2006D0168 — MT — 01.08.2013 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Jannar 2006

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5796)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/168/KE)

(ĠU L 057, 28.2.2006, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 315

22

2.12.2009

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Lulju 2012

  L 194

12

21.7.2012

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Ġunju 2013

  L 172

32

25.6.2013


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 075, 19.3.2013, p. 38  (414/2012)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Jannar 2006

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5796)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/168/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw l-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/556/KEE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni friski u ffriżati ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(2)

Dik id-Direttiva tipprovdi, inter alia, li m'għandhomx jintbagħtu embrijuni bovini minn Stat Membru għal ieħor ħlief jekk ikunu ġew konċepiti bl-inseminazzjoni artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro permezz ta' semen minn donatur miżmum f'ċentru ta' ġbir tas-semen approvat mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta' semen jew ta' semen importat f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimal applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina ( 2 ).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi elenki ta' skwadri ta' ġbir ta' l-embrijuni u skwadri ta' produzzjoni ta' l-embrijuni approvati f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni bovini lejn il-Komunità ( 3 ) tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jimportaw tali embrijuni minn pajjiżi terzi fil-każ biss li dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati, inkluża l-fertilizzazzjoni in vitro, u nħażnu minn skwadri ta' ġbir ta' l-embrijuni inklużi fl-elenku f'dik id-Deċiżjoni.

(4)

Wara li kien hemm problemi kummerċjali marbuta ma' rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar semen bovin użat għall-fertilizzazzjoni, introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE ( 4 ), il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2005/217/KE tad-9 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet taċ-ċertifikazjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni bovini ( 5 ).

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/217/KE tipprovdi perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2006 għal importazzjoni ta' embrijuni bovini miġbura jew prodotti qabel l-1 ta' Jannar 2006 u kkonċepiti bl-użu ta' semen li ma jikkonformax għal kollox mad-Direttiva 88/407/KEE bil-kondizzjoni li dawn l-embrijuni jitqiegħdu f'annimali bovini femminili miżmuma fl-Istat Membru destinatarju u jiġu esklużi mill-kummerċ intra-Komunitarju.

(6)

Is-Soċjetà Internazzjonali għat-Trasferimenti ta' l-Embrijuni (The International Embryo Transfer Society — IETS) ivvalutat bħala negliġibbli r-riskju tat-teħid ta' ċertu mard kontaġjuż mir-reċipjenti jew frieħ permezz ta' l-embrijuni, kemm-il darba l-embrijuni jkunu mmaniġġati sew bejn il-ġbir u t-trasferiment tagħhom. Dik ukoll hija l-pożizzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta' l-Annimali (World Organisation for Animal Health OIE) safejn għandhom x'jaqsmu l-embrijuni miksuba in vivo. Madanakollu, fl-interess tas-saħħa ta' l-annimali, għandu jkun hemm salvagwardji xierqa fl-istadji preċedenti relatati mas-semen użat fil-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' embrijuni ġġenerati in vitro.

(7)

Il-ħtiġijiet Komunitarji għall-importazzjoni ta' embrijuni bovini miksuba minn fertilizzazzjoni naturali (in vivo) u prodotti permezz ta' fertilizzazzjoni in vitro, b'mod partikolari fir-rigward tas-semen użat għall-fertilizzazzjoni, għandhom għalhekk jiġu adattati.

(8)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-IETS u f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' l-OIE, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' embrijuni bovini meħuda in vivo għandhom jiġu ssimplifikati filwaqt li ħtiġijiet iktar stretti dwar is-saħħa ta' l-annimali għandhom jinżammu għall-importazzjoni ta' embrijuni prodotti in vitro, b'restrizzjonijiet speċjali fejn iż-żona pelluċida tkun ġarrbet ħsarat matul il-proċess.

(9)

Fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2005/217/KE għandha tiġi revokata u ssostitwita minn din id-Deċiżjoni.

(10)

Madanakollu, sabiex l-operaturi ekonomiċi jitħallew jadattaw għal-ħtiġijiet l-ġodda stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni fejn l-importazzjoni ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina miġbura jew prodotti qabel l-1 ta' Jannar 2006 jkunu jistgħu, suġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, jiġu importati fil-Komunità skond il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness V għal din id-Deċiżjoni.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M2

Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni ta’ embrijuni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (“embrijuni”) miġbura jew prodotti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni minn gruppi approvati għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE.

▼B

Artikolu 2

Importazzjoni ta' embrijun in vivo

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' embrijuni miksuba minn fertilizzazzjoni in vivo u li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness II.

Artikolu 3

Importazzjoni ta' embrijuni prodotti in vitro

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' embrijuni miksuba minn fertilizzazzjoni in vitro bl-użu ta' semen li huwa konformi mad-Direttiva 88/407/KEE u li jissodisfa l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' embrijuni li huma prodotti b'fertilizzazzjoni in vitro permezz ta' semen prodott f'ċentri ta' ġbir approvati jew maħżun f'ċentri ta' ħżin tas-semen f'pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE ( 6 ) u li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali elenkati fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni bil-kondizzjoni li tali embrijuni jiġu:

a) esklużi minn kummerċ intra-Komunitarju; u

b) mqiegħda esklussivament f'annimali bovini femminili miżmuma fl-Istat Membru destinatarju indikat fiċ-ċertifikat veterinarju.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Permezz ta' deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, sal-31 ta' Diċembru 2006, l-importazzjoni ta' embrijuni minn terzi pajjiżi elenkati fl-Anness I sakemm tali embrijuni jikkonformaw ma':

a) il-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali msemmija fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness V; u

b) il-kondizzjonijiet li ġejjin:

i) għandhom ikunu nġabru jew prodotti qabel l-1 ta' Jannar 2006;

ii) għandhom jintużaw biss għat-tqegħid f'annimali bovini femminili miżmuma fl-Istat Membru destinatarju indikat fiċ-ċertifikat veterinarju;

iii) għandhom jiġu esklużi minn kummerċ intra-Komunitarju;

iv) għandhom ikunu akkumpanjati b'tali ċertifikat mimli kif suppost qabel l-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 5

Revoka

Id-Deċiżjoni 2005/217/KE hija revokata.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

▼M3




ANNESS I



Kodiċi ISO

Pajjiż Terz

Ċertifikat veterinarju applikabbli

AR

l-Arġentina

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

AU

l-Awstralja

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

CA

il-Kanada

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

CH

l-Isvizzera (1)

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

▼M4 —————

▼M3

IL

l-Iżrael

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2)

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

NZ

New Zealand (3)

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

US

l-Istati Uniti

l-ANNESS II

l-ANNESS III

l-ANNESS IV

(1)   Għal embirjuni derivati in vivo u prodotti in vitro, iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu VI(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehimmal-Konfederazzjoni Svizzera.

(2)   Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

(3)   Għal embrijuni derivati in vivo, iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjoni minn New Zealand huwa stipulat fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE tal-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn New Zealand (biss għal embrijuni miġbura fi New Zealand), stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE.

▼M5




ANNESS II

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni derivati in vivo ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina miġbura b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE

Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħutaPAJJIŻĊertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzNru tat-Tel.I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatI.2.a.I.3. Awtorità kompetenti ċentraliI.4. Awtorità kompetenti lokaliI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.6. Persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UEIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.7. Pajjiż tal-oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun tal-oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż tad-destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun tad-destinazzjoniKodiċiI.11. Post tal-oriġiniIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzI.12. Post ta’ destinazzjoni:IsemIndirizzKodiċi PostaliI.13. Post tat-tagħbijaI.14. Data tat-tluqI.15. Mezz tat-trasportAjruplanVapurVagun tal-ferrovijaVettura tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi dokumentarjiI.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17.I.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS)05 11 99 85I.20. KwantitàI.21.I.22. Għadd ta’ pakkettiI.23. Nru tas-Siġill/tal-KonteniturI.24.I.25. Prodotti ċċertifikati għal:Riproduzzjoni artifiċjaliI.26. Għal tranżitu mill-UE lejn pajjiż terzPajjiż terzKodiċi ISOI.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiSpeċi(Isem xjentifiku)RazzaKategorijaL-identità tad-donaturId-data tal-ġbirId-data tal-iffriżarIn-numru tal-approvazzjoni tat-timKwantità

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻEmbrijuni bovini derivati in vivoII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Jien, is-sottoskritt, il-veterinarju uffiċjali ta’ … niċċertifika li:(il-pajjiż esportatur) (2)II.1. L-embrijuni għall-esportazzjoni:II.1.1. inġabru fil-pajjiż esportatur, li skont ir-riżultati uffiċjali:II.1.1.1. kien ħieles mir-rinderpest matul l-aħħar 12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir tagħhom;(1) jew [II.1.1.2. kien ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir tagħhom u ma laqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu.](1) jew [II.1.1.2. ma kienx ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir tagħhom jew u lanqas ma laqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu, u:l-embrijuni ma saritilhomx penetrazzjoni taż-żona pelluċida,l-embrijuni nħażnu skont il-kondizzjonijiet approvati għal mill-inqas 30 jum immedjatament wara li nġabru,id-donaturi femminili ġew minn irziezet fejn l-ebda annimal ma kien ġie mlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-30 jum qabel il-ġbir u l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli ma wera sinjali kliniċi tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-30 jum ta’ qabel, u minn tal-inqas it-30 jum ta’ wara l-ġbir tal-embrijuni.]II.1.2. inġabru minn tim tal-ġbir tal-embrijuni (3):ġie approvat skont il-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE;li ġabar, ipproċessa, ħażen u ttrasporta l-embrijuni skont il-Kapitolu II tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE;huwa soġġett għal spezzjoni minn veterinarju uffiċjali għall-inqas darbtejn fis-sena.II.1.3. inġabru u ġew ipproċessati fi stabbilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda fit-30 jum immedjatament qabel il-ġbir tagħhom u sa ma ntbagħtu lejn l-Unjoni, fil-każ ta’ embrijuni friski, jew matul it-30 jum wara l-ġbir, fil-każ ta’ embrijuni soġġetti għal ħażna obbligatorja għal mill-inqas 30 jum skont il-punt II.1.1.2.II.1.4. mill-ħin tal-ġbir sa 30 jum wara jew, fil-każ ta’ embrijuni friski sal-jum li fih intbagħtu lejn l-Unjoni, dawn inħażnu fi stabilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda inċidenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda.II.1.5. nġabru mid-donaturi femminili, li:II.1.5.1. matul it-30 jum immedjatament qabel il-ġbir, kienu jinstabu fi stabilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn, skont sejbiet uffiċjali, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-bluetongue, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda;II.1.5.2. ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fil-jum tal-ġbir;II.1.5.3. qattgħu s-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir fit-territorju tal-pajjiż esportatur f’mhux aktar minn żewġ merħliet:li, skont ir-riżultati uffiċjali, kienu ħielsa mit-tuberkulożi matul dak il-perjodu,li, skont sejbiet uffiċjali, kienu ħielsa mill-bruċellożi matul dak il-perjodu,li kienu ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika jew li fihom l-ebda annimal ma wera sinjali kliniċi ta’ lewkożi bovina enżootika matul it-tliet snin ta’ qabel,li fihom l-ebda annimal bovin ma wera sinjali kliniċi ta’ rinotrakejite infettiva/vulvo-vaġinite pustulari infettiva matul it-12-il xahar ta’ qabel.II.1.6. L-embrijuni għall-esportazzjoni ġew ikkonċepiti bl-inseminazzjoni artifiċjali bl-użu ta’ semen ġej minn ċentri ta’ ġbir jew ta’ ħżin tas-semen, approvati għall-ġbir, l-ipproċessar u/jew il-ħżin tas-semen mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE (4) jew minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

PAJJIŻEmbrijuni bovini derivati in vivoII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċċertifikatII.b.NotiParti I:Kaxxa I.6: Il-persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UE: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk hi ċertifikat għal prodotti fi tranżitu.Kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini għandu jikkorrispondi mat-tim tal-ġbir tal-embrijuni li minnu l-embrijuni jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni u li hu elenkat skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Kaxxa I.22: L-għadd ta’ pakketti għandu jikkorrispondi mal-għadd ta’ kontenituri.Kaxxa I.23: L-identifikazzjoni tal-kontenitur u n-numru tas-siġill għandhom jiġu indikati.Kaxxa I.26: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.27: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.28: Speċi: agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif jixraq.Il-kategorija: agħżel “embrijuni derivati in vivo”.L-identità tad-donatur għandha tikkorrispondi mal-identifikazzjoni uffiċjali tal-annimal.Id-data tal-ġbir għandha tiġi indikata fil-format li ġej: jj.xx.ssss.In-numru tal-approvazzjoni tat-tim: għandu jikkorrispondi mat-tim tal-ġbir tal-embrijuni li permezz tiegħu l-embrijuni ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna; u elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Parti II:(1) Ħassar kif xieraq.(2) Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE biss.(3) Iċ-ċentri għall-ġbir tas-semen elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni biss: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.(4) ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32.Il-kulur tal-firma u tat-timbru għandu jkun differenti minn dak tal-istampar.Veterinarju uffiċjaliIsem (b’ittri kapitali):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:




ANNESS III

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina kkonċepiti bl-użu ta’ semen konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407KEE

Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħutaPAJJIŻĊertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzNru tat-Tel.I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatI.2.a.I.3. Awtorità kompetenti ċentraliI.4. Awtorità kompetenti lokaliI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.6. Persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UEIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.7. Pajjiż tal-oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun tal-oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż tad-destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun tad-destinazzjoniKodiċiI.11. Post tal-oriġiniIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzI.12. Post ta’ destinazzjoni:IsemAddressKodiċi PostaliI.13. Post tat-tagħbijaI.14. Data tat-tluqI.15. Mezz tat-trasportAjruplanVapurVagun tal-ferrovijaVettura tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi dokumentarjiI.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17.I.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS)05 11 99 85I.20. KwantitàI.21.I.22. Għadd ta’ pakkettiI.23. Nru tas-Siġill/tal-KonteniturI.24.I.25. Prodotti ċċertifikati għal:Riproduzzjoni artifiċjaliI.26. Għal tranżitu mill-UE lejn pajjiż terzPajjiż terzKodiċi ISOI.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiSpeċi(Isem xjentifiku)RazzaKategorijaL-identità ta’ omm l-annimalL-identità ta’ missier l-annimalId-data tal-iffriżarIn-numru tal-approvazzjoni tat-timKwantità

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitroII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Jien, is-sottoskritt, il-veterinarju uffiċjali ta’ … niċċertifika li:((il-pajjiż esportatur) (2)II.1. L-embrijuni għall-esportazzjoni:II.1.1. ġew prodotti fil-pajjiż esportatur, li skont is-sejbiet uffiċjali:II.1.1.1. kien ħieles mir-rinderpest matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom;(1) jew [II.1.1.2. kien ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom u ma laqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu.](1) jew [II.1.1.2. ma kienx ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom u/jew ma laqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu, ul-embrijuni ġew prodotti mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida,l-embrijuni nħażnu skont il-kondizzjonijiet approvati għal mill-inqas 30 jum immedjatament wara l-produzzjoni tagħhom,id-donaturi femminili ġew minn oqsma fejn l-ebda annimal ma kien ġie mlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-30 jum qabel il-ġbir u l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli ma wera sinjali kliniċi tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda imatul it-30 jum ta’ qabel, u minn tal-inqas it-30 jum ta’ wara l-ġbir tal-ooċiti.]II.1.2. ġew prodotti mit-tim tal-produzzjoni tal-embrijuni (3) li:ġie approvat skont il-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE,ipproduċa, ipproċessa, ħażen u ttrasporta skont il-Kapitolu II tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE,huwa soġġett għal spezzjoni minn veterinarju uffiċjali għall-inqas darbtejn fis-sena.II.2. L-ooċiti użati fil-produzzjoni tal-embrijuni li għandhom jiġu esportati ġew miġbura fi stabbilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, il-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda fit-30 jum immedjatament qabel il-ġbir tagħhom u sa ma ntbagħtu lejn l-Unjoni, fil-każ ta’ embrijuni friski, jew matul it-30 jum wara l-ġbir, fil-każ ta’ embrijuni soġġetti għal ħażna obbligatorja għal mill-inqas 30 jum skont il-punt II.1.1.2.II.3. Mill-ħin tal-ġbir tal-ooċiti sa 30 jum wara jew, fil-każ ta’ embrijuni friski sal-jum li fih jintbagħtu, l-embrijuni li għandhom jiġu esportati jkunu ġew maħżuna fi stabbilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, il-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda.II.4. Id-donaturi tal-ooċiti użati fil-produzzjoni tal-embrijuni għall-esportazzjoni:II.4.1. matul it-30 jum immedjatament qabel il-ġbir, kienu jinstabu fi stabilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont sejbiet uffiċjali, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-bluetongue, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, il-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda;II.4.2. ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fil-jum tal-ġbir;II.4.3. qattgħu s-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir fit-territorju tal-pajjiż esportatur f’mhux aktar minn żewġ merħliet:li, skont ir-riżultati uffiċjali, kienu ħielsa mit-tuberkulożi matul dak il-perjodu,li, skont sejbiet uffiċjali, kienu ħielsa mill-bruċellożi matul dak il-perjodu,li kienu ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika jew li fihom l-ebda annimal ma wera sinjali kliniċi ta’ lewkożi bovina enżootika matul it-tliet snin ta’ qabel,li fihom l-ebda annimal bovin ma wera sinjali kliniċi ta’ rinotrakejite infettiva/vulvo-vaġinite pustulari infettiva matul it-12-il xahar ta’ qabel;(1) jew [II.4.4. inżammu f’pajjiż jew żona ħielsa mill-vajrus tal-bluetongue għal mill-inqas 60 jum qabel, u matul, il-ġbir tal-ooċiti;]

PAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitroII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.(1) or [II.4.4. inżammu matul perjodu staġonali ħieles jew ġew imħarsa mill-vettur għal mill-inqas 60 jum qabel, u matul, il-ġbir tal-ooċiti, u l-embrijuni ġew prodotti mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida, ħlief jekk id-donaturi sarilhom test seroloġiku biex jinstabulhom antikorpi tal-grupp tal-vajrus tal-bluetongue, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE bejn 21 u 60 jum wara l-ġbir u rriżultaw negattivi għalih u l-embrijuni nħażnu għal mill-inqas 30 jum.](1) or [II.4.4. sarilhom test seroloġiku biex jinstabulhom antikorpi tal-grupp tal-vajrus tal-bluetongue, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri bejn 21 u 60 jum wara l-ġbir u rriżultaw negattivi għalih, u l-embrijuni nħażnu għal mill-inqas 30 jum.](1) or [II.4.4. sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġent, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri fuq kampjun tad-demm meħud fil-jum tal-ġbir jew fil-jum tat-tbiċċir u rriżultaw negattivi għalih, u l-embrijuni jkunu ġew prodotti, fil-każ tal-aħħar, mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida.]II.5. L-embrijuni li se jiġu esportati kienu kkonċepiti permezz ta’ fertilizzazzjoni in vitro bl-użu ta’ semen minn ċentri ta’ ġbir jew ħżin tas-semen (4):(1) either [II.5.1. approvati skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u s-semen ikun jikkonforma mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 88/407/KEE.](1) or [II.5.1. skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u li jinsabu f’pajjiż terz, jew xi parti minnu, elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE, u s-semen ikun jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.]NotiParti I:Kaxxa I.6: Il-persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UE: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk hi ċertifikat għal prodotti fi tranżitu.Kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini għandu jikkorrispondi mat-tim tal-ġbir tal-embrijuni li minnu l-embrijuni jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni u elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Kaxxa I.22: L-għadd ta’ pakketti għandu jikkorrispondi mal-għadd ta’ kontenituri.Kaxxa I.23: L-identifikazzjoni tal-kontenitur u n-numru tas-siġill għandhom jiġu indikati.Kaxxa I.26: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.27: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.28: Speċi: agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif jixraq.Il-kategorija: agħżel “embrijuni prodotti in vitro”.L-identità ta’ omm l-annimal għandha tikkorrispondi mal-identifikazzjoni uffiċjali tal-annimal.L-identità ta’ missier l-annimal għandha tikkorrispondi mal-identifikazzjoni uffiċjali tal-annimal.Id-data tal-iffiriżar għandha tiġi indikata fil-format li ġej: jj.xx.ssss.In-numru tal-approvazzjoni tat-tim: għandu jikkorrispondi mat-tim tal-produzzjoni tal-embrijuni li pproduċa, ipproċessa u ħażen l-embrijuni; u elenkat skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Parti II:(1) Ħassar kif xieraq.(2) Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE biss.(3) Iċ-ċentri għall-produzzjoni tal-embrijuni elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni biss: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.(4) Iċ-ċentri ta’ ġbir tas-semen elenkati skont l-Artikolu 5(2) u 9(2) tad-Direttiva 88/407/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni biss:http://ec.europa.eu/food/animal/approved_establishments/establishments_vet_field_en.htm;http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/index_en.htmIl-kulur tal-firma u tat-timbru għandu jkun differenti minn dak tal-istampar.

PAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitroII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Veterinarju uffiċjaliIsem (b’ittri kapitali):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:




ANNESS IV

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina konċepiti bl-użu ta’ semen li ġejja minn ċentri ta’ ġbir jew ħżin tas-semen approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur

Awtorità kompetenti lokaliPAJJIŻ:Ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzNru tat-Tel.I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatI.2.a.I.3. Awtorità kompetenti ċentraliI.4. Awtorità kompetenti lokaliI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.6. Persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UEIsemIndirizzKodiċi PostaliNru tat-Tel.I.7. Pajjiż tal-oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun tal-oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż tad-destinazzjoniISO codeI.10. Reġjun tad-destinazzjoniKodiċiI.11. Post tal-oriġiniIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzIsemNru tal-approvazzjoniIndirizzI.12. Post ta’ destinazzjoni:IsemIndirizzKodiċi PostaliI.13. Post tat-tagħbijaI.14. Data tat-tluqI.15. Mezz tat-trasportAjruplanVapurVagun tal-ferrovijaVettura tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi dokumentarjiI.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17.I.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS)05 11 99 85I.20. KwantitàI.21.I.22. Għadd ta’ pakkettiI.23. Għadd ta’ pakkettiI.24.I.25. Prodotti ċċertifikati għal:Riproduzzjoni artifiċjaliI.26. Għal tranżitu mill-UE lejn pajjiż terzPajjiż terzKodiċi ISOI.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiSpeċi(Isem xjentifiku)RazzaKategorijaL-identità ta’ omm l-annimalL-identità ta’ missier l-annimalId-data tal-iffriżarIn-numru tal-approvazzjoni tat-timKwantità

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitro bl-użu ta’ semen minn ċentri għas-semen approvati mill-pajjiż esportaturII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Jien, is-sottoskritt, il-veterinarju uffiċjali ta’ … niċċertifika li:(il-pajjiż esportatur) (2)II.1. L-embrijuni għall-esportazzjoni:II.1.1. ġew prodotti fil-pajjiż esportatur, li skont is-sejbiet uffiċjali:II.1.1.1. kien ħieles mir-rinderpest matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom;(1) jew [II.1.1.2. kien ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom u ma laqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu.](1) jew [II.1.1.2. ma kienx ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-produzzjoni tagħhom u/jew ma laqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul dak il-perjodu, ul-embrijuni ġew prodotti mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida,,l-embrijuni nħażnu skont il-kondizzjonijiet approvati għal mill-inqas 30 jum immedjatament wara l-produzzjoni tagħhom,id-donaturi femminili ġew minn oqsma fejn l-ebda annimal ma kien ġie mlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-30 jum qabel il-ġbir u l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli ma wera sinjali kliniċi tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-marda tal-infafet fil-ġilda imatul it-30 jum ta’ qabel, u minn tal-inqas it-30 jum ta’ wara l-ġbir tal-ooċiti.]II.1.2. ġew prodotti mit-tim tal-produzzjoni tal-embrijuni (3) li:ġie approvat skont il-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE;ipproduċa, ipproċessa, ħażen u ttrasporta l-embrijuni deskritti hawn fuq skont il-Kapitolu II tal-Anness A tad-Direttiva 89/556/KEE;huwa soġġett għal spezzjoni minn veterinarju uffiċjali għall-inqas darbtejn fis-sena..II.2. L-ooċiti użati fil-produzzjoni tal-embrijuni li għandhom jiġu esportati inġabru fi stabbilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda fit-30 jum immedjatament qabel il-ġbir tagħhom u sa ma ntbagħtu lejn l-Unjoni, fil-każ ta’ embrijuni friski, jew matul it-30 jum wara l-ġbir, fil-każ ta’ embrijuni soġġetti għal ħażna obbligatorja għal mill-inqas 30 jum skont il-punt II.2.2.II.3. Mill-ħin tal-ġbir tal-ooċiti sa 30 jum wara jew, fil-każ ta’ embrijuni friski sal-jum li fih jintbagħtu, l-embrijuni li għandhom jiġu esportati jkunu ġew maħżuna fi stabbilimenti li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ mill-inqas 10 km, fejn skont is-sejbiet uffiċjali ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, il-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda.”II.4. Id-donaturi tal-ooċiti użati fil-produzzjoni tal-embrijuni għall-esportazzjoni:II.4.1. inżammu, matul it-30 jum immedjatament qabel il-ġbir tal-ooċiti, f’post li f’raġġ ta’ 10 km madwaru, skont ir-riżultati uffiċjali, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-bluetongue, tal-marda emorraġika epiżootika, tal-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley, tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża jew il-marda tal-infafet fil-ġilda;II.4.2. ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fil-jum tal-ġbir;II.4.3. qattgħu s-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir fit-territorju tal-pajjiż esportatur f’mhux aktar minn żewġ merħlietli, skont ir-riżultati uffiċjali, kienu ħielsa mit-tuberkulożi matul dak il-perjodu,li, skont sejbiet uffiċjali, kienu ħielsa mill-bruċellożi matul dak il-perjodu,li kienu ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika jew li fihom l-ebda annimal ma wera sinjali kliniċi ta’ lewkożi bovina enżootika matul it-tliet snin ta’ qabel,li fihom l-ebda annimal bovin ma wera sinjali kliniċi ta’ rinotrakejite infettiva/vulvo-vaġinite pustulari infettiva matul it-12-il xahar ta’ qabel.(1) jew [II.4.4. inżammu f’pajjiż jew żona ħielsa mill-vajrus tal-bluetongue għal mill-inqas 60 jum qabel, u matul, il-ġbir tal-ooċiti;]

PAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitro bl-użu ta’ semen minn ċentri għas-semen approvati mill-pajjiż esportaturesportaturII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.(1) jew [II.4.4. inżammu matul perjodu staġonali ħieles jew ġew imħarsa mill-vettur għal mill-inqas 60 jum qabel, u matul, il-ġbir tal-ooċiti, u l-embrijuni ġew prodotti mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida, ħlief jekk id-donaturi sarilhom test seroloġiku biex jinstabulhom antikorpi tal-grupp tal-vajrus tal-bluetongue, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE bejn 21 u 60 jum wara l-ġbir u rriżultaw negattivi għalih u l-embrijuni nħażnu għal mill-inqas 30 jum.](1) jew [II.4.4. sarilhom test seroloġiku biex jinstabulhom antikorpi tal-grupp tal-vajrus tal-bluetongue, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri bejn 21 u 60 jum wara l-ġbir u rriżultaw negattivi għalih, u l-embrijuni nħażnu għal mill-inqas 30 jum.](1) jew [II.4.4. sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġent, imwettaq skont il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE fuq kampjun tad-demm meħud fil-jum tal-ġbir jew fil-jum tat-tbiċċir u rriżultaw negattivi għalih, u l-embrijuni jkunu ġew prodotti, fil-każ tal-aħħar, mingħajr penetrazzjoni taż-żona pelluċida.]II.5. L-embrijuni għall-esportazzjoni ġew ikkonċepiti bil-fertilizzazzjoni in vitro bl-użu ta’ semen li ġej minn ċentri ta’ ġbir jew ta’ ħżin tas-semen, approvati għall-ġbir, l-ipproċessar u/jew il-ħżin tas-semen mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz, jew parti minnu, elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE(4) jew mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru..NotiSkont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 89/556/KEE, l-embrijuni bovini prodotti in vitro bl-użu ta’ semen minn ċentri tas-semen approvati mill-pajjiż esportatur, importati skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan iċ-ċertifikat huma esklużi mill-kummerċ intern fl-Unjoni.Parti I:Kaxxa I.6: Il-persuna responsabbli mit-tagħbija fl-UE: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk hi ċertifikat għal prodotti fi tranżitu..Kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini għandu jikkorrispondi mat-tim tal-ġbir tal-embrijuni li minnu l-embrijuni jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni u elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni:http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Kaxxa I.22: L-għadd ta’ pakketti għandu jikkorrispondi mal-għadd ta’ kontenituri.Kaxxa I.23: L-identifikazzjoni tal-kontenitur u n-numru tas-siġill għandhom jiġu indikati.Kaxxa I.26: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.27: Imla skont jekk iċ-ċertifikat ikunx wieħed ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni.Kaxxa I.28: Speċi: agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif jixraq.Il-kategorija: agħżel “embrijuni prodotti in vitro”.L-identità ta’ omm l-annimal għandha tikkorrispondi mal-identifikazzjoni uffiċjali tal-annimal.L-identità ta’ missier l-annimal għandha tikkorrispondi mal-identifikazzjoni uffiċjali tal-annimal.Id-data tal-iffiriżar għandha tiġi indikata fil-format li ġej: jj.xx.ssss.In-numru tal-approvazzjoni tat-tim: għandu jikkorrispondi mat-tim tal-produzzjoni tal-embriju li pproduċa, ipproċessa u ħażen l-embrijuni; u elenkat skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm.Parti II:(1) Ħassar kif xieraq.(2) Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE biss.(3) Iċ-ċentri għall-produzzjoni tal-embrijuni elenkati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 89/556/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni biss: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/bovine/ova_embryos_en.htm(4) Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE biss.Il-kulur tal-firma u tat-timbru għandu jkun differenti minn dak tal-istampar.

PAJJIŻEmbrijuni bovini prodotti in vitro bl-użu ta’ semen minn ċentri għas-semen approvati mill-pajjiż esportaturII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Veterinarju uffiċjaliIsem (b’ittri kbar):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:

▼B




L-ANNESS V

ĊERTIFIKAT VETERINARJUEMBRIJUNI TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA GĦALL-IMPORTAZZJONI MIĠBURA JEW PRODOTTI QABEL L-1el TA' JANNAR 2006

1. Pajjiż ta’ provenjenza u awtorità kompetenti.2. Ċertifikat tas-saħħa Nru:A. L-ORIĠINI TA’ L-EMBRIJUNI3. Numru ta’ approvazzjoni ta’ l-iskwadra ta’ ġbir ta’ l-embrijuni jew ta’ l-iskwadra ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni (1):4. Isem u indirizz ta’ l-iskwadra ta’ ġbir ta’ l-embrijuni jew ta’ l-iskwadra ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni (1):5. Isem u indirizz ta’ min jikkonsenja6. Pajjiż u post tat-tagħbija7. Mezz ta’ trasportB. DESTINAZZJONI TA’ L-EMBRIJUNI8. Stat Membru destinatarju9. Isem u indirizz tad-destinatarjuC. IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-EMBRIJUNI10.1. Markata’identifikazzjoni ta’ l-embrijuni (2)10.2. Numru ta’ embrijuniembrijuni (2)10.3. Embrijuni prodotti (1)a) Miksuba bil-fertilizzazzjoni in vitrb) Suġġetti għall-penetrazzjoni taż-żona pelluċida10.4. Data tal-ġbir jew produzzjonia) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)a) iva/le (1)b) iva/le (1)

D. TAGĦRIF FUQ IS-SAĦĦA11.1. Jiena, hawn taħt iffirmat, veterinarju uffiċjali tal-Gvern ta’…(daħħal isem il-pajjiż esportatur)niċċertifika li:11.1. l-iskwadra ta’ ġbir (1) / produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni identifikata hawn fuq:— hija approvat skond il-Kapitolu I ta’ l-Anness A għad-Direttiva 89/556/KEE,— ġabret, ipproċessat, ipproduċiet (1) u ħażnet l-embrijuni deskritti hawn fuq skond il-Kapitolu II ta’ l-Anness A għad-Direttiva 89/556/KEE,— hija suġġetta għall-ispezzjoni minn veterinarju uffiċjali għallinqas darbtejn fis-sena.11.2. L-embrijuni għall-esportazzjoni nġabru (1) jew ġew prodotti (1) fil-pajjiż esportatur, li skond ir-riżultati uffiċjali:11.2.1. kien ħieles mir-rinderpest matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir (1) jew il-produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni;11.2.2.11.2.2.1.jew kien ħieles mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir (1) jew il-produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni u ma laqqamx kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul dan il-perjodu (1),jew11.2.2.2.ma kienx ħieles mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir (1) jew il-produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni u/jew laqqam kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul dan il-perjodu, u— l-embrijuni nħażnu skond il-kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum immedjatament wara l-ġbir, u— d-donaturi femminili u d-donaturi ta’ ovarji, ooċiti u tessuti oħra użati fil-produzzjoni ta’ l-embrijuni ġew minn stabbiliment fejn l-ebda annimal ma wera sinjali kliniċi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u lanqas ma tlaqqam kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul it-30 jum qabel il-ġbir (1);11.2.3.11.2.3.1.jew kien ħieles mill-bluetongue u l-marda emorraġika epiżootika (EHD) għat-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir (1) jew il-produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni għall-esportazzjoni u ma laqqamx kontra dan il-mard matul dan il-perjodu (1),jew11.2.3.2.ma kienx ħieles mill-bluetongue u l-marda emorraġika epiżootika (EHD) għat-12-il xahar immedjatament qabelil-ġbir (1) jew il-produzzjoni (1) ta’ l-embrijuni għall-esportazzjoni u/jew laqqam kontra dan il-mard matul dan il-perjodu, u— l-embrijuni nħażnu skond il-kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum immedjatament wara l-ġbir, u— d-donaturi femminili u d-donaturi ta’ ovarji, ooċiti u tessuti oħra użati fil-produzzjoni ta’ l-embrijuni kienu suġġetti għal test ta’ immuno-diffużjoni bl-agar ġel u għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum biex jiskopri l-antikorpi tal-marda emorraġika epiżootika, u rriżultaw negattivi għalihom, fuq kampjun tad-demm meħud mhux inqas minn 21 jum wara l-ġbir (1);11.3.11.3.1. Il-post fejn l-embrijuni għall-esportazzjoni jew ovarji, ooċiti u tessuti oħra użati fil-produzzjoni ta’ embrijuni għall-esportazzjoni nġabru u ġew ipproċessati kien, fiż-żmien tal-ġbir, jinsab fiċ-ċentru ta’ area b’dijametru ta’ 20 km fejn skond ir-riżultati uffiċjali ma kien hemm l-ebda inċidenza ta’ mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer, tal-bluetongue, tal-marda emorraġika epiżootika, ta’ l-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley jew tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża għal 30 jum immedjatament qabel il-ġbir u fil-każ ta’ embrijuni ċċertifikati skond 11.2.2.2 u 11.2.3.2 għal 30 jum wara l-ġbir;11.3.2. bejn iż-żmien tal-ġbir jew produzzjoni ta’ l-embrijuni għall-esportazzjoni u l-bgħit, kienu kontinwament maħżuna f’post approvat li kien jinsab fiċ-ċentru ta’ area b’dijametru ta’ 20 km fejn skond ir-riżultati uffiċjali ma kien hemm l-ebda inċidenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ta’ l-stomatite veżikulari, jew tad-deni Rift Valley;

11.4. id-donaturi femminili u d-donaturi ta’ ovarji, ooċiti u tessuti oħra użati fil-produzzjoni ta’ l-embrijuni:11.4.1. inżammu matul it-30 jum immedjatament qabel il-ġbir ta’ l-embrijuni għall-esportazzjoni f’post li jinsab fiċ-ċentru ta’ area b’dijametru ta’ 20 km fejn skond ir-riżultati uffiċjali matul dan il-perjodu ma kien hemm l-ebda inċidenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, tal-bluetongue, tal-marda emorraġika epiżootika, ta’ l-istomatite veżikulari, tad-deni Rift Valley u tal-plewropnewmonite bovina kontaġjuża;11.4.2. ma wrew l-ebda sinjali kliniċi ta’ mard fil-jum tal-ġbir;11.4.3. qattgħu s-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir fit-territorju tal-pajjiż esportatur f’massimu ta’ żewġ merħliet:— li, skond ir-riżultati uffiċjali, kienu ħielsa mit-tuberkulożi,— li, skond ir-riżultati uffiċjali, kienu ħielsa mill-bruċellożi,— li kienu ħielsa mill-lewkożi bovina enżootika jew fejn l-ebda annimal ta’ l-ispeċi bovina ma wera sinjali kliniċi ta’ lewkożi bovina enżootika matul it-tliet snin ta’ qabel,— li fihom l-ebda annimal ta’ l-ispeċi bovina ma wera sinjali kliniċi ta’ rinotrakejite infettiva/pustular vulvo-vaginitis infettiva matul it-12-il xahar ta’ qabel.11.5. L-embrijuni jikkonformaw mal-garanziji addizzjonali li ġejjin (3):11.5.1. jew l-embrijuni għall-esportazzjoni nġabru(1) jew ġew prodotti(1) fil-pajjiż esportatur, li skond ir-riżultati uffiċjali huwa ħieles mill-marda ta’ l-Akabane (1),jew11.5.2. l-embrijuni għall-esportazzjoni nġabru(1) jew ġew prodotti(1) fil-pajjiż esportatur, li skond ir-riżultati uffiċjali mhux ħieles mill-marda ta’ l-Akabane (1), u— l-embrijuni nħażnu skond il-kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum immedjatament wara l-ġbir, u— id-donaturi femminili u d-donaturi ta’ ovarji, ooċiti u tessuti oħra użati fil-produzzjoni ta’ l-embrijuni kienu suġġetti għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum għall-marda ta’ l-Akabane, li għalih irriżultaw negattivi, fuq kampjun tad-demm meħud mhux inqas minn 21 jum wara l-ġbir tagħhom (1).11.6. L-embrijuni għall-esportazzjoni ġew ikkonċepiti permezz ta’ l-inseminazzjoni artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro b’semen minn annimal maskili donatur miżmum f’ċentru għall-ġbir tas-semen approvat mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ semen jew b’semen importat mill-Komunità Ewropea.E. VALIDITÀ12. Data u post13. Isem u kwalifika tal-veterinarju uffiċjali14. Firma u timbru tal-veterinarju uffiċjali (4)Nota ta’ gwida:(1) Ħassar kif meħtieġ.(2) Tikkorrispondi għall-identifikazzjoni tal-baqar donaturi u d-data tal-ġbir.(3) Ara r-rimarki għall-pajjiż esportatur ikkonċernat fl-Anness I għad-Deċiżjoni …[daħħal referenza għad-Deċiżjoni preżenti](4) Il-firma u t-timbru għandhom ikunu ta’ kulur differenti minn dak ta’ l-istampar.Nota: Dan iċ-ċertifikat għandu:(a) jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni u ta’ l-Istat Membru li minnu l-embrijuni se jidħlu fit-territorju tal-Komunità;(b) jinħareġ għal destinatarju wieħed;(c) jakkumpanja l-embrijuni bil-kopja oriġinali;(d) jieqaf jintuża wara d-data indikata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni …[ daħħal referenza għad-Deċiżjoni preżenti].Tagħrif: Skond l-Artikolu 3 (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE, embrijuni importati taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan iċ-ċertifikat mhumiex eliġibbli għall-kummerċ intra-Komunitarju.



( 1 ) ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

( 2 ) ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, ta' l-4.2.2004, p. 15).

( 3 ) ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/774/KE (ĠU L 291, tal-5.11.2005, p. 46).

( 4 ) ĠU L 270, 15.9.1992, p. 27. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/786/KE (ĠU L 346, 23.11.2004, p. 32).

( 5 ) ĠU L 69, tas-16.3.2005, p. 41.

( 6 ) ĠU L 292, tal-15.9.2004, p. 21.