2006D0771 — MT — 01.07.2010 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 151 |
49 |
11.6.2008 |
||
|
L 119 |
32 |
14.5.2009 |
||
|
L 166 |
33 |
1.7.2010 |
||
Ikkoreġut b'
|
Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 319 (771/06) |
▼C1
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Novembru 2006
dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5304)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/771/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:|
(1) |
Minħabba l-użu mxerred tagħhom fil-Komunità Ewropea u fid-dinja, it-tagħmir għal meded qosra qed ikollu rwol dejjem ikbar fl-ekonomija u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, b'tipi differenti ta' applikazzjonijiet bħal sistemi tal-allarm, tagħmir ta' komunikazzjonijiet lokali, dispożitivi li jiftħu l-bibien jew impjanti mediċi. L-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq tagħmir għal meded qosra fil-Komunità Ewropea jista' wkoll jgħin biex jinkisbu għanijiet politiċi Komunitarji speċifiċi, bħat-tlestija tas-suq intern, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka, u l-iżvilupp tas-sojetà tal-informazzjoni. |
|
(2) |
It-tagħmir għal meded qosra huwa tipikament prodotti għas-suq tal-massa u/jew prodotti li jinġarru li jistgħu faċilment jittieħdu u jintużaw f'pajjiżi oħra; differenzi fil-kundizzjoni tal-aċċess għall-ispettru għalhekk jipprevjenu l-moviment liberu tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni u joħolqu riskji ta' interferenza dannuża ma' applikazzjonijiet u servizzi tar-radjoelettriċi oħrajn. Sabiex jitgawdew il-benefiċċji tas-suq intern għal dan it-tip ta' tagħmir, biex tiġi sostnuta l-kompetittività tal-industrija tal-manifattura tal-UE billi jiżdiedu l-ekonomiji ta' skala u biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-konsumaturi, l-ispettru tar-radju jrid għalhekk isir disponibbli fil-Komunità abbażi ta' kundizzjonijiet tekniċi armonizzati. |
|
(3) |
Peress li dan it-tip ta' tagħmir juża spettru tar-radju b'qawwa ta' emissjoni baxxa u b'kapaċità ta' emissjoni għal meded qosra, il-potenzjal li joħloq interferenza għal utenti oħra tal-ispettru hija tipikament limitata. Għalhekk tagħmir bħal dan jista' jaqsam il-meded tal-frekwenza ma' servizzi oħra li jkunu, jew ma jkunux, suġġetti għal awtorizzazzjoni, mingħajr ma' joħloq interferenza dannuża, u jista' jikkoeżisti ma' tagħmir ieħor għal meded qosra. L-użu tagħhom għalhekk m'għandux ikun suġġett għal awtorizzazzjoni individwali skont id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni 2002/20/KE ( 2 ). Barra minn hekk, servizzi ta' radjokomunikazzjoni, kif definiti fir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, għandhom prijorità fuq tagħmir għal meded qosra u mhumiex meħtieġa jiżguraw il-ħarsien ta' tipi partikolari ta' tagħmir għal meded qosra minn interferenzi. Peress li għalhekk ma jista' jiġi garantit l-ebda ħarsien minn interferenza lil utenti ta' tagħmir għal meded qosra, hija r-responsabilità tal-manifatturi ta' tagħmir għal meded qosra li jħarsu dan it-tagħmir minn intereferenzi dannużi minn servizzi ta' radjokomunikazzjoni kif ukoll minn tagħmir għal meded qosra ieħor li jopera skont ir-regolamenti Komunitarji jew nazzjonali applikabbli. Skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tal-telekommunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (id-Direttiva R&TTE) ( 3 ), il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, li tagħmir għal meded qosra effettivament juża l-ispettru tal-frekwenzi tar-radju b'tali mod li jevitaw interferenza dannuża għal tagħmir għal meded qosra ieħor. |
|
(4) |
Għadd sinifikanti ta' dan it-tagħmir diġà huwa kklassifikat, jew x'aktarx li se jkun fil-ġejjieni, bħala tagħmir tal-“Klassi 1” skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/299/KE tas-6 ta’ April 2000 li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-bidu ta' tagħmir tar-radju u ta' tagħmir ta' terminali tat-telekommunikazzjoni u ta' identifikanti assoċjati ( 4 ) adottata skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva R&TTE. Id-Deċiżjoni 2000/299/KE tagħraf l-ekwivalenza ta' interfaces tar-radju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' “Klassi 1” sabiex it-tagħmir tar-radju jkun jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem mingħajr ebda restrizzjoni fil-Komunità kollha. |
|
(5) |
Peress li d-disponibilità ta' spettru armonizzat u l-kundizzjonijiet ta' użu assoċjati jiddeterminaw klassifikazzjoni ta' “Klassi 1”, din id-Deċiżjoni se tikkonsilida ulterjorment il-kontinwità ta' klassifikazzjoni bħal din ladarba tinkiseb. |
|
(6) |
Fil-11 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni għalhekk ħarġet mandat ( 5 ) lis-CEPT, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Ispettru tar-Radju, biex jarmonizza l-użu tal-frekwenzi għal tagħmir għal meded qosra. B'reazzjoni għal dak il-mandat, fir-rapport tiegħu ( 6 ) tal-15 ta’ Novembru 2004 s-CEPT stabbilixxa l-lista ta' miżuri ta' armonizzazzjoni volontarja li jeżistu fil-Komunità Ewropea għal tagħmir għal meded qosra u stqarr li hemm bżonn ta' impenn li jorbot iktar mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-istabilità ġuridika tal-armonizzazzjoni tal-frekwenzi milħuqa fis-CEPT. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex miżuri ta' armonizzazzjoni bħal dawn isiru jorbtu bil-liġi fil-Komunità Ewropea. |
|
(7) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu, fil-livell nazzjonali, tagħmir li jopera f'kundizzjonijiet iktar permissivi milli speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Madankollu, f'dan il-każ tagħmir bħal dan ma jistax jopera madwar il-Komunità mingħajr restrizzjonijiet u għalhekk jitqies bħala tagħmir tal-“Klassi 2” skont il-klassifikazzjoni fid-Direttiva R&TTE. |
|
(8) |
L-armonizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni ma teskludix il-possibilità għal Stat Membru li japplika, fejn ikun iġġustifikat, perjodi tranżitorji jew arranġamenti ta’ qsim tal-ispettri tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju. Dawn għandhom jinżammu għall-inqas possibbli, peress li jillimitaw il-benefiċċji ta' klassifikazzjoni tal-“Klassi 1”. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni ta' armonizzazzjoni teknika ġenerali tapplika bla ħsara għal miżuri ta' armonizzazzjoni teknika tal-Komunità Ewropea li japplikaw għal frekwenzi speċifiċi u tipi ta' tagħmir, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-armonizzazzjoni ta' spektrum tar-radju fil-medda ta' 79 GHz għall-użu ta' tagħmir awtomotiv tar-Radar ta' Medda Qasira fil-Komunità ( 7 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-armonizzazzjoni ta' spektrum tar-radju fil-medda ta' 24 GHz għall-użu limitat fiż-żmien ta' tagħmir awtomotiv tar-radar ta' medda qasira fil-Komunità ( 8 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu armonizzat ta' spettru tar-radju fil-frekwenza ta' 5 GHz għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' aċċess bla fili inklużi netwerks tar-radju taż-żona lokali (WAS/RLANs) ( 9 ) jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/928/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità ( 10 ). |
|
(10) |
L-użu ta' spettru huwa suġġett għar-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja għas-saħħa pubblika b'mod partikolari d-Direttiva 2004/40/KE ( 11 ) u r-Rakkomandazzjoni 1999/519KE ( 12 ). Il-ħarsien tas-saħħa għat-tagħmir tar-radju huwa żgurat bil-konformità ta' tagħmir bħal dan mar-rekwiżiit essenzjali skont id-Direttiva R&TTE. |
|
(11) |
Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u t-talbiet tas-soċjetà, ifeġġu applikazzjonijiet ġodda għal tagħmir għal meded qosra, li jkollhom bżonn ta' skrutinju kostanti tal-kundizzjonijiet ta' armonizzazzjoni tal-ispettru, meta jitqiesu l-benefiċċji ekonomiċi tal-applikazzjonijiet il-ġodda u r-rekwiżiti tal-industrija u l-utenti. L-Istati Membri se jkollhom jimmonitorizzaw dawn l-evoluzzjonijiet. Aġġornamenti regolari ta' din id-Deċiżjoni għalhekk se jkunu neċessarji biex jirreaġixxu għall-iżviluppi l-ġodda fis-suq u tat-teknoloġija. L-Anness se jkun rivedut tal-inqas darba fis-sena fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u pprovdut lill-Kummissjoni. Tista' tinbeda reviżjoni f'każijiet fejn se jittieħdu miżuri xierqa minn Stat Membru skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva R&TTE. Jekk reviżjoni tiżvela n-neċessità li d-Deċiżjoni tiġi addattata, il-bidliet jiġu deċiżi wara l-proċeduri speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Ispettru tar-Radju għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi. L-aġġornamenti jistgħu jinkludu perjodi tranżitorji biex jiġu akkomodati s-sitwazzjonijiet ta' sistemi aktar antiki. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-fini ta' din id-Deċiżjoni hija li jiġu armonizzati l-meded tal-frekwenzi u l-parametri tekniċi relatati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal tagħmir għal meded qosra ħalli tagħmir bħal dan ikun jista' jibbenefika minn klassifikazzjoni ta' “Klassi 1” skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/299/KE.
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni:
1. “tagħmir għal meded qosra” tfisser trażmettituri tar-radju li jipprovdu kommunikazzjoni li tkun jew unidirezzjonali jew bidirezzjonali u li jittrażmettu fuq distanza qasira b'qawwa baxxa;
2. “bażi bla interferenzi u bla protezzjoni” tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza dannuża lil ebda servizz ta' radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta' dan it-tagħmir minn interferenza dannuża li toriġina minn servizzi ta' radjukomunikazzjoni.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jindikaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklussiva, bla interferenzi u bla protezzjoni, il-meded tal-frekwenza għat-tipi ta' tagħmir għal meded qosra, suġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-iskadenza għall-implimentazzjoni, kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi tranżitorji u/jew arranġamenti ta’ qsim tal-ispettru tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni tal-Ispettru tar-Radju;
3. Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri biex jippermettu l-użu tal-meded ta' frekwenza b'kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-meded ta’ frekwenzi taħt skrutinju, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni regolari u f'waqtha tad-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi tat-tagħmir għal meded qosra
|
Tip ta’ tagħmir għal meded qosra |
Medda ta’ frekwenza (1) |
Limitu tal-qawwa tat-trażmissjoni/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (2) |
Parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom) (3) |
Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (4) |
Skadenza tal-implimentazzjoni |
|
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (5) |
6 765-6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
13,553-13,567 MHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
26,957-27,283 MHz |
10 mW ta’ qawwa effettiva rradjata (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri |
|
Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
40,660-40,700 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
|
Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli) |
433,050-434,040 (6) MHz |
1 mW ta’ e.r.p. u – 13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
10 mW ta’ e.r.p. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
||
|
434,040-434,790 (6) MHz |
1 mW ta’ e.r.p. u – 13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
10 mW ta’ e.r.p. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
||
|
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|||
|
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli) |
863,000-865,000 MHz |
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
865,000-868,000 MHz |
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
868,000-868,600 MHz |
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
868,700-869,200 MHz |
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli) |
869,400-869,650 (6) MHz |
500 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 10 % L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja |
Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
||
|
869,700-870,000 (6) MHz |
5 mW ta’ e.r.p. |
Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija |
Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi |
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
25 mW ta’ e.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 % |
Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
||
|
Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli) |
2 400-2 483,5 MHz |
10 mW ta’ qawwa isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.) |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
5 725-5 875 MHz |
25 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
24,150-24,250 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
61,0-61,5 GHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa |
2 400-2 483,5 MHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità tal-e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE |
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
57,0-66,0 GHz |
40 dBm ta’ e.i.r.p. u densità ta’ 13 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE |
L-istallazzjonijiet fissi esterni huma esklużi |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
Sistemi ta’ allarm |
868,600-868,700 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Il-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 % |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
869,250-869,300 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 % |
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
869,300-869,400 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 % |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
869,650-869,700 MHz |
25 mW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
Sistemi ta’ allarm soċjali (8) |
869,200-869,250 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 % |
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
Applikazzjonijiet induttivi (9) |
9,000-59,750 kHz |
72 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
59,750-60,250 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
60,250-70,000 kHz |
69 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
70-119 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
119-127 kHz |
66 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
127-140 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
140-148,5 kHz |
37,7 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
148,5-5 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu. |
– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
Applikazzjonijiet induttivi (ikompli) |
400-600 kHz |
– 8 dBμA/m f’10 metri |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) |
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
3 155-3 400 kHz |
13,5 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
5 000-30 000 kHz Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu. |
– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
6 765-6 795 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
|
7 400-8 800 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
10 200-11 000 kHz |
9 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
Applikazzjonijiet induttivi (ikompli) |
13 553-13 567 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ġunju 2007. |
|
60 dBμA/m f’10 metri |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) u għall-EAS (11) |
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
||
|
26 957-27 283 kHz |
42 dBμA/m f’10 metri |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
|
Tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem (12) |
9-315 kHz |
30 dBμA/m f’10 metri |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
fl-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
30,0-37,5 MHz |
1 mW ta’ e.r.p. |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal tagħmir mediku li jiddaħħal fil-ġisem, li jkollu membrana ta’ qawwa baxxa ħafna għall-kejl tal-pressjoni tad-demm |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
402-405 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu qrib xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 300 kHz. Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispektrum u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenzi ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk iwasslu għal prestazzjoni li tkun tal-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi |
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
Tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem u periferali assoċjati miegħu (13) |
401-402 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 100 kHz. Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
405-406 MHz |
25 μW ta’ e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 100 kHz. Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 % |
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
Tagħmir li jiddaħħal fil-ġisem tal-annimali (14) |
315-600 kHz |
– 5 dΒμΑ/m f’10 m |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
12,5-20,0 MHz |
– 7 dΒμΑ/m f’10 m f’medda ta’ frekwenzi ta’ 10 kHz |
Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 % |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal applikazzjonijiet interni |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
|
Trażmettituri FM ta’ qawwa baxxa (15) |
87,5-108,0 MHz |
50 nW e.r.p. |
Spazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz |
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
Applikazzjonijiet tal-awdjo bla wajers (16) |
863-865 MHz |
10 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
Applikazzjonijiet ta’ radjudeterminazzjoni (17) |
2 400-2 483,5 MHz |
25 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
17,1-17,3 GHz |
26 dBm ta’ e.i.r.p. |
Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art |
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
Radar li jkejjel il-livell fit-tankijiet (18) |
4,5-7,0 GHz |
24 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
8,5-10,6 GHz |
30 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
24,05-27,0 GHz |
43 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
57,0-64,0 GHz |
43 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
75,0-85,0 GHz |
43 dBm ta’ e.i.r.p. (19) |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
Kontroll ta’ mudelli (20) |
26 990-27 000 kHz |
100 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
27 040-27 050 kHz |
100 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
27 090-27 100 kHz |
100 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
27 140-27 150 kHz |
100 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
27 190-27 200 kHz |
100 mW ta’ e.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
|
Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID) |
2 446-2 454 MHz |
100 mW ta’ e.i.r.p. |
|
|
fl-1 ta’ Novembru 2009. |
|
Telematika tat-Trasport u t-Traffiku bl-Art |
76,0-77,0 GHz |
Massimu ta’ 55 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 50 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 23.5 dBm ta’ e.i.r.p. għal radars bl-impulsi |
|
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi tal-infrastruttura u l-vetturi terrestri |
fl-1 ta’ Novembru 2010. |
|
(1) L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-meded ta’ frekwenzi qrib xulxin f’din it-tabella bħala medda ta’ frekwenza waħda sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull waħda mill-meded ta’ frekwenzi qrib xulxin. (2) L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spektrum sal-qawwa tat-trażmissjoni, is-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. B’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas restrittivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spektrum b’qawwa tat-trażmissjoni, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla. (3) L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)”, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għal u ta’ taffija tal-ispektrum. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)” f’kaxxa tat-tabella partikolari jew jippermettu valuri ogħla. (4) L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha. (5) Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ allarm, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn). (6) Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użi kollha possibbli. (7) Iċ-“ċiklu ta’ ħidma” tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“ċiklu ta’ ħidma”. (8) Tagħmir ta’ sistemi ta’ allarm soċjali jintuża biex jgħin lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà. (9) Din il-kategorija tkopri, pereżempju, it-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ allarm, l-individwazzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi bla wajers, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll bla wajers u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq. (10) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID). (11) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (EAS). (12) Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tat-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-periferali tagħhom (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17). (13) Din il-kategorija tkopri sistemi ddisinjati speċifikament bil-għan li jipprovdu komunikazzjoni diġitali mingħajr l-użu tal-vuċi bejn tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem, kif definit fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 18, u/jew tagħmir li jitqiegħed f’ġisem il-bniedem jew tagħmir ieħor estern għall-ġisem li jintuża biex jitrasferixxi informazzjoni fiżjoloġika mhux urġenti relatata mal-pazjent individwali. (14) Din il-kategorija tkopri tagħmir għat-trażmissjoni, li jitqiegħed fil-ġisem tal-annimali biex iwettaq funzjonijiet dijanjostiċi u/jew biex jagħti trattament terapewtiku. (15) Din il-kategorija tinkludi applikazzjonijiet li joħolqu konnessjoni bejn tagħmir tal-awdjo personali, inklużi l-mowbajls, u sistemi ta’ divertiment awtomotivi jew tad-dar. (16) Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo bla wajers, fosthom: mikrofoni bla wajers, “loudspeakers” bla wajers; “headphones” bla wajers; “headphones” bla wajers biex jinġarru, bħal CD, cassette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq il-persuna; “headphones” bla wajers għall-użu f’vetturi, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni bla wajers, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra teatrali. (17) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri. (18) Ir-radars li jkejlu l-livell fit-tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għar-radjudeterminazzjoni li jintuża għall-kejl tal-livelli fit-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit rinfurzat, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jaħżnu xi sustanza. (19) Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispektrum ta’ – 41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru. (20) Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment ta’ mudelli (prinċipalment mudelli żgħar ta’ vetturi) fl-arja, fuq l-art jew inkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma. |
|||||
( 1 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
( 2 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
( 3 ) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.
( 4 ) ĠU L 97, 19.4.2000, p. 13.
( 5 ) Mandat lis-CEPT biex janalizza armonizzazzjoni ulterjuri ta' frekwenzi li qed jintużaw għal tagħmir għal meded qosra.
( 6 ) Rapport finali mill-ECC b'reazzjoni għall-mandat tal-KE lis-CEPT dwar armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal tagħmir għal meded qosra.
( 7 ) ĠU L 241, 13.7.2004, p. 66.
( 8 ) ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15.
( 9 ) ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22.
( 10 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 47.
( 11 ) Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi), ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.
( 12 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.