2006D0968 — MT — 01.07.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6522) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 142M, 5.6.2007, p.873) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 115 |
33 |
29.4.2008 |
||
|
L 124 |
5 |
20.5.2010 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Diċembru 2006
li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6522)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/968/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 91/102/KEE u 64/432/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(d) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) jipprevedi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini skond dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jipprevedi wkoll li l-annimali kollha f'azjenda mwielda wara d-9 ta' Lulju 2005 għandhom jiġu identifikati b'żewġ mezzi ta' identifikazzjoni. L-ewwel mezz ta' identifikazzjoni huma lametti tal-widna u t-tieni mezz ta' identifikazzjoni huwa stipulat fil-punt 4 tat-Taqsima A ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament. Wieħed mit-tieni mezz ta' identifikazzjoni huwa transponder elettroniku. Barra minn dan, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 jipprevedi li, mill-1 ta' Jannar 2008 jew data oħra ffissata mill-Kunsill, l-identifikazzjoni elettronika bħala t-tieni mezz ta' identifikazzjoni għandha tkun obbligatorja għall-annimali kollha. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jipprevedi għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' linji ta' gwida u proċeduri għall-implimentazzjoni ta' identifikazzjoni elettronika sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-linji ta' gwida u l-proċeduri għandhom jiġu applikati għall-dawk l-annimali li għalihom diġà tintuża identifikazzjoni elettronika bħala t-tieni mezz ta' identifikazzjoni u għall-annimali kollha mid-data prevista fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-identifikaturi li għandhom jiġu applikati lill-annimali ovini u kaprini għall-għan tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 huma kapaċi jinqraw fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti minimi marbuta ma' ċerti testijiet ta' konformità u prestazzjoni f'din id-Deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' l-identifikaturi. |
|
(5) |
Sabiex jipprovdu gwida għall-Istati Membri fir-rigward ta' qarrejja, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti minimi marbuta ma' ċerti testijiet ta' konformità u prestazzjoni f'din id-Deċiżjoni filwaqt li jitqies li r-Regolament (KE) Nru 21/2004 ma jipprevedix li kull operatur irid ikollu qarrej fil-pussess tiegħu. |
|
(6) |
Minħabba l-kondizzjonijiet ġeografiċi u s-sistemi differenti ta' trobbija li fihom jinżammu l-annimali ovini u kaprini fil-Komunità, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jirrikjedu testijiet ulterjuri ta' prestazzjoni filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi tagħhom. |
|
(7) |
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) ppubblikat standards li jittrattaw ma' aspetti ta' identifikazzjoni ta' l-annimali bi frekwenza tar-radju (radio frequency identification – RFID). Barra minn dan, il-Kumitat Internazzjonali dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l-Annimali (International Committee on Animal Recording – ICAR) żviluppa proċeduri mmirati li jivverifikaw il-konformità ta' ċerti karatteristiċi ta' RFID bi standards ta' l-ISO. Dawn il-proċeduri kienu ppubblikati fil-Ftehim Internazzjonali fuq il-Prassi ta' Reġistrazzjoni fil-verżjoni approvata mill-Assemblea Ġenerali ta' l-ICAR, Ġunju 2004. L-istandards ta' l-ISO huma aċċettati u użati internazzjonalment u għalhekk għandhom jitqiesu f'din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Joint Research Centre – JRC) tal-Kummissjoni żviluppa Linji gwida Tekniċi li jispeċifikaw testijiet għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-kapaċità li jinqraw tat-tagħmir ta' RFID li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-JRC bħala standards tekniċi tal-JRC. L-elementi essenzjali ta' dawn il-linji gwida għandhom jitqiesu f'din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (European Committee for Standardisation – CEN) ippubblika standards tekniċi li jittrattaw l-akkreditazzjoni tal-laboratorji ta' ttestjar. Dawn l-istandards (standards ta' l-EN) huma aċċettati u użati internazzjonalment u għalhekk għandhom jitqiesu f'din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistipula linji ta' gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika ta' l-annimali:
(a) Għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 u msemmi fir-raba' inċiż tal-punt 4 tat-Taqsima A ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament; kif ukoll
(b) previst fl-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 9(3) tar-Regolament (KEE) Nru 21/2004.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Linji ta' gwida u proċeduri għall-approvazzjoni ta' identifikaturi u ta' qarrejja għall-identifikazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini skond ir-Regolament (KE) Nru 21/2004
KAPITOLU I
Definizzjonijiet
Għall-għan ta' dawn il-Linji ta' gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “Kodiċi tal-pajjiż” tfisser kodiċi numerika bi 3 ċifri li tirrappreżenta l-isem tal-pajjiż skond l-istandard ta' l-ISO 3166;
(b) “Kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni” tfisser kodiċi numerika bi 12-il ċifra għall-identifikar ta' annimal individwali fuq livell nazzjonali;
(ċ) “Kodiċi tat-trasponder” tfisser kodiċi elettronika ta' 64-bit ipprogrammata fit-transponder u li fiha inter alia l-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni u użata għall-identifikar elettroniku ta' l-annimali;
(d) “Identifikatur” tfisser transponder passiv unikament qarrej li japplika t-teknoloġija HDX- jew FDX-B kif definita fl-istandards ta' l-ISO 11784 u 11785 u inkorporata fil-mezzi differenti ta' identifikazzjoni kif imsemmi fl-Anness A tar-Regolament (KE) 21/2004;
(e) “Qarrej” tfisser sinkronizzanti jew nonsinkronizzanti li, mill-anqas, huwa kapaċi li::
(i) jaqra identifikaturi; kif ukoll
(ii) juri l-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni;
▼M2 —————
KAPITOLU II
Identifikaturi
1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss l-użu ta' identifikaturi li ġew ittesjati b'riżultati favorevoli fuq:
(a) il-konformità tagħhom mal-istandards ISO 11784 u 11785, skont il-proċeduri tat-test speċifikati fil-punt 7 tal-istandard ISO 24631-1; kif ukoll
(b) il-ksib ta' prestazzjoni minima dwar id-distanza tal-qari kif stipulat fil-punt 2, skont il-proċeduri speċifikati fil-punt 7 tal-istandard ISO 24631-3.
2. Sabiex jinkisbu distanzi ta' qari kif stabbilit fil-punt (c) tat-Taqsima A.6 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 21/2004, it-transponder għandu jissodisfa l-parametri li ġejjin:
(a) transponders li japplikaw it-teknoloġija HDX għandu jkollhom saħħa minima taż-żona manjetika ta' attivazzjoni inqas jew ekwivalenti għal 1.2 A/m, kif imkejla skont l-istandard ISO 24631-3, parti 7.6.5 “Minimal activating magnetic field strength in HDX mode” u għandhom jiżviluppaw amplitudni ta' modulazzjoni ekwivalenti għal 10 mV kif imkejla skont l-istandard ISO 24631-3, parti 7.6.7 “Modulation amplitude in HDX mode” b'saħħa ta' żona manjetika inqas minn jew ekwivalenti għal 1,2 A/m;
(b) transponders li japplikaw it-teknoloġija FDX għandu jkollhom saħħa minima taż-żona manjetika ta' attivazzjoni inqas jew ekwivalenti għal 1.2 A/m, kif imkejla skont l-istandard ISO 24631-3, parti 7.6.4 “Minimal activating magnetic field strength in FDX mode” u għandhom jiżviluppaw amplitudni ta' modulazzjoni ekwivalenti għal 10 mV kif imkejla skont l-istandard ISO 24631-3, parti 7.6.6 “Modulation amplitude in FDX mode” b'saħħa ta' żona manjetika inqas minn jew ekwivalenti għal 1,2 A/m.
3. L-istruttura tal-kodiċi tat-transponder għandha tkun skond l-istandard ta' l-ISO 11784 u d-deskrizzjonijiet stipulati fit-tabella li ġejja:
|
Nru tal-Bit(s) |
Numru ta'ċifri |
Nru ta' kombinazzjonijiet |
Deskrizzjoni |
|
1 |
1 |
2 |
Il-bit jindika jekk l-identifikatur huwiex użat għall-identifikazzjoni ta' l-annimali jew le. Fl-applikazzjonijiet kollha ta' l-annimali dan il-bit se jkun “1” |
|
2-4 |
1 |
8 |
Retagging counter (0 sa 7). |
|
5-9 |
2 |
32 |
Kamp ta' Tagħrif għall-Utent. Dan il-bit għandu jkun fih “04” li jikkodifika l-kodiċi NM għan-nagħaġ u l-mogħoż skond il-Kapitolu 1, it-Taqsima 1, il-Parti II ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2568/87 (1). |
|
10-15 |
2 |
64 |
Vojt – Kollha żero (riżervat għal applikazzjonijiet futuri). |
|
16 |
1 |
2 |
Dan il-bit jindika l-preżenza jew in-nuqqas tagħha ta' blokk ta' data (għall-użu fl-annimali dan il-bit għandu jkun “0” = blokk ta' ebda data). |
|
17-26 |
4 |
1 024 |
Kodiċi tal-pajjiżi kif definiti fil-punt (a) tal-Kapitolu 1. |
|
27-64 |
12 |
274 877 906 944 |
Kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni kif definit fil-punt (b) tal-Kapitolu 1. Jekk il-kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni huwa anqas minn 12-il ċifra, l-ispazju bejn il-kodiċi nazzjonali ta' identifikazzjoni u l-kodiċi nazzjonali għandu jkun komplut biż-żeri. |
|
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. |
|||
4. L-awtorità kompetenti tista' titlob testijiet addizzjonali għar-robustezza u r-reżistenza ta' identifikaturi skond il-proċeduri deskritti fil-Parti 2 tal-Linji Gwida Tekniċi taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni (JRC).
5. L-awtorità kompetenti tista' titlob kriteji oħra ta' prestazzjoni sabiex tiżgura l-kapaċità ta' tħaddim ta' l-identifikaturi taħt il-kondizzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi u ġestjonali speċifiċi ta' l-Istat Membru kkonċernat.
6. Approvazzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti sat-30 ta' Ġunju 2010 għall-identifikaturi li huma ttestjati bil-metodi għall-approvazzjoni tal-identifikaturi applikabbli sa dik id-data għandhom ikomplu jkunu validi.
KAPITOLU III
Mezzi tal-qari
Jekk meħtieġ biex jiżguraw il-qari korrett tal-identifikaturi skont il-kundizzjonijiet speċifiċi ġeografiċi, klimatiċi u/jew tal-ġestjoni tagħhom jistgħu jimponu kriterji speċifiċi ta' prestazzjoni fuq il-qarrejja li jintużaw f'razzett speċifiku jew f'tip ta' razzett speċifiku. Il-kundizzjonijiet ta' ġestjoni li jiġġustifikaw kriterji speċifiċi ta' prestazzjoni bħal dawn x'aktarx li jissuktaw f'irziezet li jitrattaw għadd kbir ta' annimali mmarkati b'identifikaturi li japplikaw it-teknoloġija HDX u FDX-B u/jew irziezet fejn is-sinkronizzazzjoni tal-qarrejja hija meħtieġa skont il-punt 7.7.3 tal-istandard ISO 24631-2.
KAPITOLU IV
Laboratorji u proċedura għall-ittestjar
It-testijiet speċifikati fil-punti 1-4 tal-Kapitolu II għandhom jitwettqu fil-laboratorji għall-ittestjar li joperaw u huma evalwati u kkreditati għal dawk it-testijiet skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar ‘General requirements for the competence of testing and calibration laboratories’. Il-manifatturi għall-identifikaturi li japplikaw għat-testijiet jistgħu jagħżlu b'mod liberu fost il-laboratorji għall-ittestjar.
( 1 ) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.