02006R0561 — MT — 22.05.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (KE) Nru 561/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102 11.4.2006, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1073/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L 300 |
88 |
14.11.2009 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 165/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Frar 2014 |
L 60 |
1 |
28.2.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2020/1054 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Lulju 2020 |
L 249 |
1 |
31.7.2020 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1258 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ April 2024 |
L 1258 |
1 |
2.5.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 561/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Marzu 2006
dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85
(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET TA' INTRODUZZJONI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta' mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-modi ta' trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jippromwovi t-titjib fil-prattika ta' monitoraġġ u ta' infurzar mill-Istati Membri u t-tijib fil-prattiċi ta' xogħol fl-industrija tat-trasport bit-triq.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq:
ta' merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-3,5 tunnellati, jew
mill-1 ta’ Lulju 2026, għat-trasport ta’ merkanzija f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali jew f’operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fejn il-massa massima permissibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler, taqbeż it-2,5 tunnellati; jew
ta' passiġġieri b'vetturi li huma magħmula jew addattati b'mod permanenti sabiex iġorru aktar minn disa' persuni nkluż ix-xufier, u li huma ntiżi għal dak l-iskop.
Dan ir-Regolament għandu japplika, irrispettivament mill-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, għat-trasport bit-triq li jsir:
esklużivament fil-Komunità; jew
bejn il-Komunità, l-Isvizzera u l-pajjiżi li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
L-AETR għandu japplika, minflok dan ir-Regolament, għal operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq li parti minnhom issir barra ż-żoni msemmija fil-paragrafu 2, għal:
vetturi reġistrati fil-Komunità jew f'pajjiżi li huma partijiet kontraenti għall-AETR, għall-vjaġġ kollu;
vetturi rreġistrati f'pajjiż terz li ma hux parti kontraenti għall-AETR, għal dik il-parti biss tal-vjaġġ fit-territorju tal-Komunità jew ta' pajjiżi li huma partijiet kontraenti għall-AETR.
Id-disposizzjonijiet ta' l-AETR għandhom isiru konformi ma' dawk ta' dan ir-Regolament, sabiex id-disposizzjonijiet prinċipali f'dan ir-Regolament japplikaw, permezz ta' l-AETR, għal tali vetturi għal kwalunkwe parti tal-vjaġġ li jsir fil-Komunità.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta':
vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri b'servizzi regolari fejn ir-rotta koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru;
vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’massa permissibbli massima li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li jintużaw:
għall-ġarr ta’ materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tax-xufier matul xogħol ix-xufier, jew
għall-konsenja ta’ merkanzija li hija maħduma fuq bażi artiġġjanali,
biss f’raġġ ta’ 100 km mis-sede tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tax-xufier u li t-trasport ma jsirx b’kiri jew b’kumpens;
vetturi b'velocità massima awtorizzata li ma taqbiżx l-40 kilometru fis-siegħa;
vetturi li jkunu proprjetà ta', jew mikrija mingħajr xufier, mis-servizzi armati, is-servizzi tad-difiża ċivili, s-servizzi għat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma ta' l-ordni pubblika fejn it-trasport isir bħala konsegwenza ta' l-obbligi mogħtija lil dawn is-servizzi u jkun taħt il-kontroll tagħhom;
vetturi inklużi vetturi użati f'operazzjonijiet ta' trasport mhux kummerċjali għat-trasport ta' għajnuna umanitarja wżati f'emerġenzi jew f'operazzjonijiet ta' salvataġġ;
vetturi speċjalizzati wżati għal skopijiet mediċi;
vetturi speċjalizzati ta' assistenza f'każ ta' ħsara li joperaw f'raġġ ta' 100 km mill-bażi tagħhom;
vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet fit-triq għal żvilupp tekniku, għal tiswija jew għal skop ta' manutenzjoni, u vetturi ġodda jew li ġew mibnija mill-ġdid li ma jkunux għadhom tqiegħdu fis-servizz;
vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati wżati għat-trasport mhux kummerċjali ta' merkanzija;
vetturi b’massa permissibbli massima, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler li jaqbeż it-2,5 tunnellati iżda li ma jaqbiżx it-3,5 tunnellati li huma użati għat-trasport ta’ merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b’kiri jew b’kumpens, iżda għall-kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tal-persuna li ssuq il-vettura;
vetturi kummerċjali, li għandhom stat storiku skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih ikunu misjuqa, u li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali ta' passiġġieri jew ta' merkanzija.
Artikolu 4
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“trasport bit-triq” tfisser kull vjaġġ li jsir kollu jew parti minnu f'toroq miftuħa għall-pubbliku minn vettura, kemm jekk ikollha tagħbija jew le, wżata għat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija;
“vettura” tfisser vettura bil-mutur, tractor, karru jew nofs-karru jew kombinazzjoni ta' dawn il-vetturi, definiti kif ġej:
“xufier” tfisser kull persuna li ssuq il-vettura anki jekk għal perijodu qasir, jew li tkun qed tinġarr fil-vettura bħala parti mid-doveri tagħha, sabiex tkun disponibbli għas-sewqan jekk ikun hekk meħtieġ;
“pawżi” tfisser kull perijodu li fih ix-xufier ma jistax iwettaq sewqan jew xogħol ieħor u li jintuża esklużivament għall-irkupru;
“xogħol ieħor” tfisser l-attivitajiet kollha li huma definiti bħala ħin ta' xogħol fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE ħlief “sewqan”, inkluż kull xogħol għall-istess persuna li tħaddem jew għal xi persuna oħra li tħaddem, kemm fis-settur kif ukoll barra s-settur tat-trasport;
“perijodu ta' mistrieħ” tfisser kwalunkwe perijodu bla interruzzjoni li fih ix-xufier jista' jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu;
“perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum” tfisser il-perijodu ta' kuljum li fih xufier jista' jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu u jkopri “perijodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum” u “perijodu mnaqqas ta' mistrieħ ta' kuljum”:
“perijodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa” tfisser perijodu ta' kull ġimgħa li matulu xufier jista' juża l-ħin tiegħu kif irid u jkopri “perijodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa” u “perijodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa”.
“ġimgħa” tfisser il-perijodu ta' ħin bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;
“ħin tas-sewqan” tfisser it-tul ta' attività tas-sewqan irreġistrata:
“ħin ta' sewqan ta' kuljum” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta' sewqan bejn it-tmiem ta' perijodu ta' mistrieħ wieħed ta' kuljum u l-bidu tal-perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum ta' wara jew bejn perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum u perijodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa;
“ħin ta' sewqan ta' kull ġimgħa” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta'sewqan f'ġimgħa;
“massa massima permissibbli” tfisser il-massa massima awtorizzata li tista' topera biha l-vettura li jkolha tagħbija sħiħa;
“servizzi regolari tal-passiġġieri” tfisser “servizzi regolari” u “servizzi regolari speċjali” kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti 2 u 3, rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); sew jekk nazzjonali kif ukoll internazzjonali;
“servizzi okkażjonali tal-passiġġieri” tfisser “servizzi okkażjonali” kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, sew jekk nazzjonali kif ukoll internazzjonali;
“multi-manning” tfisser is-sitwazzjoni fejn, matul kull perijodu ta' sewqan bejn kwalunkwe żewġ perijodu konsekuttivi ta' mistrieħ ta' kuljum, jew bejn perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum u perijodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, hemm mill-inqas żewġ sewwieqa fil-vettura biex jagħmlu s-sewqan. Għall-ewwel siegħa ta' multi-manning il-preżenza ta' sewwieq ieħor jew sewwieqa oħra mhijiex obbligatorja iżda għall-bqija tal-perijodu hija obbligatorja;
“impriża tat-trasport” tfisser kull persuna naturali, kull persuna fiżika, kull assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk jagħmlu profitt u kemm jekk le, jew kull korp uffiċjali, kemm jekk għandu personalità ġuridika u kemm jekk jiddependi fuq awtorità li għandha din il-personalità, li jwettqu trasport bit-triq, kemm jekk b'kiri jew b'kumpens jew b'akkont tal-persuna nnifisha;
“Perijodu ta' sewqan” ifisser il-ħin ta' sewqan akkumulat minn meta xufier jibda jsuq wara perijodu ta' mistrieħ jew pawża sakemm hu jieħu perijodu ta' mistrieħ jew pawża. Il-perijodu ta' sewqan jista' jkun kontinwu jew imqassam;
“trasport mhux kummerċjali” tfisser kwalunkwe trasport bit-triq, għajr trasport b’kiri jew kumpens jew għall-kont proprju, li għalih ebda remunerazzjoni diretta jew indiretta ma tiġi riċevuta u li ma jiġġenera ebda dħul direttament jew indirettament għax-xufier tal-vettura jew għal oħrajn, u fejn ma jkun hemm ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali.
KAPITOLU II
EKWIPAĠĠ, ĦINIJIET TAS-SEWQAN, PAWŻI U PERIJODI TA' MISTRIEĦ
Artikolu 5
L-età minima għal assistenti tax-xufiera għandha tkun ta' 18-il sena. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-età minima għal assistenti tax-xufiera għal 16-il sena kemm-il darba:
it-trasport bit-triq isir fi Stat Membru f'raġġ ta' 50 kilometru mill-post fejn il-vettura hija bbażata, inklużi żoni amministrattivi lokali li għandhom iċ-ċentru tagħhom f'dak ir-raġġ,
it-tnaqqis huwa għal skopijiet ta' taħriġ vokazzjonali; u
ikun hemm konformità mal-limiti imposti mir-regoli nazzjonali ta' l-Istat Membru dwar kwistjonijiet ta' impjieg.
Artikolu 6
Il-ħin ta' sewqan ta' kuljum ma għandux jeċċedi d-disa' sigħat.
Madankollu, il-ħin ta' sewqan ta' kuljum jista jiġi estiż għal massimu ta' 10 sigħat mhux aktar minn darbtejn f'ġimgħa.
Artikolu 7
Wara perijodu ta' sewqan ta' erba' sigħat u nofs, xufier għandu jieħu pawża bla interruzzjoni ta' mhux anqas minn ħamsa u erbgħin minuta, sakemm ma jieħux perijodu ta' mistrieħ.
Din il-pawża tista' tiġi mibdula minn pawża ta' mill-inqas 15-il minuta li tiġi segwita minn pawża ta' mill-inqas 30 minuta kull waħda mqassma fuq il-perijodu b'tali mod li tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.
Għal xufier involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri, il-pawża msemmija fl-ewwel paragrafu tista’ tiġi sostitwita wkoll b’żewġ pawżi, ta’ mill-inqas 15-il minuta kull waħda, imqassma matul il-perjodu ta’ sewqan imsemmi fl-ewwel paragrafu, b’tali mod li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu.
Xufier li jwettaq multimanning jista’ jieħu pawża ta’ 45 minuta f’vettura misjuqa minn xufier ieħor diment li x-xufier li jkun qed jieħu l-pawża ma jkunx involut f’assistenza lix-xufier li jkun qed isuq il-vettura.
Artikolu 8
F'kull perijodu ta' 24 siegħa wara t-tmiem tal-perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum ta' qabel jew il-perijodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa ta' qabel ix-xufier għandu jkun ħa perijodu ġdid ta' mistrieħ ta' kuljum.
Jekk il-porzjon tal-perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum li taqa' f'dak il-perijodu ta' 24 siegħa huwa mhux inqas minn 9 sigħat imma inqas minn 11-il siegħa, il-perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum għandu jitqies bħala perijodu mnaqqas ta' mistrieħ ta' kuljum.
Fi kwalunkwe ġimagħtejn konsekuttivi, xufier għandu jieħu mill-inqas:
żewġ perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, jew
perijodu wieħed ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa u perijodu wieħed imnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa.
Perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa għandu jibda mhux aktar tard mit-tmiem ta’ sitt perijodi ta’ 24 siegħa il-wieħed mit-tmiem tal-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa preċedenti.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, xufier involut fit-trasport internazzjonali ta’ merkanzija jista’, barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, jieħu żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, sakemm ix-xufier fi kwalunkwe erba’ ġimgħat konsekuttivi jieħu mill-inqas erba’ perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, li mill-inqas tnejn minnhom għandhom ikunu perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, xufier għandu jitqies li huwa involut fit-trasport internazzjonali meta x-xufier jibda ż-żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa barra mill-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impjegatur u l-pajjiż tal-post ta’ residenza tax-xufiera.
►M4 B’deroga mill-paragrafu 6, xufier involut f’servizz okkażjonali tal-passiġġieri ta’ darba jista’ jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa sa 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu ta’ mistrieħ regolari preċedenti ta’ kull ġimgħa, dment li: ◄
▼M4 —————
is-sewwieq jieħu, wara l-użu tad-deroga:
jew żewġ perjodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa; jew
perjodu wieħed ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa u perjodu wieħed imnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa. Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun ikkumpensat b’perjodu ta’ mistrieħ li jittieħed f’daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa wara t-tmiem tal-perjodu ta’ deroga;
wara l-1 ta’ Jannar 2014, il-vettura tkun mgħammra b’ apparat ta’ reġistrazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85; u
wara l-1 Jannar 2014, jekk is-sewqan isir matul il-perjodu mill-22:00 sas-06:00, il-vettura ikollha ekwipaġġ ta’ aktar minn persuna waħda jew il-perjodu ta’ sewqan imsemmi fl-Artikolu 7 jitnaqqas għal tliet sigħat.
Il-Kummissjoni għandha timmoniterja mill-qrib l-użu li jsir minn din id-deroga biex tiżgura li l-preservazzjoni tas-sikurezza fit-toroq taħt kundizzjonijiet stretti ħafna, b’mod partikolari billi tiċċekkja li l-ħin ta’ sewqan totali akkumulat matul il-perjodu kopert mid-deroga ma jkunx eċċessiv. Sal-4 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa l-konsegwenzi tad-deroga fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq kif ukoll l-aspetti soċjali. Jekk tqis li dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament f’dan ir-rigward.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet għad-diġitalizzazzjoni tal-formola tal-vjaġġ imsemmija fl-Artikolu 16(4) fil-kuntest ta’ sforzi usa’ ta’ diġitalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bit-triq.
Meta żewġ perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jkunu ttieħdu konsekuttivament f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 6, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa li jmiss għandu jiġi preċedut minn perijodu ta’ mistrieħ meħud bħala kumpens għal dawk iż-żewġ perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.
Kwalunkwe spiża għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jagħmel tajjeb għaliha l-impjegatur.
Madankollu, fejn ix-xufier ikun ħa żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa skont il-paragrafu 6, l-impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufier b’tali mod li x-xufier ikun diġà jista’ jirritorna qabel il-bidu tal-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens.
L-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dak l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll.
Artikolu 8a
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri tkun faċilment aċċessibbli għax-xufiera involuti fit-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri bit-triq. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista taż-żoni ta’ parkeġġ kollha li jkunu ġew iċċertifikati, sabiex ix-xufiera jkunu pprovduti b’mod adegwat bi:
Il-lista ta’ tali żoni ta’ parkeġġ għandha tkun disponibbli fuq sit elettroniku uffiċjali uniku li jiġi aġġornat regolarment.
F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), l-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ spazju għall-parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq.
Artikolu 9
Fir-rigward tal-perijodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa, dik id-deroga għandha tapplika biss għal vjaġġi bil-bastimenti jew bil-ferrovija meta:
il-vjaġġ ikun skedat għal 8 sigħat jew aktar; u
ix-xufier ikollu aċċess għal kabina tal-irqad fuq il-bastiment jew fuq il-ferrovija.
Artikolu 9a
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-użu ta’ sistemi tas-sewqan awtonomi fl-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-impatt potenzjali ta’ dawk is-sistemi fuq ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
RESPONSABBILTÀ TA' L-IMPRIŻA TAT-TRASPORT
Artikolu 10
Impriża tat-trasport hija responsabbli għal ksur li jsir mix-xufiera ta' l-impriża, anki jekk il-ksur ikun sar fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.
Bla ħsara għad-dritt ta' l-Istati Membri li jżommu impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu din ir-responsabbiltà kondizzjonali fuq il-ksur mill-impriża tal-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw kull prova li l-impriża tat-trasport ma tistax b'mod raġonevoli tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar.
Impriża tat-trasport li tuża vetturi li jkunu mgħammra b'tagħmir ta' reġistrazzjoni li jikkonforma ma' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha:
tiżgura illi d-data kollha tkun trasferita mit-tagħmir fil-vettura u mill-card tax-xufier b'mod regolari kif stipulat mill-Istat Membru u li d-data relevanti tkun trasferita aktar ta' spiss sabiex tiżgura li tkun trasferita d-data kollha dwar attivitajiet li jkunu saru minn jew għal dik l-impriża;
tiżgura li d-data kollha trasferita kemm mil-tagħmir fil-vettura kif ukoll mill-card tax-xufier tinżamm mill-inqas għal tnax-il xahar wara li tkun ġiet irrekordjata u jekk tintalab minn uffiċjal awtorizzat li jispezzjona, din id-data hija, jew direttament jew mill-bogħod, mill-fond ta' l-impriża;
“trasferiment” f'dan il-paragrafu għandu jkun interpretat skond id-definizzjoni mniżżla fil-Anness I B, Kapitolu I punt (s) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85;
Il-perijodu massimu li fih d-data relevanti għandha tkun trasferita skond (a)(i) għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).
KAPITOLU IV
EĊĊEZZJONIJIET
Artikolu 11
Stat Membru jista' japplika minimi itwal ta' pawżi u perijodi ta' mistrieħ jew massimi iqsar ta' ħin ta' sewqan minn dawk imniżżla fl-Artikoli 6 sa 9 fil-każ ta' trasport fit-triq li jsir kollu kemm hu fit-territorju tiegħu. Permezz ta' dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' ftehim rilevanti kollettivi jew ftehim ieħor bejn l-imsieħba soċjali. Madankollu, r-Regolament għandu jibqa' japplika għal xufiera li jwettqu operazzjonijiet internazzjonali ta' trasport.
Artikolu 12
Sakemm ma tiġix preġudikata s-sigurtà fit-triq u sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jaslu sa post ta' waqfien addatt, ix-xufier jista' jitbiegħed mill-Artikoli 6 sa 9 sal-livell meħtieġ biex jiżgura s-sigurtà tal-persuni, tal-vettura jew tat-tagħbija tagħha. Ix-xufier għandu jindika r-raġuni għaliex ikun hekk tbiegħed b'mod manwali fuq il-folja ta' reġistrazzjoni tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew fuq karta stampata mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal f'post adatt għal waqfien.
Sakemm b’dan ma tiġix preġudikata s-sikurezza fit-toroq, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ix-xufier jista’ jidderoga wkoll mill-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 8(2) billi jaqbeż il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa b’mhux aktar minn siegħa sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fir-residenza tax-xufier biex jieħu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.
Taħt l-istess kundizzjonijiet, ix-xufier jista’ jaqbeż il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa b’mhux aktar minn sagħtejn, dment li tkun ittieħdet pawża mhux interrotta ta’ 30 minuta immedjatament qabel is-sewqan addizzjonali sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew il-post ta’ residenza tax-xufier biex jittieħed perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa.
Ix-xufier għandu jindika manwalment fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fuq il-karta stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, ir-raġuni għal tali deroga mhux aktar tard minn meta jasal fid-destinazzjoni jew il-post ta’ waqfien adattat.
Kwalunkwe perijodu ta’ estensjoni għandu jkun ikkumpensat minn mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa ma’ kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ, sa tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.
Artikolu 13
Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta' l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista' jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess jew, bi ftehim ma' l-Istati kkonċernati, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, li jkunu applikabbli għat-trasport b' dawn li ġejjin:
vetturi li huma proprjetà ta', jew li jkunu mikrija mingħajr xufier minn awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu trasport fit-triq li ma jikkompetix ma' impriżi privati tat-trasport;
vetturi wżati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta' agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd għat-trasport ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali tagħhom stess f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża;
tractors għall-agrikoltura u tractors għall-forestrija wżati għal attivitajiet agrikoli jew ta' forestrija, f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża li tkun il-proprjetarja tal-vettura, jew tikriha jew twelliha;
vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati użati minn fornituri ta' servizzi universali kif imfisser f'Artikolu 2(13) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewroprew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta' servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz ( 4 ) biex iwasslu oġġetti bħala parti mis-servizz universali.
Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f'raġġ ta' ►M2 100 km ◄ mill-bażi ta' l-impriża, u bil-kondizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier;
vetturi li joperaw b’mod esklużiv fuq gżejjer jew reġjuni iżolati mill-bqija tat-territorju nazzjonali li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru li ma jkunux magħquda mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta’ pont, baxx fond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur, u li m’għandhomx fruntieri ma xi Stat Membru ieħor;
vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija f'raġġ ta' ►M2 100 km ◄ mill-bażi ta' l-impriża u li jaħdmu bil-gass naturali jew likwifikat jew bl-elettriku b'massa massima permissibbli li, meta jkun inkluż il-piż ta' karru jew nofs-karru, ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati;
vetturi wżati għat-tagħlim u l-eżaminazzjoni bl-iskop li tinkiseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali, sakemm dawn ma jkunux qegħdin jintużaw għat-trasport kummerċjali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri;
vetturi wżati b'konnessjoni ma' servizzi ta' dranaġġ, ta' protezzjoni mill-għargħar, manutenzjoni ta' l-ilma, gass u elettriku mal-manutenzjoni u l-kontroll tat-toroq, ma' servizzi ta' ġbir ta' skart bieb b'bieb u ta' rimi, servizzi tat-telegraf u telefon, xandir tar-radju u televixin u l-iskoperta ta' trasmettituri u riċevituri tar-radju jew tat-televixin;
vetturi b'10 sa 17-il sedil użati esklużivament għat-trasport mhux kummerċjali tal-passiġġieri;
vetturi speċjalizzati li jġorru tagħmir taċ-ċirku u ta' fun-fairs;
vetturi mgħammra partikolarment għal proġetti mobbli, li l-iskop primarju tagħhom huwa li jintużaw bħala faċilità edukattiva meta jkunu wieqfa;
vetturi użati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew għat-twassil lura fl-irziezet ta' kontenituri tal-ħalib jew ta' prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali;
vetturi speċjalizzati li jġorru flus u/jew oġġetti ta' valur;
vetturi wżati sabiex iġorru skart jew karkassi ta' annimali li ma jkunux intiżi għall-konsum mill-bniedem;
vetturi wżati esklużivament f'toroq li jinsabu f'faċilitajiet ċentrali ta' attività bħal portijiet, interportijet u termini tal-ferrovija;
vetturi wżati għat-trasport ta' annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f'distanza ta' mhux aktar minn ►M2 100 km ◄ ;
vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jkunu qed iġorru makkinarju tal-kostruzzjoni għal impriża tal-kostruzzjoni, sa raġġ ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża, dment li s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività ewlenija tax-xufier;
vetturi użati għat-twassil ta’ konkos imħallat lest.
Sakemm ma jiġux preġudikati l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 1 u tingħata protezzjoni xierqa lix-xufiera, Stat Membru jista', wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, jagħti eżenzjonijiet żgħar minn dan ir-Regolament fit-territorju tiegħu għal vetturi li jintużaw f'żoni li jiġu stabbiliti minn qabel b'densità tal-popolazzjoni ta' anqas minn 5 persuni għal kull kilometru kwadru, fil-każijiet li ġejjin:
It-trasport bit-triq taħt din l-eżenzjoni jista' jinkludi vjaġġ għal żona b'densità ta' popolazzjoni ta' 5 persuni jew aktar għal kull kilometru kwadru biss sabiex jintemm jew jinbeda l-vjaġġ. Kull miżura bħal din għandha tkun proporzjonata fin-natura u l-firxa ta' applikazzjoni tagħha.
Artikolu 14
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xufiera tal-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3 huma rregolati b’regoli nazzjonali li jipprovdu protezzjoni xierqa fir-rigward tal-ħinijiet permessi tas-sewqan u l-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ obbligatorji. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli għal xufiera bħal dawn.
KAPITOLU V
PROĊEDURI TA' KONTROLL U SANZJONIJIET
Artikolu 16
Meta ma jkun installat fil-vettura l-ebda tagħmir ta' reġistrazzjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85, il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal:
servizzi regolari nazzjonali ta' passiġġieri, u
servizzi regolari internazzjonali ta' passiġġieri li l-vened tar-rotta tagħhom jinsabu f'distanza massima ta' 50 km f'linja dritta minn fruntiera bejn żewġ Stati Membri u li t-tul tar-rotta tagħhom ma teċċedix il-100 km.
L-impriża tat-trasport għandha tagħmel skeda tas-servizz u roster tax-xogħol li għandhom juru, fir-rigward ta' kull xufier, l-isem, il-post fejn huwa bbażat u l-iskeda bil-quddiem għal diversi perijodi ta' sewqan, xogħol ieħor, pawżi u disponibbiltà.
Kull xufier li jingħata jaħdem servizz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jġorr miegħu estratt mir-roster tax-xogħol u kopja ta' l-iskeda tas-servizz.
Ir-roster tax-xogħol għandu:
jinkludi l-dettalji kollha mniżżla fil-paragrafu 2 għal perijodu minimu li jkopri it-28 jum ta' qabel; dawn il-partikolaritajiet għandhom ikunu aġġornati f'intervalli regolari, u ma jistax ikun hemm dewmien ta' aktar minn xahar bejniethom;
ikun iffirmat mill-kap ta' l-impriża tat-trasport jew minn persuna awtorizzata li tirrapreżentah;
jinżamm mill-impriża tat-trasport għal sena wara l-għeluq tal-perijodu kopert minnha. L-impriża tat-trasport għandha, meta tintalab, tagħti estratt mir-roster lix-xufiera kkonċernati; u
jiġi ppreżentat u jingħata fuq talba ta' l-uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Għall-fini tal-kontrolli fit-triq, sakemm formola tal-vjaġġ diġitali tkun disponibbli, ix-xufier għandu jkunu jista’ jiġġustifika l-użu tad-derogi skont l-Artikolu 7, it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 8(2a) u (6a) billi:
iġorr abbord il-vettura formola tal-vjaġġ mimlija,. li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, li l--impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli tipprovdi lis-sewwieq qabel kull vjaġġ; u
iġorr abbord il-vettura kopji stampati jew elettroniċi ta’ tali formoli tal-vjaġġ li jkopru t-28 jum preċedenti, u, mill-31 ta’ Diċembru 2024, is-56 jum preċedenti.
L-obbligu fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jieqaf japplika l-aktar tard meta l-vettura tuża takografu li jippermetti r-reġistrazzjoni tat-tip ta’ servizz tal-passiġġieri msemmi fil-paragrafu 5.
Għas-servizzi nazzjonali, tista’ tintuża l-formola tal-vjaġġ għal servizzi internazzjonali, filwaqt li tindika l-użu tagħha għal servizz nazzjonali. Il-Kummissjoni tista’, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ għal servizzi nazzjonali biex jiġu ssimplifikati l-kontrolli fuq il-konformità, jekk ikun xieraq. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2a).
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-għażliet għad-diġitalizzazzjoni tal-formola tal-vjaġġ għax-xufiera involuti f’servizzi okkażjonali tal- passiġġieri f’termini ta’ fattibbiltà, kosteffettività u l-impatt tagħha fuq l-infurzabbiltà u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward tali diġitalizzazzjoni.
Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-iżvilupp ta’ formola tal-vjaġġ diġitali li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 biex tali informazzjoni tkun tista’ tiġi rreġistrata b’mod elettroniku qabel il-bidu tal-vjaġġ f’interfaċċa multilingwa li l-operaturi jkollhom aċċess għaliha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ tesplora wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa modulu ġdid wieħed jew aktar għas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
Artikolu 17
Artikolu 17a
Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jivvaluta l-konsegwenzi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mas-settur tas-servizzi okkażjonali tal-passiġġieri fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq u l-aspetti soċjali, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Jekk tqis li jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi rilevanti.
Artikolu 18
L-Istati Membri għandhom jadottaw dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 19
Stat Membru għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jimponu penali fuq impriża u/jew xufier għal ksur ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 li jinqabad fit-territorju tiegħu u li għalih tkun għadha ma ġietx imposta penali, anki fejn dak il-ksur twettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz.
Bħala eċċezzjoni, fejn jinstab ksur:
Stat Membru jista', sa l-1 ta' Jannar 2009, minflok ma jimponi penali, jinnotifika bil-fatti tal-ksur lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn l-impriża hija stabbilita jew fejn ix-xufier għandu l-post ta' l-impjieg tiegħu.
Artikolu 20
Artikolu 21
Sabiex jiġu ndirizzati każijiet fejn Stat Membru jikkunsidra li kien hemm ksur ta' dan ir-Regolament, liema ksur ikun tali li ċertament ser jikkawża periklu fis-sigurtà tat-triq, huwa għandu jawtorizza l-awtorità kompetenti rilevanti sabiex twaqqaf il-vettura konċernata sakemm il-kawża tal-ksur tkun rettifikata. L-Istati Membri jistgħu jġiegħlu lis-sewwieq jieħu perijodu ta' mistrieħ ta' kuljum. L-Istati Membri jistgħu wkoll fejn xieraq, jirtiraw, jissospendu jew jirrestrinġu l-liċenzja ta' impriża, jekk l-impriża tkun stabbilita f'dak l-Istat Membru, jew jirtiraw, jissospendu jew jirrestrinġu l-liċenzja tas-sewqan ta' sewieq. Il-Kummissjoni li taġixxi bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 (2) għandha tiżviluppa linji gwida bil-għan li jippromwovu applikazzjoni armonizzata ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 22
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jiskambjaw b'mod regolari l-informazzjoni kollha disponibbli dwar:
il-ksur tar-regoli mniżżla fil-Kapitolu II minn persuni li mhumiex residenti u kull penali imposta għal dan il-ksur;
il-penali imposti minn Stat Membru fuq ir-residenti tiegħu għal ksur bħal dan li jitwettaq fi Stati Membri oħra;
informazzjoni speċifika oħra, inkluża l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża, li jista’ jkollha konsegwenzi għall-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 23
Il-Komunità għandha tidħol f'kull negozjati ma' pajjiżi terzi li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex ikun implimentat dan ir-Regolament.
Artikolu 23a
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
Artikolu 24
Artikolu 25
B'talba ta' Stat Membru, jew b'inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha:
teżamina każijiet fejn iqumu differenzi fl-applikazzjoni u l-infurzar ta' kull disposizzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il- pawżi u l-perijodi ta' mistrieħ;
tiċċara d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bl-iskop li tippromovi approċċ komuni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2a).
KAPITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandu jinbidel b'li ġej:
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
“Artikolu 2
Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw it-tifsiriet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 ( *1 ).
L-Artikolu 3(1), (2) u (3) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel kif ġej:
L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
“Fejn il-card tax-xufier titħassar, ma tibqax taħdem tajjeb jew ma tkunx fil-pussess tax-xufier, ix-xufier għandu:
fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq ix-xufier, u għandu jdaħħal f'dik il-karta stampata:
id-dettalji li bihom ix-xufier jista' jiġi identifikat (l-isem, il-card tax-xufier jew in-numru tal-liċenzja tax-xufier), inkluża l-firma tiegħu;
il-perijodi tal-ħin imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż (b), (ċ) u (d).
fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perijodi ta' ħin irreġistrati mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni, jirreġistra kull perijodu ta' xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu kienet stampata il-folja fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx reġistrat mit-takografu, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom ix-xufier jista' jiġi identifikat (l-isem, il-card tax-xufier jew in-numru tal-liċenzja tax-xufier), inkluża l-firma tiegħu.”;
“Meta x-xufier ma jkunx jista' juża t-tagħmir stallat fil-vettura minħabba li x-xufier kien 'il bogħod mill-vettura, il-perijodi tal-ħin imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż (b), (ċ) u (d) għandhom:
jekk il-vettura tkun stallata b'tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness I, jiddaħħlu fil-folja tar-rekords, jew manwalment, jew b'reġistrazzjoni awtomatika jew b'mezzi oħra, b'mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-folja; jew
jekk il-vettura tkun attrezzata b'tagħmir tar-reġistrazzjoni skond l-Anness IB, jiddaħħlu fil-card tax-xufier permezz tal-faċilità ta' dħul manwali li hemm fit-tagħmir tar-reġistrazzjoni.
Fejn ikun hemm aktar minn xufier wieħed fuq il-vettura attrezzata bit-tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness IB, kull xufier għandu jiżgura illi l-card tax-xufiera tiegħu tidħol fl-islott it-tajjeb fit-takografu.”;
‘xogħol ieħor’ tfisser kull attività minbarra s-sewqan, kif imfisser fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq (
*2
), kif ukoll kull xogħol għall-istess persuna li tħaddem jew għal xi persuna oħra li tħaddem kemm fis-settur tat-trasport jew barra minnu, u għandha tkun irreġistrata taħt dan is-sinjal .
‘disponibbiltà’ definita fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2002/15/KE għandha tkun irreġistrata taħt dan is-sinjal .
Fejn ix-xufier isuq vettura li tkun attrezzata b'tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness I, ix-xufier għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjali li jispezzjona:
il-folji tar-rekords għall-ġimgħa kurrenti u dawk użati mix-xufier fil-15-il jum ta' qabel;
il-card tax-xufier jekk dan ikollu waħda, u
kull rekord manwali u karti stampati li jkunu saru matul il-ġimgħa kurrenti u l-15-il jum ta' qabel kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.
Madankollu, wara l-1 ta' Jannar 2008, il-perijodi ta' ħin imsemmija f'(i) u (iii) għandhom ikopru l-jum kurrenti u t-28 jum ta' qabel.
Meta x-xufier isuq vettura attrezzata b'tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness IB, ix-xufier għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjali li jispezzjona:
il-card tax-xufier tiegħu;
kull rekord manwali u karta stampata li tkun saret matul il-ġimgħa kurrenti u l-15-il jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u Regolament (KE) Nru 561/2006, u
il-folji tar-rekords li jaqblu ma' l-istess perijodu bħal dak imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel li matulu huwa saq vettura attrezzata b'tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness 1.
Madankollu, wara l-1 ta' Jannar 2008, il-perijodi ta' ħin imsemmija taħt (ii) għandhom ikopru il-jum kurrenti u t-28 jum ta' qabel.
Uffiċjali awtorizzat li jispezzjona jista' jiċċekkja l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-folji tar-rekords, tad-data murija jew stampata li tkun ġiet irreġistrata mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew mill-card tax-xufier jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' osservanza ta' xi disposizzjoni, bħal dawk imniżżla fl-Artikoli 16 (2) u (3).”
Artikolu 27
Ir-Regolament (KEE) Nru 2135/98 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
L-Artikolu 2(1)(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:
Mill-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali relatata mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 ( *3 ) vetturi mressqa għas-servizz għall-ewwel darba għandhom jitwaħħlilhom tagħmir ta' reġistrazzjoni skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.
L-Artikolu 2(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 28
Ir-Regolament (KEE) Nru 3820/85 qiegħed b'dan jiġi mħassar u mibdul b'dan ir-Regolament.
Madankollu, il-paragrafi 1, 2 u 4 ta' Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 għandhom jibqgħu japplikaw sad-dati mniżżla fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2003/59/KE.
Artikolu 29
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta' April 2007, minbarra l-Artikoli 10(5), 26(3) u (4) u 27, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
( 2 ) Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348 20.12.2013, p. 1).
( 4 ) ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1).
( 7 ) ĠU L 72, 25.3.1993, p. 33.
( 8 ) Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġislazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35)
( 9 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1
( 10 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( *1 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1 ”;
( *2 ) ĠU L 80, 23.2.2002, p. 35.”;
( *3 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1 ”.