2006D0241 — MT — 31.10.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-24 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2006) 888) (Test b'rilevanza ŻEE) (ĠU L 088, 25.3.2006, p.63) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 290 |
23 |
31.10.2008 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Marzu 2006
li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar
(notifikata bid-dokument numru C(2006) 888)
(Test b'rilevanza ŻEE)
(2006/241/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-kontrolli verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE ta' l-1 ta' Awwissu 1997 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar ( 2 ) ġiet emendata b'mod sostanzjali ( 3 ). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
L-ispezzjonijiet tal-Komunità fil-Madagaskar urew li hemm nuqqasijiet serji fl-infrastruttura u l-iġjene fl-istabbilimenti tal-laħam u m'hemmx biżżejjed garanziji tal-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. L-amministrazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Madakaskar turi nuqqasijiet serji u n-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli Komunitarji. Hemm riskju potenzjali għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u l-ipproċesar tal-prodotti tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, f'dan il-pajjiż. |
|
(3) |
L-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, mill-Madagaskar m'għandiex titħalla sakemm ikun jista' jiġi garantit li ma' jeżisti ebda riskju. |
|
(4) |
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-bebbux, li joriġinaw fil-Madagaskar.
Artikolu 1a
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “bebbux” tfisser gastropodi tal-art imkessħin, iffriżati, imsajrin, ippreparati jew ippreżervati tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija fl-ewwel Artikolu.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 97/517/KE hi imħassra.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Deċiżjoni mħassra flimkien ma' l-emenda tagħha
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE (ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54) |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31) |
Ir-riferenza għad-Deċiżjoni 97/517/KE f'Artikolu 1 biss. |
ANNESS II
Tabella Ta' Korrelazzjoni
|
Deċiżjoni 97/517/KE |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2, it-tieni paragrafu |
— |
|
Artikolu 3 |
— |
|
— |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |
( 1 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 2 ) ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31).
( 3 ) Ara l-Anness I.