02006H0576 — MT — 02.08.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Awwissu 2006

dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali

(Test b'relevanza ŻEE)

(2006/576/KE)

(ĠU L 229 23.8.2006, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ Novembru 2013

  L 294

44

6.11.2013

►M2

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1319 tad-29 ta' Lulju 2016

  L 208

58

2.8.2016




▼B

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Awwissu 2006

dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali

(Test b'relevanza ŻEE)

(2006/576/KE)



(1) l-Istati Membri għandhom, bl-involviment ta' l-operaturi tal-kummerċ ta' l-għalf, isaħħu l-monitoraġġ għall-preżenza tad-deoxynivalenol, zearalenone, ochratoxin Afumonisin B1+B2, tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali maħsuba għall-għalf ta' l-annimali u ta' l-oġġetti ta' l-għalf komposti.

(2) L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-kampjuni jiġu analizzati simultanjament għall-preżenza tad-deoxynivalenol, zearalenone, ochratoxin A, fumonisin B1+B2 u t-tossini T-2 u HT-2 sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni ta' kemm hija possibbli li seħħ il-ko-okkorrenza.

(3) L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-preżenza tal-mikotossini fil-prodotti sekondarji jew fil-prodotti li huma assoċjati mill-produzzjoni ta' l-ikel maħsuba għall-għalf ta' l-annimali.

(4) L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti fuq bażi regolari lill-Kummissjoni għall-kompilazzjoni f'database waħda.

(5) L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-valuri gwida, kif inhuma stipolati fl-Anness, jiġu applikati għall-ġudikazzjoni ta' l-għalf kompost u taċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali għall-għalf ta' l-annimali. Fir-rigward tal-fumosins B1 + B2, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-valuri gwida mill-1 ta' Ottubru 2007.

(6) L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, bmod partikolari, li l-operaturi fil-kummerċ ta l-għalf jużaw fis-sistema ta' l-għoti tal-punti għall-analiżi tal-perikoli u tal-kontroll tagħhom (HACCP) ( 1 ) il-valuri gwida li jissemmew fil-punt 5 sabiex isiru jafu l-limiti kritiċi f'ċerti punti ta' kontroll kritiku li jisseparaw l-aċċettabbli mill-inaċċettabbli, għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-perikoli identifikati.

Fl-applikar ta' dawn il-valuri gwida, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatt li l-valuri gwida għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali huma magħrufa għall-ispeċi ta' l-annimali l-iktar tolleranti u b'hekk għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-ogħla valuri gwida.

Għall-għalf ta' l-annimali l-iktar sensittivi, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-valuri gwida l-iktar baxxi għaċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali huma applikati mill-manufatturi ta' l-għalf bil-konsiderazzjoni tas-sensittività ta' l-ispeċi ta' l-annimali u b'hekk jippermettu l-konformità mal-valuri gwida li ġew osservati għall-għalf kompost għal dawn l-ispeċi ta' l-annimali.

▼M2




ANNESS

VALURI TA' GWIDA



Mikotossina

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Valur ta' gwida f'mg/kg (ppm) għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Deossinivalenol

Materjali tal-għalf (*1)

 

—  Ċereali u prodotti taċ-ċereali (*2) ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum

8

—  Prodotti sekondarji tal-qamħirrum

12

Għalf kompost ħlief

5

—  l-għalf kompost għall-ħnieżer

0,9

—  l-għalf kompost għall-għoġġiela (< 4 xhur), għall-ħrief, għall-gidjien u għall-klieb

2

Zearalenon

Materjali tal-għalf (*1)

 

—  Ċereali u prodotti taċ-ċereali (*2) ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum

2

—  Prodotti sekondarji tal-qamħirrum

3

Għalf kompost għal:

 

—  qżieqeż, ħnieżer żgħar (ħnieżer nisa żgħar), ġriewi, frieħ tal-qtates, klieb u qtates għar-riproduzzjoni

0,1

—  klieb u qtates adulti li mhumiex għar-riproduzzjoni

0,2

—  ħnieżer nisa u ħnieżer għat-tismin

0,25

—  għoġġiela, baqar tal-ħalib, nagħaġ (inklużi l-ħrief) u mogħoż (inklużi l-gidjien)

0,5

Okratossina A

Materjali tal-għalf (*1)

 

—  Ċereali u prodotti taċ-ċereali (*2)

0,25

Għalf kompost għal:

 

—  ħnieżer

0,05

—  tjur

0,1

—  qtates u klieb

0,01

Fumoniżina B1 + B2

Materjali tal-għalf (*1)

 

—  qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum (*3)

60

Għalf kompost għal:

 

—  ħnieżer, żwiemel (Equidae), fniek u annimali domestiċi

5

—  ħut

10

—  tjur, għoġġiela (< 4 xhur), ħrief u gidjien

20

—  ruminanti adulti (> 4 xhur) u mink

50

Tossini T-2 + HT-2

Għalf kompost għall-qtates

0,05

(*1)   Għandha tingħata attenzjoni partikolari liċ-ċereali u lill-prodotti taċ-ċereali li jingħataw direttament lill-annimali li l-użu tagħhom fir-razzjon ta' kuljum m'għandux iwassal biex l-annimal ikun espost għal livell ogħla ta' dawn il-mikotossini mil-livelli korrispondenti ta' esponiment fejn jintuża biss għalf komplut fir-razzjon ta' kuljum.

(*2)   It-terminu Ċereali u prodotti taċ-ċereali jinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Qmuħ taċ-Ċereali u prodotti derivati minnhom” tal-lista ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1) iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati miċ-ċereali, b'mod partikolari mill-foraġġ u mill-għalf oħxon taċ-ċereali.

(*3)   It-terminu “Qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum” jinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Qmuħ taċ-Ċereali u prodotti derivati minnhom” tal-lista ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati mill-qamħqirrum, b' mod partikolari mill-foraġġ u mill-għalf oħxon tal-qamħirrum.



( 1 ) Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.