonijiet |
[DIFF1] |
Numru (30.2) |
Differenza fil-konfront tax-xhur li għaddew |
[DIFF2] |
Numru (30,2) |
Previżjoni tad-differenza fil-konfront tax-xhur li ġejjin |
[DIFF3] |
Numru (30,2) |
Differenza fil-konfront tax-xhur li ġejjin |
[DIFF4] |
Numru (30,2) |
Żbalji fil-previżjonijiet |
Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[CHECKSUM] * |
Nombre (30,2) |
Valur ta’ kontroll: total tal-ammonti kollha tal-messaġġ |
Il-kaxxi * huma obbligatorji |
Eżempju
<I>AGRWDMT1
<C>010<V>16102005
<C>020<V>135454513.93
<C>030<V>163388000
<C>040<V>0
<C>050<V>2801326.91
<C>060<V>050201
<C>070<V>5462115.83/21358000
<C>080<V>0/-15835484.17/0/0
…
…
<C>060<V>050202
<C>070<V>0/0
<C>080<V>0/0/0/0
<C>090<V>157894562
E-AGREX
Stat Membru: |
Data tat-trażmissjoni: |
||||||
Persuna ta’ kuntatt: |
Telefown: |
||||||
Posta elettronika: |
|||||||
Infiq għall-perjodu minn … sa … |
f’euro |
||||||
Ammont globali għax-xahar, eskluż clearance (1): |
… |
||||||
Previżjonijiet, eskluż clearance (2): |
… |
||||||
Differenza = (1)-(2): |
… |
||||||
Clearance: |
… |
||||||
Ammont globali għax-xahar, inkluż clearance: |
… |
||||||
Li minnu nfiq għall-ħżin pubbliku (kategorija 2) |
Obbligatorja għall-aħħar feks ta’ kull ġimgħa mensili, jew meta l-Kummissjoni titlobha speċifikament |
|||||||
Nomenklatura xierqa |
Infiq/dħul (1) |
Previżjonijiet (2) |
Differenza = (1)-(2) |
Spjega tad-differenzi ewlenin f’miljuni ta’ euro |
|||
Mix-xhur ta’ qabel |
Trasferiment għax-xhur ta’ wara |
Mix-xhur ta’ wara |
Żball ta’ previżjoni |
||||
TOTAL |
ANNESS II
DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAGGF (ARTIKOLU 4(1)(B))
Kontenut ta’ dikjarazzjoni
Intestatura tad-dikjarazzjoni
L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:
— Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-Istat Membru li qed jittrażmetti l-informazzjoni. Dan huwa kodiċi li jingħaraf mill-Kummissjoni u jippermetti li jingħarfu t-tip tad-dikjarazzjoni mibgħuta u l-Istat Membru kkonċernat. (Nota: se jintuża partikolarment biex ikun garantit li l-utent li jittrasferixxi dikjarazzjoni ikun tassew intitolat li jagħmel dan mill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.
— Il-perjodu tal-infiq kopert mid-dikjarazzjoni. Eżempju: 1105 għall-perjodu tal-infiq 11-2005 u d-dikjarazzjoni tal-10/12/2005;
— isem, telefown u feks u indirizz tal-posta elettronika ta’ min hu inkarigat mid-dikjarazzjoni.
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi għal kull artiklu tan-nomenklatura EAGGF:
— Identifikatur tal-artiklu (per eżempju 050201) jew tal-partita;
— Ammont f’EUR.
Taqsima finali
Taqsima ta’ sommarju bit-tagħrif li ġej:
— Total iddikjarat f’EURO.
Taqsima għar-rimarki
Il-messaġġ jispiċċa b’parti għar-rimarki li tiflaħ mitt linja ta’ test. Din il-parti tintuża għal tagħrif addizzjonali li jkun intalab speċifikament mill-Kummissjoni.
Syntax tal-messaġġ
<I>[IDENTIFICATION]
<C>001<V>[PERIOD]
<C>004<V>[RESPNAME]
<C>005<V>[RESPPHONE]
<C>006<V>[RESPFAX]
<C>007<V>[RESPEMAIL]
<C>010<V>[ITEM]/[AMOUNT]
…
<C>010<V>[ITEM]/[AMOUNT]
<C>010<V>TOTALS/[TOT AMOUNT]
<C>999<V>[COMMENT]
<C>999<V>[COMMENT]
Deskrizzjoni tal-kaxxi tat-tagħrif
Isem |
Format |
Deskrizzjoni |
Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[IDENTIFICATION] * |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mid-DĠ AGRI |
|
[PERIOD] * |
Data (XXSS) |
Il-perjodu li għalih tirreferi l-feks |
[RESPNAME] * |
Test ħieles (250 karattru) |
Isem u kunjom min hu inkarigat mid-dikjarazzjoni |
[RESPPHONE] |
Test ħieles (50 karattru) |
Numru tat-telefown ta’ min hu responabbli għad-dikjarazzjoni |
[RESPFAX] |
Test ħieles (50 karattru) |
Indirizz tal-posta elettronika ta’ min hu responsabbli għad-dikjarazzjoni |
[RESPEMAIL] |
Test ħieles (50 karattru) |
Numru tal-feks ta’ min hu responabbli għad-dikjarazzjoni |
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[ITEM] |
Test (8 karattri) |
Partita jew kapitlu li għalihom issir id-dikjarazzjoni |
[AMOUNT] |
Nombre (15.2) |
Ammont f’EURO |
Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[TOT AMOUNT] |
Nombre(15.2) |
Ammont Totali tad-dikjarazzjoni f’EURO |
Taqsima għar-rimarki: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[COMMENT] |
T |
Rimarki |
Il-kaxxi * huma obbligatorji |
Eżempju
<I>FAX10IE
<C>001<V>1105
<C>004<V>John Smith
<C>005<V>00 32 2 2994789
<C>006<V>00 32 2 2994789
<C>007<V>John. Smith@gmail.com
<C>010<V>050201/23986.21
<C>010<V>050202/0
<C>010<V>050203/3898153.27
…
<C>010<V>050401/3656976.04
<C>010<V>05070108/0
<C>010<V>05070109/0
<C>010<V>TOTALS/23154379.29
<C>999<V>Ceci est un commentaire — Première ligne
<C>999<V>Ceci est un commentaire — Seconde ligne
Format stampat
EAGGF
L-10 tax-xahar Dikjarazzjoni:
Infiq u dħul
Stat Membru: |
|||
Persuna inkarigata: |
|||
Numru tat-telefown |
|||
Numru tal-feks: |
|||
Indirizz tal-posta elettronika: |
|||
Xahar: |
Paġna 1: Ammonti
data |
Infiq u dħul |
||
EURO |
|||
Artikolu jew partita 1 |
deskrizzjoni |
||
Artikolu jew partita 2 |
deskrizzjoni |
||
… |
… |
||
… |
… |
||
… |
… |
||
… |
… |
||
… |
… |
||
Artikolu jew partita n |
deskrizzjoni |
||
TOTAL LI GĦANDU JIDDAĦĦAL |
|||
ŻONA TA' KONTROLL |
|||
TOTAL IKKALKULAT |
0,00 |
Paġna 2: Kummenti
ANNESS III
L-ebda aċċess |
|
G ħandha timtela |
STAT MEMBRU:
TABELLA 101
SENA FINANZJARJA
IL-KONSISTENZA TAD-DATA MIBGĦUTA
f'EUR |
||
1) L-infiq totali u d-dħul assenjat li sar fix-xahar ta' … jammonta għal |
||
2) L-infiq totali u d-dħul assenjat rigward dak ix-xahar li ġie nnotifikat fid-data … jammonta għal |
||
3) Kwalunkwe differenza = (1)-(2) |
0,00 |
|
ĠUSTIFIKA TAD-DIFFERENZA FIL-PUNT (3) |
||
1) Linji tal-baġit ta' l-infiq: |
||
2) Linji tal-baġit tad-dħul assenjat: |
||
Data: |
|
L-uffiċjal responsabbli: |
ANNESS IV
No access |
|
To be filled in |
TABELLA 103
DETTALJI TA' L-INFIQ U D-DĦULASSENJATU T-TBASSIR SINTEŻI
STAT MEMBRU: |
Sena Finanzjarja |
f'EUR |
|||||||
L-Aġenzija tal-ħlas |
Infiq kumulattiv iddikjarat n - 1 |
Infiq għax-xahar ta' … |
Infiq mis-16/10/2005 sa … |
Verifika tal-kumulattiv |
Tbassir ta' l-infiq |
||
xahar n + 1 |
xhur n + 2 u n + 3 |
n + 4 sal-15 ta' Ottubru |
|||||
IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL |
|||||||
Verifika tat-total |
|||||||
It-TOTAL KALKULAT |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
L-Aġenzija tal-ħlas |
Dħul kumulattiv assenjat iddikjarat n - 1 |
Dħul assenjat għax-xahar ta' … |
Dħul assenjat mis-16/10/2005 sa … |
Verifika tal-kumulattiv |
Tbassir tad-dħul assenjat |
||
xahar n + 1 |
xhur n + 2 u n + 3 |
n + 4 sal-15 ta' Ottubru |
|||||
IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL |
|||||||
Verifika tat-total |
|||||||
It-TOTAL KALKULAT |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
L-Aġenzija tal-ħlas |
Infiq kumulattiv u dħul assenjat iddikjarat n - 1 |
Infiq u dħul assenjat għax-xahar ta' … |
Infiq u dħul assenjat mis-16/10/2005 sa … |
Verifika tal-kumulattiv |
Tbassir ta' l-infi u d-dħul assenjat |
||
xahar n + 1 |
xhur n + 2 u n + 3 |
n + 4 sal-15 ta' Ottubru |
|||||
IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL |
|||||||
Verifika tat-total |
|||||||
It-TOTAL KALKULAT |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
Data |
|
Firmatarju Awtorizzat: |
|
Timbru (1) |
|
(1) Tapplika biss meta t-tabella tintbagħat stampata fuq il-karta, sdond l-Artikolu 3(5) tar-Reg. 296/96 |
ANNESS V
T 104 — DATA MAGĦŻULA SKONT IN-NOMENKLATURA TAL-BAĠIT TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U SKONT IT-TIP TA' NFIQ U DĦUL
Kontenut ta’ dikjarazzjoni
Intestatura tad-dikjarazzjoni
L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:
— Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-entità tal-ħlas li qed tittrażmetti l-informazzjoni. (Nota: se jintuża partikolarment biex ikun garantit li l-utent li jittrasferixxi dikjarazzjoni ikun tassew intitolat li jagħmel dan mill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.
— Il-perjodu tal-infiq kopert mid-dikjarazzjoni. Eżempju: 200511 għall-perjodu tal-infiq 11-2005 u t-T104 tal-20/12/2005.
— Il-lingwa tad-dikjarazzjoni:
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi għal kull subapartita tan-nomenklatura EAGGF:
— Identifikatur tas-subpartita (per eżempju 050201043010001 u jekk is-subpartita mhux magħrufa 050201049999999).
— Deskrizzjoni tas-subpartita fil-lingwa magħżula fl-intestatura tad-dikjarazzjoni.
— L-ammont iddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N), l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja, tbassir għall-perjodi N + 1, N + 2… N + 3 et N + 4… tmiem is-sena finanzjarja. L-ammont kollha għandhom jiġu ddikjarati f’ewro.
Taqsima finali
Wara l-lista tas-subpartiti kollha, hemm:
— L-ammont totali ddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N), l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja, it-total tat-tbassir għall-perjodi N + 1, N + 2… N + 3 et N + 4… tmiem is-sena finanzjarja.
— L-ispjegazzjoni tal-użu tas-subpartiti “9999999”
— Spazju għall-kummenti
Syntax tal-messaġġ
<I>[IDENTIFICATION]
<C>001<V>[PERIOD]
<C>011<V>[LANGUAGE]
<C>002<V>[SUBITEM]
<C>012<V>[DESCRIPTION]
<C>003<V>[AMOUNT]/[AMOUNT CUMUL]/[PRE1]/[PRE2]/[PRE3]
…
<C>002<V>[SUBITEM]
<C>012<V>[DESCRIPTION]
<C>003<V>[AMOUNT]/[AMOUNT CUMUL]/[PRE1]/[PRE2]/[PRE3]
<C>004<V>[AMOUNT TOT]/[AMOUNT CUMUL TOT]/[PRE1 TOT]/[PRE2 TOT]/PRE3 TOT]
<C>005<V>[EXPLANATION]
<C>006<V>[COMMENT]
Deskrizzjoni tal-kaxxi
Isem |
Format |
Deskrizzjoni |
Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[IDENTIFICATION] * |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mid-DĠ AGRI |
|
[PERIOD] * |
Data (SSSSXX) |
Perjodu tal-infiq |
[LANGUAGE] * |
2 karattri |
Kodiċi ISO tal-lingwa |
It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[SUBITEM] * |
Numru (15) |
Subpartita |
[DESCRIPTION] * |
Test ħieles (600) |
Deskrizzjoni tas-subpartita |
[AMOUNT] * |
Numru (15.2) |
Ammont iddikjarat |
[AMOUNT CUMUL] * |
Numru (15.2) |
Ammont iddikjarat |
[PRE1] * |
Numru (15.2) |
Ammont tat-tbassir għall-perjodu ta' wara |
[PRE2] * |
Numru (15.2) |
Ammont tat-tbassir għall-perjodu N + 2… N + 3 |
[PRE3] * |
Numru (15.2) |
Ammont tat-tbassir għall-perjodu N + 4… tmiem is-sena finanzjarja |
Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1 |
||
[AMOUNT TOT] * |
Numru (15.2) |
Ammont totali ddikjarat |
[AMOUNT CUMUL TOT] * |
Numru (15.2) |
Ammont totali kumulattiv |
[PRE1 TOT] * |
Numru (15.2) |
Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu ta' wara |
[PRE2 TOT] * |
Numru (15.2) |
Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu N + 2… N + 3 |
[PRE3 TOT] * |
Numru (15.2) |
Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu N + 4… tmiem is-sena finanzjarja |
[EXPLANATION] |
Test ħieles (80) |
Spjegazzjoni tas-subpartiti 9999999 |
[COMMENT] |
Test ħieles (80) |
Kummenti: |
Il-kaxxi * huma obbligatorji |
Eżempju
<I>AGRCYP1T3
<C>001<V>200510
<C>011<V>EN
<C>002<V>050203003011001
<C>012<V>Sugar and isoglucose
<C>003<V>0,00/0,00/0,00/30000,00/0,00
<C>002<V>050208011500001
<C>012<V>Export refunds — fresh fruits & vegetables
<C>003<V>32417,34/32417,34/2500,00/2500,00/0,00
…
…
<C>002<V>050301020000002
<C>012<V>Single area payment scheme — new Member States — R.1782/03, Art.143b) — year 2005
<C>003<V>0,00/0,00/8357983,69/0,00/0,00
<C>004<V>478378,38/478378,38/9393593,69/330246,00/1400000,00
<C>006<V>No Comment
ANNESS VI
TABELLA 106
SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1259/99
(mis-16/10/N - 1 sa …)
STAT MEMBRU: |
SENA FINANZJARJA |
N |
|
AĠENZIJA TAL-ĦLAS: |
Munita |
Subepartita fil-Baġit |
Intestatura |
Ammont |
Konezzjonijiet għas-sena finanzjarja (N - 1, -2 …) |
||
Total |
0,00 |
Data |
|
Firmatarju Awtorizzat |
ANNESS VII
TABELLA 107
IS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/99 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004
(mis-16/10/N - 1 sa …)
STAT MEMBRU: |
SENA FINANZJARJA |
N |
|
AĠENZIJA TAL-ĦLAS: |
Munita |
Subepartita fil-Baġit |
Intestatura |
Ammont |
Konezzjonijiet għas-sena finanzjarja (N - 1, -2 …) |
||
Total |
0,00 |
Data |
|
Firmatarju Awtorizzat |
ANNESS VIII
TABELLA 108
L-UŻU LI SAR MIS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 U 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/1999 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004
(mis-16/10/N - 1 sa …)
IS-SENA TAŻ-ŻAMMAN
STAT MEMBRU: |
|
AĠENZIJA TAL-ĦLAS: |
Munita |
Infiq magħmul matul is-snin finanzjarji |
||||||
ENTRAT A FIL-BAĠIT |
Titlu |
N |
N + 1 |
N + 2 |
N + 3 |
TOTAL |
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
0,00 |
||||||
Total tas-somon użati |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
Data |
|
Firmatarju Awtorizzat |
ANNESS IX
TABELLA 109
SINTEŻI TA' L-UŻU LI SAR MIS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 U 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/1999 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004
(mis-16/10/N - 1 sa …)
IS-SENA TAŻ-ŻAMMAN
STAT MEMBRU: |
Munita |
SOMOM MIŻMUMA FIS-SENA FINANZJARJAN (1) |
|||||
Infiq li sar fis-snin finanzjarji |
|||||
L-AĠENŻIJA TAL-ĦLAS |
N |
N + 1 |
N + 2 |
N + 3 |
TOTAL |
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
0,00 |
|||||
Total globali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
Korrezzjoni tas-somom miżmuma |
0,00 |
||||
L-imgħax miksub mill-fondi mħux użati |
0,00 |
||||
Il-Bilanċ |
0,00 |
||||
(1) Dan l-ammont għandu jkun ekwivalenti għas-somma tat-tabelli 106 u 107 magħduda flimkien, stabbilita fid-data … |
Data |
|
Firmatarju Awtorizzat |
ANNESS X
A) PREVIŻJONIJIET tal-AMMONT LI GĦANDU JITĦALLAS MILL-EAFRD LI GĦANDHOM JIĠU PPRŻENTATI SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA’ JANNAR
Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N” f’isem: |
|||
Nru tal-programm |
Jannar–Marzu |
April–Ġunju |
Lulju–Ottubru |
Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N + 1” f’isem: |
|||
Ottubru-Diċembru |
Jannar–Marzu |
April–Ġunju |
Lulju–Ottubru |
B) PREVIŻJONIJIET tal-AMMONT LI GĦANDU JITĦALLAS MILL-EAFRD LI GĦANDHOM JIĠU PPRŻENTATI SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA’ LULJU
Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N” f’isem: |
|||
Nru tal-programm |
Jannar–Marzu |
April–Ġunju |
Lulju Ottubru |
XXXXXXXXXX |
XXXXXXXXXX |
||
Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N + 1” f’isem: |
|||
Ottubru-Diċembru |
Jannar–Marzu |
April–Ġunju |
Lulju Ottubru |
ANNESS XI
A) DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ
Programm ta’ Żvilupp Rurali ________________ Nru CCI ______________
Dikjarazzjoni tat-transazzjonijiet li għalihom l-entità li qed tħallas ħallset il-kontribuzzjoni Komunitarja bejn le __/__/__ u __/__/__
Ass/Miżura |
Dépense publique à l’origine du cofinancement communautaire |
Miżura 111 |
(ammont f’EUR) |
Miżura 112 |
(ammont f’EUR) |
… |
|
Miżura 1xy |
(ammont f’EUR) |
Total Ass I |
(kalkolu awtomatiku) |
Miżura 211 |
(ammont f’EUR) |
Miżura 212 |
(ammont f’EUR) |
… |
|
Miżura 2xy |
(ammont f’EUR) |
Total Ass II |
(kalkolu awtomatiku) |
Miżura 311 |
(ammont f’EUR) |
Miżura 312 |
(ammont f’EUR) |
… |
|
Miżura 3xy |
(ammont f’EUR) |
Total Ass III |
(kalkolu awtomatiku) |
Azzjonijiet Leader tip Ass I (411) |
(ammont f’EUR) |
Azzjonijiet Leader tip Ass II (412) |
(ammont f’EUR) |
Azzjonijiet Leader tip Ass III (413) |
(ammont f’EUR) |
Proġetti ta’ kooperazzjoni (421) |
(ammont f’EUR) |
Il-ġestjoni u t-tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali (431) |
(ammont f’EUR) |
Total Ass Leader |
(kalkolu awtomatiku) |
Total Miżuri |
(kalkolu awtomatiku) |
Assistenza Teknika |
(ammont f’EUR) |
TOTAL |
(kalkolu awtomatiku) |
B) SINTEŻI TAL-INFIQ PUBBLIKU
(Din it-tabella timtela awtomatikament mill-infiq iddikjarat fit-tabella ta’ qabel u l-pjan ta’ finanzjament maħżun fis-sistema lokali)
Ass Prijoritarju |
Total tal-infiq pubbliku |
Rata ta’ kofinanzjament |
Kontribuzzjoni pubblika |
|
Nazzjonali |
Komunitarja |
|||
Ass I |
(kalkolu awtomatiku) |
(stabbilita fil-programm) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
Ass II |
(kalkolu awtomatiku) |
(stabbilita fil-programm) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
Ass III |
(kalkolu awtomatiku) |
(stabbilita fil-programm) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
Ass Leader |
(kalkolu awtomatiku) |
(stabbilita fil-programm) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
Assistenza Teknika |
(kalkolu awtomatiku) |
(stabbilita fil-programm) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
TOTAL |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
(kalkolu awtomatiku) |
C) TALBA GĦALL-ĦLAS
Total tal-kontribuzzjoni EAFDR li tikkorrispondi għall-infq iddikjarat |
(kalkolu awtomatiku) |
Irkupri mwettqa waqt il-perjodu tad-dikjarazzjoni (–) |
euro |
Il-limiti tar-regolarizzazzjoni jew tnaqqis fuq id-dikjarazzjoni ta' qabel (+) |
euro |
Bilanċ (possibilment +/–) tar-rilaxx tal-kontijiet għas-sena x |
euro |
Ammont li għandu jitħallas mill-EAFDR |
euro |
Għall-entità li qed tħallas, id-data, l-isem u l-kariga tal-persuna li qed timla d-dikjarazzjoni
Għall-entità ta’ koordinament, id-data, l-isem u l-kariga tal-persuna li qed tawtorizza it-trażmissjoni lill-Kummissjoni
ANNESS XII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 296/96 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 3(3a) |
Artiklu 18(8) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 3(6)(a) |
Artikolu 4(2)(a) |
Artikolu 3(6)(b) |
Artikolu 4(2)(b) |
Artikolu 3(6)(c) |
Artikolu 4(2)(c) |
Artikolu 3(6)(d) |
Artikolu 4(2)(d) |
Artikolu 3(6a)(a) |
Imħassar |
Artikolu 3(6a)(b) |
Artikolu 4(2)(e) |
Artikolu 3(7) |
Imħassar |
Artiklu 3(8) |
Imħassar |
Artikolu 3(9) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 3(10) |
Imħassar |
Artikolu 3(11) |
Artikolu 7 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 4(2)(a) u (b) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 4(2)(c) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 4(2)(d) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 4(2)(e) |
Imħassar |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 4(6) |
Imħassar |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 19(4) |
Artiklu 7(1) |
Artikolu 5(1), (3) u (4) |
Artiklu 7(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 5(7) |
Artiklu 7(6) |
Imħassar |
Artikolu 8 |
Artikolu 18 |
Artikolu 9 |
Artikolu 21 |
Artikolu 10 |
Artikolu 22 |
( 1 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).
( 2 ) ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif immodifikat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 695/2005 (ĠU L 114, 4.5.2005, p. 1).
( 3 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
( 4 ) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
( 5 ) ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.
( 6 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113. Ir-Regolament revokat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).
( 7 ) ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1607/2005 (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 12.
( 8 ) Innotifikat fis-26 ta’ April 2004, immodifikat l-aħħar bid-deċiżjoni C/2005/3741, innotifikat fit-30 ta’ Settembru 2005.
( 9 ) Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 10 ) Ara paġna 90 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 11 ) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36
( 12 ) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
( 13 ) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.
( 14 ) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
( 15 ) ĠU L 136, 18.5.2001, p. 4.