2006R0247 — MT — 07.02.2009 — 005.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni (ĠU L 042, 14.2.2006, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 58 |
1 |
28.2.2006 |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2013/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 |
L 384 |
13 |
29.12.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 |
L 284 |
11 |
30.10.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 674/2008 tas-16 ta’ Lulju 2008 |
L 189 |
5 |
17.7.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 |
L 30 |
1 |
31.1.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 |
L 30 |
16 |
31.1.2009 |
Ikkoreġut b'
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2006
tat-30 ta' Jannar 2006
li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Billi:
(1) |
Is-sitwazzjoni ġeografika partikolari tar-reġjuni l-aktar il-bogħod timponi spejjeż ta' trasport addizzjonali fil-provvista ta' prodotti li huma essenzjali għall-użu tal-bniedem, għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli. Aktar minn hekk, fatturi oġġettivi li jirriżultaw mill-insularità u d-distanza jimponu aktar rabtiet għall-kumpanniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar il-bogħod li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b'mod ferm negattiv. F'xi każi, l-operaturi u l-produtturi jbatu minn insularità doppja. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jitranġaw billi jitbaxxa l-prezz ta' dawn il-prodotti essenzjali. Għaldaqstant jaqbel li jiġu introdotti arranġamenti speċifiċi ta' provvista biex jiggarantixxu l-provvista lir-reġjuni l-aktar il-bogħod u jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali maħluqa mid-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed. |
(2) |
Għaldaqstant, minkejja l-Artikolu 23 tat-Trattat, importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżenti mid-dazji applikabbli. Sabiex jiġu kkunsidrati l-oriġini u t-trattament doganali tagħhom kif miftiehma skond id-disposizzjonijiet tal-Komunità, prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Komunità taħt arranġamenti ta' proċessar intern jew ta' ħażniet doganali għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti, għall-għan li jingħataw il-benefiċċji għall-arranġamenti speċifiċi ta' provvista. |
(3) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar il-bogħod u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Komunità, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta' prodotti ta' oriġini Komunitarja lir-reġjuni l-aktar il-bogħod. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjoni tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar il-bogħod u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta' addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u l-post imbiegħed. |
(4) |
Peress li l-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista huma limitati għall-bżonnijiet ta' provvista fir-reġjuni l-aktar il-bogħod, dawk l-arranġamenti ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Lanqas m'għandhom il-vantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista joħolqu devjazzjonijiet tal-kummerċ fil-prodotti konċernati. Għaldaqstant id-dispaċċ jew l-esportazzjoni ta' dawk il-prodotti mir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom ikunu projbiti. Madankollu, dispaċċ jew esportazzjoni ta' dawk il-prodotti għandhom ikunu awtorizzati fejn il-vantaġġ li jirriżulta mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista jkun rimborsat jew, fil-każ ta' prodotti proċessati, biex ikun possibbli kummerċ reġjonali jew kummerċ bejn iż-żewġ reġjuni Portugiżi l-aktar il-bogħod. Għandu jittieħed kont ukoll tal-flussi tradizzjonali ta' kummerċ mal-pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar il-bogħod kollha, u l-esportazzjonijiet ta' prodotti proċessati li jikkorrispondu ma' esportazzjonijiet tradizzjonali għal dawk ir-reġjuni kollha għandhom għaldaqstant ikunu awtorizzati. Lanqas m'għandha din ir-restrizzjoni tapplika għad-dispaċċ tradizzjonali ta' prodotti proċessati. Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-perijodu ta' referenza biex jiġu ddefiniti dawk il-kwantitajiet esportati jew mibgħuta għandu jkun speċifikat. |
(5) |
Madankollu, miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jiġi permess ir-ristrutturar meħtieġ tas-settur ta' proċessar taz-zokkor fl-Azores. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont li sabiex is-settur taz-zokkar fl-Azores ikun vijabbli ċertu livell ta' produzzjoni u proċessar jeħtieġ li jiġi żgurat. Barra minn hekk, il-Portugall se jkollu l-mezzi taħt dan ir-Regolament biex jappoġġa l-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor. Kontra dan l-isfond, dispaċċi ta' żokkor mill-Azores lejn il-bqija tal-Komunità għandhom jitħallew bħala eċċezzjoni jeċċedu l-flussi tradizzjonali għal perijodu limitat ta' erba' snin, soġġett għal limiti annwali mnaqqsa progressivament. Minħabba li l-kwantitajiet li jistgħu jkunu s-soġġett ta' dispaċċ mill-ġdid se jkun proporzjonali u llimitat safejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali taz-zokkor, id-dispaċċ temporanju ta' zokkor mill-Azores ma jaffetwax b'mod kuntrarju s-suq intern tal-Komunità. |
(6) |
Fil-każ taz-zokkor C biex jiġu fornuti l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji, l-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazji fuq id-dħul previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2177/92 tat-30 ta' Lulju 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' provvista speċifiċi g]all-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji fir-rigward taz-zokkor ( 4 ) għandhom jibqgħu japplikaw għall-perijodu stabbilit mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor ( 5 ) |
(7) |
S'issa l-Gżejjer Kanarji kienu fornuti, taħt arranġamenti speċifiċi ta' provvista, bi preparazzjonijiet ibbażati fuq il-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1901 90 99 u CN 2106 90 92 maħsuba għall-ipproċessar industrijali. Provvista ta' dawk il-prodotti għandha titħalla titkompla għal perijodu transizzjonali, sakemm tinbena industrija lokali. |
(8) |
Sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-arranġament speċifiċi ta' provvista, il-vantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti għandhom ikunu jaqblu ma' l-ispejjeż ta' produzzjoni u għandhom ibaxxu l-prezzijiet sa' l-istadju ta' l-utent aħħari. Għalhekk huma għandhom jingħataw biss bil-kondizzjoni li fil-fatt jibqgħu jgħaddu minn stadju għall-ieħor, u għandhom isiru l-kontrolli adegwati. |
(9) |
Il-politika tal-Komunità biex tgħin il-produzzjoni lokali fir-reġjuni l-aktar il-bogħod inkludiet diversi prodotti u miżuri għall-produzzjoni, it-tqegħid fuq is-suq u l-ipproċessar tagħhom. Dawn il-miżuri rriżultaw li huma effettivi u żguraw li l-agrikultura tkompli u tiżviluppa. Il-Komunità għandha tkompli tappoġġa dawn il-linji ta' produzzjoni, li huma fattur ewlieni fl-ekwilibriju ambjentali, soċjali u ekonomiku tar-reġjuni l-aktar il-bogħod. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, sħubija aktar mill-qrib ma' l-awtoritajiet lokali tista' tgħin biex jiġu indirizzati aktar direttament kwistjonijiet partikolari li jolqtu lir-reġjuni konċernati. Għalhekk għandu jitkompla l-appoġġ għall-produzzjoni lokali permezz ta' programmi ġenerali fl-aktar livell ġeografiku adegwat, li għandhom ikunu sottomessi mill-Membri Stati konċernati lill-Kummissjoni. |
(10) |
Bħala għajnuna biex il-miri ta' żvilupp ta' produzzjoni agrikola lokali u l-provvista ta' prodotti agrikoli jintlaħqu, il-livell ta' programmazzjoni tal-provvisti lir-reġjuni konċernati għandu jkun armonizzat u l-approċċ ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkun sistematiku. Għaldaqstant il-programm ta' provvista għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri u jkun sottomess lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
(11) |
Bdiewa fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom ikunu mħajra biex jipprovdu prodotti ta' kwalità u t-tqegħid fuq is-suq ta' dawn il-prodotti għandu jkun megħjun. L-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Komunità jista' jkun ta' għajnuna għal dak il-għan. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jirrevoka xi Regolamenti ( 6 ) jiddefinixxi l-miżuri ta' żvilupp rurali eliġibbli għall-appoġġ tal-Komunità u l-kondizzjonijiet biex jinkiseb dak l-appoġġ. L-istrutturi ta' xi rziezet jew kumpanniji ta' proċessar u tqegħid fuq is-suq fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom nuqqasijiet serji u jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet speċifiċi. B'hekk għandha ssir disposizzjoni għall-possibilità ta' derogi għal ċerti tipi ta' investiment mid-disposizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta' xi għajnuna strutturali prevista fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999. |
(13) |
L-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jillimita l-għoti ta' appoġġ forestali għal foresti u boskijiet li huma ta' proprjetà ta' sidien privati, muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet tagħhom. Partijiet mill-foresti u l-boskijiet li jinsabu fir-reġjuni l-aktar il-bogħod huma ta' proprjetà ta' l-awtoritajiet pubbliċi aktar milli tal-muniċipalitajiet. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu msemmi għandhom isiru aktar flessibbli. |
(14) |
L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u l-Anness tiegħu jiddeterminaw l-ammonti massimi kull sena eliġibbli għall-għajnuna agro-ambjentali tal-Komunità. Biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ambjentali speċifika ta' ċerti mergħat sensittivi ħafna fl-Azores u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjoni ta' l-art agrikola, b'mod partikolari ż-żoni ta' kultivazzjoni mtarrġa f'Madeira, għandha ssir disposizzjoni għall-possibbiltà, f'każ ta' ċerti miżuri speċifiċi, li dawk l-ammonti jiżdiedu sakemm jirduppjaw. |
(15) |
Tista' tingħata deroga mill-politika kostanti tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax l-għajnuna ta' l-Istat operattiva għall-produzzjoni, proċessar u tqegħid fuq is-suq ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi dwar il-biedja fir-reġjuni l-aktar il-bogħod bħala riżultat tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed tagħhom, iż-żona żgħira, l-art muntanjuża u l-klima u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta' prodotti. |
(16) |
Is-saħħa tal-pjanti ta' prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar il-bogħod hi suġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta' kontroll li s'issa ġew applikati hemm. Għalhekk għandhom ikunu implimentati programmi biex organiżmi li jagħmlu ħsara jiġu miġġielda, inkluż permezz ta' metodi organiċi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn tali programmi għandha tkun speċifikata. |
(17) |
Il-manutenzjoni ta' għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni ta' Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għal Azores, hi imperattiv ekonimiku u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f'dawn ir-reġjuni m'għandhomx jiġu applikati la premji għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, iżda madankollu, fil-Gżejjer Kanarji, għandu jkun possibbli li jiġu applikati miżuri ta' distillazzjoni tal-kriżi f'każ ta' disturbi fis-suq maħluqa minn problemi ta' kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjo-ekonomiċi fixklu l-konverżjoni kompleta, fil-limiti taż-żmien stipulat, fiż-żoni fir-reġjun ta' Madeira u l-Azores ta' dwieli b'varjetajiet ibridi projbiti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali. Aktar żmien se jippermetti lil dawn l-għelieqi tad-dwieli biex ikunu kkonvertiti filwaqt li jinżamm it-tessut ekonomiku reġjonali li hu marbut sew mal-vitikoltura. Kull sena l-Portugall għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-konverżjoni taż-żoni kkonċernati. |
(18) |
Ir-ristrutturazzjoni tas-settur tal-ħalib għadha mhix kompluta fl-Azores. B'konformità mad-dipendenza qawwija ta' l-Azores fuq il-produzzjoni tal-ħalib, flimkien ma' nuqqasijiet oħra marbuta mal-post imbiegħed li jinsabu fih u n-nuqqas ta' linji ta' produzzjoni alternattivi li jħallu qligħ, jeħtieġ li tiġi kkonfermata d-deroga minn xi disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi dazju fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ( 7 ), introdotta mill-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal xi prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) ( 8 ) u aġġornat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 ( 9 ) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1453/2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dazju supplementari fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-Azores. |
(19) |
L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar f'Madeira ma rnexxilux iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u l-kapaċità fqira tiegħu li jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta' ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità għandha titkompla, bl-għan li l-konsum lokali jiġi kopert aktar bis-sħiħ. |
(20) |
Il-bżonn li tinżamm produzzjoni lokali permezz ta' inċentivi tiġġustifika l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 mhux qiegħed ikun applikat fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira. Għal Madeira din l-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għal limitu ta' 4,000 tunnellata, bi qbil mal-produzzjoni attwali għal 2,000 tunnellata u li tippermetti possibilità raġonevoli ta' żieda fil-produzzjoni, li bħalissa hi stimata ta' mhux aktar minn 2,000 tunnellata. |
(21) |
Attivitajiet tradizzjonali ta' trobbija tal-bhejjem għandhom ikunu appoġġati. Sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' konsum lokali fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira, l-importazzjonijiet mingħajr dazji minn pajjiżi terzi ta' bovini rġiel intenzjonati għas-simna għandhom ikunu awtorizzati taħt ċerti kondizzjonijiet u sa limitu massimu annwali. Il-possibbiltà miftuħa taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa ( 10 ) biex tippermetti li jiġu trasferiti drittijiet għall-premji għall-baqar li jreddgħu mill-Portugall (kontinentali) għall-Azores għandha tkun imġedda u dan l-istrument għandu jkun adegwat b'konformità ma' l-arranġamenti ta' appoġġ ġodda għar-reġjuni l-aktar il-bogħod. |
(22) |
It-tkabbir tat-tabakk hu ta' importanza storika għall-Gżejjer Kanarji. F'termini ekonomiċi, il-preparazzjoni tat-tabakk tibqa' waħda mill-attivtajiet industrijali ewlenin fir-reġjun. F'termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk tinvolvi ħafna ħaddiema u ssir minn agrikolturi zgħar. Madankollu, peress li l-ħaxixa ma tħallix biżżejjed qligħ, tinsab fil-periklu li tispiċċa. Bħalissa t-tabakk hu kkultivat biss f'żona żgħira fuq il-gżira ta' La Palma, għall-manifattura fuq skala żgħira tas-sigarri. Għaldaqstant Spanja għandha tkun awtorizzata biex tkompli tagħti l-għajnuna flimkien ma' l-għajnuna Komunitarja sabiex din il-ħaxixa tradizzjonali tista' tibqa' tinżamm bil-għan li tiġi appoġġata l-attività artiġġjanli marbuta magħha. Barra minn hekk, biex tinżamm il-manifattura ta' prodotti tat-tabakk, importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta' tabakk mhux maħdum u tabakk semi-manifatturat għandhom jibqgħu jkunu eżenti mid-dazji, sa limitu massimu annwali ta' 20,000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' tabakk mhux maħdum mingħajr zokk. |
(23) |
L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandiex tipperikola l-livell ta' appoġġ speċjali li s'issa bbenefikaw minnu r-reġjuni l-aktar il-bogħod. Għal din ir-raġuni, sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu l-miżuri adegwati, l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Komunità taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal xi prodotti agrikoli għad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) ( 11 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) ( 12 ) u l-ammonti mogħtija lill-bdiewa stabbiliti f'dawk ir-reġjuni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella ( 13 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ( 14 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 15 ) u ammonti mogħtija għall-provvista tar-ross fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta' Réunion taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross ( 16 ). Is-sistema ġdida għall-appoġġ tal-produzzjoni agrikola fir-reġjuni l-aktar il-bogħod stabbilita minn dan ir-Regolament għandha tkun koordinata bl-appoġġ għall-istess linji ta' produzzjoni li huma fis-seħħ fil-bqija tal-Komunità. |
(24) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 għandhom ikunu rrevokati. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71, u (KE) Nru 2529/2001 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2183/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 56), u r-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ukoll għandhom ikunu emendati biex jiżguraw koordinazzjoni ta' l-arranġamenti rispettivi. |
(25) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni ( 17 ). |
(26) |
Il-programmi previsti minn dan ir-Regolament għandhom jibdew japplikaw man-notifika ta' l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni. Sabiex il-programmi jkunu jistgħu jibdew f'dik id-data, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija kollha bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dik ta' l-applikazzjoni tal-programmi. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU 1
SUĠĠETT
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar l-agrikultura biex jiġu rimedjati diffikultajiet maħluqa mid-distanza, l-insularità, il-post imbiegħed, il-wiċċ ta' l-art żgħir, l-art, il-klima diffiċli u d-dipendenza minn numru limitat ta' prodotti tar-reġjuni ta' l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, minn issa l'quddiem “ir-reġjuni l-aktar il-bogħod”.
TITOLU II
ARRANĢAMENTI SPEČIFIČI TA' PROVVISTA
Artikolu 2
Stima tal-bilanċ tal-provvista
1. Arranġamenti speċifiċi ta' provvista huma b'dan introdotti għall-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE, li huma essenzjali, fir-reġjuni l-aktar il-bogħod, għall-konsum tal-bniedem, għall-manifattura ta' prodotti oħra jew bħala addizzjonijiet agrikoli
2. Stima tal-bilanċ tal-provvista għandha titħejja b'dikjarazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' provvista kull sena. Stima tal-bilanċ tal-provvista separata tista' titħejja għall-bżonnijiet tal-kumpanniji ta' l-ippakkjar u ta' l-ipproċessar ta' prodotti maħsuba għas-suq lokali, għal tqassim tradizzjonali fil-bqija tal-Komunità jew għal esportazzjoni bħala parti mill-kummerċ reġjonali jew flussi tradizzjonali tal-kummerċ.
Artikolu 3
Funzjonament ta' l-arranġamenti
1. Fil-limitu tal-kwantitajiet determinati fl-istima tal-bilanċ tal-provvista, m'għandhomx japplikaw dazji għal importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għall-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista.
Prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Komunità taħt arranġamenti ta' proċessar intern jew ta' ħażna tad-dwana għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi għall-għanijiet ta' dan it-Titolu.
2. Biex jiġi żgurat li l-ħtiġiet stabbiliti b'konformità ma' l-Artikolu 2(2) f'termini ta' prezz u kwalità jinżammu, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm is-sehem tal-Komunità fil-provvisti, għandha tingħata għajnuna għall-provvista fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Komunità ta' prodotti miżmuma f'maħżen ta' intervent pubbliku jew disponibbli fuq is-suq tal-Komunità.
Tali għajnuna għandha tkun iddeterminata għal kull tip ta' prodotti konċernat biex tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar il-bogħod u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn terzi pajjiżi, u fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u ta' addizzjonijiet agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u l-post imbiegħed.
3. Fl-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, għandhom jitqiesu, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a) il-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar il-bogħod u, fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u addizzjonijiet agrikoli, il-kondizzjonijiet ta' kwalità;
(b) flussi ta' kummerċ mal-bqija tal-Komunità;
(ċ) l-aspett ekonomiku ta' l-għajnuna proposta.
4. Id-dritt għall-benefiċċju taħt l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li l-vantaġġ ekonomiku meħud jew mill-eżenzjoni tad-dazji jew mill-għajnuna jgħaddu realment għand l-utent aħħari.
Artikolu 4
Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u dispaċċ lejn il-bqija tal-Komunità
1. Prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Komunità bil-kondizzjonijiet biss stabbiliti taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu l-ħlas ta' dazji fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1) jew ir-rimbors ta' l-għajnuna riċevuta taħt l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(2).
Dawk il-kondizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-flussi ta' kummerċ bejn id-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi.
2. Ir-restrizzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandiex tapplika għall-prodotti proċessati fir-reġjuni l-aktar il-bogħod minn prodotti li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta' provvista li huma:
(a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Komunità fil-limiti ta' l-esportazzjonijiet tradizzjonali u tad-dispaċċ tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2), abbażi ta' l-esportazzjonijiet jew dispaċċ medji matul is-snin 1989, 1990 u 1991;
(b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta' kummerċ b'konformità mad-destinazzjonijiet u l-kondizzjonijiet speċifikati taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2);
(ċ) mibgħuta mill-Azores lejn Madeira jew viċi-versa;
(d) mibgħuta mill-Madeira lill-Gżejjer Kanarji jew viċi-versa.
M'għandux jingħata rimbors ta' l-esportazzjoni għall-prodotti esportati b'dan il-mod.
3. B'deroga mill-paragrafu 2(a), il-kwantitajiet massimi li ġejjin ta' zokkor (kodiċi CN 1701) jistgħu jiġu mibgħuta mill-Azores lill-bqija tal-Komunità għas-snin li ġejjin:
fl-2006 |
: |
3 000 tunnellata metrika |
fl-2007 |
: |
2 285 tunnellata metrika |
fl-2008 |
: |
1 570 tunnellata metrika |
fl-2009 |
: |
855 tunnellata metrika |
Artikolu 5
Zokkor
1. Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, zokkor C imsemmi fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, esportat b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2670/81 ta’ l-14 ta’ Settembru 1981 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota ( 18 ) u mdaħħal biex ikun ikkunsmat f'Madeira u fil-Gżejjer Kanarji fil-forma ta' zokkor abjad li jaqa' taħt il-kodiċi CN 1701 u li għandu jkun raffinat u kkunsmat fl-Azores fil-forma ta' zokkor mhux proċessat li jaqa' taħt il-kodiċi CN 1701 12 10, għandu jibbenefika, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, minn eżenzjoni tad-dazji fil-limiti ta' l-istima tal-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 2.
2. Meta jiġu determinati l-ħtiġiet ta' zokkor mhux proċessat fl-Azores għandu jittieħed kont ta' l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-pitravi. Il-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti ta' provvista għandhom ikunu determinati sabiex jiġi żgurat li t-total tal-volum taz-zokkor proċessat fl-Azores ma jaqbiżx l-10,000 tunnellata kull sena.
Artikolu 6
Preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2009, il-Gżejjer Kanarji jistgħu jibqgħu jirċievu provvisti ta' preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1901 90 99 u 2106 90 92 maħsuba għall-ipproċessar industrijali sa 800 tunnellata kull sena u 45 tunnellata kull sena rispettivament. Għajnuna mogħtija mill-Komunità għal provvisti ta' dawn iż-żewġ prodotti ma tistax teċċedi EUR 210 għal kull tunnellata u EUR 59 għal kull tunnellata rispettivament u għandha tkun inkluża fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 23.
Artikolu 7
Importazzjonijiet ta' ross f'Réunion
M'għandhomx jitħallsu dazji fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta' Réunion fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1006 10 u 1006 20 u 1006 40 00 importati għall-konsum hemm.
Artikolu 8
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Tali regoli għandhom jiddefinixxu b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kwantitajiet tal-prodotti u r-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti eliġibbli taħt l-arranġamenti ta' provvista speċifiċi u, fejn hemm bżonn, jistabbilixxu sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni jew ċertifikati ta' konsenja.
TITOLU III
MIŽURI BIEX ISOSTNU L-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI
Artikolu 9
Programmi ta' appoġġ
1. Programmi Komunitarji ta' appoġġ għar-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom jiġu stabbiliti u jinkludu miżuri speċifiċi biex jassistu linji lokali tal-produzzjoni agrikola skond it-termini tat-Titolu II tat-Tielet Parti tat-Trattat tal-KE.
2. Programmi Komunitarji ta' appoġġ għandhom jiġu stabbiliti fuq il-livell ġeografiku li l-Istat Membru konċernat iqis bħala l-aktar adegwat. Huma għandhom jitħejjew mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru, li għandu jressaqhom quddiem il-Kummissjoni wara li l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti jkunu ġew ikkonsultati fuq il-livell territorjali adegwat.
3. Progamm Komunitarju ta' appoġġ wieħed biss għal kull reġjun l-iktar imbiegħed jista' jiġiimressaq.
Artikolu 10
Miżuri
Programmi Komunitarji ta' appoġġ għandhom jinkludu miżuri meħtieġa biex jiżguraw kontinwità u żvilupp tal-linji lokali ta' produzzjoni agrikola f'kull reġjun l-iktar imbiegħed.
Artikolu 11
Kompatibilità u konsistenza
1. Miżuri meħuda taħt programmi ta' appoġġ għandhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja u jkunu konsistenti ma' politika oħra tal-Komunità u mal-miżuri meħuda taħt din il-politika.
2. Konsistenza tal-miżuri meħuda taħt il-programmi ta' appoġġ b'miżuri implimentati taħt strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien ta' l-annimali u l-ħarsien ta' l-ambjent, trid tkun żgurata.
B'mod partikolari, l-ebda miżura taħt dan ir-Regolament m'għandha tkun iffinanzjata bħala:
(a) appoġġ addizzjonali għal premium jew skemi ta' għajnuna taħt organizzazzjoni komuni tas-suq ħlief f'każi eċċezzjonali ġġustifikati minn kriterji oġġettivi;
(b) appoġġ għal proġetti ta' riċerka, miżuri ta' appoġġ għal proġetti ta' riċerka u miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE fuq in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 19 )
(ċ) appoġġ għall-miżuri fit-termini tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru ( 20 ) dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)
Artikolu 12
Kontenut tal-programmi Komunitarji ta' appoġġ
Programm Komunitarju ta' appoġġ għandu jinkludi:
(a) deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali tal-produzzjoni agrikola li tqis ir-riżultati tal-valutazzjonijiet disponibbli, li turi d-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjal għall-iżvilupp, ir-riżorsi finanzjarji użati u r-riżultati ewlenin ta' operazzjonijiet magħmula taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001;
(b) deskrizzjoni ta' l-istrateġija proposta, il-prioritajiet magħżula, l-objettivi kwantifikati tagħha u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;
(ċ) deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba, u b'mod partikolari skemi ta' għajnuna għall-implimentazzjoni tal-programm, u, fejn adegwat, tagħrif dwar il-bżonnijiet għal xi studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew operazzjonijiet ta' assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adozzjoni tal-miżuri konċernati;
(d) skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tabella finanzjarja ġenerali indikattiva li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw;
(e) prova tal-kompatibilità u l-konsistenza bejn il-miżuri differenti taħt il-programmi u l-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni;
(f) il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b'mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifikat ta' indikaturi kwantifikati għall-użu fil-programm ta' evalwazzjoni u d-disposizzjonijiet għall-kontrolli u l-pieni;
(g) il-ħatra ta' awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta' awtoritajiet jew ta' korpi assoċjati u msieħba soċjo-ekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet magħmula.
Artikolu 13
Is-sorveljanza
Il-proċeduri u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv ta' l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Komunità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 (2).
TITOLU IV
MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT
Artikolu 14
Simbolu grafiku
1. Għandu jiġi introdott simbolu grafiku bil-għan li jiżgura aktar kuxjenza u konsum ta' prodotti agrikoli ta' kwalità, kemm naturali jew proċessati, speċifiċi għar-reġjuni l-aktar il-bogħod.
2. Il-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku previst fl-ewwel paragrafu għandu jkun propost mill-organizzazzjonijiet ta' kummerċ konċernati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iressqu tali proposti, bl-opinjoni tagħhom, lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.
L-użu tas-simbolu għandu jkun monitorat minn awtorità uffiċċjali jew minn korp approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 15
Żvilupp Rurali
1. Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, fil-każ tar-reġjuni l-aktar il-bogħod, il-valur totali ta' l-għajnuna għall-investimenti maħsuba b'mod partikolari biex tħeġġeġ id-diversifikazzjoni, ristrutturazzjoni jew bidla lejn agrikoltura sostenibbli f'kumpanniji agrikoli ta' qies ekonomiku żgħir, li għandu jkun definit fil-kumplimenti għall-programmazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali ( 21 ), espress bħala perċentwal tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux jeċċedi l-75 %.
2. Minkejja l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, fil-każ tar-reġjuni l-aktar il-bogħod, il-valur totali ta' l-għajnuna għall-investimenti f'intrapriżi responsabbli mill-ipproċessar u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti agrikoli li jikkonsistu l-aktar fi prodotti lokali f'setturi li għandhom ikunu definiti fil-kumplimenti għall-programmazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, espress bħala perċentwal tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux jeċċedi l-65 %. Il-valur totali ta' l-għajnuna għall-intrapriżi żgħar u medji, li altrimenti huma suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, m'għandux jeċċedi l-75 %.
3. Ir-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandhiex tapplika għal foresti tropikali jew sub-tropikali jew boskijiet li jinsabu fit-territorju tad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, l-Azores u Madeira
4. Minkejja l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-ammonti massimi kull sena eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja, kif stabbiliti fl-Anness ta' dak ir-Regolament, jistgħu jiżdiedu sad-doppju fil-każ tal-miżura għall-ħarsien tal-lagi fl-Azores u l-miżura biex jiġu ppreservati l-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali ta' l-art agrikola, b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa f'Madeira.
5. Deskrizzjoni tal-miżuri pjanifikati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi, fejn xieraq, fil-programmi għal dawn ir-reġjuni msemmija fl-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.
Artikolu 16
Għajnuna mill-Istat
1. Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tiegħu, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna operattiva fis-setturi tal-manifattura, l-ipproċessar u t-tqegħid fuq is-suq ta' dawk il-prodotti, bil-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-biedja fir-reġjuni l-aktar il-bogħod bħala riżultat tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed.
2. L-Istati Membri jistgħu joffru finanzjar addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tal-Komunità msemmija fit-Titolu III. F'tali każi huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-Kummissjoni għandha tapprovaha b'konformità mar-Regolament tagħha bħala parti minn dawn il-programmi. Tali għajnuna notifikata għandha titqies bħala li qiegħda tkun notifikata fit-termini ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.
3. France may grant national aid for the sugar sector in the French outermost regions, of up to EUR 60 million for the marketing year 2005/2006 and up to EUR 90 million for the marketing years 2006/2007 onwards.
▼M5 —————
France shall inform the Commission within 30 days of the end of each marketing year of the amount of aid actually granted.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u b'deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ( 22 ) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ( 23 ), l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru taħt it-Titolu III, paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 17 u 21 ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri b'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Programmi dwar is-saħħa tal-pjanti
1. Franza u l-Portugall għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fl-Azores u Madeira rispettivament. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari l-objettivi li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta' żmien u n-nefqa tagħhom. Il-programmi mressqa skond dan l-Artikolu m'għandhomx jikkonċernaw il-ħarsien tal-banana.
2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-programmi previsti fl-ewwel paragrafu fuq il-bażi ta' analiżi teknika tas-sitwazzjonijiet reġjonali.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità prevista fil-paragrafu 2 u l-ammont ta' għajnuna għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(1) u (3). Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità għandhom ikunu definiti b'konformità ma' l-istess proċedura.
Tali kontribuzzjoni tista' tkopri sa 60 % tan-nefqa eliġibbli fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u sa 75 % tan-nefqa eliġibbli fl-Azores u Madeira. Il-ħlas għandu jsir abbażi ta' dokumentazzjoni provduta mill-awtoritajiet Franċiżi u Portugiżi. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli mill-Kummissjoni li jsiru f'isimha minn esperti, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunita' ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunita' ( 24 )
Artikolu 18
Inbid
1. Il-Kapitolu II tat-Titolu II u l-Kapitoli I u II tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 25 ) u l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni ( 26 ) m'għandhomx japplikaw fl-Azores u f'Madeira.
2. Minkejja l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għeneb li ġej minn varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti (Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont) maħsuda fl-Azores u f'Madeira jista' jintuża għall-produzzjoni ta' inbid li jrid jibqa' f'dawk ir-reġjuni.
Sal-31 ta' Diċembru 2013 il-Portugall għandu jkun elimina gradwalment l-għelieqi tad-dwieli miżrugħa b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti, bl-appoġġ, fejn xieraq, previst fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.
Kull sena l-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni miżrugħa b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti.
3. Il-Kapitolu II tat-Titolu II u t-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 m'għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji, ħlief għad-distillazzjoni tal-kriżi msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jekk ikun hemm disturb eċċezzjonali tas-suq maħluq minn problemi ta' kwalità.
Artikolu 19
Ħalib
1. Mis-sena ta' marketing 1999/2000 'il quddiem, bil-għan li jinqasam id-dazju addizzjonali bejn il-produtturi imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, huma biss il-produtturi fis-sens ta' l-Artikolu 5(c) ta' dak ir-Regolament, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, li jqiegħdu fuq is-suq kwantitajiet li jeċċedu l-kwantità ta' referenza miżjuda bil-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu li se jitqiesu bħala li jkunu kkontibwixxew għall-produzzjoni żejda.
Id-dazju addizzjonali għandu jitħallas fuq kwantitajiet li jaqbżu l-kwantità ta' referenza kif miżjuda mill-perċentwal hawn fuq imsemmi, wara allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet mhux użati fil-marġinu li jirriżulta minn din iż-żieda fost il-produtturi kollha fis-sens ta' l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, u bi proporzjoni mal-kwantità ta' referenza disponibbli għal kull produttur.
Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs ir-ratio bejn il-kwantitajiet rispettivament ta' 73,000 tunnellata għas-snin tal-marketing 1999/2000 sa 2004/2005 u ta' 23,000 tunnellata mis-sena tal-marketing 2005/2006 u t-total tal-kwantitajiet ta' referenza disponibbli fuq kull azjenda fil-31 ta' Marzu 2000. Hu għandu japplika biss għall-kwantitajiet ta' referenza disponibbli fil-31 ta' Marzu 2000.
2. Il-kwanitatijiet ta' ħalib jew ekwivalenti tal-ħalib imqiegħda fuq is-suq li jeċċedu l-kwantitajiet ta' referenza iżda li jaqblu mal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, wara l-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-istess paragrafu, m'għandhomx jitqiesu waqt li tiġi stabbilita kwalunkw produzzjoni żejda mill-Portugall kif ikkalkulata b'konformità ma' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003.
3. L-iskema ta' dazju addizzjonali applikabbli għall-produtturi tal-ħalib tal-baqar prevista fir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 m'għandhiex tapplika għad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi jew, fil-limitu tal-produzzjoni lokali ta' 4,000 tunnellata ħalib, f'Madeira.
4. Minkejja l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb ( 27 ), il-produzzjoni f'Madeira ta' ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità għandha tkun awtorizzata fil-limiti tal-ħtiġiet ta' konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Ir-regoli dettaljati għandhom jiddeterminaw, b'mod partikolari, il-kwantità ta' ħalib frisk prodott lokalment li għandha tkun inkorporata f'ħalib UHT magħmul imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 20
Trobbija tal-bhejjem
1. Sakemm il-kwantità lokali ta' bovini rġiel żgħar tilħaq livell suffiċjenti biex tiżgura l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira, għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li jiġu importanti annimali bovini minn pajjiżi terzi, mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira.
L-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(1) għandhom japplikaw għall-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
2. Il-kwantità ta' annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun determinata meta l-ħtieġa għall-importazzjoni hija ġġustifikata bil-konsiderazzjoni ta' l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Dawn il-kwantitajiet, u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż b'mod partikolari t-tul minimu tal-perijodu tas-simna għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Priorità għal tali annimali għandha tingħata għal produtturi li jżommu annimali għas-simna li minnhom mill-anqas 50 % huma ta' oriġini lokali.
3. Fejn l-Artikolu 67 u l-Artikolu 68(2)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma applikati, il-Portugall jista' jnaqqas il-limitu nazzjonali għall-ħlas tad-drittijiet tal-premium ta' nagħaġ u mogħoż u ta' baqar li jreddgħu. F'tali każ, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), l-ammont korrispondenti għandu jkun trasferit mil-limiti stabbiliti taħt id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija għar-riżorsi finanzjarji msemmija fit-tieni inċiż fl-Artikolu 23(2).
Artikolu 21
Għajnuna statali għall-produzzjoni tat-tabakk
Permezz ta' dan Spanja hi awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji b'żieda mal-premium previst fit-Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk ( 28 ). L-għoti ta' din l-għajnuna ma jistax jirriżulta f'diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.
L-ammont ta' għajnuna ma jistax jeċċedi EUR 2 980,62 għal kull tunnellata. L-għajnuna addizzjonali għandha titħallas għal massimu ta' 10 tunnellati kull sena.
Artikolu 22
Eżenzjoni mid-dazju għat-tabakk
1. L-ebda dazju m'għandu jiġi applikat għal importazzjonijiet diretti fil-Gżejjer Kanarji ta' tabakk mhux maħdum u semi-maħdum li jaqa', rispettivament, taħt:
(a) Kodiċi CN 2401, u
(b) s-subtitoli li ġejjin:
— 2401 10 Tabakk, mhux maħdum/mingħajr zokk
— 2401 20 Tabakk, totalment jew parzjalment mhux maħdum/mingħajr zokk,
— ex24 01 20 Qxur ta' barra għas-sigarri ppreżentati fuq appoġġi f'rukkelli għall-manifattura tat-tabakk,
— 2401 30 skart tat-Tabakk,
— ex24 02 10 Sigarri mhux kompluti mingħajr kisja,
— ex24 03 10 Biċċiet ta' tabakk (taħlit finalizzat ta' tabakk għall-manifattura ta' sigaretti, sigarri, sigarri ħoxnin miftuħin miż-żewġt'itruf u sigarri żgħar),
— ex24 03 91 Tabakk omoġenizzat jew rikostitwit, kemm jekk imqiegħed f'forma ta' folja jew fi strixxi kif ukoll jekk le,
— ex24 03 99 Tabakk imwessa'.
L-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għall-prodotti maħsuba għall-manifattura lokali ta' prodotti tat-tabakk, sa limitu annwali ta' importazzjoni ta' 20,000 tunnellata ta' l-ekwivalenti ta' tabakk mhux maħdum mingħajr zokk.
2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
TITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 23
Riżorsi finanzjarji
1. Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 16, għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola ( 29 )għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2006. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-istess miżuri għandhom jikkostitwixxu intervent biex jirregola s-swieq agrikoli fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b), jew pagamenti diretti lill-bdiewa taħt l-Artikolu (1)(ċ), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 30 ).
2. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fit-Titoli II u III ta' dan ir-Regolament, sa massimu annwali kif ġej:
(EUR miljuni) |
|||||
Is-sena finanzjarja 2007 |
Is-sena finanzjarja 2008 |
Is-sena finanzjarja 2009 |
Is-sena finanzjarja 2010 |
Is-sena finanzjarja 2011 u 'l quddiem |
|
Id-Dipartimenti Franċiżi ekstra-Ewropej |
126,6 |
262,6 |
269,4 |
273,0 |
278,41 |
L-Ażori u Madejra |
77,9 |
86,98 |
87,08 |
87,18 |
106,21 |
Il-Gżejjer Kanarji |
127,3 |
268,4 |
268,4 |
268,4 |
268,42 |
3. L-ammonti allokati annwalment għall-programmi previsti fit-Titolu II ma jistgħux jeċċedu:
Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi |
: |
EUR 20,7 miljun, |
Azores u Madeira |
: |
EUR 17,7 miljun, |
Gżejjer Kanarji |
: |
EUR 72,7 miljun. |
4. L-ammonti annwali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jinkludu kwalunkwe nefqa mħallsa skond ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 29.
TITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET ĢENERALI U FINALI
Artikolu 24
1. L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ġenerali fil-qafas ta' l-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 23(2) u (3) mhux aktar tard minn xaharejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-iktar tard.
L-abbozz ta' programm għandu jinkludi abbozz ta' stima tal-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 2(2) li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta' għajnuna għall-provvista mill-Komunità flimkien ma' abbozz ta' programm ta' appoġġ għall-produzzjoni lokali msemmi fl-Artikolu 9(1).
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi ġenerali proposti u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien erba' xhur mid-data li jkunu tressqu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
3. Kull programm ġenerali għandu japplika mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni ta' l-approvazzjoni tagħha mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 24a
1. Sal-15 ta' Marzu 2007, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-abbozz ta' emendi għall-programm ġenerali tagħhom biex jiġu riflessi l-bidliet introdotti bir-Regolament (KE) Nru 2011/2006 ( 31 ).
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi proposti u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard minn erba' xhur mid-data li jkunu tressqu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
3. B'deroga mill-Artikolu 24(3), l-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 24b
1. Sal-1 ta' Awwissu 2009, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni l-abbozz ta' emendi għall-programm globali tagħhom biex jirriflettu t-tibdiliet li saru fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ta' 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa ( 32 ).
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi ippreżentati u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tagħhom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010.
Artikolu 25
Regoli ta' Implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 (2). Huma għandhom jinkludu b’mod partikolari:
— il-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kwantitajiet u l-livelli ta' għajnuna għall-provvista u l-miżuri ta' appoġġ jew l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati biex isostnu l-produzzjoni lokali,
— id-disposizzjonijiet marbuta ma' l-ispeċifikazzjonijiet minimi tal-kontrolli u l-pieni li l-Istati Membri għandhom japplikaw,
— l-iffissar ta' miżuri u ammonti eliġibbli, taħt l-Artikolu 23(1), għall-istudji, il-proġetti dimostrattivi, it-taħriġ jew l-operazzjonijiet ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 12(ċ), u perċentwali massima għall-finanzjament ta' dawn il-miżuri, ikkalkolati mill-ammont totali ta' kull programm.
Artikolu 26
Kumitat ta' Tmexxija
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija dwar il-Ħlasijiet Diretti stabbilit mill-Artikolu 144 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, li għalih għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali stabbilit mill-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, li għalih għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 76/894/KEE ( 33 ).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tliet xhur.
Artikolu 27
Miżuri nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' kontrolli u sanzjonijiet amministrattivi, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
Artikolu 28
Komunikazzjonijiet u rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena mhux aktar tard mill-15 ta' Frar kull sena dwar l-approprazzjonijiet li jkunu saru disponibbli għalihom li huma fi ħsiebhom jonfqu matul is-sena ta' wara fuq l-implimentazzjoni tal-programmi koperti minn dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-31 ta' Lulju kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament fuq is-sena ta' qabel.
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt ta' l-azzjoni meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-settur tal-banana, flimkien ma' proposti adegwati, fejn applikabbli.
Artikolu 29
Revoki
Ir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 huma b'dan irrevokati.
Referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness I.
Artikolu 30
Miżuri transizzjonali
Taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 26(2), il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri transizzjonali neċessarji biex tiżgura transizzjoni bla xkiel bejn l-arranġamenti fis-seħħ fl-2005 u l-miżuri introdotti minn dan ir-Regolament.
Skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista' wkoll tadotta miżuri biex tiffaċilita t-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 ( 34 ) għal dawk stabbiliti b'dan ir-Regolament.
Artikolu 31
Emenda għar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 70 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“(b) il-ħlasijiet diretti l-oħra kollha mniżżla fl-Anness VI mogħtija lill-bdiewa matul il-perijodu ta' referenza fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, fl-Azores u f'Madeira, fil-Gżejjer Kanarji u fil-Gżejjer ta' l-Eġew u l-ħlasijiet diretti mogħtija matul il-perijodu ta' referenza taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93.”
(a) il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-Istati Membri għandhom joffru l-ħlasijiet diretti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sal-limiti stipulati b'konformità ma' l-Artikolu 64(2) ta' dan ir-Regolament, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitoli 3,6 u minn 7 sa 13, ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 rispettivament.”
;2. l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 71(2) għandu jiġi sostiwit b’dan li ġej:
“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 70(2) ta' dan ir-Regolament, matul il-perijodu transizzjonali l-Istat Membru konċernat għandu jħallas kull wieħed mill-ħlasijiet diretti msemmija fl-Anness VI taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitoli 3,6 u minn 7 sa 13, ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 rispettivament, sal-limiti baġitarji li jikkorrispondu għall-komponent ta' dawn il-ħlasijiet diretti fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament, stabbilit b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament.”
;3. L-Annessi I u VI għandhom ikunu emendati kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 32
Emenda għar-Regolament (KE) Nru. 1785/2003
Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 5 għandu jiġi mħassar;
2. L-Artikolu 11(3) għandu jiġi mħassar.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Madankollu, għandu japplika għal kull Stat Membru kkonċernat mid-data li fiha l-Kummissjoni tinnotifika l-approvazzjoni tagħha tal-programm ġenerali msemmi fl-Artikolu 24(1), ħlief fir-rigward ta' l-Artikoli 24, 25, 26, 27 u 30, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-Artikolu 4(3), li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 1452/2001 |
Regolament (KE) Nru 1453/2001 |
Regolament (KE) Nru 1454/2001 |
Regolament (KE) Nru 1785/2003 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3(1) sa (4) |
Artikolu 3(1) sa (4) |
Artikolu 3(1) sa (4) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 (5) |
Artikolu 3 (5) |
Artikolu 3 (5) |
Artikolu 4 |
|
it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 3(6) |
Artikolu 5 |
|||
Artikolu 11 (3) |
Artikolu 7 |
|||
l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6) |
l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6) |
l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6) |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 5 |
— |
|||
Artikolu 6 |
— |
|||
Artikolu 8 |
— |
|||
Artikolu 9 |
— |
|||
Artikolu 11 |
— |
|||
Artikolu 12 |
— |
|||
Artikolu 13 |
— |
|||
Artikolu 14 |
— |
|||
Artikolu 15 |
— |
|||
Artikolu 16 |
— |
|||
Artikolu 17 |
— |
|||
Artikolu 18 |
— |
|||
Artikolu 5 |
— |
|||
Artikolu 6 |
— |
|||
Artikolu 7 |
— |
|||
Artikolu 9 |
— |
|||
Artikolu 19 |
Artikolu 11 |
Artikolu 18 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 13 |
— |
|||
Artikolu 14 |
— |
|||
Artikolu 15 |
— |
|||
Artikolu 16 |
— |
|||
Artikolu 17 |
— |
|||
Artikolu 18 |
— |
|||
Artikolu 19 |
— |
|||
Artikolu 20 |
— |
|||
Artikolu 22 (1) (2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 3, paragrafu 4 u paragrafu 5 |
— |
|||
Artikolu 24 |
— |
|||
Artikolu 25 |
— |
|||
Artikolu 26 |
— |
|||
Artikolu 27 |
— |
|||
Artikolu 28 |
— |
|||
Artikolu 30 |
— |
|||
Artikolu 4 |
— |
|||
Artikolu 5 |
— |
|||
Artikolu 7 |
— |
|||
Artikolu 8 |
— |
|||
Artikolu 9 |
— |
|||
Artikolu 10 |
— |
|||
Artikolu 11 |
— |
|||
Artikolu 13 |
— |
|||
Artikolu 14 |
— |
|||
Artikolu 17 |
— |
|||
Artikolu 31 |
— |
|||
Artikolu 21 (1) u (2) |
Artikolu 33 (1) u (2) |
Artikolu 19 (1) u (2) |
Artikolu 15 (1) u (2) |
|
Artikolu 21 (3) |
Artikolu 33 (3) |
Artikolu 15 (3) |
||
Artikolu 33 (5) |
Artikolu 15 (4) |
|||
Artikolu 21 (5) |
Artikolu 33 (6) |
Artikolu 19 (4) |
Artikolu 15 (5) |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 36 |
Artikolu 22 |
Artikolu 16 (1) |
|
Artikolu 16 (2) |
||||
Artikolu 20 |
Artikolu 32 |
Artikolu 17 |
||
Artikolu 8 |
Artikolu 18 (1) |
|||
Artikolu 10 |
Artikolu 18 (2) |
|||
Artikolu 12 |
Artikolu 18 (3) |
|||
Artikolu 23 |
Artikolu 19 (1) u (2) |
|||
Artikolu 10 (2) |
Artikolu 15 (3) |
Artikolu 19 (3) |
||
Artikolu 15 (4) |
Artikolu 19 (4) |
|||
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 20 (1) u (2) |
||
it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 22(3) |
Artikolu 20 (3) |
|||
Artikolu 15 |
Artikolu 21 |
|||
Artikolu 16 |
Artikolu 22 |
|||
Artikolu 25 |
Artikolu 37 |
Artikolu 23 |
Artikolu 23 (1) |
|
Artikolu 23 (2), (3) u (4) |
||||
Artikolu 22 |
Artikolu 34 |
Artikolu 20 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 35 |
Artikolu 21 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 38 |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 39 |
Artikolu 25 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 29 |
||||
Artikolu 31 |
||||
Artikolu 32 |
||||
Artikolu 29 |
Artikolu 41 |
Artikolu 27 |
Artikolu 33 |
ANNESS II
L-Annessi I u VI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma emendati kif ġej:
1) L-Anness I għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS I
Lista ta' skemi ta' appoġġ li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1
Settur |
Bażi legali |
Rimarki |
Ħlas uniku |
Titolu III ta' dan ir-Regolament |
Ħlas separat (ara l-Anness VI) (2) |
Ħlas uniku għal kull żona |
Titolu IVa, Artikolu 143b ta’ dan ir-Regolament |
Ħlas separat li jissostitwixxi l-ħlasijiet diretti imsemmija f’dan l-Anness |
Qamħ durum |
Titolu IV, Kapitolu 1 ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona (premium ta' kwalità) |
Ħxejjex li fihom il-proteini |
Titolu IV, Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
Ross |
Titolu IV, Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
Ġewż |
Titolu IV, Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
Ħxejjex li jagħtu l-enerġija |
Titolu IV, Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
Lamtu tal-patata |
Titolu IV, Kapitolu 6 ta' dan ir-Regolament |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Ħalib u Prodotti tal-ħalib |
Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament |
Premium għall-prodotti tal-ħalib u ħlas addizzjonali |
Uċuħ tar-raba' maħruta fil-Finlandja u f'ċerti reġjuni ta' l-Isvezja |
Għajnuna reġjonali speċjali għal uċuħ tar-raba' maħruta |
|
Żrieragħ |
Għajnuna għall-produzzjoni |
|
Uċuħ tar-raba' maħruta |
Ħlas għal kull żona, inkluż ħlas għaż-żoni li m'għadhomx jintużaw għall-produzzjoni, ħlas ta' għalf magħmul minn ħaxix ħażin, ammonti supplementari (4), kif ukoll is-suppliment għall-qamħ durum u għajnuna speċjali |
|
Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż |
Premium għan-nagħaġ u għall-mogħoż, premium supplementari u ċerti ħlasijiet addizzjonali |
|
Ċanga u vitella |
Titolu IV, Kapitolu 12 ta' dan ir-Regolament (5) |
Premium speċjali (3), premium għad-destaġunalizzazzjoni, premium għall-baqar li jreddgħu (inkluż meta mħallas għall-għoġġiela u inkluż il-premium addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu meta ffinanzjat parzjalment) (3), premium għat-tbiċċir (3), estensjoni tal-ħlas, ħlasijiet addizzjonali |
Legumi taż-żerriegħa |
Titolu IV, Kapitolu 13 ta' dan ir-Regolament (5) |
Ħlas għal kull żona |
Tipi speċifiċi ta' biedja u produzzjoni ta' kwalità |
Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament (4) |
|
Għalf imnixxef |
Artikolu 71 it-tieni subparagrafu ta’ dan ir-Regolament (5) |
|
Skema għall-bdiewa ż-żgħar |
Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 |
Għajnuna taż-żona transizzjonali għal bdiewa li jirċievu anqas minn EUR 1 250 |
Żejt taż-żebbuġa |
Titolu IV, Kapitolu 10b, ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
Dud tal-ħarir |
Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 |
Għajnuna biex titħeġġeġ it-trobbija |
Banana |
Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Għeneb imnixxef |
Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. |
Ħlas għal kull żona |
Tabakk |
Titolu IV, Kapitolu 10c, ta' dan ir-Regolament |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Ħops |
Ħlas għal kull żona |
|
Posei |
Titolu III tar-Regolament Nru 247/2006 (6) |
Ħlasijiet diretti fis-sens ta' l-Artikolu 2, taħt il-miżuri stabbiliti fil-programmi |
Gżejjer ta' l-Eġew |
Artikoli 6 (4) (5), 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 |
Setturi: ċanga u vitella; patata; żebbuġ; għasel |
Qoton |
Titolu IV, Kapitolu 10a, ta' dan ir-Regolament |
Ħlas għal kull żona |
(1) Bi tnedija fl-1 ta' Jannar 2005 jew aktar tard fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71. Għall-2004, jew aktar tard fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71, il-ħlasijiet diretti mniżżla fl-Anness VI huma inklużi fl-Anness I ħlief għall-għalf imnixxef. (2) Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70. (3) Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 66, 67, 68 jew 68a. (4) Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69. (5) Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71. (6) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.” |
2) L-Anness VI għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
“ANNESS VI
Lista ta' ħlasijiet diretti marbuta mal-ħlas uniku msemmi fl-Artikolu 33
Settur |
Bażi legali |
Rimarki |
Uċuħ tar-raba' maħruta |
Artikoli 2, 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 |
Ħlas għal kull żona, inkluż ħlas għaż-żoni li m'għadhomx jintużaw għall-produzzjoni, ħlas ta' għalf magħmul minn ħaxix ħażin, ammonti supplementari (1), suppliment għall-qamħ durum u għajnuna speċjali |
Lamtu tal-patata |
Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 |
Ħlas għall-bdiewa li jipproduċu patata għall-manifattura ta' lamtu tal-patata |
Legumi taż-żerriegħa |
Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1577/96 |
Ħlas għal kull żona |
Ross |
Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 |
Ħlas għal kull żona |
Żrieragħ (1) |
Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Ċanga u vitella |
Artikoli 4, 5, 6, 10, 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 |
Premium speċjali, premium għad-destaġunalizzazzjoni, premium għall-baqar li jreddgħu (inkluż meta mħallas għall-għoġġiela u inkluż il-premium addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu meta ffinanzjat parzjalment), premium għat-tbiċċir, estensjoni tal-ħlas, ħlasijiet addizzjonali |
Ħalib u Prodotti tal-ħalib |
Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament |
Premium għall-prodotti tal-ħalib u ħlas addizzjonali (2) |
Laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż |
Artikolu 5 Regolament (KE) Nru 2467/98 Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 1323/90 Artikoli 4, 5 u 11(1) u (2), l-ewwel, it-tieni u r-raba' inċiżi Regolament (KE) Nru 2529/2001 |
Premium għan-nagħaġ u għall-mogħoż, premium supplementari u ċerti ħlasijiet addizzjonali |
Gżejjer ta' l-Eġew (1) |
Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 |
Setturi: ċanga u vitella |
Għalf imnixxef |
Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 603/95 |
Ħlas għall-prodotti proċessati (kif applikat skond l-Anness VII punt D ta' dan ir-Regolament) |
Qoton |
Paragrafu 3 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-Qoton anness ma' l-Att ta' Sħubija tal-Greċja |
Appoġġ taħt forma ta' ħlas għal qoton mhux imfesdaq |
Żejt taż-żebbuġa |
Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Tabakk |
Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2075/92/KEE |
Għajnuna għall-produzzjoni |
Ħops |
Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 |
Ħlas għal kull żona |
Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1098/98 |
Għajnuna għal waqfien temporanju |
|
(1) Ħlief fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70. (2) Bi tnedija fl-2007, ħlief fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 62.” |
( 1 ) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
( 2 ) Ara nota Nru 1 f"qiegħ il-paġna.
( 3 ) ĠU C 231, 20.9.2005, p. 75.
( 4 ) ĠU L 217, 31.7.1992, p. 71. Regolament imħassar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2002 (ĠU L 8, 11.1.2002, p. 15).
( 5 ) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).
( 6 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2223/2004 (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 1).
( 7 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1).
( 8 ) ĠU L 198, 21.7.2001, p. 26. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).
( 9 ) ĠU L 8, 14.1.2004, p. 1.
( 10 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2183/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 56).
( 11 ) ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).
( 12 ) ĠU L 198, 21.7.2001, p. 45. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.
( 13 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005. (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
( 14 ) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005.
( 15 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005. (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
( 16 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.
( 17 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 18 ) ĠU L 262, 16.9.1981, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 95/2002 (ĠU L 17, 19.1.2002, p. 37).
( 19 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
( 20 ) ĠU L 277, 21.10.2005, p 1.
( 21 ) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).
( 22 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
( 23 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 214, 30.7.1994, p. 7).
( 24 ) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/77/KE (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 17).
( 25 ) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
( 26 ) ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).
( 27 ) ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1602/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43).
( 28 ) ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 41679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).
( 29 ) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).
( 30 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006.
( 31 ) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1.
( 32 ) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
( 33 ) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 25.
( 34 ) ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.