02005R0943 — MT — 24.01.2019 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 943/2005

tal-21 ta' Ġunju 2005

dwar l-awtorizzazzjoni pemananeti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 159 22.6.2005, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 361/2011 tat-13 ta’ April 2011

  L 100

22

14.4.2011

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014

  L 87

84

22.3.2014

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1145 tas-8 ta' Ġunju 2017

  L 166

1

29.6.2017

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/11 tat-3 ta' Jannar 2019

  L 2

17

4.1.2019




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 943/2005

tal-21 ta' Ġunju 2005

dwar l-awtorizzazzjoni pemananeti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



▼M4 —————

▼B

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet stipolati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4 —————

▼B




ANNESS II



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Skadenza tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

Enżimi

E 1604

►M2   ◄

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill- Penicillium funiculosum (IMI SD 101) b’attivita minima ta’:

Forma ta’ trab:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 2 000 U (1)/g

endo-1,4-beta-xylanase: 1 400 U (2)/g

Forma likwida:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U/ml

endo-1,4-beta-xylanase: 350 U/ml

Tiġieġ għall-bajd

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu tal-formazzjoni ta’ pritkuni.

2.  Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

3.  Għall-użu f’għalf kompost b’ammont kbir ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans u arabinoxylans), p.eż. fejn ikun hemm iktar minn 60 % ta’ xgħir u 30 % ta’ qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

Dundjani għat-tismin

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivu ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni ta’ addittiv.

2.  Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

3.  Għal użu f’għalf kompost fejn ikun hemm ammont kbir ta’ polysaccharides li mhumiex assoċjati mal-lamtu (l-iktar beta-glucans u arabinoxylans), p.eż. fejn ikun hemm iktar minn 30 % ta’ xgħir jew 20 % ta’ qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 70 U

E 1613

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’endo-1,4-beta-xylanase li jinġieb mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) li għandu attività minima ta’:

Forma ta’ trab: 70 000 IFP (3)/g

Forma likwida: 7 000 IFP/ml

Dundjani għat-tismin

1 400 IFP

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, l-iskadenza ta’ żmien tal-ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

2.  Doża rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ: 1 400 IFP.

3.  Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).p.eż. li fihom aktar minn 38 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

▼M3 —————

(1)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5.55 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ maltożju) minn barley beta-glucan fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 50 °C.

(2)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 4.00 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ maltożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’pH ta’ 5.5 u 50 °C.

(3)   1 IFP huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 4.8 u 50 °C.