2006D0493 — MT — 01.01.2008 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-19 ta’ Ġunju 2006

li tistabbilixxi l-ammont ta' appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f'reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta' Konverġenza

(2006/493/KE)

▼B

(ĠU L 195, 15.7.2006, p.22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 188

26

16.7.2008


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 131  (493/06)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-19 ta’ Ġunju 2006

li tistabbilixxi l-ammont ta' appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f'reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta' Konverġenza

(2006/493/KE)



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 69(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f'reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta' Konverġenza għandu jiġi ffissat skond il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda tas-17 ta' Mejju 2006 ( 2 ).

(2)

L-ammont totali għandu jinkludi l-ammont għall-Bulgarija u r-Rumanija bil-ħsieb tad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Jannar 2007, tat-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' Unjoni Ewropea. Jekk it-Trattat ta' Adeżjoni ma jidħolx fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 għal wieħed minn dawk il-pajjiżi jew għat-tnejn li huma l-ammont totali għandu jiġi għaldaqstant adattat.

IDDEĊIEDA KIF GEJ:



Artikolu uniku

L-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f'reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta' Konverġenza ddefinit fl-Artikolu 2(j) ta' dak ir-Regolament huma ffissati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

▼M1




ANNESS



Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “Konverġenza” (1)

prezzijiet ta’ 2004 f’EUR (2)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija

9 325 497 783

10 788 767 263

10 515 007 756

10 278 583 653

9 824 886 713

9 588 187 168

9 356 225 581

69 677 155 918

Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “konverġenza”

27 676 975 284

(1)   Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.

(2)   L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.



Ammont totali ta’ approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2007-2013, it-tqassim annwali u l-ammont minimu li għandu jiġi allokat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “konverġenza” (1)

prezzijiet kurrenti f’EUR (2)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Ammont totali għall-UE-25, u magħhom il-Bulgarija u r-Rumanija

9 896 292 851

11 678 108 653

11 609 418 209

11 575 354 634

11 285 706 554

11 234 089 442

11 181 555 662

78 460 526 005

Ammont minimu rriservat għar-reġjuni eliġibbli skond l-għan ta’ “konverġenza”

31 232 644 963

(1)   Qabel il-modulazzjoni obbligatorja u trasferimenti oħra ta’ nfiq marbut mas-suq u ta’ pagamenti diretti tal-politika agrikola komuni lill-iżvilupp rurali.

(2)   L-ammonti huma miġjuba għall-eqreb euro.



( 1 ) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

( 2 ) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.