2006D0778 — MT — 01.07.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Novembru 2006

li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' l-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta' biedja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5384)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/778/KE)

(ĠU L 314, 15.11.2006, p.39)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Novembru 2006

li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' l-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta' biedja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5384)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/778/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer ( 2 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja ( 3 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 6 (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbidu ( 4 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 (3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/629/KEE tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela li jinżammu għat-trobbija u li jkunu mħaxxna. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità kompetenti biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva.

(2)

Id-Direttiva 91/630/KEE tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li jinżammu għat-trobbija u li jkunu mħaxxna. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità kompetenti biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva.

(3)

Id-Direttiva 98/58/KE tipprovdi standards minimi għall-ħarsien ta' annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta' biedja. Hi tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonjiet biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti u l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti lill-Kummissjoni dwar dawn l-ispezzjonijiet.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-17 ta Diċembru 1999 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-ispezzjoni ta' ażjendi li fihom jinżammu annimali għat-trobbija ( 5 ) tipprovdi li r-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/58/KE għandhom ikopru l-għoġġiela, il-ħnieżer u t-tiġieġ li jbidu. Hi tispeċifika wkoll dwar l-informazzjoni li l-Istati Membri huma mitluba li jissottomettu għal kull speċi u kategorija ta' annimali.

(5)

L-ispezzjonijiet ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja mwettqa fl-Istati Membri għandhom mhux biss ikopru r-rekwiżiti stabbiliti fl-atti speċifiċi bħalma huma dawk li jikkonċernaw l-għoġġiela, il-ħnieżer u t-tiġieġ li jbidu iżda wkoll ir-rekwiżiti tal-benessri ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 98/58/KE. L-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti lill-Kummissjoni għandhom għalhekk jinkludu kemm rekwiżiti ġenerali u speċifiċi skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(6)

L-ispezzjonijiet ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja mwettqa fl-Istati Membri għandhom ikopru l-ispeċijiet kollha tal-biedja li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 98/58/KE. L-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti lill-Kummissjoni għandhom għalhekk jiġu estiżi skond dan.

(7)

Id-Direttiva 1999/74/KE tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbidu. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva jitwettqu mill-awtorità kompetenti.

(8)

L-esperjenza akkwistata bis-saħħa tad-Direttivi 91/629/KEE, 91/630/KEE, 99/58/KE u 1999/74/KE tindika diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-ippjanar, l-eżekuzzjoni, l-irrekordjar u r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond dawn id-Direttivi mill-awtorità kompetenti.

(9)

Il-ġbir tad-data dwar l-ispezzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali hu essenzjali għall-Komunità biex jiġi valutat l-impatt tal-politika tagħha f'dan il-qasam. Barra minn dan hu importanti li r-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali jiġu applikati b'mod uniformi, b'mod partikulari minħabba li dawn ir-regoli jistgħu jaffettwaw il-kompetittività ta' xi attivitajiet tal-biedja. Għalhekk meħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi għall-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni fejn jinżammu annimali għal skopijiet ta' biedja.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali ( 6 ), jipprovdi fit-Titolu V għal pjanijiet ta' kontrolli inklużi rapporti annwali. L-obbligi attwali ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond id-Deċiżjoni 2000/50/KE għandhom jiġu adattati għal dan ir-Regolament, b'mod partikulari fir-rigward tal-frekwenza u tal-limitu taż-żmien biex jirrapportaw lill-Kummissjoni.

(11)

Il-kondizzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali huma affettwati mill-metodi tal-biedja. Għalhekk dawn jirrappreżentaw bażi utli għal ġbir ta' l-informazzjoni. Fil-każ tat-tiġieġ li jbidu, referenza partikulari għandha ssir għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 tat-23 ta' Diċembru 2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd ( 7 ), kif dan jiddefinixxi r-rekwiżiti addizzjonali għal sistemi alternattivi.

(12)

Is-sistema preżenti tal-ġbir u l-analiżi ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri qed toħloq piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni u l-Istati Membri. Hi toħloq ukoll riskji ta' kambjament fid-data. Għalhekk meħtieġ li jsir studju dwar il-possibbiltà ta' sistema aġġornata fil-livell Komunitarju biex jittejjeb u jiġi ffaċilitat il-ġbir u l-analiżi tad-data meħtieġa f'dan ir-regward.

(13)

Id-Deċiżjoni 2000/50/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi ssostitwita b'din id-Deċiżjoni

(14)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli għall-armonizzazzjoni:

(a) tal-ġbir ta' informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skond id-Direttivi 91/629/KEE, 91/630/KEE, 98/58/KE u 1999/74/KE; kif ukoll

(b) tal-kitba tar-rapporti dwar informazzjoni ta' din ix-xorta lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet fid-Direttivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(a) għandhom japplikaw.

Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a) “spezzjoni” tfisser verifika li titwettaq mill-awtorità kompetenti fuq sit ta' produzzjoni fejn hemm annimali miżmuma waqt li tkun qed issir il-verifika skond waħda mid-Direttivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(a);

(b) “nuqqas ta' konformità” tfisser negliġenza fil-konformità ma' waħda mid-Direttivi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1(a) li ġiet:

(i) misjuba mill-awtorità kompetenti waqt l-ispezzjoni;

(ii) innotifikata mill-awtoritajiet lill-proprjetarju jew minn min iżomm l-annimali fis-sit ikkonċernat ta' produzzjoni permezz ta' dokument uffiċjali.

Artikolu 3

Informazzjoni li għandha tinġabar u tiġi rrekordjata waqt l-ispezzjoni

Waqt kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tirrekordja f'dokument miktub jew elettroniku informazzjoni dwar:

(a) id-data u l-identifikazzjoni tas-sit ta' produzzjoni;

(b) il-kategoriji tal-metodi ta' biedja u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja kif elenkati fl-Anness I;

(ċ) il-kategoriji tan-nuqqas ta' konformità u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja kif elenkati fl-Anness II;

(d) il-kategoriji amministrattivi ta' nuqqas ta' konformità u l-azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 4

Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 91/629/KEE

Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 91/629/KEE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas ħamsa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu I ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/629/KEE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.

Artikolu 5

Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 91/630/KEE

Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 91/630/KEE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas erbgħa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/630/KEE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.

Artikolu 6

Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 98/58/KE

Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 98/58/KE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas ħamsa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu III ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 98/58/KE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.

Artikolu 7

Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 1999/74/KE

Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 1999/74/KE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas tlieta mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu IV ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.

Artikolu 8

Rapporti

1.  Ta' l-anqas sat-30 ta' Ġunju 2009, sussegwentement ta' kull sena mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport b'mezzi elettroniċi dwar l-informazzjoni miġbura u rrekordjata skond din id-Deċiżjoni, waqt l-ispezzjonijiet imwettqa matul is-sena kalendarja preċedenti. ►M1  Il-Kroazja għandha għall-ewwel darba tissottometti r-rapport tagħha l-aktar tard sat-30 ta’ Ġunju 2014. ◄

2.  Ir-rapport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu:

(a) ikollu l-informazzjoni riferuta fl-Anness IV;

(b) jiġi akkumpanjat minn analiżi ta' l-aktar tisjib serju ta' nuqqasijiet ta' konformità u minn pjan ta' azzjoni nazzjonali li ma jħallix jew inaqqas li dawn isiru għas-snin li ġejjin.

Artikolu 9

Revoka

Id-Deċiżjoni 2000/50/KE hija revokata.

Artikolu 10

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

kif imsemmi fl-Artikolu 3(b)



KATEGORIJI TA' MEDODI TA' BIEDJA

Kategoriji ta' metodi ta' biedja għat-tiġieġ li jbidu u dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE u r- Regolament (KE) Nru 2295/2003

Kategorija ta' medodi ta' biedja

Leġiżlazzjoni Komunitarja korrispondenti

Fil-beraħ

L-ANNESS III għar-Regolament (KE) Nru 2295/2003

Razzett

L-ANNESS III għar-Regolament (KE) Nru 2295/2003

Sistema ta' gaġeġ arrikkiti

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE

Sistema ta' gaġeġ li mhumiex arrikkiti

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE




ANNESS II

kif imsemmi fl-Artikolu 3(c) u l-Artikoli 4, 5 u 6

KAPITOLU I



Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għall-għoġġiela u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/629/KEE

Kategorija ta' nuqqas ta' konformità

Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 91/629/KEE

Spezzjoni

L-Anness, il-punt (6)

Libertà tal-moviment

L-Anness, il-punti (7) u (8)

Spazji permessi

L-Artikolu 3

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

L-Anness, il-punti (1), (2), (3), (9), (14) u (10)

Dawl minimu

L-Anness, il-punt (5)

Apparat awtomatiku u mekkaniku

L-Anness, il-punt (4)

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

L-Anness, il-punti (12),(13) u (15)

Livell ta' emoglobina

L-Anness, il-punt (11)

Ikel fibruż

L-Anness, il-punt (11)

KAPITOLU II



Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għall-ħnieżer u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/630/KEE

Kategorija ta' nuqqas ta' konformità

Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 91/630/KEE

Ekwipaġġ

L-Artikolu 5a

Spezzjoni

L-Artikolu 3(8)

L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima B, il-punt 2

L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima C, il-punt 3

L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima D

Libertà tal-moviment

L-Artikolu 3(3);

L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima B, il-punti 1, 4 u 5

L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima C, il-punti 1 u 2

Spazji permessi

L-Artikolu 3(1) l-Artikolu 3(4)

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

L-Anness, il-Kapitolu I, il-punti 2 u 3

Dawl minimu

L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 2

Medda ta' l-art

L-Artikolu 3(2),

L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 5

L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima A

Materjali manipulabbli

L-Artikolu 3(5)

L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 4

L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima B, il-punt 3

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

L-Artikolu 3(6)

L-Anness, il-Kapitolu I, punti 6 u 7

Ikel fibruż

L-Artikolu 3(7)

Mutilazzjonijiet

L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 8

Proċeduri ta' trobbija

L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima C, il-punt 3

KAPITOLU III



Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għas-siti kollha ta' produzzjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Anness għad-Direttiva 98/58/KE

Kategorija ta' nuqqas ta' konformità

Punti korrispondenti ta' l-Anness għad-Direttiva 98/58/KE

Ekwipaġġ

Il-punt 1

Spezzjoni

Il-punti 2, 3 u 4

Żamma ta' reġistri

Il-punti 5 u 6.

Libertà tal-moviment

Il-punt 7

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

Il-punti 8 sa 12

Apparat awtomatiku jew mekkaniku

Il-punt 13

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

Il-punti 14 sa 18

Mutilazzjonijiet

Il-punt 19

Proċeduri ta' trobbija

Il-punti 20 u 21.

KAPITOLU IV



Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għat-tiġieġ li jbidu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE

Kategorija ta' nuqqas ta' konformità

Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 1999/74/KE

Spezzjoni

L-Anness, il-punti 1 u 6

Spazji permessi

L-Artikolu 4(1)(4)

L-Artikolu 5(1)(1)

L-Artikolu 6(1)(a)

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

L-Artikolu 4, minbarra l-paragrafu 1(4);

L-Artikolu 5, minbarra l-paragrafu 1(1);

L-Artikolu 6, minbarra l-punt 1(a).

L-Anness, il-punti 4, 5 u 7

Dawl mimimu

L-Anness, il-punt 3

Apparat awtomatiku u mekkaniku

L-Anness, il-punt 2

Mutilazzjoni

L-Anness, il-punt 8




ANNESS III

kif imsemmi fl-Atrikolu 3(d)



Kategoriji amministrattivi ta' nuqqas ta' konformità

Kategorija amministrattiva ta' nuqqas ta' konformità

Azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti

A

Rikjesta biex jiġi(u) indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità fi ħdan limitu ta' żmien li jkun inqas minn tliet xhur

Ebda azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali

B

Rikjesta biex jiġi(u) indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità fi ħdan limitu ta' żmien li jkun aktar minn tliet xhur

Ebda azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali

Ċ

Azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali




ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8

L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 għandha tkun sottomessa skond it-Tabelli 1 u 2 ta' dan l-Anness.

Għandu jkollha n-numru:

 Tas-siti ta' produzzjoni suġġett għall-ispezzjonijiet fir-ringieli 1 tat-Tabelli 1 u 2;

 Tas-siti ta' produzzjoni spezzjonati fir-ringieli 2 tat-Tabelli 1 u 2, ibbażati fuq in-numru ta' l-ispezzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4 sa 7;

 Tas-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità fir-ringieli 3 tat-Tabelli 1 u 2, ibbażati fuq ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet rispettivament irrapportati fir-ringieli 2 tat-Tabelli 1 u 2;

 Tan-nuqqasijiet ta' konformità skond il-kategoriji msemmija fl-Anness II fir-ringieli 4 sa 18 tat-Tabella 1 u r-ringieli 4 sa 12 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness;

 Tan-nuqqasijiet ta' konformità skond il-kategoriji msemmija fl-Anness III fir-ringieli 19 sa 21 tat-Tabella 1 u r-ringieli 13 sa 15 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness.



Tabella 1

Kategorija ta' l-annimali

Tiġieġ li jbidu

Għoġġiela

Ħnieżer

Numru ta’Metodu ta' biedja

Fil-beraħ

Razzett

Gaġġa arrikkita

Gaġġa mhux arrikkita

1

Is-siti ta' produzzjoni suġġetti għal spezzjoni

 
 
 
 
 
 

2

Is-siti ta' produzzjoni spezzjonati

 
 
 
 
 
 

3

Is-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità

 
 
 
 
 
 

Numru tan-nuqqasijiet ta' konformità kkonċernat

4

Ekwipaġġ

 
 
 
 
 
 

5

Spezzjoni

 
 
 
 
 
 

6

Żamma ta' reġistri

 
 
 
 
 
 

7

Libertà tal-moviment

 
 
 
 
 
 

8

Spazji permessi

 
 
 
 
 
 

9

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

 
 
 
 
 
 

10

Dawl mimimu

 
 
 
 
 
 

11

Medda ta' l-art (għall-ħnieżer)

 
 
 
 
 
 

12

Materjali manipulabbli

 
 
 
 
 
 

13

Apparat awtomatiku u mekkaniku

 
 
 
 
 
 

14

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

 
 
 
 
 
 

15

Emoglobina (għoġġiela)

 
 
 
 
 
 

16

Ikel fibruż (għoġġiela u ħnieżer ta' ġens femminili

 
 
 
 
 
 

17

Mutilazzjonijiet

 
 
 
 
 
 

18

Proċeduri ta' trobbija

 
 
 
 
 
 

19

Nuqqas ta' konformità A

 
 
 
 
 
 

20

Nuqqas ta' konformità B

 
 
 
 
 
 

21

Nuqqas ta' konformità C

 
 
 
 
 
 



Tabella 2

Numru ta’Kategorija ta' l-annimali

Bhejjem (minbarra l-għoġġiela)

Ngħaġ

Mogħoż

Tjur (1)

Għasafar li ma jtirux imrobbijagħal skopijiet kummerċjali

Papri

Wiżż

Annimali bil-pil

Dundjani

1

Is-siti ta' produzzjoni suġġetti għal spezzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 

2

Is-siti ta' produzzjoni spezzjonati

 
 
 
 
 
 
 
 
 

3

Is-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità

 
 
 
 
 
 
 
 
 

Numru tan-nuqqasijiet ta' konformità kkonċernat

 
 
 
 
 
 
 
 
 

4

Ekwipaġġ

 
 
 
 
 
 
 
 
 

5

Spezzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 

6

Żamma ta' reġistri

 
 
 
 
 
 
 
 
 

7

Libertà tal-moviment

 
 
 
 
 
 
 
 
 

8

Kostruzzjoni u akkomodazzjoni

 
 
 
 
 
 
 
 
 

9

Apparat awtomatiku u mekkaniku

 
 
 
 
 
 
 
 
 

10

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

 
 
 
 
 
 
 
 
 

11

Mutilazzjonijiet

 
 
 
 
 
 
 
 
 

12

Proċeduri ta' trobbija

 
 
 
 
 
 
 
 
 

13

Nuqqas ta' konformità A

 
 
 
 
 
 
 
 
 

14

Nuqqas ta' konformità B

 
 
 
 
 
 
 
 
 

15

Nuqqas ta' konformità C

 
 
 
 
 
 
 
 
 

(1)   Tjur domestiku ta' l-ispeċi Gallus gallus minbarra t-tiġieġ li jbidu



( 1 ) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

( 2 ) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni (KE) Nru 806/2003.

( 3 ) ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

( 4 ) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

( 5 ) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 51. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

( 6 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; kif ikkoreġut (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006/(ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3.)

( 7 ) ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 89/2006 (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 30).