2005L0068 — MT — 21.03.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2005/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2005

dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 323, 9.12.2005, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2007/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Settembru 2007

  L 247

1

21.9.2007

►M2

DIRETTIVA 2008/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

71

20.3.2008


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 270, 13.10.2007, p. 32  (05/68)




▼B

ID-DIRETTIVA 2005/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2005

dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 3 ), id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 4 ) u d-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 5 ) stabbilixxew dispożizzjonijiet relatati mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta fil-Komunità.

(2)

Dawk id-Direttivi jipprovdu l-qafas legali biex l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jmexxu l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni fis-suq intern, mill-perspettiva kemm tad-dritt ta’ l-istabbiliment kif ukoll tal-libertà tal-forniment tas-servizzi, sabiex jagħmluha eħfef għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li għandhom uffiċċji prinċipali fil-Komunità biex ikopru impenji li jinsabu fil-Komunità u biex jagħmluha possibbli għad-detenturi tal-poloz biex jirrikorru mhux biss għall-assiguraturi mwaqqfa fil-pajjiż tagħhom stess, iżda wkoll għall-assiguraturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħrajn.

(3)

Ir-reġim stabbilit b’dawk id-Direttivi japplika għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta rigward il-kummerċ kollu li dawn iwettqu, kemm attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni diretta kif ukoll attivitajiet tar-riassigurazzjoni permezz ta’ l-aċċettazzjonijiet; madankollu l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni mwettqa minn impriżi tar-riassigurazzjoni speċjalizzati la jaqgħu taħt dan ir-reġim u lanqas taħt xi reġim ieħor tal-liġi Komunitarja.

(4)

Ir-riassigurazzjoni hija attività finanzjarja ewlenija minħabba li tippermetti lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta, permezz ta’ iffaċilitar ta’ tqassim akbar tar-riskji fuq livell dinji, biex ikollhom kapaċità akbar ta’ sottoskrizzjoni biex jaħdmu fil-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u jipprovdu kopertura ta’ l-assigurazzjoni biex inaqqsu l-ispejjeż kapitali tagħhom; barra minn hekk ir-riassigurazzjoni għandha wkoll rwol fundamentali fl-istabbilità finanzjarja, minħabba li hija element essenzjali biex tiġi żgurata s-saħħa ta’ l-istat finanzjarju u l-istabbilità tas-swieq ta’ l-assigurazzjoni diretta, kif ukoll is-sistema finanzjarja sħiħa, minħabba li tinvolvi intermedjarji finanzjarji u investituri istituzzjonali ewlenin.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-libertà tal-forniment tas-servizzi fir-rigward ta’ riassigurazzjoni u r-retroċessjoni ( 6 ) neħħiet ir-restrizzjonijiet għad-dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà tal-forniment tas-servizzi relatati man-nazzjonalità jew ir-residenza ta’ min jipprovdi r-riassigurazzjoni. Din, madankollu, ma neħħietx ir-restrizzjonijiet ikkawżati minn diverġenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni prudenzjali tar-riassigurazzjoni. Din is-sitwazzjoni wasslet għal differenzi sinifikanti fil-livell ta’ sorveljanza ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni fil-Komunità, li joħolqu ostakoli għall-eżerċizzju tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni, bħall-obbligu ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tirhan l-assi sabiex tkopri l-parti tagħha tal-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni diretta, kif ukoll l-osservazzjoni mill-impriżi tar-riassigurazzjoni ta’ regoli ta’ sorveljanza differenti fl-Istati Membri varji fejn iwettqu l-kummerċ jew sorveljanza indiretta ta’ l-aspetti diversi ta’ impriża tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta.

(6)

Il-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji identifika r-riassigurazzjoni bħala settur li jeħtieġ azzjoni fuq livell Komunitarju sabiex jiġi kompletat is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Barra minn dan, fora finanzjarji ewlenin bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Għaqda Internazzjonali ta’ l-Awtoritajiet li Jissorveljaw l-Assigurazzjoni (IAIS) emfasizzaw in-nuqqas ta’ regoli armonizzati dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fuq livell Komunitarju bħala nuqqas importanti fil-qafas regolatorju dwar is-servizzi finanzjarji li għandu jimtela.

(7)

Din id-Direttiva timmira biex twaqqaf qafas regolatorju prudenzjali għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fil-Komunità. Hija tifforma parti mill-korp ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni li għandha bħala għan li twaqqaf is-Suq Intern fis-settur ta’ l-assigurazzjoni.

(8)

Din id-Direttiva hija konsistenti ma’ ħidma ewlenija internazzjonali li saret fuq regoli tar-riassigurazzjoni prudenzjali, b’mod partikolari l-IAIS.

(9)

Din id-Direttiva issegwi l-approċ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li ġiet adottata dwar l-assigurazzjoni diretta, billi twettaq l-armonizzazzjoni li hija essenzjali, meħtieġa u suffiċjenti biex tiżgura l-għarfien reċiproku ta’ l-awtorizzazzjonijiet u s-sistemi tal-kontroll, u b’hekk tagħmel possibbli li tingħata awtorizzazzjoni unika valida fil-Komunità kollha u tapplika l-prinċipju ta’ sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

(10)

B’riżultat ta’ dan, il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni huma suġġetti għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali waħda, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Din l-awtorizzazzjoni tippermetti li impriża tkun tista’ twettaq il-kummerċ fil-Komunità kollha, taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew il-libertà tal-forniment tas-servizzi. L-Istat Membru tal-fergħa, jew tal-forniment tas-servizzi, ma jistax jeżigi li impriża tar-riassigurazzjoni tfittex awtorizzazzjoni mill-ġdid jekk din tkun tixtieq twettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu u tkun diġà ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Barra minn hekk, impriża tar-riassigurazzjoni li diġà ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandhiex tkun suġġetta għal sorveljanza jew verifiki addizzjonali relatati mas-saħħa finanzjarja tagħha mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni li hija riassigurata minn dik l-impriża tar-riassigurazzjoni. Flimkien ma dan, l-Istati Membri m’għandhomx jitħallew jeżiġu li impriża tar-riassigurazzjoni, awtorizzata fil-Komunità, tagħti garanzija ta’ l-assi sabiex tkopri l-parti tagħha tal-dispożizzjonijiet tekniċi taċ-ċedenti. Il-kundizzjonijiet għall-għotja jew l-irtirar ta’ din l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu definiti. L-awtoritajiet isostnu m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu l-awtorizzazzjoni ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jilħqux il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu b’mod esklussiv il-kummerċ tar-riassigurazzjoni, u li ma jaħdmux fil-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta; għandha wkoll tgħodd għall-impriżi tar-riassigurazzjoni hekk imsejħa captive maħluqa jew proprjetà ta’ impriżi finanzjarji li mhumiex impriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jew grupp ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li għalihom tapplika id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni ( 7 ), jew minn waħda jew diversi impriżi mhux finanzjarji li l-iskop tagħhom huwa li jagħtu kopertura ta’ riassigurazzjoni esklussivament lir-riskji ta’ l-impriżi li jappartjenu għalihom. Meta f’din id-Direttiva issir riferenza għall-impriżi tar-riassigurazzjoni din għandha tinkludi l-impriżi tar-riassigurazzjoni captive, għajr meta ssir dispożizzjoni speċjali għall-impriżi tar-riassigurazzjoni captive. Impriżi tar-riassigurazzjoni captive ma jkoprux riskji li ġejjin mill-assigurazzjoni diretta esterna jew in-negozju tar-riassigurazzjoni mill-ġdid ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tkun tappartjeni għall-grupp. Minbarra dan, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jappartjenu ma’ konglomerat ma jistgħux ikollhom impriża captive.

(12)

Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma diġà soġġetti għad-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE; iżda sabiex jiġi żgurat l-istat finanzjarju b’saħħtu ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jwettqu wkoll kummerċ ta’ riassigurazzjoni u li l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk l-attivitajiet huma debitament meqjusa mir-rekwiżiti dwar il-kapital ta’ dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, id-dispożizzjonijiet relatati mal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu f’din id-Direttiva għandhom jgħoddu għall-kummerċ tar-riassigurazzjoni ta’ dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, jekk il-volum ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tagħhom jirrapreżenta parti sinifikanti tal-kummerċ kollu tagħhom.

(13)

Din id-Direttiva m’ għandhiex tapplika għall-għoti tal-kopertura tar-riassigurazzjoni li ssir jew li hija garantita bis-sħiħ minn Stat Membru għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fil-kapaċità ta’ l-assiguratur bħala l-aħħar soluzzjoni, b’mod partikolari fejn minħabba s-sitwazzjoni speċifika fis-suq, mhuwiex possibbli li tinkiseb kopertura kummerċjali adegwata; f’dan ir-rigward nuqqas ta’ “kopertura kummerċjali adegwata” għandu jfisser prinċipalment nuqqas fis-suq li huwa kkaratterizzat b’nuqqas ovvju ta’ varjetà suffiċjenti ta’ offerti ta’ l-assigurazzjoni, għalkemm primjums eċċessivi ma għandhomx jimplikaw insuffiċjenza ta’ dik il-kopertura kummerċjali. L-Artikolu 1, paragrafu 2 (d) ta’ din id-Direttiva japplika ukoll għall-arranġamenti bejn l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li għalihom japplikaw id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE u li jimmiraw biex jiggruppaw it-talbiet finanzjarji li jirriżultaw minn riskji kbar bħat-terroriżmu.

(14)

L-impriżi tar-riassigurazzjoni għandhom jillimitaw l-għanijiet tagħhom għan-negozju tar-riassigurazzjoni u l-operat relatat. Dan ir-rekwiżit jista’ jippermetti lill-impriża tar-riassigurazzjoni biex twettaq, per eżempju, attivitajiet bħall-għoti ta’ parir fuq l-istatistika jew attwarjali, analiżi tar-riskju jew riċerka għall-klijenti tagħha. Tista’ tinkludi wkoll funzjoni u attivitajiet tal-kumpannija holding fir-rigward ta’ attivitajiet tas-settur finanzjarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 punt 8 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u d-ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju ( 8 ). Fi kwalunkwe każ din il-ħtieġa ma tippermettix it-twettieq ta’ attivitajiet li mhumiex relatati ma banek jew finanzi.

(15)

Din id-Direttiva għandha tiċċara s-setgħat u l-mezzi ta’ sorveljanza mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom ikunu responsabbli biex jissorveljaw is-saħħa finanzjarja ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni, inkluż l-istat ta’ solvibbiltà tagħhom, it-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi xierqa u r-riżervi ta’ ugwaljanza u l-kopertura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u r-riżervi b’assi ta’ kwalità.

(16)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-mezzi ta’ sorveljanza li huma meħtieġa biex jiġi żgurat l-insegwiment ordinat tal-kummerċ minn impriżi tar-riassigurazzjoni fil-Komunità kollha, kemm jekk isir taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew inkella taħt id-dritt tal-forniment tas-servizzi. B’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jintroduċu salvagwardji xierqa jew jimponu penali bil-għan tal-prevenzjoni ta’ l-irregularitajiet u l-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tar-risassigurazzjoni.

(17)

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasferimenti ta’ portafolli għandhom ikunu konformi ma’ l-awtorizzazzjoni unika msemmija f’din id-Direttiva. Dawn għandhom japplikaw għal tipi differenti ta’ trasferimenti ta’ portafolli bejn l-impriżi tar-riassigurazzjoni, bħat-trasferimenti ta’ portafolli li jirriżultaw minn inkorporazzjonijiet bejn l-impriżi tar-riassigurazzjoni jew strumenti oħra tal-liġi tal-kumpannija jew it-trasferimenti ta’ portafolli ta’ telf mhux imħallsa f’ “run off” għall-impriża tar-riassigurazzjoni oħra. Minbarra dan, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasferimenti ta’ portafolli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-trasferiment lill-impriżi tar-riassigurazzjoni oħra tal-portafolli tal-kuntratti li jkunu saru taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi.

(18)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li, minħabba l-funzjoni tagħhom, jgħinu biex isaħħu l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tinżamm in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mibgħuta, il-lista ta’ indirizzati għandha tibqa’ f’limiti stretti. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom huwa awtorizzat it-tpartit ta’ informazzjoni msemmi hawn fuq; barra minn dan, fejn huwa stabbilit li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata biss bil-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jagħmlu l-qbil tagħhom suġġett għall-ħarsien ta’ kundizzjonijiet stretti. F’dan ir-rigward, u bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sorveljanza xierqa ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal regoli li jippermettu lill-Istati Membri biex jikkonkludu ftehim dwar skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi kemm-il darba l-informazzjoni żvelata hija suġġetta għal garanziji xierqa ta’ segretezza professjonali.

(19)

Bil-ħsieb li tiġi msaħħa s-sorveljanza prudenzjali ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni, għandu jiġi stabbilit li awditur għandu d-dmir li jirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, kull fejn, kif provdut f’din id-Direttiva, isir konxju, meta li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, ta’ xi fatti li x’aktarx ikollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew taż-żamma tal-kotba ta’ impriża tar-riassigurazzjoni. Tenut kont ta’ l-għan in vista, huwa xieraq li l-Istati Membri jipprovdu li dan id-dmir għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn dawn il-fatti huma skoperti minn awditur matul it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu f’impriża li għandha impenji mill-qrib ma’ impriża tar-riassigurazzjoni. Id-dmir ta’ l-awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti xi fatti u deċiżjonijiet dwar impriża tar-riassigurazzjoni li jiskopru matul it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom f’impriża li mhix tar-riassigurazzjoni ma jibdilx fih innifsu n-natura tal-funzjonijiet tagħhom f’dik l-impriża u lanqas il-mod li bih għandhom iwettqu dawk il-funzjonijiet f’dik l-impriża.

(20)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex tiġi definita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-impriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti li kienu diġà awtorizzati jew intitolati li jwettqu l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri qabel l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(21)

Sabiex impriża tar-riassigurazzjoni tkun tista’ tilħaq ir-rabtiet tagħha, l-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jirrikjedi li din twaqqaf dispożizzjonijiet tekniċi xierqa. In-numru ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi determinat skond id-Direttiva 91/674/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rendikonti annwali u r-rendikonti konsolidati ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni ( 9 ) u, rigward attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċju prinċipali tagħha għandu jiġi permess ukoll li jistabbilixxi regoli aktar speċifiċi skond id-Direttiva 2002/83/KE.

(22)

Impriża tar-riassigurazzjoni li twettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu, li l-kummerċ tagħha ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu jammonta għal aktar minn proporzjon żgħir tal-kummerċ totali tagħha, għandha tkun meħtieġa li twaqqaf riżerva ta’ ugwaljanza li ma tifformax parti mill-marġni tas-solvibbiltà; dik ir-riżerva għandha tiġi kalkolata skond wieħed mill-metodi stabbiliti fid-Direttiva 73/239/KEE u li huma magħrufa bħala ekwivalenti; barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tippermetti lill-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha li jeżiġi wkoll li hija twaqqaf riżervi ta’ ugwaljanza għal klassijiet ta’ riskju minbarra riassigurazzjoni tal-kreditu, skond ir-regoli mwaqqfa minn dak l-Istat Membru. Wara l-introduzzjoni ta’ l-Istandards tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (IFRS 4), din id-Direttiva għandha tiċċara t-trattament prudenzjali tar-riżervi ta’ ugwaljanza stabbiliti skond din id-Direttiva. Madankollu, peress li hemm il-bżonn li s-sorveljanza tar-riassigurazzjoni tkun stmata mill-ġdid taħt il-proġett ta’ Solvibbilità II, din id-Direttiva ma tħallix kwalunkwe sorveljanza tar-riassigurazzjoni futura taħt Solvibbilità II.

(23)

Impriża tar-riassigurazzjoni għandu jkollha assi biex tkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi u r-riżervi ta’ ekwalizzazzjoni li għandhom iqisu t-tip ta’ kummerċ li hija tagħmel, b’mod partikolari n-natura, l-ammont u l-iskadenza tal-ħlasijiet mistennija ta’ talbiet għall-indennizz, b’tali mod li jkunu żgurati s-suffiċjenza, l-likwidità, is-sigurtà, il-gwadann u t-tqabbil ta’ l-investimenti tagħha, li l-impriża għandha tiżgura li huma diversifikati u mxerrda b’mod xieraq u li jagħti lill-impriża l-possibilitajiet li tirreaġixxi b’mod xieraq għat-tibdil fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi, b’mod partikolari l-iżvilupp fis-swieq finanzjarji u s-swieq tal-proprjetà immobbli jew inċidenti katastrofiċi kbar.

(24)

Huwa meħtieġ li, minbarra dispożizzjonijiet tekniċi, l-impriżi tar-riassigurazzjoni iżommu riżerva supplimentari, magħrufa bħala l-marġni tas-solvibbiltà, rappreżentat minn assi ħielsa u, bil-qbil ta’ l-awtorità kompetenti, minn assi oħrajn impliċiti, li għandha taġixxi biex twaqqaf l-effett ta’ varjazzjonijiet negattivi fil-kummerċ. Dan ir-rekwiżit huwa element importanti ta’ sorveljanza prudenzjali. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-reġim kurrenti tal-marġni tas-solvibbiltà, li l-Kummissjoni qiegħda twettaq taħt l’hekk imsejjaħ proġett “Solvency II”, sabiex tiddetermina l-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni, għandhom jgħoddu r-regoli pprovduti fil-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni diretta.

(25)

Fid-dawl tas- similaritajiet bejn ir-riassigurazzjoni tal-ħajja li tkopri r-riskju ta’ mortalità u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja, b’mod partikolari l-kopertura ta’ riskji ta’ l-assigurazzjoni u t-tul taż-żmien tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni tal-ħajja, il-marġni tas-solvibbilità meħtieġ għar-riassigurazzjoni tal-ħajja għandu jiġi stabbilit skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għall-kalkolu tal-marġni ta’ solvibbilità meħtieġ għar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja; l-Istat Membru fejn impriża għandha l-uffiċju prinċipali tagħha għandu madankollu jitħalla japplika r-regoli msemmija fid-Direttiva 2002/83/KE għat-twaqqif tal-marġni ta’ solvibbilità meħtieġa fir-rigward ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tal-ħajja li huma marbutin mal-fondi ta’ l-investiment jew il-kuntratti parteċipanti.

(26)

Sabiex jittieħed kont tan-natura partikolari ta’ xi tipi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni jew linji speċifiċi tal-kummerċ, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex isiru tibdiliet għall-kalkolu tal-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà; dawn it-tibdiliet għandhom isiru mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni Ewropew u Pensjonijiet tax-Xogħol, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE ( 10 ) fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha mit-Trattat.

(27)

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 11 ).

(28)

Il-lista ta’ oġġetti eliġibbli biex jirrappreżentaw il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà mwaqqaf b’din id-Direttiva għandha tkun dik msemmija fid-Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE.

(29)

L-impriżi tar-riassigurazzjoni għandhom jippossjedu wkoll fond ta’ garanzija biex jiżguraw li għandhom riżorsi xierqa meta jiġu mwaqqfa, u li fil-kors sussegwenti tal-kummerċ il-marġni ta’ solvibbiltà f’ebda każ ma jaqa’ taħt minimu ta’ sigurtà; madankollu sabiex jiġu meqjusa l-ispeċifiċitajiet ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni captive, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tippermetti lill-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali li tistabbilixxi l-fond minimu ta’ garanzija meħtieġ għall-impriżi tar-riassigurazzjoni captive f’ammont aktar baxx.

(30)

Xi dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiddefinixxu l-istandards minimi. Stat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali għandu jkun jista’ jwaqqaf regoli aktar stretti għall-impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu stess, b’mod speċjali rigward ir-rekwiżiti tal-marġni ta’ solvibbiltà.

(31)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite; għaldaqstant it-tifsira tar-riassigurazzjoni finite għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva hija meħtieġa minħabba n-natura speċjali ta’ din il-linja ta’ attività tar-riassigurazzjoni, l-Istat Membru fejn impriża għandha l-uffiċju prinċipali tagħha għandu jingħata l-għażla li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-insegwiment ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu differenti mill-ordni ġenerali stabbilit f’din id-Direttiva fuq numru ta’ punti speċifiċi.

(32)

Din id-Direttiva għandha tipprovdi regoli għal dawk l-istrumenti bi skop speċjali li jassumu riskji mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. In-natura speċjali ta’ dawn l-istrumenti bi skop speċjali, li mhumiex impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, issejjaħ għat-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri. Minbarra dan, din id-Direttiva għandha tgħid li l-Istat Membru fejn impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jwaqqafregoli aktar dettaljati sabiex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-ammonti mhux imħallsa minn strumenti ta’ skop speċjali jistgħu jintużaw bħala assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi minn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi wkoll li l-ammonti li jiġu rkuprati minn strument ta’ skop speċjali jistgħu jitqiesu ammonti li jistgħu jitnaqqsu taħt kuntratti tar-riassigurazzjoni jew retroċessjoni fil-limiti mniżżla f’din id-Direttiva, salv li ssir applikazzjoni minn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew mill-impriża ta’ riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti u wara l-ftehim ta’ dik l-awtorità.

(33)

Huwa meħtieġ li jiġu pprovduti miżuri f’każijiet fejn is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni ssir tali li tagħmilha diffiċli għaliha li tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ sottoskrizzjoni. F’sitwazzjonijiet speċifiċi, hemm ukoll il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa li jintervjenu fi stadju bikri biżżejjed, iżda fl-eżerċizzju ta’ dawk il-poteri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-impriżi tar-riassigurazzjoni dwar ir-raġunijiet għal-tali azzjoni ta’ sorveljanza, skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u proċess xieraq skond il-liġi. Sakemm tibqa tirriżulta din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu pprojbiti milli jiċċertifikaw li l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha marġni suffiċjenti ta’ solvibbiltà.

(34)

Huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni għal koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li impriża tar-riassigurazzjoni li twettaq l-attivitajiet tagħħa taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment u l-liberta tal-provvista tas-servizzi tosserva d-dispożizzjonijiet li jgħoddu għaliha fl-Istat Membru li jospita.

(35)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar id-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati jekk awtorizzazzjoni tiġi miċħuda jew irtirata.

(36)

Huwa importanti li jiġi pprovdut li l-impriżi tar-riassigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom sitwat barra mill-Komunità u li jmexxu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità ma jkunux soġġetti għal dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru.

(37)

Sabiex jitqiesu l-aspetti internazzjonali tar-riassigurazzjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tippermetti l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali ma’ pajjiż terz bl-għan li jiġu ddefiniti l-mezzi tas-sorveljanza fuq l-entitajiet tar-riassigurazzjoni li jmexxu l-kummerċ fit-territorju ta’ kull parti fil-kuntratt.

(38)

Għandha jkun hemm provvediment għal proċedura flessibbli sabiex ikun possibbli li tiġi mkejla l-ekwivalenza tar-regolazzjoni prudenzjali ma’ pajjiżi terzi fuq bażi Komunitarja, sabiex tittejjeb il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tar-riassigurazzjoni f’pajjiżi terzi, kemm jekk permezz tad-dritt ta’ l-istabbiliment kif ukoll bil-forniment ta’ servizzi trans-fruntiera. Għal dak l-iskop, din id-Direttiva għandha tipprovdi proċeduri għal negozjati ma’ pajjiżi terzi.

(39)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, kemm-il darba dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta’ din id-Direttiva. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jippermettu lill-Komunità sabiex tqis l-iżvilupp futur tar-riassigurazzjoni. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(40)

Il-qafas legali eżistenti Komunitarju għall-assigurazzjoni għandu jiġi adattat sabiex iqis ir-reġim ġdid ta’ sorveljanza għall-impriżi tar-riassigurazzjoni mwaqqaf b’din id-Direttiva u sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju konsistenti għas-settur kollu ta’ l-assigurazzjoni. B’mod partikolari, għandhom jiġu adattati d-dispożizzjonijiet eżistenti li jippermettu “sorveljanza indiretta” ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu mħassra d-dispożizzjonijiet preżenti li jippermettu lill-Istati Membri jeżiġu r-rahan ta’ l-assi biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni, tkun xi tkun il-forma ta’ dan ir-rekwiżit fejn l-assiguratur huwa riassigurat minn impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva, jew minn impriża ta’ l-assigurazzjoni. Fl-aħħar, għandu jiġi pprovdut li l-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet tar-riassigurazzjoni, meta dawn l-attivitajiet jirrapreżentaw parti sinifikanti tal-kummerċ tagħhom, huwa soġġett għar-regoli tas-solvibbiltà provduti għall-impriżi tar-riassigurazzjoni f’din id-Direttiva. Id-Direttivi 73/239/KEE, 92/49/KEE u 2002/83/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(41)

Id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata biex tiggarantixxi li l-impriżi tar-riassigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma suġġetti għas-sorveljanza supplimentari bl-istess mod bħall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li bħalissa huma parti minn grupp ta’ l-assigurazzjoni.

(42)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta’ liġijiet ( 12 ), il-Kunsill għandu jinkoraġġixxi l-Istati Membri sabiex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li safejn ikun possibbli jillustraw il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasPOŻIZZjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(43)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas legali għall-bidu u t-twettiq ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(44)

Ladarba din id-Direttiva tiddefinixxi l-istandards minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli aktar stretti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-bidu u l-eżerċizzju ta’ l-attività indipendenti tar-riassigurazzjoni mwettqa minn impriżi tar-riassigurazzjoni, li jagħmlu biss attivitajiet tar-riassigurazzjoni, u li huma mwaqqfa fi Stat Membru jew jixtiequ li jiġu mwaqqfa fih.

2.  Din id-Direttiva m’għandhiex tgħodd għal dawn li ġejjin:

(a) l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li għalihom jgħoddu id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE;

(b) l-attivitajiet u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 u 3 tad-Direttiva 73/239/KEE;

(ċ) l-attivitajiet u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/83/KE;

(d) l-attività tar-riassigurazzjoni mwettqa jew garantita bis-sħiħ mill-gvern ta’ Stat Membru meta dan qiegħed jaġixxi, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fil-kapaċità ta’ riassiguratur meta jkun falla kull tentattiv ieħor, inkluż f’ċirkostanzi fejn rwol bħal dan huwa meħtieġ minn sitwazzjoni fis-suq fejn mhux possibbli li tinkiseb kopertura kummerċjali adegwata.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “riassigurazzjoni” tfisser l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji ċeduti minn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew minn impriża oħra tar-riassigurazzjoni. Fil-każ ta’ assoċjazzjoni ta’ persuni li jiffirmaw poloz ta’ l-assigurazzjoni magħrufa bħala Lloyd’s, ir-riassigurazzjoni tfisser ukoll l-attivita li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji ċeduti minn membru tal-Lloyd’s, minn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minbarra assoċjazzjoni ta’ dawk li jiffirmaw il-poloz magħrufa bħala Lloyd’s;

(b) “impriża tar-riassigurazzjoni captive” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni li tkun proprjetà ta’ impriża finanzjarja minbarra impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew grupp ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 98/78/KE, jew minn impriża mhux finanzjarja, li għandha l-iskop tagħti kopertura tar-riassigurazzjoni esklussivament għar-riskji ta’ l-impriża jew l-impriżi li magħhom din tappartjeni jew impriża jew impriżi tal-grupp li tiegħu l-impriża tar-riassigurazzjoni captive hija membru;

c) “impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 3;

(d) “fergħa” tfisser aġenzija jew fergħa ta’ impriża tar-riassigurazzjoni;

(e) “stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew fergħa ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, tenut kont tal-punt (d);

(f) “Stat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha” tfisser l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni;

(g) “Stat Membru tal-fergħa” tfisser l-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa ta’ impriża tar-riassigurazzjoni;

(h) “Stat Membru li jospita” tfisser l-Istat Membru fejn impriża tar-riassigurazzjoni għandha fergħa jew tipprovdi s-servizzi;

(i) “kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE ( 13 ), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(j) holding kwalifikattiva” tfisser sehem dirett jew indirett f’impriża li tirrappreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ l-impriża fejn jeżistu ’holding’;

(k) “impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(l) “sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(m) “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li ngħataw is-setgħa mil-liġi jew minn regolament biex jissorveljaw l-impriżi tar-riassigurazzjoni;

(n) “rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta’:

(i) parteċipazzjoni, li tfisser il-proprjetà, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża, jew

(ii) kontroll, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(o) “impriża finanzjarja” tfisser waħda mill-entitajiet li ġejjin:

(i) istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża tas- servizzi ta’ l-ibbankjar anċillari skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(5) u (23) tad-Direttiva 2000/12/KE ( 14 );

(ii) impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(i)) tad-Direttiva 98/78/KE;

(iii) ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni finanzjarja skond it-tifsira ta’ punt 1 ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE ( 15 );

(iv) kumpannija holding bis-sehem finanzjarju mħallat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

(p) “strument ta’ skop speċjali” tfisser kwalunkwe impriża, kemm jekk inkorporata jew le, minbarra impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni eżistenti, li tassumi r-riskji mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u li tipprovdi fondi b’mod sħiħ għal esPOŻIZZjoni tagħha għar-riskji permezz ta’ introjtu minn ħruġ ta’ dejn jew mekkaniżmu ta’ iffinanzjar ieħor fejn il-ħlas lura tad-drittijiet ta’ dawk li jipprovdu dan id-dejn jew il-mekkaniżmu ta’ l-iffinanzjar ieħor huma subordinati għall-obbligu tal-ħruġ mill-ġdid ta’ dan l-istrument;

(q) “riassigurazzjoni finite” tfisser riassigurazzjoni li taħtha t-telf massimu espliċitu potenzjali, mogħti bħala r-riskju ekonomiku massimu trasferit, li jirriżulta kemm mir-riskju tas-sottoskrizzjoni sinifikanti kif ukoll mit-trasferiment tar-riskju taż-żamma ta’ ħin, jaqbżu l-premjum, matul il-ħajja tal-kuntatt, b’ammont limitat iżda sinifikanti, flimkien ma ta’ l-inqas wieħed mill-aspetti li ġejjin:

(i) konsiderazzjonijiet espliċiti u materjali tal-valur tal-mument tal-flus;

(ii) dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jimmoderaw il-bilanċ ta’ l-esperjenza ekonomika bejn il-partijiet maż-żmien sabiex jiksbu t-trasferiment tar-riskju tal-mira.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu, l-għoti ta’ kopertura minn impriża ta’ riassigurazzjoni lill-istituzzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-irtirar mix-xogħol li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Direttiva 2003/41/KE ( 16 ), fejn il-liġi tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tippermetti din id-dispożizzjoni, għandha titqies ukoll bħala attività li taqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(d) kwalunkwe preżenza permanenti ta’ impriża ta’ riassigurazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tingħata l-istess trattament mogħti lil aġenzija jew fergħa, ukoll jekk dik il-preżenza ma tiħux il-forma ta’ fergħa jew aġenzija, iżda tikkonsisti biss f’uffiċċju amministrat mill-impjegati ta’ l-impriża stess jew minn persuna li hija indipendenti iżda li għandha awtorità permanenti biex taġixxi għall-impriża bl-istess mod bħal aġenzija.

▼M1

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(j), fil-kuntest ta' l-Artikoli 12 u 19 sa 23 u tal-livelli l-oħra ta' holding imsemmija fl-Artikolu 19 sa 23, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE ( 17 ) kif ukoll il-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta' dik id-Direttiva.

L-Istati Membri m’għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet tal-vot jew l-ishma li kumpaniji ta' investiment jew istituzzjonijiet ta' kreditu jista’ jkollhom bħala riżultat tal-provvediment ta' sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod inklużi taħt il-punt 6 tat-Taqsima A ta' l-Anness I (17) , sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fl-ġestjoni ta' l-emittent u, minn naħa l-oħra mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

▼B

Għall-iskopijiet ta’ paragrafu 1(l), kwalunkwe sussidjarja ta’ l-impriża sussidjarjagħandha titqies ukoll bħala sussidjarja ta’ l-impriża li hija l-impriża b’responsabbiltà ġenerali għal dawk l-impriżi.

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(n):

 kwalunkwe impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha titqies bħala sussidjarja ta’ l-impriża li hija l-kap ta’ dawk l-impriżi.

 sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar huma marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandhom jitqiesu wkoll bħala li jagħmlu impenn mill-qrib bejn dawn il-persuni.

3.  Kull fejn din id-Direttiva tagħmel referenza għall-euro, il-valur tal-konverżjoni fil-munita nazzjonali li għandu jiġi adottat għandu, sa mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, ikun dak ta’ l-aħħar jum tax-xahar ta’ Ottubru ta’ qabel li għalih il-valuri tal-konverżjoni ta’ l-euro jistgħu jinkisbu fil-muniti kollha tal-Komunità.



TITOLU II

IL-BIDU TAL-KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI U L-AWTORIZZAZZJONI TA’ L-IMPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI

Artikolu 3

Il-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni

Il-bidu tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn hemm l-uffiċċju prinċipali, minn:

(a) kwalunkwe impriża li tistabbilixxi l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat;

(b) kwalunkwe impriża tar-riassigurazzjoni li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni u testendi l-kummerċ tagħħa għal attivitajiet oħrajn ta’ riassigurazzjoni barra minn dawk diġà awtorizzati.

Artikolu 4

L-għan ta’ l-awtorizzazzjoni

1.  Awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 3 għandha tkun valida fil-Komunità kollha. Għandha tippermetti lil impriża tar-riassigurazzjoni biex tagħmel il-kummerċ hemm, taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi.

2.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja jew il-kwalitajiet kollha ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni, skond it-talba magħmula mill-applikant.

Għandha tiġi meqjusa fid-dawl ta’ l-iskema ta’ operazzjonijiet li tiġi ppreżentata skond l-Artikoli 6(b) u 11 u t-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li minnu hija mitluba l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

Il-forma ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni

1.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ li kull impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tintalab awtorizzazzjoni tadotta waħda mill-forom stabbiliti fl-Anness I.

Impriża tar-riassigurazzjoni tista’ wkoll tadotta l-forma ta’ Kumpannija Ewropea (SE), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 ( 18 ).

2.  L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, iwaqqfu impriża fi kwalunkwe forma tal-liġi pubblika kemm-il darba dawn l-organizzazzjonijiet għandhom bħala l-għanijiet tagħhom operazzjonijiet tar-riassigurazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jaħdmu taħthom l-impriżi tal-liġi privati.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet

L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tintalab awtorizzazzjoni li:

(a) tillimita l-għanijiet tagħha għall-kummerċ tar-riassigurazzjoni u operazzjonijiet relatati; dan ir-rekwiżit jista’ jinkludi funzjoni ta’ kumpannija holding u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens ta’ l-Artikolu 2 punt 8 tad-Direttiva 2002/87/KE;

(b) tippreżenta skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 11;

(ċ) tippossjedi l-fond minimu tal-garanzija li għalih jirreferi l-Artikolu 40(2);

(d) tkun effettivament amministrata minn persuni ta’ reputazzjoni tajba u li jkollhom kwalifiki jew esperjenza professjonali xierqa.

Artikolu 7

Rabtiet mill-qrib

1.  Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-impriża tar-riassigurazzjoni u persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk il-konnessjonijiet ma jwaqqfux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż li mhux membru li jirregolaw persuna waħda jew aktar fiżika jew ġuridika li magħha għandha impenji mill-qrib l-impriża tar-riassigurazzjoni, jew diffikultajiet involuti fl-esekuzzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-impriżi tar-riassigurazzjoni jagħtuhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi kontinwa.

Artikolu 8

L-uffiċċju prinċipali ta’ l- impriża tar-riassigurazzjoni

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċji prinċipali ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni ikunu jinsabu fl-istess Stat Membru fejn għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom.

Artikolu 9

Il-kundizzjonijiet tal-poloz u skali ta’ primjums

1.  Din id-Direttiva m’għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni u l-komunika ta’ kwalunkwe dokumenti oħrajn meħtieġa għall-eżerċizzju normali tas-sorveljanza.

2.  Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw dispożizzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel jew notifika sistematika ta’ kundizzjonijiet ġenerali jew speċjali tal-polza, skali tal-primjums u formoli u dokumenti oħrajn stampati li impriża tar-riassigurazzjoni bi ħsiebha tuża fix-xogħol tagħha dwar impriżi li jagħmlu ċessjoni jew retro-ċessjoni.

Artikolu 10

Il-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq

L-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tiġi meqjusa fid-dawl tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 11

Skema ta’ l-operazzjonijiet

1.  L-iskema ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(b) għandha tinkludi d-dettalji jew evidenza ta’:

(a) in-natura tar-riskji li l-impriża tar-riassigurazzjoni tipproponi li tkopri;

(b) it-tipi ta’ arranġamenti tar-riassigurazzjoni li l-impriża tar-riassigurazzjoni tipproponi li tagħmel ma’ impriżi li jagħmlu ċessjoni;

(ċ) il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-retroċessjoni;

(d) l-oġġetti li jifformaw il-fond minimu tal-garanzija;

(e) l-istimi ta’ l-ispejjeż tat-twaqqif tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni biex jinkiseb il-kummerċ u r-riżorsi finanzjarji maħsuba biex ilaħħqu ma’ l-ispejjeż.

2.  Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, għall-ewwel tliet snin finanzjarji, l-iskema ta’ operazzjonijiet għandu jkun fiha:

(a) stimi ta’ l-ispejjeż amministrattivi minbarra spejjeż ta’ twaqqif, b’mod partikolari spejjeż u kummissjonijiet ġenerali kurrenti;

(b) stimi tal-primjums u kontribuzzjonijiet u talbiet għall-indennizz;

(ċ) previżjoni tal-karta tal-bilanċ;

(d) stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba biex ikopru r-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni u l-marġni tas-solvibbiltà.

Artikolu 12

L-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil impriża biex tibda l-kummerċ tar-riassigurazzjoni qabel ma jkunu ġew mgħarrfa dwar l-identitajiet ta’ l-azzjonisti jew membri, diretti jew indiretti, kemm jekk persuni fiżiċi jew legali, li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi f’dik l-impriża u l-ammont tagħhom.

L-istess awtoritajiet għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba u prudenzjali ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, mhumiex sodisfatti dwar il-kwalifika ta’ l-azzjonisti jew il-membri.

Artikolu 13

Ċaħda ta’ l-awtorizzazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għandu jkun fiha r-raġunijiet preċiżi li għalihom ittieħdet u għandha tiġi notifikata lill-impriża konċernata.

Kull Stat Membru għandu jipprovdi għad-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati, skond l-Artikolu 53, fil-każ li jkun hemm ċaħda.

Dispożizzjoni bħal din għandha ssir ukoll fil-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ma kkunsidrawx applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li jkunu rċevewha.

Artikolu 14

Konsultazzjoni minn qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża tar-riassigurazzjoni, li hija:

(a) sussidjarja ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut, li hija responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża tar-riassigurazzjoni, li hija:

(a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità.

3.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw lil xulxin meta jqisu l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta’ entità oħra fl-istess grupp. Għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni fuq l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti fl-għotja ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima kontinwata fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-operat.



TITOLU III

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IL-KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI



KAPITOLU 1

Il-prinċipji u l-metodi ta’ sorveljanza finanzjarja



Taqsima 1

L-awtoritajiet kompetenti u r-regoli ġenerali

Artikolu 15

L-awtoritajiet kompetenti u l-għan tas-sorveljanza

1.  Is-sorveljanza finanzjarja ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, inkluża dik tal-kummerċ li twettaq permezz ta’ fergħat jew taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi, għandha tkun ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom raġuni biex jikkunsidraw li l-attivitajiet ta’ impriża tar-riassigurazzjoni jistgħu jaffetwaw l-istat finanzjarju b’saħħtu tagħhom, għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Dawn l-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jiddeterminaw jekk l-impriża tar-riassigurazzjoni hix qed tħares ir-regoli prudenzjali mwaqqfa b’din id-Direttiva.

2.  Is-sorveljanza finanzjarja skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi verifika, rigward il-kummerċ kollu ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni, dwar l-istat ta’ solvibbiltà tagħha, dwar it-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u dwar l-assi li jkopruhom skond ir-regoli mwaqqfa jew il-prattiki segwiti fl-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha taħt dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju.

3.  L-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jiċħad kuntratt ta’ retroċessjoni konkluż mill-impriża tar-riassigurazzjoni ma’ impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni jew dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom jeħtieġu lil kull impriża tar-riassigurazzjoni jkollha proċeduri xierqa amministrattivi u għaż-żamma tal-kotba u mekkaniżmi tal-kontroll intern.

Artikolu 16

Is-sorveljanza tal-fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

L-Istat Membru tal-fergħa għandu jipprovdi li kull fejn impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor tagħmel kummerċ permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jistgħu, wara li jkunu avżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, jagħmlu huma stess jew permezz ta’ intermedjarju li jqabbdu huma għal dak l-iskop, verifika għall-għarrieda fuq il-post, ta’ l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza finanzjarja ta’ l-impriża. L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jistgħu jipparteċipaw f’dik il-verifika.

Artikolu 17

Informazzjoni dwar iż-żamma tal-kotba, prudenzjali u statistika: Setgħat ta’ sorveljanza

1.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li kull impriża tar-riassigurazzjoni li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab fit-territorju tiegħu tipproduċi rendikont annwali, li jkopri kull tip ta’ operazzjoni, tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u tas-solvibbiltà tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tar-riassigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċji prinċipali fit-territorji tagħhom jagħtu perjodikament il-formoli tat-taxxi, flimkien ma’ dokumenti statistiċi, li huma meħtieġa għall-iskopijiet tas-sorveljanza. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil xulxin kwalunkwe dokument u informazzjoni li huma siewja għall-għanijiet tas-sorveljanza.

3.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-poteri u l-mezzi meħtieġa għas-sorveljanza tal-kummerċ ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom, inkluż il-kummerċ li jagħmlu barra minn dawk it-territorji.

4.  B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li:

(a) jagħmlu inkjesti dettaljati dwar is-sitwazzjoni ta’ impriża tar-riassigurazzjoni u l-kummerċ kollu tagħha, inter alia, billi jiġbru l-informazzjoni jew jeħtieġu li jiġu sottomessi dokumenti dwar il-kummerċ tagħha tar-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni, u billi jwettqu investigazzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni;

(b) jieħdu kwalunkwe miżura rigward impriża tar-riassigurazzjoni, id-diretturi jew l-amministratturi tagħha jew il-persuni li jikkontrollawha, li huma xierqa u meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kummerċ ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni jkompli jħares il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha tħares f’kull Stat Membru;

(ċ) jiżguraw li dawk il-miżuri jitwettqu, bl-infurzar jekk meħtieġ, permezz ta’ mezzi ġudizzjarji.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu dispożizzjoni biex l-awtoritajiet kompetenti jiksbu kull informazzjoni dwar kuntratti li jinżammu mill-intermedjarji.

Artikolu 18

Trasferiment tal-portafoll

Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza lil impriżi tar-riassigurazzjoni bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorju tiegħu, biex jittrasferixxu l-portafolli tal-kuntratti tagħhom kollha, jew parti minnhom, inklużi dawk konklużi taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, lil uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni mwaqqaf fil-Komunità, jekk l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu jiċċertifika li, wara li jqis it-trasferiment, dan ta’ l-aħħar għandu l-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ msemmi fil-Kapitolu 3.



Taqsima 2

Parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi

▼M1

Artikolu 19

Akkwisti

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien, minn issa ‘l quddiem “l-akkwirent propost”, li ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw direttament jew indirettament, holding kwalifikanti f’impriża ta' riassigurazzjoni jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, tali holding kwalifikanti f’impriża ta' riassigurazzjoni b’ tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’tali mod li l-impriża ta' riassigurazzjoni ssir sussidjarja tagħha (minn hawn ‘il quddiem “l-akkwist propost”), jinnotifikaw qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-impriża ta' riassigurazzjoni li fiha qed jipprovaw jakkwistaw jew iżidu holding kwalifikanti, billi jindikaw id-daqs tal-holding maħsub u l-informazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 19a(4). L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta' 30 % fejn skond l-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta' terz.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievu n-notifika kif ukoll wara li tiġi possibilment irċevuta sussegwentement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jikkonfermaw bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta' sittin jum ta' xogħol mid-data tal-konferma ta' l-irċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 19a(4) (minn hawn ‘il quddiem “il-perijodu ta' evalwazzjoni”), biex iwettqu l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 19a(1) (minn hawn ‘il quddiem “l-evalwazzjoni”).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' evalwazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.

3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perijodu ta' evalwazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard mill-ħamsin jum ta' xogħol tal-perijodu ta' evalwazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-evalwazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perijodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-irċevuta ta' rispons għaliha mill-akkwirent propost, il-perijodu ta' evalwazzjoni għandu jkun interrott. Dan il-waqfien m’għandux jeċċedi l-għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika ta' l-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti iżda tista’ ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perijodu ta' evalwazzjoni.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa tletin jum ta' xogħol, jekk l-akkwirent propost:

(a) jinsab jew huwa regolat barra l-Komunità;

(b) huwa persuna fiżika jew legali u mhuwiex soġġett għal superviżjoni taħt din id-Direttiva, jew id-Direttivi 85/611/KEE ( 19 ), 92/49/KEE, 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE ( 20 ).

5.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien ta' jumejn ta' xogħol, li ma jeċċedux il-perijodu ta' evalwazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Suġġett għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq it-talba ta' l-akkwirent propost. Dan m’għandux jipprevjeni Stat Membru milli jippermetti awtorità kompetenti twettaq dan l-iżvelar mingħajr it-talba ta' l-akkwirent propost.

6.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub fil-perijodu ta' evalwazzjoni l-akkwist propost, dan għandu jitqies li ġie approvat.

7.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perijodu massimu għall-konklużjoni ta' l-akkwist propost u jestendu dan il-perijodu fejn xieraq.

8.  L-Istati Membri jistgħu ma jimponux rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar akkwisti diretti jew indiretti ta' drittijiet tal-vot jew ta' kapital li jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 19a

Evalwazzjoni

1.  Fl-evalwazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 19(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3), l-awtoritajiet kompetenti, biex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta' l-impriża ta' riassigurazzjoni, li fiha ikun propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża ta' riassigurazzjoni, għandhom jivevalwaw l-adegwatezza ta' l-akkwirent propost u tas-solidità finanzjarja ta' l-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta' l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju ta' l-impriża ta' riassigurazzjoni bħala riżultat ta' l-akkwist propost;

(ċ) is-solidità finanzjarja ta' l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża ta' riassigurazzjoni fejn ikun propost l-akkwist;

(d) jekk l-impriża ta' riassigurazzjoni hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, b’mod partikolari, id-Direttivi 98/78/KE u 2002/87/KE, b’mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiddetermina l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(e) jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma' l-akkwist propost, qed isir jew sar, jew hemm tentattivi biex isir money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE ( 21 ), jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta.

3.  L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta' holding li għandu jiġi akkwistat u lanqas m’għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni, li hija meħtieġa biex issir l-evlwazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin tan-notifika msemmija fl-Artikolu 19(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura ta' l-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu informazzjoni li m’hix rilevanti għal evalwazzzjoni prudenzjali.

5.  Minkejja l-Artikolu 19(2), (3) u (4), fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda f’holdings kwalifikanti fl-istess l-impriża ta' riassigurazzjoni jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, dawn ta' l-aħħar għandhom jittrattaw l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.

▼M1

Artikolu 20

Akkwist minn impriżi finanzjarji regolati

1.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma' xulxin meta jevalwaw jekk l-akkwirent propost huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (assurance jew insurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment jew kumpanija ta' ġestjoni skond it-tifsira tat-tieni punt ta' l-Artikolu 1a tad-Direttiva 85/611/KEE (minn hawn ‘il quddiem “kumpanija ta' ġestjoni UCITS”) awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed jintalab l-akkwist;

(b) l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment jew kumpanija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn ikun propost l-akkwist; jew

(ċ) persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment jew kumpanija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih ikun propost l-akkwist.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux debitu, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hija essenzjali jew rilevanti għall-evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat lill-impriża ta' riassigurazzjoni fejn ikun propost l-akkwist għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

▼B

Artikolu 21

Ċessjonjiet

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi li ċċedi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva f’impriża tar-riassigurazzjoni biex l-ewwel tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, filwaqt li tindika d-daqs ta’ l-azzjoni li bi ħsiebha jkollha.

▼M1

Tali persuna għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti jekk tieħu deċiżjoni li tnaqqas l-investiment kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li għandha jkun anqas minn 20 %, 30 % jew 50 % jew sabiex l-impriża ta' riassigurazzjoni ma tibqgħax is-sussidjarja tagħha. L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta' 30 % fejn skond l-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta' terz.

▼B

Artikolu 22

Informazzjoni li impriża tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità kompetenti

Malli jsiru konxji tagħhom, l-impriżi tar-riassigurazzjoni għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom dwar kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ azzjonijiet fil-kapital tagħhom li jwasslu biex parteċipazzjoni teċċedi jew taqa’ taħt xi wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikoli 19 u 21.

Għandhom ukoll, għall-inqas darba fis-sena, javżawhom dwar l-ismijiet ta’ l-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva u d-daqsijiet ta’ dawn l-azzjonijiet kif jidher, per eżempju, mill-informazzjoni rċevuta fil-laqgħat annwali ġenerali ta’ l-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti dwar il-kumpanniji elenkati fil-Boroż.

Artikolu 23

Ishma li jikkwalifikaw: Setgħat ta’ l-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 19 x’aktarx taħdem kontra l-amministrazzjoni prudenzjali u tajba ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, per eżempju, f’inġunzjonijiet, penali kontra d-diretturi u l-amministratturi, jew sospensjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi ma’ l-azzjonijiet li għandhom l-azzjonisti jew membri konċernati.

Għandhom jgħoddu miżuri simili għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jħarsu l-obbligu li jagħtu tagħrif minn qabel, impost skond l-Artikolu 19. Jekk azzjoni tiġi miksuba minkejja l-oppożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, minkejja kull penali oħra li għandha tiġi adottata, jipprovdu biex l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti jiġi sospiż, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibiltà li dawn jiġu annullati.



Taqsima 3

Is-segretezza professjonali u skambju ta’ informazzjoni

Artikolu 24

L-obbligu tas-segretezza

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin b’obbligu tas-segretezza professjonali.

Skond dak l-obbligu, u mingħajr preġudizzju għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali, ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma’ tista’ tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-impriżi tar-riassigurazzjoni individwali ma jistgħux jiġu identifikati.

2.  Madankollu, fejn impriża tar-riassigurazzjoni tkun ġiet dikjarata falluta jew qiegħda tiġi stralċjata b’mod obbligatorju, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax lil terzi involuti fl-attentati li jsalvaw dik l-impriża, tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 25

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri

L-Artikolu 24 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti milli jiskambjaw l-informazzjoni skond id-Direttivi li jgħoddu għall-impriżi tar-riassigurazzjoni. Din l-informazzjoni ghandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 24.

Artikolu 26

Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għal skambju ta’ informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 28, paragrafi 1 u 2 biss jekk l-informazzjoni żvelata hija soġġetta għal garanziji dwar is-segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din it-Taqsima. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-funzjoni ta’ sorveljanza ta’ l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet imsemmija.

Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

Artikolu 27

L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni kunfidenzjali taħt l-Artikoli 24 u 25 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

(a) biex jiġi verifikat li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni jintlaħqu u biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza ta’ l-eżerċizzju ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tal-dispożizzjonijiet tekniċi, marġini tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u taż-żamma tal-kotba u mekkaniżmi ta’ kontroll intern,

(b) biex jiġu imposti penali,

(ċ) f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

(d) fil-proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 53 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali previsti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 28

L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn

1.  L-Artikoli 24 u 27 m’għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

(a) l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet finanzjarji oħrajn u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

(b) organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ u l-falliment ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri simili, u

(ċ) persuni responsabbli biex iwettqu l-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fil-kwittanza tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, jew fl-iżvelar lil organizzazzjonijiet li jamministraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew skemi ta’ garanzija ta’ infomazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 24.

2.  Minkejja l-Artikoli 24 sa 27, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

(a) l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ jew il-falliment ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi proċeduri oħrajn simili, jew

(b) l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni inkarigati biex jagħmlu l-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ohrajn finanzjarji, jew

(ċ) attwarji independenti ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jwettqu sorveljanza legali fuq dawk l-impriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw lil dawk l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla pprovduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(a) dan it-tpartit għandu jkun għall-iskop li jitwettaq kontroll jew sorveljanza legali kif imsemmija fl-ewwel subinċiż;

(b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 24;

(ċ) fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, tista’ tiġi żvelata biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu.

3.  Minkejja l-Artikoli 24 sa 27, l-Istati Membri jistgħu, bl-għan li jsaħħu l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet responsabbli taħt il-liġi għat-tkixxif u l-investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla pprovduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu li jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(a) l-informazzjoni għandha tkun meħtieġa għat-twettiq tal-funzjoni msemmija fl-ewwel subinċiż;

(b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti bl-Artikolu 24;

(ċ) fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, tista’ tiġi żvelata biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż jwettqu l-funzjoni tagħhom ta’ skoperta jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni mqabbda għal dak l-għan u mhux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ tpartit ta’ informazzjoni provdut fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi estiża għal dawk il-persuni taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu.

Sabiex jiġi implimentat punt (ċ) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ghandhom jikkomunikaw lill- awtoritajiet kompetenti li żvelaw l-informazzjoni l-ismijiet u r-responsabbilitajiet preċiżi tal-persuna li jintbagħtu lilha.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-isimijiet ta’ l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skond dan il-paragrafu.

Artikolu 29

It-trasmissjoni ta’ informazzjoni lil banek ċentrali u awtoritajiet monetarji

Din it-Taqsima m’għandhiex twaqqaf l-awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-banek ċentrali u lil organizzazzjonijiet oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom, u fejn xieraq, lil awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlas, informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom. Lanqas m’għandha twaqqaf lil dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-inforazzjoni li jeħtieġu għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 27.

L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti f’din it-Taqsima.

Artikolu 30

L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġiżlazzjoni finanzjarja

Minkejja l-Artikoli 24 u 27, l-Istati Membri jistgħu, taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ informazzjoni lil dipartimenti oħrajn ta’ l-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom għal-leġiżlazzjoni dwar is-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-servizzi ta’ l-investiment u impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Madankollu, dan l-iżvelar jista’ jsir biss fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.

Madankollu l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni rċevuta taħt l-Artikoli 25 u 28 (1) u dik miksuba permezz tal-verifika għall-għarrieda msemmija fl-Artikolu 16 ma tista’ qatt tiġi żvelata fil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ħlief bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun saret il-verifika għall-għarrieda.



Taqsima 4

Id-dmirijiet ta’ l-awdituri

Artikolu 31

Id-dmirijiet ta’ l-awdituri

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas li kwalunkwe persuna awtorizzata skond id-Direttiva 84/253/KEE ( 22 ), li twettaq f’impriża tar-riassigurazzjoni l-funzjoni deskritta fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 78/660/KEE ( 23 ), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE ( 24 ) jew kwalunkwe funzjoni oħra skond il-liġi, għandu jkollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar dik l-impriża li saret taf biha filwaqt li jwettaq dik il-funzjoni, li x’aktarx:

(a) tikkostitwixxi vjolazzjoni materjali tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jwaqqfu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew

(b) jaffettwaw il-ħidma kontinwata ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni, jew

(ċ) iwasslu għal ċaħda taċ-ċertifikazzjoni taż-żamma tal-kotba jew għall-espressjoni ta’ riżervi:

Dik il-persuna għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li jsir/issir taf/jaf bihom fil-kors tat-twettiq ta’ funzjoni kif deskritt fl-ewwel subinċiż f’impriża li għandha konnessjonijiet fil-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll ma’ l-impriża tar-riassigurazzjoni fejn qiegħed iwettaq/qiegħda twettaq il-funzjoni msemmija hawn fuq.

2.  L-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati skond id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jikkostitwixxi vjolazzjoni ta’ xi restrizzjoni fuq żvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva u m’għandux jinvolvi lil din il-persuni f’responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip.



KAPITOLU 2

Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 32

It-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi

1.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull impriża tar-riassigurazzjoni twaqqaf dispożizzjonijiet tekniċi xierqa rigward il-kummerċ kollu tagħha.

L-ammont ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi ffissat skond ir-regoli mwaqqfa fid-Direttiva 91/674/KEE. Fejn hu applikabbli, l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jwaqqaf regoli aktar speċifiċi skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE.

2.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu sistema b’żamma ta’ riżervi grossi li jeħtieġ rahan ta’ assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar talbiet pendenti għall-indennizz jekk ir-riassiguratur huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE.

3.  Meta l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti li d-dispożizzjonijiet tekniċi jiġu koperti minn talbiet għall-indennizz kontra riassiguraturi li mhumiex awtorizzati skond din id-Direttiva jew impriżi ta’ l-assigurazzjoni li mhumiex awtorizzati skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE, dan għandu jiffissa l-kondizzjonijiet għal aċċettazzjoni ta’ tali pretensjonijiet.

Artikolu 33

Ir-riżervi ta’ l-ekwalizzazzjoni

1.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull impriża tar-riassigurazzjoni li tirriassigura riskji inklużi fil-klassi 14 imniżżla fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, li twaqqaf riżerva ta’ ekwalizzazzjoni għall-iskop li tpaċi kwalunkwe defiċit tekniku jew proporzjon ta’ talbiet għall-indennizz akbar mill-medja li jqumu f’dik il-klassi fi kwalunkwe sena finanzjarja.

2.  Ir-riżerva ta’ l-ekwalizzazzjoni għar-riassigurazzjoni ta’ krediti għandha tiġi kkalkolata skond ir-regoli mwaqqfa mill-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha skond wieħed mill-erba’ metodi mwaqqfa fil-punt D ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, li għandhom jiġu meqjusa bħala ekwivalenti.

3.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jeżenta lill-impriżi tar-riassigurazzjoni mill-obbligu li jwaqqfu riżervi ta’ ekwalizzazzjoni għar-riassigurazzjoni tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu fejn il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet li għadhom iridu jitħallsu rigward ir-riassigurazzjoni ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu huma inqas minn 4 % tat-total tal-primjums jew il-kontribuzzjonijiet li għadhom iridu jitħallsulhom, u inqas minn EUR 2 500 000.

4.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jeħtieġ lil kull impriża tar-riassigurazzjoni twaqqaf riżervi ta’ ekwalizzazzjoni għal klassijiet ta’ riskji minbarra r-riassigurazzjoni ta’ krediti. Ir-riżervi ta’ ekwalizzazzjoni għandhom jiġu kkalkolati skond ir-regoli mwaqqfa mill-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Artikolu 34

L-assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi

1.  L-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jitlob kull impriża tar-riassigurazzjoni li tinvesti l-assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi u r-riservi ta’ l-ekwalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 skond ir-regoli li ġejjin:

(a) l-assi għandhom jieħdu kont tat-tip tan-negozju li jitwettaq mill-impriża tar-riassigurazzjoni, b’mod partikolari, in-natura, l-ammont u t-tul taż-żmien tal-pagamenti tal-pretensjonijiet mistennija, b’tali mod li jiżguraw is-suffiċjenza, il-likwidità, is-sigurtà, il-kwalità, il-profittabilità u t-tqabbil ta’ l-investimenti tagħha;

(b) l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha tiżgura li l-assi huma diversifikati u huma mifruxa b’mod adegwat u jippermettu li l-impriża tirrispondi b’mod adegwat għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi li jinbidlu, b’mod partikolari l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u tal-propjetà jew inċidenti katastrofiċi kbar. L-impriża għandha tagħmel stima taċ-ċirkostanzi ta’ l-impatt tas-suq irregolari fuq l-assi tagħha u għandha tvarja l-assi b’tali mod li tnaqqas dan l-impatt;

(ċ) l-investiment fl-assi li ma jitħallewx għan-negozju fuq suq finanzjarju regolat għandhom fi kwalunkwe każ jinżammu fuq livelli prudenzjali;

(d) l- investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sakemm jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji ta’ l-investiment jew iħaffu t-tmexxija tal-portafoll effiċjenti. Għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-assi moħbija, u inklużi fl-istima ta’ l-assi ta’ l-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tevita ukoll esPOŻIZZjoni għar-riskju eċċessiv għall-kontroparti wieħed u għall-operazzjonijiet derivattivi oħrajn;

(e) l-assi għandhom ikunu diversifikati b’mod xieraq b’tali mod li jevitaw serħan eċċessiv fuq assi partikolari, dak li joħroġ jew grupp ta’ impriżi u l-akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafoll kollu kemm hu. L-investimenti fl-assi maħruġa mill-istess kumpannija li toħroġ jew minn kumpanniji li joħorġu li huma ta’ l-istess grupp m’ għandhomx jesponu lill-impriża għall-konċentrazzjoni ta’ riskju eċċessiv.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-ħtiġijiet imsemmija f’punt (e) għall-investimenti f’bonds tal-gvern.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-impriżi tar-riassigurazzjoni li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom li jinvestu f’kategoriji partikolari ta’ assi.

3.  L-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu d-deċiżjonijiet ta’ l-investiment ta’ impriża tar-riassigurazzjoni li tkun tinsab fit-territorju tagħhom jew l-amministratur ta’ l-investiment tagħha suġġetti għal kwalunkwe tip ta’ approvazzjoni minn qabel jew ħtiġijiet tan-notifika sistematika.

4.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, l-Istat Membru fejn impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jista’, għal kull impriża tar-riassigurazzjoni bl-uffiċċju ġenerali tagħha li jkun jinsab fit-territorju tiegħu, jistabbilixxi r-regoli kwantitattivi li ġejjin, sakemm dawn ikunu ġustifikati bil-prudenza:

(a) investimenti ta’ dispożizzjonijiet tekniċi grossi f’muniti minbarra dawk li fihom d-dispożizzjonijiet tekniċi huma stabbiliti għandhom ikunu llimitati għal 30 %;

(b) investimenti tad-dispożizzjonijiet tekniċi grossi f’ishma u sigurtajiet negozzjabbli oħra bħall-ishma, bonds u garanziji ta’ djun li ma jitħallewx għan-negozju f’suq regolat għandhom ikunu limitati għal 30 %;

(ċ) l-Istat Membru ta’ l-uffiċju prinċipali jista’ jitlob lil kull impriża tar-riassigurazzjoni li tinvesti mhux aktar minn 5 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi grossi tagħha f’ishma u sigurtajiet negozzjabbli oħra trattati bħala ishma, bonds, garanziji ta’ djun u strumenti oħra ta’ flus u tal-kapital mill-istess impriża, u mhux aktar minn 10 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi grossi totali tagħha f’ishma u garanziji oħra negozjabbli trattati bħala ishma, bonds, garanziji ta’ djun u strumenti tas-suq tal-kapital u tal-flus oħra li huma membri ta’ l-istess grupp.

5.  Minbarra dan, l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jistabbilixxi aktar regoli dettaljati li jħejju l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-ammonti li għadhom mhux imħallsa minn strument ta’ skop speċjali bħala assi li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi skond dan l-Artikolu.



KAPITOLU 3

Ir-regoli dwar il-marġni tas-solvibbiltà u l-fond tal-garanzija



Taqsima 1

Il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà

Artikolu 35

Ir-regola ġenerali

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ minn kull impriża tar-riassigurazzjoni li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tiegħu marġni disponibbli xieraq ta’ solvibbiltà rigward il-kummerċ kollu tagħha f’kull ħin, li huwa għall-inqas daqs ir-rekwiżiti f’din id-Direttiva.

Artikolu 36

L-oġġetti eliġibbli

1.  Il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà għandu jikkonsisti fl-assi ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni ħielsa minn kull responsabbiltà prevedibbli, u jitnaqqsu l-oġġetti intanġibbli, inklużi:

(a) il-kapital azzjonarju imħallas jew, fil-każ ta’ impriża tar-riassigurazzjoni ta’ wieħed lill-ieħor (mutual), il-fond effettiv inizjali u kwalunkwe kontijiet tal-membri li jilħqu dawn il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) il-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni għandhom jipprovdu li l-ħlasijiet jistgħu jsiru minn dawk il-kontijiet lill-membri biss sa fejn dan ma jikkawżax lil marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jaqa’ taħt il-livell meħtieġ, jew, wara l-istralċ ta’ l-impriża, jekk id-djun kollha l-oħrajn ta’ l-impriża jkunu ġew imħallsa;

(ii) il-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni għandhom jipprovdu, fejn jidħol kwalunkwe ħlas imsemmi fil-punt (i) għal raġunijiet minbarra t-tmiem individwali ta’ l-isħubija, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħarrfa għall-inqas xahar minn qabel u jistgħu jipprojbixxu l-ħlas f’dak it-terminu;

(iii) id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jistgħu jiġu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li m’għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda, mingħajr ħsara għall-kriterji msemmija fil-punti (i) u (ii);

(b) riżervi statutorji u ħielsa li ma jikkorrispondux mar-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni jew riżervi klassifikati bħala ta’ ekwalizzazzjoni;

(ċ) il-profitt jew telf miġjub 'il quddiem wara t-tnaqqis tad-dividendi li ser jitħallsu.

2.  Il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ azzjonijiet direttament miżmuma mill-impriża tar-riassigurazzjoni fil-kapital tagħha stess.

Għal dawk l-impriżi tar-riassigurazzjoni li jiskontaw jew inaqqsu id-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom fuq l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja għal pretensjonijiet pendenti għall-indennizz biex iqisu d-dħul ta’ l-investiment kif permess bl-Artikolu 60(1)(g) tad-Direttiva 91/674/KEE, il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas bid-differenza bejn id-dispożizzjonijiet tekniċi mhux skontati jew id-dispożizzjonijiet tekniċi qabel it-tnaqqis kif żvelat fin-noti dwar iż-żamma tal-kotba, u d-dispożizzjonijiet tekniċi skontati jew wara t-tnaqqis. Dan l-aġġustament għandu jsir għar-riskji kollha elenkati fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, ħlief għal riskji elenkati taħt il-klassijiet 1 u 2 tal-punt A ta’ dak l-L-Anness. Għall-klassijiet minbarra l-klassi 1u 2 elenkati fil-punt A ta’ dak l-Anness, m’hemm bżonn ta’ ebda aġġustament rigward l-iskontar ta’ l-annwalitajiet inklużi fid-dispożizzjonijiet tekniċi.

Minbarra t-tnaqqis fis-subparagrafi 1 u 2, il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas b’dawn li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li għandha l-impriża tar-riassigurazzjoni fl-entitajiet li ġejjin:

(i) impriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE,

(ii) impriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew impriża tar-riassigurazzjoni f’pajjiż li mhuwiex membru fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

(iii) kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

(iv) istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE,

(v) ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE ( 25 ) u ta’ l-Artikolu 2(4) u (7) tad-Direttiva 93/6/KEE ( 26 );

(b) kull waħda minn dawn li ġejjin miżmuma mill-impriża tar-riassigurazzjoni fl-entitajiet definiti f’(a) li fihom għandha parteċipazzjoni:

(i) l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4,

(ii) l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE,

(iii) il-pretensjonijiet u l-istrumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn ishma f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni oħra, jinżammu jew jinżammu temporanjament għall-iskopijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja maħsuba li torganizza mill-ġdid u ssalva ‘l dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt (a) u (b) tat-tielet subparagrafu.

Bħala alternattiva għat-tnaqqis ta’ l-oġġetti msemmija f’(a) u (b) tat-tielet subparagrafu li l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tar-riassigurazzjoni tagħhom japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/87/KE. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti hija konfidenti dwar il-livell ta’ amministrazzjoni integrata u l-kontroll intern dwar l-entitajiet li jkun inkluż fl-għan tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti tul iż-żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà kif ipprovdut f’din id-Direttiva, l-impriżi tar-riassigurazzjoni soġġetti għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 98/78/KE jew għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m’għandhomx għalfejn inaqqsu l-oġġetti msemmija f’(a) u (b) tat-tielet subparagrafu li huma miżmuma f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni li huma inklużi fis-sorveljanza supplimentari.

Għall-iskopijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.

3.  Il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jista’ wkoll jikkonsisti:

(a) f’kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv u kapital ta’ self subordinat sa 50 % ta’ l-iżgħar fost il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà, li mhux aktar minn 25 % minnu għandu jikkonsisti f’self subordinat b’maturità fissa, jew kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv b’terminu fiss, sakemm f’każ tal-falliment jew stralċ ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni, jeżistu ftehim vinkolanti li taħthom il-kapital ta’ self subordinat jew il-kapital azzjonarju preferenzjali għandu grad ta’ preferenza wara l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha l-oħrajn u m’għandux jitħallas lura sakemm id-djun kollha l-oħrajn pendenti f’dak il-ħin ikunu tħallsu.

Il-kapital tas-self subordinat għandu wkoll jilħaq dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jistgħu jiġu meqjusa biss il-fondi li jkunu mħallsa kollha;

(ii) għal self b’maturità fissa, il-maturità oriġinali għandha tkun għall-inqas ħames snin. Mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-ħlas lura, l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan li juri kif il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà ser jinżamm jew jinġieb fuq il-livell meħtieġ malli jimmatura, ħlief jekk il-grad li fih is-self jista’ jiġi kklassifikat bħala komponent tal-marġni disponibbli tas-solvibbiltà ma jiġix imnaqqas bil-mod matul għall-inqas l-aħħar ħames snin qabel id-data tal-ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-ħlas lura aktar kmieni ta’ dan is-self kemm-il darba ssir applikazzjoni mill-impriża tar-riassigurazzjoni li toħorġu, u l-marġni disponibbli tas-solvibbiltà taghha ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iii) self li l-maturità tiegħu mhux iffissat għandu jkun jista’ jitħallas lura biss wara avviż ta’ ħames snin ħlief jekk is-self ma jkomplix jitqies bħala komponent tal-marġni disponibbli tas-solvibbiltà jew kemm-il darba mhux meħtieġ il-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti għall-ħlas lura kmieni. Fil-każ ta’ l-aħħar, l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti għall-inqas sitt xhur qabel id-data proposta tal-ħlas lura, fejn tispeċifika l-marġni disponibbli tas-solvibbiltà u l-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà, kemm qabel kif ukoll wara dak il-ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw il-ħlas lura biss jekk il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iv) il-ftehim tas-self m’għandu jinkludi ebda klawsola li tipprovdi li fiċ-ċirkostanzi speċifikati, minbarra l-istralċ ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni, id-dejn ikun jista’ jitħallas lura qabel id-dati miftiehma għall-ħlas lura;

(v) il-ftehim tas-self jista’ jiġi emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti ikunu ddikjaraw li m’għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda;

(b) f’garanziji mingħajr data speċifikata ta’ maturità u strumenti oħrajn, inklużi azzjonijiet preferenzjali kumulattivi minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), sa l-ikbar fost dan jew 50 % tal-marġni disponibbli tas-solvibbiltà, għat-total ta’ dawk il-garanziji u l-kapital tas-self subordinat imsemmi fil-punt (a) kemm-il darba jilħqu dawn li ġejjin:

(i) ma jistgħux jitħallsu lura fuq l-inizjattiva tad-detentur jew mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti;

(ii) il-kuntratt tal-ħruġ għandu jippermetti lill-impriża tar-riassigurazzjoni biex tiddifferixxi l-ħlas ta’ l-interess fuq is-self;

(iii) il-pretensjonijiet tas-sellief fuq l-impriża tar-riassigurazzjoni għandhom klassifikazzjoni għal kollox wara dawk tal-kredituri kollha mhux subordinati;

(iv) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tal-garanziji għandhom jipprovdu għall-kapaċità ta’ l-assorbiment tat-telf u l-interessi mhux imħallsa, filwaqt li l-impriża tar-riassigurazzjoni tiġi permessa tkompli l-kummerċ tagħha;

(v) jistgħu jiġu meqjusa biss l-ammonti kollha mħallsa.

4.  Fuq applikazzjoni, b’evidenza li ssostniha, magħmulha mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha u bil-qbil ta’ dik l-awtorità kompetenti, il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jista’ jikkonsisti wkoll:

(a) f’nofs tal-kapital azzjonarju jew fond inizjali mhux imħallas, ladarba l-parti mħallsa tammonta għal 25 % ta’ dak il-kapital azzjonarju jew fond, sa 50 % ta’ l-iżgħar fost il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ;

(b) fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ wieħed lill-ieħor (mutual) li ma tkunx fuq il-ħajja jew ta’ għaqda ta’ dan it-tip b’kontribuzzjonijiet varjabbli, kwalunkwe talba għall-indennizz li għandha kontra l-membri tagħha permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjoni supplimentari, fis-sena finanzjarja, sa nofs id-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet massimi u l-kontribuzzjonijiet attwalment imsejħa, u bla ħsara għal limitu ta’ 50 % ta’ l-iżgħar fost il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwaqqfu linji-gwidi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li tahthom jistgħu jiġu aċċettati kontribuzzjonijiet supplimentari;

(ċ) kwalunkwe riżervi netti moħbija li joħorġu mill-valutazzjoni ta’ l-assi, sa fejn dawn ir-riżervi netti mhumiex ta’ natura eċċezzjonali.

5.  Barra minn dan, fir-rigward ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jista’, fuq applikazzjoni, bi prova ta’ appoġġ, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha u bil-qbil ta’ dik l-awtorità kompetenti, jikkonsisti minn:

(a) sal-31 ta’ Diċembru 2009, ammont ekwivalenti għal 50 % tal-profitti futuri ta’ l-impriża, iżda mhux aktar minn 25 % ta’ l-iżgħar fost il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà; l-ammont tal-profitti futuri għandu jinkiseb billi l-profitt annwali stmat jiġi multiplikat b’fattur li jirrappreżenta l-medja tal-perijodu li fadal jgħaddi fuq il-poloz; il-fattur użat ma jistax ikun aktar minn sitta; il-profitt annwali m’għandux ikun aktar mill-medja aritmetika tal-profitti li saru fl-aħħar ħames snin fl-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/83/KE.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiftiehmu biex jinkludu dak l-ammont għall-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà biss:

(i) meta jiġi sottomess lill-awtoritajiet kompetenti rapport attwarjali li jagħti sustanza għall-probabbiltà li jidhru dawn il-profitti fil-futur; u

(ii) sa fejn dik il-parti tal-profitti fil-futur li tirriżulta minn riżervi netti moħbija msemmija fil- paragrafu 4 (ċ) ma tkunx diġà ġiet meqjusa;

(b) fejn mhux prattikat iż-Zillmerising jew fejn, jekk huwa prattikat, huwa inqas mill-għotja ta’ piż għall-ispejjeż tal-kisba inklużi fil-primjum, id-differenza bejn proviżjoni matematika li mhux Zillmerised jew li hija Zillmerised parzjalment u proviżjoni matematika Zillmerised b’rata daqs l-għotja ta’ piż għall-ispejjeż tal-kisba inklużi fil-primjum; madankollu, din il-figura ma tistax teċċedi 3,5 % tas-somma tad-differenzi bejn is-somom kapitali rilevanti ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja u d-dispożizzjonijiet matematiċi għall-poloz kollha li għalihom huwa possibbli ż-Zillmerising; id-differenza għandha tiġi mnaqqsa bl-ammont ta’ kwalunkwe spejjeż tal-kisba li ma ġewx deprezzati u ġew imdaħħla bħala assi.

6.  Emendi għall-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55(2) biex jiġu meqjusa l-iżviluppi li jiġġustifikaw aġġustament tekniku ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni disponibbli tas-solvibbiltà.



Taqsima 2

Il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà

Artikolu 37

Il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà għal attivitajiet tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja

1.  Il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi jew ta’ l-ammont annwali ta’ primjums jew kontibuzzjonijiet, jew il-piż medju tat-talbiet għall-indennizz għall-aħħar tliet snin finanzjarji.

Madankollu, fil-każ ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni li essenzjalment jissottoskrivu riskju wieħed biss jew aktar minn fost ir-riskji ta’ kreditu, maltemp, silġ jew ġlata, l-aħħar seba’ snin finanzjarji għandhom jittieħdu bħala l-perijodu ta’ riferenza għall-piż medju tat-talbiet għall-indennizz.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 40, l-ammont tal-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs l-ogħla fost iż-żewġ riżultati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Il-bażi tal-primjum għandu jiġi kalkolat bl-użu ta’ l-ogħla fost il-primjums sottoskritti għall-assigurazzjoni jew kontribuzzjonijiet grossi kif kalkolat hawn taħt, u l-primjums imħallsa jew kontribuzzjonijiet grossi.

Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet rigward il-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE għandhom jiżdiedu b’50 %.

Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet rigward il-klassijiet minbarra 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, jistgħu jiżdiedu sa 50 %, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ din id-Direttiva. Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet, li jinkludu tariffi anċillari għall-primjums jew il-kontribuzzjonijiet, dovuti rigward il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fl-aħħar tas-sena finanzjarja għandhom ikunu miġbura.

Imbagħad, minn dik is-somma għandu jiġi mnaqqas l-ammont totali ta’ primjums jew kontribuzzjonijiet kanċellati fl-aħħar sena finanzjarja, kif ukoll l-ammont totali ta’ taxxi u taxxi relatati mal-primjums jew kontribuzzjonijiet li jidħlu fl-aggregat.

L-ammont hekk miksub għandu jinqasam f’żewġ ishma, l-ewwel sehem li jestendi sa EUR 50 000 000, u t-tieni li jinkludi l-eċċess; 18 % u 16 % ta’ dawn l-ishma rispettivament għandhom jiġu kalkolati u magħduda flimkien.

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tat-talbiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-retroċessjoni u l-ammont gross tat-talbiet għall-indennizz; dan il-proporzjon f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-istrumenti bi skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 jistgħu jitnaqqsu ukoll bħala retroċessjoni, fuq applikazzjoni akkumpanjata minn provi, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità.

Bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw metodi statistiċi biex jiġu allokati l-primjums jew il-kontribuzzjonijiet.

4.  Il-bażi tal-pretensjonijiet għandha tiġi kalkolata, kif ġej, bl-użu rigward il-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, ta’ pretensjonijiet għall-indennizz, dispożizzjonijiet u rkupri miżjuda b’50 %.

Dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet għall-indennizz u rkupri rigward klassijiet minbarra l-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, jistgħu jiġu mtejba sa 50 %, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ din id-Direttiva.

L-ammonti tat-talbiet imħallsa, mingħajr ebda tnaqqis tat-talbiet għall-indennizz imħallsa mir-retroċessjonarji, fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu miġbura.

Għandu jiżdied ma’ din is-somma l-ammont ta’ dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fl-aħħar ta’ l-aħħar sena finanzjarja.

Minn dik is-somma għandu jitnaqqas l-ammont ta’ rkupri li saru matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1.

Imbagħad, mis-somma li jifdal għandu jitnaqqas l-ammont ta’ proviżjonijiet għat-talbiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fil-bidu tat-tieni sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, li għaliha nżammu l-kotba. Jekk il-perijodu ta’ riferenza stabbilit fil-paragrafu 1 huwa ta’ seba’ snin, l-ammont ta’ dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fil-bidu tas-sitt sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja li għaliha nżammu l-kotba, għandu jiġi mnaqqas.

Terz, jew wieħed minn sebgħa, ta’ l-ammont hekk miksub, skond il-perijodu ta’ riferenza stabbilit fil-paragrafu 1, għandu jinqasam f’żewġ ishma, l-ewwel li jestendi għal EUR 35 000 000 u t-tieni li jinkludi l-eċċess; 26 % u 23 % ta’ dawn l-ishma rispettivament, għandhom jiġu mnaqqsa u magħduda flimkien.

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tat-talbiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-retroċessjoni u l-ammont gross tat-talbiet għall-indennizz; dak il-proporzjoni f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-istrumenti bi skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 jistgħu jitnaqqsu ukoll bħala retroċessjoni, fuq applikazzjoni akkumpanjata minn provi, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità.

Bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw metodi statistiċi biex jiġu allokati l-pretensjonijiet, id-disPOŻIZZjonijet u l-irkupri.

5.  Jekk il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ kif kalkolat fil-paragrafi 2, 3 u 4 huwa aktar baxx mill-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ tas-sena ta’ qabel, il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun għall-inqas daqs il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ tas-sena ta’ qabel immultiplikat bil-proporzjon ta’ l-ammont tad-disPOŻIZZjonijet tekniċi għal pretensjonijiet pendenti għall-indennizz fl-aħħar ta’ l-aħħar sena finanzjarja u l-ammont tad-disPOŻIZZjonijet tekniċi għal-pretensjonijiet pendenti għall-indennizz fil-bidu ta’ l-aħħar sena finanzjarja. F’dawn il-kalkoli, id-disPOŻIZZjonijet tekniċi għandhom jiġu kalkolati netti mir-retroċessjoni iżda l-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun ogħla minn 1.

6.  Il-frazzjonijiet li jgħoddu għall-ishma msemmija fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 3 u s-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jitnaqqsu kull wieħed għal terz fil-każ ta’ riassigurazzjoni ta’ l-assigurazzjoni fuq is-saħħa prattikata fuq bażi teknika simili għal dik ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja jekk:

(a) il-primjums imħallsa huma kalkolati fuq il-bażi ta’ tabelli tal-mard skond il-metodu matematiku applikat fl-assigurazzjoni;

(b) titwaqqaf proviżjoni għall-età li tiżdied;

(ċ) jinġabar primjum addizzjonali sabiex jitwaqqaf marġni ta’ sigurtà ta’ ammont xieraq;

(d) l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tista’ tikkanċella l-kuntratt sa mhux aktar tard minn qabel it-tmiem tat-tielet sena ta’ l-assigurazzjoni;

(e) il-kuntratt jipprovdi għall-possibilità li jiżdiedu l-primjums jew jitnaqqsu l-ħlasijiet ukoll għall-kuntratti kurrenti.

Artikolu 38

Il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja

1.  Il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għall-attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 37.

2.  Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali jista’ jgħid li għall-klassijiet tar-riassigurazzjoni tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni kopert mill-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2002/83/KE marbuta ma’ fondi ta’ l-investiment jew il-kuntratti li jipparteċipaw u għall-ħidmiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), 2(2)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġni tas-solvibbilità meħtieġ għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE.

Artikolu 39

Il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għal impriża tar-riassigurazzjoni li simultanjament tagħmel ir-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u r-riassigurazzjoni fuq il-ħajja

1.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ li kull impriża tar-riassigurazzjoni li tagħmel kummerċ tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja kif ukoll riassigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja għandu jkollha marġni disponibbli tas-solvibbiltà li jkopri s-somma totali tal-marġni meħtieġ tas-solvibbiltà rigward kemm l-attività tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja kif ukoll tar-riassigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja li għandhom jiġu determinati skond l-Artikoli 37 u 38 rispettivament.

2.  Jekk il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà ma jilħaqx il-livell meħtieġ fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 42 u 43.



Taqsima 3

Il-fond tal-garanzija

Artikolu 40

L-ammont tal-fond tal-garanzija

1.  Terz tal-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ kif speċifikat fl-Artikoli 37, 38 u 39 għandu jikkostitwixxi l-fond tal-garanzija. Dan il-fond għandu jikkonsisti fl-oġġetti li hemm lista tagħhom fl-Artikolu 36(1), (2) u (3) u, bil-qbil ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, fl-Artikolu 36(4)(ċ).

2.  Il-fond tal-garanzija m’ għandux ikun inqas minn minimu ta’ EUR 3 000 000.

Kwalunkwe Stat Membru jista’ jipprovdi li għal dak li għandu x’jaqsam ma’ impriżi tar-riassigurazzjoni captive, il-fond tal-garanzija minimu m’għandux ikun inqas minn EUR 1 000 000.

Artikolu 41

Ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-fond tal-garanzija

1.  L-ammonti f’euro kif imwaqqfa fl-Artikolu 40(2) għandhom jiġu riveduti kull sena sa minn 10 Diċembru 2007 sabiex jitqies it-tibdil fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur li jinkludi l-Istati Membri kollha kif ippubblikat minn Eurostat.

L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament billi jiżdied l-ammont bażi f’euro bil-perċentwal tat-tibdil f’dak l-indiċi fil-perijodu mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u d-data tar-reviżjoni u miġjuba sa l-eqreb ċifra sa multiplu ta’ EUR 100 000.

Jekk il-perċentwal tat-tibdil mill-aħħar adattament hija inqas minn 5 %, m’għandu jsir ebda adattament.

2.  Il-Kummissjoni għandha kull sena tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni u l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1.



KAPITOLU 4

L-impriżi tar-riassigurazzjoni f’diffikultà jew f’sitwazzjoni irregolari u rtirar ta’ l-awtorizzazzjoni

Artikolu 42

L-impriżi tar-riassigurazzjoni f’diffikultà

1.  Jekk impriża tar-riassigurazzjoni ma tħarisx l-Artikolu 32, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha tista’ tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi tagħha wara li tkun ikkomunikat l-intenzjoni tagħha lill-Istati Membri li jospitaw.

2.  Għall-iskopijiet li terġa’ lura fi stat tajjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ impriża tar-riassigurazzjoni li l-marġni tas-solvibbiltà tagħha jkun waqa’ taħt il-minimu meħtieġ taħt l-Artikoli 37, 38 u 39, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha ghandha teħtieġ li jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tagħha pjan għar-ristorazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk l-awtorità kompetenti hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni se tmur aktar għall-agħar, tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni. Għandha tgħarraf lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ohrajn li l-impriża tar-riassigurazzjoni tagħmel il-kummerċ fit-territorji tagħhom dwar kwalunkwe miżuri li tkun ħadet u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ l-ewwel, jieħdu l-istess miżuri.

3.  Jekk il-marġni tas-solvibbiltà jaqa’ taħt il-fond tal-garanzija kif definit fl-Artikolu 40, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandha teħtieġ li hija tissottometti skema ta’ finanzi fit-terminu qasir, għall-approvazzjoni tagħha.

Tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni. Għandha tavża lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn kollha u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ l-ewwel, jieħdu l-istess miżuri.

4.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista’, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, jipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi li jinstabu fit-territorju tiegħu fuq it-talba, fil-każijiet provduti fil-paragrafi 1, 2 u 3, ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, li għandu jindika l-assi li għandhom ikunu koperti minn dawn il-miżuri.

Artikolu 43

Il-pjan ta’ rkupru finanzjarju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jeħtieġu pjan ta’ rkupru finanzjarju għal dawk l-impriżi tar-riassigurazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti iqisu li l-obbligazzjonijiet tagħhom li jirriżultaw minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni huma mhedda.

2.  Il-pjan ta’ rkupru finanzjarju għandu, bħala minimu, jinkludi d-dettalji jew provi għat-tliet snin finanzjarji ta’wara dwar:

(a) stimi ta’ spejjeż amministrattivi, b’mod partikolari spejjeż ġenerali kurrenti u kommissjonijiet;

(b) pjan li jwaqqaf stimi dettaljati ta’ dħul u nfiq rigward aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni u ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni;

(ċ) stima ta’ karta tal-bilanċ;

(d) stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba biex ikopru responsabbilitjiet tas-sottoskrizzjoni u l-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ;

(e) il-polza ġenerali tar-retroċessjoni.

3.  Fejn il-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni qed tmur għall-agħar u l-obbligi kuntrattwali ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni huma mhedda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa li jobbligaw lil impriżi tar-riassigurazzjoni jkollhom marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ ogħla, sabiex jiżguraw li l-impriża tar-riassigurazzjoni tista’ tilħaq ir-rekwiżiti tas-solvibbiltà fil-futur qrib. Il-livell ta’ dan il-marġni ta’ solvibbiltà ogħla meħtieġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ rkupru finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jerġgħu jivvalutaw ‘l isfel l-elementi kollha eliġibbli għall-marġni disponibbli tas-solvibbiltà, b’mod partikolari, fejn kien hemm tibdil sinifikanti fil-valur tas-suq ta’ dawn l-elementi mill-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ qabel.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jbaxxu t-tnaqqis, fuq bażi ta’ retroċessjoni, għall-marġni ta’ solvibbiltà kif determinat skond l-Artikoli 37, 38 u 39 fejn:

(a) in-natura jew kwalità tal-kuntratti tar-retroċessjoni nbidlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) m’hemm l-ebda trasferiment ta’ riskju, jew hemm trasferiment ta’ riskju limitat taħt il-kuntratti tar-retroċessjoni.

6.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu talbu pjan ta’ rkupru finanzjarju għall-impriża tar-riassigurazzjoni skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iżommu lura milli joħorġu ċertifikat skond l-Artikolu 18, sakemm jikkunsidraw li l-obbligazzjonijiet tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni huma mhedda fis-sens ta’ l-imsemmi paragrafu 1.

Artikolu 44

L-irtirar ta’ awtorizzazzjoni

1.  L-awtorizzazzjoni mogħtija lil impriża tar-riassigurazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-uffiċju prinċipali tagħha tista’ tiġi rtirata minn dik l-awtorità jekk dik l-impriża:

(a) ma tagħmilx użu minn dik l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja għaliha espressament jew ma tagħmilx kummerċ għal aktar minn 6 xhur, kemm-il darba l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda li l-awtorizzazzjoni taqa’ f’dawn il-każijiet;

(b) ma tibqax tilħaq il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni;

(ċ) ma setgħetx, fiż-żmien permess, tieħu l-miżuri speċifikati fil-pjan tar-ristorazzjoni jew l-iskema tal-finanzi msemmija fl-Artikolu 42;

(d) tonqos b’mod serju fl-obbligazzjonijiet tagħha taħt ir-regolamenti li kienet soġġetta għalihom.

Fil-każ ta’ rtirar jew skadenza ta’ awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn dwar dan, u għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu lill-impriża tar-riassigurazzjoni milli tibda operazzjonijiet ġodda fit-territorji tagħhom, jew taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew taħt id-dritt li jipprovdu s-servizzi.

2.  Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi rtirata awtorizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn raġunijiet preċiżi u tiġi komunikata lill-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata.



TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RIASSIGURAZZJONI FINITE U L-ISTRUMENTI TA’ SKOP SPEĊJALI

Artikolu 45

Riassigurazzjoni Finite

1.  L-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-insegwiment ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite dwar:

 kondizzjonijiet obbligatorji għad-dħul fil-kuntratti kollha maħruġa;

 proċeduri taż-żamma tal-kontijiet u dawk amministrattivi, mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati u ħtiġijiet tal-ġestjoni tar-riskju;

 ħtiġijiet tat-tagħrif taż-żamma tal-kontijiet, tal-prudenza u ta’ l-istatistika;

 It-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li jiżguraw li huma adegwati, li tista’ toqgħod fuqhom u li huma oġġettivi;

 l-investiment ta’ l-assi li jkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi sabiex jiżguraw li dawn jieħdu kont tat-tip tan-negozju li jitwettaq mill-impriża tar-riassigurazzjoni, b’mod partikolari, in-natura, l-ammont u t-tul taż-żmien tal-pagamenti tal-pretensjonijiet mistennija, b’tali mod li jiżguraw is-suffiċjenza, il-likwidità, is-sigurtà, il-kwalità, il-profittabilità u l-qbil ta’ l-assi tagħha;

 ir-regoli li jirrigwardaw il-marġni ta’ solvibbilità disponibbli, il-marġni ta’ solvibbilità meħtieġ u l-fondi tal-garanzija minima li l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha żżomm fir-rigward ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite.

2.  Fl-interess tat-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test ta’ kwalunkwe miżura mniżżla mil-liġi nazzjonali tagħhom għall-finijiet tal-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 46

Strumenti ta’ Skop Speċjali

1.  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jippermetti t-twaqqif fit-territorju tiegħu stess ta’ strumenti ta’ skop speċjali skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, huwa għandu jitlob awtorizzazzjoni uffiċjali għal dan bil-quddiem.

2.  L-Istat Membru fejn l-istrument ta’ l-iskop speċjali huwa stabbilit għandu jwaqqaf il-kondizzjonijiet li taħthom l-attivitajiet ta’ din l-impriża għandhom jitwettqu. B’mod partikolari, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar:

 il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni;

 il-kondizzjonijiet obbligatorji għad-dħul fil-kuntratti maħruġa kollha;

 reputazzjoni tajba u kwalifiki professjonali xierqa għall-persuni li jħaddmu l-istrument ta’ skop speċjali;

 ħtiġijiet tajbin u xierqa għal dawk li għandhom l-ishma jew membri li għandhom żamma li tikkwalifika fl-istrument ta’ skop speċjali;

 proċeduri taż-żamma tal-kontijiet u amministrattivi, mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati u ħtiġijiet tal-ġestjoni tar-riskju;

 ħtiġijiet tat-tagħrif taż-żamma tal-kontijiet, tal-prudenza u ta’ l-istatistika;

 regoli li jirrigwardaw il-ħtiġijiet tas-solvibbilità ta’ strumenti ta’ skop speċjali.

3.  Fl-interessi tat-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tal-miżuri kollha mniżżla mil-liġi nazzjonali tagħhom għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITT TA’ L-ISTABBILIMENT U L-LIBERTA’ TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI

Artikolu 47

Impriżi tar-riassigurazzjoni li mhux qed iħarsu d-dispożizzjonijiet legali

1.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita jistabbilixxu li impriża tar-riassigurazzjoni li għandha fergħa jew li twettaq il-kummerċ taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi fit-territorju tiegħu mhix qed tosserva d-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu f’dak l-Istat, għandhom jeħtieġu lill-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari. Fl-istess ħin, għandhom jirreferu dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Jekk, minkejja l-miżuri li tieħu l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew minħabba li dawn il-miżuri jirriżultaw li mhux xierqa, l-impriża tar-riassigurazzjoni tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu għaliha fl-Istat Membru li jospita, dan ta’ l-aħħar jista’ wara li jgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza ksur ulterjuri, inkluż sa fejn meħtieġ strettament, li dik l-impriża tar-riassigurazzjoni tiġi mċaħħda milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom huwa possibbli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa lill-impriżi tar-riassigurazzjoni.

2.  Kwalunkwe miżura adottata taħt il-paragrafu 1 li jinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni għandha tkun raġonata sew, u tiġi komunikata lill-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata.

Artikolu 48

L-istralċ

Fil-każ li impriża tar-riassigurazzjoni tiġi stralċjata, l-irbit li jirriżulta minn kuntratti sottoskritti permezz ta’ fergħa jew taħt il-libertà tal-forniment tas-servizzi għandhom jiġu milħuqa bl-istess mod bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti l-oħrajn tar-riassigurazzjoni ta’ dik l-impriża.



TITOLU VI

L-IMPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI LI L-UFFIĊĊJI PRINĊIPALI TAGĦHOM HUMA BARRA MILL-KOMUNITÀ U LI QED JAGĦMLU KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 49

Il-prinċipju u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni

Stat Membru m’għandux japplika għal impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali tagħhom barra mill-Komunità u li jibdew jew iwettqu attivitajiet tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 50

Ftehim ma’ pajjiżi terzi

1.  Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għan-negozjati ta’ ftehim ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar dwar il-mezzi biex issir sorveljanza dwar:

(a) l-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom f’pajjiż terz, u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità,

(b) l-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom fil-Komunità u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ pajjiż terz.

2.  Il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jfittxu li jiżguraw taħt kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza ta’ regolamentazzjoni prudenzjali, aċċess effettiv għas-suq għal impriżi tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ kull waħda mill-partijiet fil-kuntratt u jipprovdu għal għarfien reċiproku ta’ regoli u prattiki ta’ sorveljanza dwar ir-riassigurazzjoni. Għandhom ukoll jaraw li:

(a) l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fil-Komunità u li jwettqu l-kummerċ fit-territorji tal-pajjiżi terzi konċernati,

(b) l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom fit-territorji tagħhom u li jwettqu l-kummerċ fil-Komunità.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sitwazzjoni li tirriżulta.



TITOLU VII

SUSSIDJARJI TA’ IMPRIŻI PRINĊIPALI REGOLATI MILL-LIĠIJIET TA’ PAJJIŻ TERZ IMPRIŻI U AKKWISTI TA’ PARTEĊIPAZZJONIJIET MINN DAWN L-IMPRIŻI PRINĊIPALI

Artikolu 51

Tagħrif mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra:

(a) dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ sussidjarja diretta jew indiretta, li impriża prinċipali waħda jew aktar huma rregolati bir-regoli ta’ pajjiż terz.;

(b) kull fejn tali impriża prinċipali tikseb parteċipazzjoni f’impriża tar-riassigurazzjoni Komunitarja li tagħmel lil din ta’ l-aħħar is-sussidjarja tagħha.

Fejn tingħata awtorizzazzjoni kif imsemmija fil-punt (a) lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ impriża prinċipali waħda jew aktar irregolata bil-liġijiet ta’ pajjiż terz, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fl-avviż li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni.

Artikolu 52

It-trattament li pajjiżi terzi jagħtu lill-impriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe diffikultajiet ġenerali li jkollhom l-impriżi tar-riassigurazzjoni tagħhom biex jistabbilixxu ruħhom u jaħdmu f’pajjiż terz jew iwettqu attivitajiet f’pajjiż terz.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport perjodikament li jeżamina t-trattament mogħti lil impriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji f’pajjiżi terzi, fit-termini msemmija fil-paragrafu 3, dwar it-twaqqif ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji f’pajjiżi terzi, il-ksib ta’ azzjonijiet f’impriżi tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni minn dawn l-impriżi mwaqqfa u l-forniment minn naħa għal oħra tal-fruntiera ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni mill-Komunità lil pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti jew rakkomandazzjonijiet xierqa.

3.  Kull fejn jidhrilha, jew fuq bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew fuq bażi ta’ tagħrif ieħor, li pajjiż terz mhux qed jagħti lill-impriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji aċċess effettiv għas-suq, il-Kummissjoni tista’ tissottometti rakkomandazzjonijiet għall-mandat xieraq għan-negozjati bl-għan li jinkiseb aċċess imtejjeb għas-suq għall-impriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji.

4.  Miżuri meħuda taħt dan l-Artikolu għandhom iħarsu l-obbligazzjonijiet tal-Komunità taħt ftehim internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.



TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 53

Dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda rigward impriża tar-riassigurazzjoni taħt liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva huma bla ħsara għad-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati.

Artikolu 54

Il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fil-Komunità u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib bil-ħsieb li jiffaċilitaw is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fil-Komunità u li jeżaminaw kwalunkwe diffikultà li tista’ tqum fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 55

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

▼M2

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 56

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

▼M2

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 55(2):

▼B

(a) l-estensjoni tal-forom legali provduti fl-Anness I,

(b) il-kjarifika ta’ l-oġġetti li jikkostitwixxu l-marġni ta’ solvibbiltà elenkati fl-Artikolu 36 biex jiġi meqjus il-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda,

(ċ) it-titjib sa 50 % ta’ l-ammonti tal-primjums jew tal-pretensjonijiet għall-indennizz użati għall-kalkolu tal-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ provduti fl-Artikolu 37(3) u (4), u klassijiet minbarra klassijiet 11, 12 u 13 elenkati fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, biex jittieħed kont ta’ l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti,

(d) it-tibdil tal-fond minimu tal-garanzija provdut fl-Artikolu 40(2) biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji,

(e) il-kjarifika tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fil-Komunità kollha,

▼M1

(f) aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19a(1) sabiex jittieħed kont ta' żviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva.

▼B



TITOLU IX

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI

Artikolu 57

Emendi għad-Direttiva 73/239/KEE

Id-Direttiva 73/239/KEE hija hawn emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 12a il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment, għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità.”

(2) Fl-Artikolu 13(2), għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“L-Istat Membru fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni konkluż mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni ma’ impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Riassigurazzjoni ( 27 ) jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 28 ) għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni.

(3) Fl-Artikolu 15, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.  L-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jitlob kull impriża ta’ l-assigurazzjoni li tkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi u r-riżervi ta’ l-ugwaljanza msemmija fl-Artikolu 15a ta’ din id-Direttiva b’assi li jaqblu skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 88/357/KEE. Fir-rigward tar-riskji li jinsabu fil-Komunità, dawk l-assi għandhom ikunu lokalizzati fil-Komunità. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jillokalizzaw l-assi tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru partikolari. L-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali jista’ madankollu, jippermetti li r-regoli dwar il-lokalizzazzjoni ta’ l-assi jintreħew.

3.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu għat-twaqqif tad-dispożizzjonijiet tekniċi sistema ta’ żamma ta’ riservi grossi li teħtieġ ir-rahan ta’ l-assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet ta’ pretensjonijiet pendenti għall-indennizz mir-riassiguratur, meta r-riassiguratur huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE.

Meta l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti lil kwalunkwe dispożizzjonijiet tekniċi jiġu koperti minn pretensjonijet għall-indennizz kontra riassiguratur li la huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE u lanqas impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet sabiex jaċċetta dawn il-pretensjonijet.”

(4) Artikolu 16(2) jiġi hawn emendat kif ġej:

(a) Punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b) riżervi (riżervi statutorji u ħielsa) li ma jikkorrispondux mar-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni jew riżervi klassifikati bħala ta’ ekwalizzazzjoni;”

(b) Id-daħla u l-punt (a) tar-raba’ subparagrafu għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jiġi wkoll imnaqqas b’dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a) azzjonijiet li għandha l-impriża ta’ l-assigurazzjoni f’:

 impriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

 impriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu f’pajjiżi li mhumiex membri fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

 kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

 istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

 ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE u ta’ l-Artikolu 2(4) u (7) u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE”.

(5) L-Artikolu 16a huwa hawn emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 3, is-seba subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tal-pretensjonijiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-riassigurazzjoni l-ammont gross tal-pretensjonijiet; dan il-proporzjon f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. Ma’ l-applikazzjoni, bi prova li ssaħħaħ, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-istrumenti ta’ l-iskop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE jistgħu jitnaqqsu wkoll bħala riassigurazzjoni.”

(b) fil-paragrafu 4, is-seba subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tal-pretensjonijiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-riassigurazzjoni u l-ammont gross tal-pretensjonijiet għall-indennizz; dan il-proporzjoni f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. Ma’ l-applikazzjoni, akkumpanjata minn provi, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn strumenti ta’ Skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE tista’ titnaqqas bħala riassigurazzjoni.”

(6) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 17b

1.  Kull Stat Membru għandu jitlob li l-impriża ta’ l-assigurazzjoni bl-uffiċċju ġenerali jkun fit-territorju tagħha u li twettaq l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tistabilixxi, fir-rigward tan-negozju sħih tagħha, fondi ta’ garanzija minima skond l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2005/68/KE, fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu l-10 % tal-primjum totali tagħha;

(b) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu EUR 50 000 000;

(ċ) id-dispożizzjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tagħha jeċċedu l-10 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha.

2.  Kull Stat Membru jista’ jagħżel li japplika għal dawn l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u bl-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fit-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34 ta’ Direttiva 2005/68/KE fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni, fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1.

F’dak il-każ, l-Istat Membru rilevanti għandu jitlob li l-assi kollha mħaddma mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni sabiex ikopri d-dispożizzjonijiet tekniċi li jikkorrispondu għall-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tiegħu jkunu separati, immexxija u organizzati separatament mill-attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni diretti, mingħajr il-possibbiltà tat-trasferiment. F’tali każ, u fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni biss, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 20, 21 u 22 tad-Direttiva 92/49/KEE ( 29 ) u l-Anness I tad-Direttiva 88/357/KEE.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jivverifikaw is-separazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

3.  Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond l-Artikolu 56(ċ) tad-Direttiva 2005/68/KE li ttejjeb l-ammonti użati għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbilità meħtieġ imsemmi fl-Artikolu 37(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, kull Stat Membru għandu japplika għal dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma msemmija fil-paragrafu 1 id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 35 sa 39 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni.”

(7) Fl-Artikolu 20a, paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jirriduċu t-tnaqqis, ibbażat fuq ir-riassigurazzjoni, għall-marġni ta’ solvibbilità kif stabbilit skond l-Artikolu 16a fejn:

(a) in-natura jew il-kwalità tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni tbiddlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) m’hemm l-ebda trasferiment ta’ riskju, jew hemm trasferiment ta’ riskju limitat taħt il-kuntratti tar-riassigurazzjoni.”

Artikolu 58

Emendi lid-Direttiva 92/49/KEE

Id-Direttiva 92/49/KEE hija hawn emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu (1a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1a  Jekk l-akkwirent tal-parteċipazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huwa impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta’ tali entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, l-impriża fejn l-akkwirent bi ħsiebu jkollu parteċipazzjoni ssir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta’ l-akkwirent, l-istima tal-kisba għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 73/239/KEE”.

▼C1

(2) Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“4.  L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali taħt il-paragrafu 1 jew 2 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

 biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni huma sodisfatti u biex jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tad-dispożizzjonijiet tekniċi, marġni tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u tar-rendikonti u mekkaniżmi ta’ kontroll intern,

 biex jimponu penali,

 f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

▼C1

 fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 56 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-impriżi tar-riassigurazzjoni.

▼B

5.  Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru, fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

 awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

 organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili, u

 persuni responsabbli li jwettqu verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, u l-iżvelar, lil korpi li jamminstraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi tal-garanziji, ta’ tagħrif meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, korpi u persuni għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fil-paragrafu 1.

6.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

 l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-korpi nvoluti fix-xoljiment u l-falliment ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u proċeduri oħrajn simili, jew

 l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni nkarigati bit-twettiq tal-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investimenti u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji, jew

 attwarji indipendenti ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jagħmlu sorveljanza legali ta’ dawk l-impriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw dawn l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla provduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu li għall-inqas jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 dan it-tagħrif għandu jkun għall-iskop li titwettaq is-superviżjoni jew sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subparagrafu,

 tagħrif irċevut f’dan il-kuntest għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,

 fejn it-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawh u, fejn xieraq, unikament għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni u korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu.”

(3) L-Artikolu 21(1) huwa hawn mibdul kif ġej:

(a) id-daħla għandha tiġi mibdula b’dan lil ġej:

“1. L-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali ma jistax jawtorizza lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jkopru d-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom u r-riżervi ta’ l-ekwalizzazzjoni bi kwalunkwe assi minbarra dawk li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:”

(b) Il-punt (f) tal-punt (B) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(f) id-djun dovuti mir-riassiguraturi, inkluż l-ishma tar-riassiguraturi tad-dispożizzjonijiet tekniċi, u mill-istrumenti ta’ skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Riassigurazzjoni ( 30 ).

(ċ) It-tielet subparagrafu tal-punt (Ċ) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-daħla ta’ kwalunkwe assi jew kategorija ta’ l-assi mniżżla fl-ewwel subparagrafu ma jfissirx li dawk l-assi kollha għandhom awtomatikament ikunu aċċettati bħala kopertura għad-dispożizzjonijiet tekniċi. L-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali għandu jistabilixxi regoli aktar dettaljati li jwaqqfu l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-assi aċċettabbli.”

(4) Fl-Artikolu 22(1), id-daħla għandha tinbidel b’dan li ġej:

“1. Fir-rigward ta’ l-assi li jkopru d-disposizjonijiet tekniċi u r-riżervi ta’ l-ugwaljanza, l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jitlob lil kull impriża ta’ l-assigurazzjoni li jinvestu mhux aktar minn:”

Artikolu 59

L-emendi fid-Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/KE hija hawn emendata kif ġej:

(1) It-titolu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.”

(2) L-Artikolu 1 huwa hawn emendat kif ġej:

a) Il-punti (ċ), (i), (j) u (k) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“c) impriża tar-riassigurazzjoni tfisser impriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Riassigurazzjoni ( 31 );

“i) ‘kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni’tfisser impriża prinċipali, li l-kummerċ ewlieni tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni jew impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri, u fejn għall-inqas waħda minn l-impriżi sussidjarji hija impriża ta’ l-assigurazzjoni, jew impriża tar-riassigurazzjoni u li mhix kumpannija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza ulterjuri ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’ konglomerat finanzjarju ( 32 );

j) ‘kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta’:tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE li tinkludi għall-inqas impriża waħda ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;

k) ’awtoritajiet kompetenti‘tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li ngħataw is-setgħa mil-liġi jew minn regolamenti biex jissorveljaw impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni.

b) Għandu jiġi miżjud dan il-punt li ġej:

“(l) ‘impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru’ tfisser impriża li teħtieġ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE kieku kellha l-uffiċċju reġistrat tagħha fil-Komunità;”

(3) L-Artikoli 2, 3 and 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“L-Artikolu 2

Il-każijiet ta’ applikazzjoni ta’ sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni

1.  Flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 73/239/KEE, Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 33 ) u Direttiva 2005/68/KE, li jwaqqfu r-regoli għas-sorveljanza ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li s-sorveljanza ta’ kwalunkwe impriża ta’ l-assigurazzjoni jew kwalunkwe impriża tar-riassigurazzjoni, li hija impriża li tipparteċipa f’għal inqas waħda minn dawn: impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, għandu jiġi supplimentat bil-mod preskritt fl-Artikoli 5, 6, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva.

2.  Kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, kumpannija ta’ l- assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikoli 5(2), 6, 8 u 10.

3.  Kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni bl-attivitajiet imħallta għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod stabbilit fl-Artikoli 5(2), 6 u 8.

Artikolu 3

L-iskop tas-sorveljanza supplimentari

1.  L-eżerċizzju ta’ sorveljanza supplimentari skond l-Artikolu 2 bl-ebda mod m’għandu jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jkollhom rwol ta’ sorveljanza rigward l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta meħuda individwalment.

2.  Is-sorveljanza supplimentari għandha tqis l-impriżi li ġejjin imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 8, 9 u 10:

 impriżi relatati ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi li jipparteċipaw fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi relatati ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma jqisux, fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2, impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiż li mhux membru fejn hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta’ l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, punt 2.5, u ta’ l-Anness II, punt 4.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jeżerċitaw sorveljanza supplimentari jistgħu fil-każijiet elenkati hawn taħt jiddeċiedu f’kull każ individwali li ma jqisux impriża fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2:

 jekk l-impriża li għandha tiġi inkluża hija ta’ interess negliġibbli rigward l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni;

 jekk l-inklużjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża ma tkunx xierqa jew tagħti l-idea żbaljata dwar l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari

1.  Is-sorveljanza supplimentari għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE.

2.  Fejn impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta jistgħu jilħqu ftehim rigward liema minnhom ikun responsabbli biex jeżerċita s-sorveljanza supplimentari.

3.  Fejn Stat Membru għandu aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-sorveljanza prudenzjali ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jorganizza l-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.”

(4) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“1.  L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għas-sorveljanza supplimentari għandu jkollha mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll intern implimentati għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe data jew tagħrif rilevanti għall-għanijiet ta’ din is-sorveljanza supplimentari.”

(5) L-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Aċċess għall-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, responsabbli biex jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari għandu jkollhom aċċess għal kwalunkwe tagħrif li jkun rilevanti għall-iskopijiet tas-sorveljanza ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal din is-sorveljanza supplimentari. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw direttament lill-impriżi rilevanti msemmija fl-Artikolu 3(2) biex jiksbu t-tagħrif meħtieġ biss jekk dak it-tagħrif ġie mitlub mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew mill-impriża tar-riassigurazzjoni, u din ma tkunx ipprovdietu.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu fit-territorju tagħhom, huma stess jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ persuni li jqabbdu għal dak l-iskop, il-verifika għall-għarrieda fuq il-post tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 f’:

 l-impriża ta’ l-assigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

 l-impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

 impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni,

 impriżi sussidjarji ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża tar-riassigurazzjoni.

3.  Fejn, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jixtiequ, f’każijiet speċifiċi, jivverifikaw tagħrif importanti dwar impriża li tinsab fi Stat Membru ieħor, li hija impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, impriża tar-riassigurazzjoni relatata, impriża sussidjarja, impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex issir dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu din it-talba għandhom jaġixxu fuqha fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom billi jwettqu l-verifiki huma stess, billi jippermettu lill-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba, jew billi jippermettu lil awditur jew espert jagħmel il-verifika.

Jekk tixtieq, l-awtorità kompetenti li għamlet it-talba tista’ tieħu sehem fil-verifika meta ma tagħmilx il-verifika hija stess.

Artikolu 7

Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  Fejn impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni mwaqqfa fi Stati Membri differenti huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom impriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin wara li ssir talba, it-tagħrif rilevanti kollu li jista’ jippermetti jew jiffaċilita l-eżerċizzju tas-sorveljanza skond din id-Direttiva u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom kwalunkwe tagħrif li jidhrilhom essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

2.  Fejn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u jew istituzzjoni tal-kreditu kif iddefinita fid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 34 ) jew ditta ta’ l-investiment kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli ( 35 ), jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom impriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-sorveljanza ta’ dawk l-impriżi l-oħrajn għandhom jikkoperaw fil-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li x’aktarx jissimplifika l-funzjoni tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ din id-Direttiva.

3.  Tagħrif irċevut skond din id-Direttiva u, b’mod partikolari, kwalunkwe skambju ta’ tagħrif bejn awtoritajiet kompetenti provdut f’din id-Direttiva għandu jkun bla ħsara għall-obbligu tas-segretezza professjonali definit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja) ( 36 )u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikoli 24 sa 30 tad-Direttiva 2005/68/KE.

Artikolu 8

It-tranżazzjonijiet fost il-membri ta’ grupp

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw sorveljanza ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn:

(a) impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u:

(i) impriża relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-impriża tar-riassigurazzjoni;

(ii) impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) impriża relatata ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(b) impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u persuni fiżiċi li għandhom parteċipazzjoni f’:

(i) l-impriża ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kwalunkwe impriża relatata magħha;

(ii) impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) impriża relatata ma’ impriża li tipparteċipa fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-impriża tar-riassigurazzjoni.

Dawn it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw b’mod partikolari:

 self,

 garanziji u t-tranżazzjonijiet mhux fuq il-bilanċ tal-kontijiet,

 elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà,

 investimenti;

 operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni

 ftehim biex jinqasmu l-ispejjeż.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u lill-impriżi tar-riassigurazzjoni biexikollhom proċessi xierqa għall-amministrazzjoni tar-riskju u mekkaniżmi xierqa tal-kontroll intern, inklużi proċeduri tajbin tar-rappurtar u taż-żamma tal-kotba, sabiex jiġu identifikati, sorveljati u kkontrollati t-tranżazzjonijiet kif provdut fil-paragrafu 1 b’mod xieraq. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll għall-inqas li jsir rapport kull sena mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u mill-impriżi tar-riassigurazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet sinifikanti. Dawn il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Jekk, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, jidher li s-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni hija, jew tista’ tkun fil-periklu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni.”

(6) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.  Jekk il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 juri li s-solvibbiltà aġġustata hija negattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni konċernata.”

(7) L-Artikolu 10 huwa hawn emendat kif ġej:

a) it-titolu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni, impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri u impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri”

b) il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi kollha relatati mal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, bil-mod provdut fl-Anness II.

3.  Jekk, fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvibbiltà ta’ impriża sussidjarja ta’ l-assigurazzjoni jew impriża sussidjarja tar-riassigurazzjoni tal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun fil-periklu, għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni.”

(8) L-Artikolu 10a huwa hawn emendat kif ġej:

a) fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b) impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz;

(ċ) impriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri li għandhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità.”

b) l-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.  Il-ftehim msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jfittxu li jiżguraw dawn it-tnejn:

(a) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità u li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’impriżi barra mill-Komunità; u

(b) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’impriżi fi Stat Membru wieħed jew aktar.”

(9) L-Annessi I u II għad-Direttiva 98/78/KE għandhom jiġu mibdula bit-test miġjub fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 60

Emendi lid-Direttiva 2002/83/KE

Id-Direttiva 2002/83/KE hija hawn emendata kif ġej

(1) Fl-Artikolu 1(1), il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(s) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ għandha tfisser impriża tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 2 punt (ċ) tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni ( 37 ).

(2) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 9a

Konsultazzjoni minn qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn involuti għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut li hu responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

c) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità.

3.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw lil xulxin meta jistmaw l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta’ entità oħra fl-istess grupp. Għandhom jiskambjaw kwalunkwe tagħrif dwar l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li huwa rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima kontinwata tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-operat.”

(3) Fl-Artikolu 10(2), għandu jiġi miżjud is- subparagrafu li ġej:

“L-Istat Membru fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni konkluż mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni ma’ impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 73/239/KEE jew din id-Direttiva għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni.”

(4) Fl-Artikolu 15, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.  Jekk l-akkwirent tal-parteċipazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huwa impriża ta’ l-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta’ din l-entità, jew persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla ‘l din l-entità, u jekk, b’riżultat ta’ dak l-akkwist, l-impriża fejn l-akkwirent bi ħsiebu jkollu parteċipazzjoni ssir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta’ l-akkwirent, l-istima tal-kisba għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 9a.”

(5) L-Artikolu 16 huwa hawn mibdul kif ġej:

(a) il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej

“4.  L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali taħt il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

 biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni huma sodisfatti u biex jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tad-dispożizzjonijiet tekniċi, marġni tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u tar-rendikonti u mekkaniżmi ta’ kontroll intern, jew

 biex jimponu l-penali, jew

 f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

 fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 67 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-impriżi tar-riassigurazzjoni.

5.  Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru, fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

 awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

 korpi involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili, u

 persuni responsabbli li jwettqu verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, u l-iżvelar, lil korpi li jamminstraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi tal-garanziji, ta’ tagħrif meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, korpi u persuni għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali mwaqqaf fil-paragrafu 1.

6.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

 awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-korpi involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u proċeduri oħrajn simili, jew

 awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni nkarigati bit-twettiq tal-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investimenti u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji, jew

 attwarji indipendenti ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jagħmlu sorveljanza legali ta’ dawk l-impriżi u l-korpi responsabbli li jissorveljaw dawn l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla provduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu li għall-inqas jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 dan it-tagħrif għandu jkun għall-iskop li titwettaq is-superviżjoni jew sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subparagrafu,

 tagħrif irċevut f’dan il-kuntest għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,

 fejn it-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawh u, fejn xieraq, biss għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni u korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu.”

(b) il-paragrafu 8 għandu jiġu mibdul b’dan li ġej:

“8.  Il-paragrafi 1 sa 7 m’għandhomx iżommu l-awtorità kompetenti milli tittrasmetti:

 lil banek ċentrali u korpi oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji,

 fejn xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli li jissorveljaw is-sistemi tal-ħlas,

informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom, u lanqas m’għandha ċċaħħad lil dawn l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jeħtieġu għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha jkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti f’dan l-Artikolu.”

(6) L-Artikolu 20(4) għandu jiġu mibdul b’dan li ġej:

“4.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu, għat-twaqqif tad-dispożizzjonijiet tekniċi, sistema ta’ żamma ta’ riservi grossi li teħtieġ ir-rahan ta’ l-assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti għall-indennizz mir-riassiguratur, awtorizzat skond id-Direttiva 2005/68/KE meta r-riassiguratur huwa impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 73/239/KEE jew din id-Direttiva.

Meta l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti li kwalunkwe dispożizzjonijiet tekniċi jiġu koperti minn pretensjonijiet għall-indennizz kontra riassiguratur li la huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE u lanqas impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 73/239/KEE jew din id-Direttiva, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet sabiex jaċċetta dawn il-pretensjonijiet.”

(7) L-Artikolu 23 għandu hawn jinbidel kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1(B), il-punt (f) għandu jiġi mibdul b’dan li gej:

“(f) id-djun dovuti mir-riassiguraturi, inkluż l-ishma tar-riassiguraturi tad-dispożizzjonijiet tekniċi, u mill-istrumenti ta’ skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE.”

(b) Fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe assi jew kategorija ta’ assi mniżżla fil-paragrafu 1 ma jfissirx li dawn l-assi kollha għandhom awtomatikament ikunu aċċettati bħala kopertura għad-dispożizzjonijiet tekniċi. L-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jħejji regoli aktar dettaljati li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-assi aċċettabbli.”

(8) Fl-Artikolu 27(2), għandhom jiġu miżjuda s-subparagrafi li ġejjin:

“Il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jiġi mnaqqas ukoll b’dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li għandha l-impriża ta’ l-assigurazzjoni f’:

 impriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-sorveljanza ulterjuri ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni* ( 38 ),

 impriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE jew impriżi tar-riassigurazzjoni li mhux f’pajjiżi membri fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

 kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

 istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 39 ),

 ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli ( 40 ) u ta’ l-Artikoli 2(4) u 2(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 41 );

(b) kull wieħed minn dawn l-oġġetti li għandha l-impriża ta’ l-assigurazzjoni rigward l-entitajiet definiti fil-punt (a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:

 l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,

 l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,

 il-pretensjonijiet għall-indennizz u strumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn azzjonijiet f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni jinżammu temporanjament għall-għanijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja maħsuba li torganizza mill-ġdid u ssalva lil dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għad-dispożizzjonijiet fuq it-tnaqqis imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu.

Bħala alternattiva għat-tnaqqis ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subinċiż li l-impriża ta’ l-assigurazzjoni żżomm f’istituzzjonijiet tal-kreditu, istituzzjonijiet ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tagħhom japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza ulterjuri ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’ konglomerat finanzjarju ( 42 ). Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti hija konfidenti dwar il-livell ta’ amministrazzjoni integrata u kontroll intern dwar l-entitajiet li jiġu inklużi fl-għan tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għal dak il-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà kif provdut b’din id-Direttiva, impriżi ta’ l-assigurazzjoni soġġetti għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 98/78/KE jew għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m’għandhomx għalfejn inaqqsu l-ammonti msemmija f’(a) u (b) tat-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, li jinżammu f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni li huma inklużi fis-sorveljanza supplimentari. Għall-finijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.”

(9) L-Artikolu 28(2) huwa hawn emendat kif ġej:

(a) punt (a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(a) l-ewwel riżultat:

frazzjoni ta’ 4 % tad-dispożizzjonijiet matematiċi li jirrigwardaw il-kummerċ dirett u aċċettazzjonijiet grossi tar-riassigurazzjoni ta’ ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu multiplikati bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tad-dispożizzjonijiet matematiċi netti ta’ ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni għad-dispożizzjonijiet totali matematiċi grossi. Dak il-proporzjon fl-ebda każ m’għandu jkun inqas minn 85 % Ma’ l-applikazzjoni, akkumpanjata minn provi, mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn strumenti ta’ skop speċjali (SPVs) msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE jistgħu jitnaqqsu bħala riassigurazzjoni.”

(b) punt (b), l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“(b) it-tieni riżultat:

għal politiki li fuqhom il-kapital għal riskju m’ huwiex ammont negattiv, frazzjoni ta’ 0,3 % ta’ tali kapital sottoskritt mill-impriża tal-assigurazzjoni għandu jkun multiplikat bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tat-total ta’ kapital għal riskju miżmum bħala responsabbilta’ tal-impriża wara ċessjonijiet u retroċessjonijiet tar-riassigurazzjoni għat-total tal-kapital għar-riskju gross tar-riassigurazzjoni; fi kwalunkwe każ, dak il-proporzjon m’għandux ikun inqas minn 50 %. Ma’ l-applikazzjoni, akkumpanjata minn provi, mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn strumenti ta’ skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE jistgħu jitnaqqsu bħala riassigurazzjoni.”

(10) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“L-Artikolu 28a

Il-marġni tas-solvibbiltà għal impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet tar-riassigurazzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu japplika fil-konfront ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fit-territorju tiegħu id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 35 sa 39 tad-Direttiva 2005/68/KE dwar l-attivitajiet tagħhom ta’ aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni, fejn tintlaħaq waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu l-10 % tal-primjum totali tagħhom;

(b) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu EUR 50 000 000;

c) id-disPOŻIZZjonijet tekniċi li jirriżultaw mill-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tagħhom jeċċedu l-10 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi totali tagħhom.

2.  Kull Stat Membru jista’ jagħżel li japplika għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u bl-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fit-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34 ta’ Direttiva 2005/68/KE fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni, fejn waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1, jintlaħqu.

F’dak il-każ, l-Istat Membru rispettiv għandu jitlob li l-assi kollha mħaddma mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni sabiex tkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi li jikkorrispondu għall-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni ikunu separati, immexxija u organizzati separatament mill-attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni diretti, mingħajr il-possibilità tat-trasferiment. F’tali każ, u fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni biss, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 22 sa 26.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jivverifikaw is-separazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.”

▼C1

(11) L-Artikolu 38(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jirriduċu t-tnaqqis, ibbażat fuq ir-riassigurazzjoni, għall-marġni ta’ solvibbilità kif stabbilit skond l-Artikolu 28 fejn:

(a) in-natura jew il-kwalità tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni tbiddlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) m’hemm l-ebda trasferiment ta’ riskju, jew hemm trasferiment ta’ riskju limitat taħt il-kuntratti tar-riassigurazzjoni.”



TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 61

Dritt li jinkiseb minn impriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti

1.  L-impriżi tar-riassigurazzjoni suġġetti għal din id-Direttiva, li kienu awtorizzati jew intitulati li jwettqu negozju tar-riasiggurazjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri fejn huma għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom qabel 10 Diċembru 2005 jitqiesu li huma awtorizzati skond l-Artikolu 3.

Madankollu, huma għandhom ikunu obbligati li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar it-twettieq tan-negozju tar-riassigurazzjoni u mal-ħtiġijiet imniżżla fl-Artikoli 6(a), (ċ), (d), l-Artikoli 7, 8 u 12 u l-Artikoli 32 sa 41 sa minn 10 Diċembru 2007.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tar-riassigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li f’10 Diċembru 2005 ma jikkonformawx ma’ l-Artikoli 6(a), 7, 8 u l-Artikoli 32 sa 40 għal perjodu sa 10 Diċembru 2008 sabiex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 62

Impriżi tar-riassigurazzjoni li jagħlqu l-attività tagħhom

1.  Impriżi tar-riassigurazzjoni li sa 10 Diċembru 2007 ikunu waqqfu jwettqu kuntratti tar-riassigurazzjoni ġodda u jamministraw b’mod esklussiv il-portafoll eżistenti tagħhom sabiex ittemmu l-attività tagħhom ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni kkonċernati u għandhom jibagħtu dik il-lista lill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 63

Perjodu transitorju għall-Artikoli 57(3) u 60(6)

Stat Membru jista’ jipposponi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 57(3) ta’ din id-Direttiva li temenda l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 73/239/KEE u d-dispożizzjoni fl-Artikolu 60(6) ta’ din id-Direttiva sa 10 Diċembru 2008.

Artikolu 64

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn 10 Diċembru 2007. Huma għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 66

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

(1)Magħmula fi Strasburgu, nhar is-16 ta’ Novembru 2005.




L-ANNESS I

Forom ta' l-impriżi tar-riassigurazzjoni:

 fil-każ tar-Renju tal-Belġju: “société anonyme/naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions/commanditaire vennootschap op aandelen”, “association d'assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging”, “société coopérative/coöperatieve vennootschap”;

 fil-każ tar-Repubblika Ċeka: “akciová společnost”;

 fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: “aktieselskaber”, “gensidige selskaber”;

 fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen”;

 fil-każ tar-Repubblika ta' l-Estonja: “aktsiaselts”;

 fil-każ tar-Repubblika Ellenika: “ανώνυμη εταιρία”, “αλληλασφαλιστικός συνεταιρισμός”;

 Fil-każ tar-Renju ta' Spanja: “sociedad anónima”;

 Fil-każ tar-Repubblika Franċiża: “société anonyme”, “société d'assurance mutuelle”, “institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale”, “institution de prévoyance régie par le code rural” u “mutuelles régies par le code de la mutualité”;

 Fil-każ ta' l-Irlanda: kumpanniji inkorporati limitati b'ishma jew b'garanzija jew mhux limitati;

 Fil-każ tar-Repubblika Taljana: “società per azioni”;

 Fil-każ tar-Repubblika ta' Ċipru: “Εταιρεία Περιορισμένης Ευθύνης με μετοχές” ή “Εταιρεία Περιορισμένης Ευθύνης με εγγύηση”;

 Fil-każ tar-Repubblika tal-Latvja: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

 Fil-każ tar-Repubblika tal-Litwanja: “akcinė bendrovė”, “uždaroji akcinė bendrovė”;

 Fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “association d'assurances mutuelles”, “société coopérative”;

 Fil-każ tar-Repubblika ta' l-Ungerija: “biztosító részvénytársaság”, “biztosító szövetkezet”, “harmadik országbeli biztosító magyarországi fióktelepe”;

 Fil-każ tar-Repubblika ta' Malta: “limited liability company/kumpannija b'responabbiltà limitata’;

 Fil-każ tar-Renju ta' l-Olanda: ‘naamloze vennootschap’, ‘onderlinge waarborgmaatschappij’;

 Fil-każ tar-Repubblika ta' l-Awstrija: ‘Aktiengesellschaft’, ‘Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit’;

 Fil-każ tar-Repubblika tal-Polonja: ‘spółka akcyjna’, ‘towarzystwo ubezpieczeń wzajemnych”;

 Fil-każ tar-Repubblika Portugiża: “sociedade anónima”, “mútua de seguros”;

 Fil-każ tar-Repubblika tas-Slovenja: “delniška družba”;

 Fil-każ tar-Repubblika Slovakka: “akciová spoločnost”;

 Fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: “keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag”, “vakuutusosakeyhtiö/försäkringsaktiebolag”, “vakuutusyhdistys/försäkringsförening”;

 Fil-każ tar-Renju ta' l-Iżvezja: “försäkringsaktiebolag”, “ömsesidigt försäkringsbolag”;

 Fil-każ tar-Renju Unit: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited societies registered under the Industrial and Provident Societies Acts, societies registered or incorporated under Friendly Societies Acts”, “the association of underwriters known as Lloyd's”.




ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Direttiva 98/78/KE għandhom jiġu mibdula bdan li ġej:




“ANNESS I

IL-KALKOLU TAS-SOLVIBBILTÀ AĠĠUSTATA TA’ IMPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI U IMPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI

1.   L-GĦAŻLA TAL-METODU TAL-KALKOLU U PRINĊIPJI ĠENERALI

A. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jsir skond wieħed mill-metodi preskritti fil-punt 3. Stat Membru jista’, madankollu, jipprovdi biex l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw jew jimponu l-applikazzjoni ta’ metodu mwaqqaf fil-punt 3 li mhux dak li għażel l-Istat Membru.

B.  Il-proporzjonalità

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni għandu jqis is-sehem proporzjonali li għandha l-impriża li tipparteċipa fl-impriżi relatati magħha.

«Sehem proporzjonali» tfisser jew, fejn jintużaw il-metodu 1 jew il-metodu 2 deskritti fil-punt 3, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huwa miżmum, direttament jew indirettament, mill-impriża li tipparteċipa, jew inkella fejn jintuża l-metodu 3 deskritt fil-punt 3, il-perċentwali wżati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati.

Madankollu, ikun x’ikun il-metodu li jintuża, meta l-impriża relatata hija impriża sussidjarja u għandha defiċit ta’ solvibbiltà, għandu jiġi meqjus id-defiċit totali tas-solvibbiltà tas-sussidjarja.

B’danakollu, fejn, fil-fehma ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà ta’ l-impriża prinċipali li għandha sehem tal-kapital hija limitata strettament u b’mod mhux ambigwu għal dak is-sehem tal-kapital, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess biex id-defiċit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża sussidjarja jiġi meqjus fuq bażi proporzjonali.

Fejn m’hemm ebda rbit ta’ kapital bejn xi wħud mill-impriżi fi grupp ta’ l-assigurazzjoni jew fi grupp tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema sehem proporzjonali għandu jiġi meqjus.

Ċ.  L-eliminazzjoni ta’ użu doppju ta’ elementi ta’ marġni tas-solvibbiltà

Ċ.1.  Trattament ġenerali ta’ elementi ta’ marġni tas-solvibbiltà

Irrispettivament mill-metodu wżat għall-kalkolu tal-marġni aġġustat ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, l-użu doppju ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà fost l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriżi tar-riassigurazzjoni differenti meqjusa f’dak il-kalkolu għandu jiġi eliminat.

Għal dak l-iskop, meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni u fejn il-metodi deskritti fil-punt 3 ma jipprovdux għal dan, l-ammonti li ġejjin għandhom jiġu eliminati:

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ waħda mill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew impriżi tar-riassigurazzjoni relatati,

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni,

 il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ kwalunkwe impriża ta’ l-assigurazzjoni oħra relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra relatata ma’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.

Ċ.2.  It-trattament ta’ xi elementi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Ċ.1:

 ir-riservi tal-profitt u profitti futuri li jiġu minn impriża relatata ta’ l-assigurazzjoni [jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata] ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, u

 kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata,

jistgħu jiġu inklużi biss fil-kalkolu sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ dik l-impriża relatata. Madankollu, kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas li jirrapreżenta obbligazzjoni potenzjali minn naħa ta’ l-impriża li tipparteċipa għandu jiġi għal kollox eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża ta’ riassigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata għandu wkoll jiġi eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali minn naħa ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata oħra ta’ l-istess impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jiġi eskluż mill-kalkolu.

Ċ.3.  It-trasferibbiltà

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li xi elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata minbarra dawk imsemmija fit-Taqsima Ċ.2 ma jistgħux jitqiegħdu għad-disponibbiltà b’mod effettiv biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa li tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata tagħha, dawk l-elementi jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża relatata.

Ċ.4. Is-somma ta’ l-elementi msemmija fit-Taqsimiet Ċ.2 u Ċ.3 ma tistax teċċedi r-rekwiżit tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

D.  L-eliminazzjoni ta’ ħolqien tal-kapital fost il-grupp

Meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà li jirriżulta minn finanzjar reċiproku bejn l- impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni u:

 impriża relatata,

 impriża li tipparteċipa,

 impriża oħra relatata ma’ xi waħda mill-impriżi li jipparteċipaw.

Barra minn dan, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata meta l-element ikkonċernat jirriżulta minn finanzjar reċiproku ma’ kwalunkwe impriża relatata oħra ta’ dik l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.

B’mod partikolari, l-iffinanzjar reċiproku jeżisti meta impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, jew kwalunkwe impriża relatata magħha, ikollha azzjonijiet fi, jew tagħmel self lil, impriża oħra li, direttament jew indirettament, ikollha element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-ewwel impriżi.

E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-solvibbiltà aġġustata hija kkalkolata bl-istess frekwenza bħal dik stabbilita bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KEgħall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni. Il-valur ta’l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jiġi stmat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE.

2.   L-APPLIKAZZJONI TAL-METODI TAL-KALKOLU

2.1.  L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati u impriżi tar-riassigurazzjoni relatati.

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir skond il-prinċipji u l-metodi ġenerali mwaqqfa f’dan l-Anness.

Fil-każ tal-metodi kollha, fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni għandha aktar minn impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda, il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir billi kull waħda minn dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew impriżi tar-riassigurazzjoni relatati jiġu integrati.

Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju, fejn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra li hija wkoll impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni jew f’impriża tar-riassigurazzjoni), il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir fuq il-livell ta’ kull impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u li għandha għall-inqas impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata waħda jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni:

 jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ riassigurazzjoni hija impriża relatata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, u dik l-impriża relatata, hija meqjusa fil-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, jew

 jekk l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża relatata ma’ kumpannija holding ta’l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, u kemm il-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni u l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata jiġu meqjusa fil-kalkolu li jsir.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni jekk hija impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ impriża ta’ l-assigurazzjoni oħra, impriża tar-riassigurazzjoni oħra jew kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati qablu li jagħtu eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru aħħari.

F’kull każ, ir-rinunzja tista’ tingħata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti ikunu sodisfatti li l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-impriżi tar-riassigurazzjoni inklużi fil-kalkolu huma mifruxa b’mod xieraq bejn dawk l-impriżi.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru minbarra dak ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li għaliha jsir il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata, il-kalkolu għandu jqis, rigward l-impriża relatata, is-sitwazzjoni tas-solvibbiltà kif stmata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.2.  Il-Kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarji

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni, jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, li għandha parteċipazzjoni f’impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, permezz ta’ kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni, is-sitwazzjoni tal-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarja għandha tiġi meqjusa. Għall-iskop waħdieni ta’ dak il-kalkolu, li għandu jsir skond l-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness, il-kumpannija holding ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi meqjusa daqs li kieku kienet impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal rekwiżit ta’ solvibbiltà żero u li kienet soġġetta għall-istess kundizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE jew fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE rigward elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà.

2.3.  L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru u impriżi tar-riassigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li hija impriża li tipparteċipa f’impriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, din ta’ l-aħħar għandha tiġi trattata biss għall-iskopijiet tal-kalkolu, b’analoġija ma’ impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata, bl-applikazzjoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness.

Madankollu, fejn il-pajjiż li mhux membru, fejn dik l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, jagħmilha soġġetta għal awtorizzazzjoni u jimponi fuqha rekwiżit tas-solvibbiltà għall-inqas komparabbli ma’ dak imwaqqaf bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE jew 2005/68/KE, filwaqt li jitqiesu l-elementi ta’ kopertura ta’ dak ir-rekwiżit, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jqis, rigward dik l-impriża, ir-rekwiżit tas-solvibbiltà u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif imwaqqaf mill-pajjiż mhux membru konċernat.

2.4.  L-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li hija impriża li tipparteċipa f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, ir-regoli mwaqqfa bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE dwar it-tnaqqis ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet għandhom jgħoddu mutatis mutandis, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-abbiltà ta’ l-Istati Membri taħt xi kundizzjonijiet li jippermettu metodi alternattivi u li jippermettu li dawn il-parteċipazzjonijiet ma jitnaqqsux.

2.5.  Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur fuq il-kotba ta’ dik l-impriża fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà aġġustat. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ din il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà aġġustat.

3.   IL-METODI TAL-KALKOLU

Metodu 1: Il-Metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni

Is-sitwazzjoni aġġustata tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

(i) is-somma ta’:

(a) l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(b) is-sehem proporzjonali ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa fl-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata,

u

(ii) is-somma ta’:

(a) il-valur fuq il-kotba fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew

(b) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(ċ) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Fejn il-parteċipazzjoni fl-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tikkonsisti, għal kollox jew parzjalment, fi proprjetà indiretta, allura n-numru (ii)(a) għandu jinkorpora l-valur ta’ din il-proprjetà indiretta, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-interessi rilevanti suċċessivi, u n-numri (i)(b) u (ii)(ċ) għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Metodu 2: Il-metodu tat-tnaqqis tar-rekwiżit

Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

(i) is-somma ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa,

u

(ii) is-somma ta’:

(a) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l- impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(b) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Meta jiġu valutati l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà, parteċipazzjonijiet fis-sens ta’ din id-Direttiva huma valutati bil-metodu ta’ ekwità, skond l-għażla mwaqqfa fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Metodu 3: Il-Metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati. Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà kalkolati fuq il-bażi ta’ data konsolidati, u:

(a) jew is-somma tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u ta’ l-ishma proporzjonali tar-rekwiżiti tas-solvibbiltà ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-impriża tar-riassigurazzjoni relatata, fuq bażi tal-perċentwali użati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati,

(b) jew ir-rekwiżit tas-solvibbiltà kalkolat fuq bażi ta’ informazzjoni konsolidata.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE għandhom jgħoddu għall-kalkolu ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà u tar-rekwiżit tas-solvibbiltà bażat fuq data konsolidati.




ANNESS II

IS-SORVELJANZA SUPPLIMENTARI GĦAL IMPRIŻI TA' L-ASSIGURAZZJONI U IMPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA' KUMPANNIJI HOLDING TA' L-ASSIGURAZZJONI, IMPRIŻA TA' L-ASSIGURAZZJONI LI TINSAB F'PAJJIŻ MHUX MEMBRU JEW IMPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI LI TINSAB F'PAJJIŻ MHUX MEMBRU

1. F'każ ta' żewġ impriżi ta' l-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni jew aktar imsemmija fl-Artikolu 2(2) li huma sussidjarji ta' kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru u li huma mwaqqfa fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-metodu deskritt f'dan l-Anness huwa applikat b'mod konsistenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari bl-istess frekwenza bħal dik stabbilita bid-Direttivi 73/239/KEE, 91/674/KEE, 2002/83/KE u 2005/68/KE għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għal kalkolu provdut f'dan l-Anness rigward impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni:

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni hija impriża relatata ma' impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni oħra u jekk tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f'dan l-Anness imwettaq għal dik l-impriża l-oħra,

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, u impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar, awtorizzati fl-istess Stat Membru, għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, u l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f'dan l-Anness imwettaq għal waħda minn dawn l-impriżi l-oħrajn,

 jekk dik l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar awtorizzati fi Stati Membri oħrajn għandhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, u ġie konkluż skond l- l-Artikolu 4(2) ftehim li jagħti eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari koperta minn dan l-Anness lill-awtorità ta' sorveljanza ta' Stat Membru ieħor.

 Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju: kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru, li hija stess proprjetà ta' kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru oħra), l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli provduti f'dan l-Anness biss fuq il-livell ta' l-impriża prinċipali aħħarija ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li hija kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni jew impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kalkoli analogi ma' dawk deskritti fl-Anness I isiru fuq il-livell tal-kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti fl-Anness I fuq il-livell tal-kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni, impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru.

Biss għall-iskopijiet uniċi ta' daK il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal:

 rekwiżit ta' solvibbiltà żero fejn hija kumpannija holding ta' l-assigurazzjoni,

 rekwiżit ta' solvibbiltà determinat skond il-prinċipji tat-Taqsima 2.3 ta' l-Anness I, fejn hija impriża ta' l-assigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż mhux membru,

u hija suġġetta għall-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE rigward l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà.

4.  Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta' impriża ta' l-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur ta' dik l-impriża kif muri fil-kotba ta' l-impriża li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-kalkolu provdut f'dan l-Anness. F'dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma' dawn il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-kalkolu.”



( 1 ) ĠU C 120, ta’ l-20.5.2005, p. 1.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2005.

( 3 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).

( 4 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992 p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 5 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 6 ) ĠU C 56, ta’ l-4.4.1964, p. 878.

( 7 ) ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 8 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 9 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 10 ) ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 34.

( 11 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 12 ) ĠU C 321, tal-31.12.2003, p. 1.

( 13 ) Is-Sebà Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar kontabilità konsolidata (ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 14 ) Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju ta’ kummerċ minn istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 15 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji (ĠU L 145, tat-30.4.2004, p. 1).

( 16 ) Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u kontroll ta’ dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet għall-irtirar mix-xogħol (ĠU L 235, tat-23.9.2003, p. 10).

( 17 ) Id- Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38)

( 18 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, ta’ l-10.11.2001, p. 1). Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 1).

( 19 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/1/KE ta' Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

( 20 ) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

( 21 ) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

( 22 ) It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli mit-twettiq ta’ kontrolli ta’ dokumenti tal-kontabilità (ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20).

( 23 ) Ir-Rabà Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g)tat-Trattat dwar il-kontabilità annwali ta’ ċertu tipi ta’ kumpaniji (ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

( 24 ) Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investiment kollettiv ta’ titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 25 ) Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investimenti fil-qasam tat-titoli (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

( 26 ) Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar kapital adegwat ta’ ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 27 ) ĠU L 323, tal-9.12.2005, p. 1.

( 28 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).”

( 29 ) Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja) (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

( 30 ) ĠU L 323, tal-9.12.2005, p. 1.”

( 31 ) ĠU L 323, tal-09.12.2005, p. 1”

( 32 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).”

( 33 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l aħħar bid Direttiva 2005/1/KE.

( 34 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 35 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE.

( 36 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 37 ) ĠU L 323, tal-9.12.2005, p. 1.”

( 38 ) ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).

( 39 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 40 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

( 41 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

( 42 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.