2005L0064 — MT — 03.02.2009 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DIRETTIVA 2005/64/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2005

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

▼B

(ĠU L 310 25.11.2005, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/1/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta’ Jannar 2009

  L 9

31

14.1.2009


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 114, 27.4.2006, p.  122 (2005/64/KE)




▼B

▼C1

DIRETTIVA 2005/64/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2005

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE



Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi d-disposizzjonijiet amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi koperti mill-Artikolu 2, bil-għan li jiġi żgurat li l-partijiet u l-materjali komponenti tagħhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jiġu riċiklati u jiġu rkuprati fil-perċentwali minimi esposti fl-Anness I.

Id-Direttiva tistabbilixxi disposizzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti ma jwassalx għal perikli għas-sigurtà u għall-ambjent.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vetturi li jaqgħu fil-kategoriji M1 u N1, kif definiti fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE, u għall-partijiet komponenti ġodda jew li jintużaw mill-ġdid ta' tali vetturi.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:

(a) għal vetturi magħmula għal skop speċjali kif definiti fil-Parti A, punt 5, ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE;

(b) għal vetturi mibnija f'diversi stadji li jaqgħu fil-kategorija N1, sakemm il-vettura bażi tkun konformi ma' din id-Direttiva;

(ċ) għal vetturi prodotti f'serje żgħira, imsemmija fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “vettura” tfisser vettura b'mutur;

2) “parti komponenti” tfisser kwalunkwe parti jew kwalunkwe muntaġġ ta' partijiet li jkunu inklużi f'vettura fil-mument tal-produzzjoni tagħha, u tkopri wkoll komponenti u unitajiet tekniċi separati kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;

3) “tip ta' vettur” tfisser it-tip ta' vettura kif definita fil-Parti B, punti 1 u 3, ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE;

4) “vettura li m'għadhiex tintuża” tfisser vettura kif definita fil-punt 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

5) “vettura ta' referenza” tfisser il-verżjoni ta' tip ta' vettura, identifikata mill-awtorità ta' l-approvazzjoni, b'konsultazzjoni mal-manifattur u skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness I, bħala l-iktar problematika fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru;

6) “vettura mibnija f'diversi stadji” tfisser vettura li tirriżulta minn proċess ta' kostruzzjoni f'diversi stadji;

7) “vettura bażi” tfisser vettura kif definita fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE, li tkun użata fl-ewwel stadju ta' kostruzzjoni f'diversi stadji;

8) “kostruzzjoni f'diversi stadji” tfisser il-proċess li permezz tiegħu vettura tiġi prodotta f'diversi stadji billi jiġu miżjuda partijiet komponenti ma' vettura bażi jew billi jiġu modifikati dawk il-partijiet komponenti;

9) “użu mill-ġdid” tfisser użu mill-ġdid kif definit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

10) ’riċiklaġġ’ tfisser riċiklar kif definit fl-ewwel sentenza tal-punt 7 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

11) “irkupru ta' enerġija” tfisser irkupru ta' enerġija kif definit fit-tieni sentenza tal-punt 7 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

12) “irkupru” tfisser irkupru kif definit fil-punt 8 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

13) “possibbiltà ta' użu mill-ġdid” tfisser il-potenzjalità ta' użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

14) “possibbiltà ta' riċiklaġġ” tfisser il-potenzjalità ta' riċiklaġġ ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

15) “possibbiltà ta' rkupru” tfisser il-potenzjalità ta' rkupru ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

16) “rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ ta' vettura (Rcyc)” tfisser il-perċentwali tal-massa ta' vettura ġdida li potenzjalment tista' terġa tintuża u tiġi rriċiklata;

17) “rata tal-possibbiltà ta' rkupru ta' vettura (Rcov)” tfisser il-perċentwali tal-massa ta' vettura ġdida li potenzjalment tista' terġa tintuża u tiġi rkuprata;

18) “strateġija” tfisser pjan fuq skala kbira li tikkonsisti f'azzjonijiet u f'miżuri tekniċi koordinati li jkollhom jittieħdu fir-rigward ta' żarmar jew ta' tqattigħ jew ta' proċessi simili, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ta' materjali sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jintlaħqu r-rati previsti tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru fiż-żmien li l-vettura tkun qiegħda fl-istadju ta' żvilupp tagħha;

19) “massa” tfisser il-massa tal-vettura fi stat tajjeb ta' tħaddim kif definit fil-punt 2.6 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE, iżda teskludi dik tas-sewwieq, li l-massa tiegħu hija meqjusa li tkun 75 kg;

20) “korp kompetenti” tfisser entità, per eżempju ta' servizz tekniku jew korp eżistenti ieħor, notifikat minn Stat Membru sabiex iwettaq evalwazzjoni preliminari tal-manifattur u sabiex joħroġ ċertifikat ta' konformità, skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-korp kompetenti jista' jkun l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip, sakemm il-kompetenza tiegħu f'dan il-qasam tkun dokumenta adegwatament.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu, skond il-każ, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tal-possibbiltà ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.  Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-manifattur għandu jqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni l-informazzjoni teknika dettaljata meħtieġa għall-finijet tal-kalkoli u l-verifiki msemmija fl-Anness I ta' din id-Direttiva, li jirrigwardaw in-natura tal-materjali wżati fil-kostruzzjoni tal-vettura u tal-partijiet komponenti tagħha. F'każijiet fejn jintwera li tali informazzjoni hija koperta minn drittijiet ta' proprjetà intelletwali jew tikkostitwixxi konoxxenza teknika speċifika tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu, il-manifattur jew il-fornituri tiegħu għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti sabiex jippermettu li dawn il-kalkoli jsiru adegwatament.

3.  F'dak li jirrigwarda l-possibbiltà ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun qiegħed jippreżenta applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, il-manifattur juża l-mudell tad-dokument ta' informazzjoni espost fl-Anness II ma' din id-Direttiva.

4.  Meta tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE, l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip għandha tuża l-mudell taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE espost fl-Anness III ma' din id-Direttiva.

Artikolu 6

Evalwazzjoni preliminari tal-manifattur

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu kwalunkwe approvazzjoni tat-tip mingħajr ma jiżguraw minn qabel li l-manifattur ikun daħħal fis-seħħ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti, skond il-punt 3 ta' l-Anness IV, sabiex jimmaniġġa adegwatament l-aspetti tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru koperti minn din id-Direttiva. Meta tiġi mwettqa din l-evalwazzjoni preliminari, il-manifattur għandu jingħata ċertifikat imsejjaħ ’Ċertifikat ta' Konformità ma' l-Anness IV’ (minn hawn 'il quddiem 'iċ-ċertifikat ta' konformità').

2.  Fil-qafas ta' l-evalwazzjoni preliminari tal-manifattur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali wżati għall-kostruzzjoni ta' tip ta' vettura jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9, tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma' din id-disposizzjoni.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-manifattur għandu jirrakkomanda strateġija li tiżgura ż-żarmar, l-użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materjali. L-istrateġija għandha tieħu kont tat-teknoloġiji ppruvati li jkunu disponibbli jew li jkunu qegħdin jiġu żviluppati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.

4.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp kompetenti, skond il-punt 2 ta' l-Anness IV, sabiex iwettaq l-evalwazzjoni preliminari tal-manifattur u sabiex joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità.

5.  Iċ-ċertifikat ta' konformità għandu jinkludi d-dokumentazzjoni adegwata u għandu jiddeskrivi l-istrateġija rakkomandata mill-manifattur. Il-korp kompetenti għandu juża l-mudell espost fl-Appendiċi ma' l-Anness IV.

6.  Iċ-ċertifikat ta' konformità għandu jibqa' validu għal mhux inqas minn sentejn mid-data ta' l-għoti taċ-ċertifikat qabel ma jsiru verifiki ġodda.

7.  Il-manifattur għandu jinforma l-korp kompetenti dwar kull bidla sinifikattiva li tista' tolqot il-pertinenza taċ-ċertifikat ta' konformità. Wara li jiġi konsultat il-manifattur, il-korp kompetenti għandu jiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn ta' verifiki ġodda.

8.  Fit-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' konformità, il-korp kompetenti għandu joħroġ ċertifikat ġdid ta' konformità jew jestendi l-validità tiegħu għal perjodu ulterjuri ta' sentejn. Il-korp kompetenti għandu joħroġ ċertifikat ġdid f'każijiet fejn jiġi infurmat li saru tibdiliet sinifikattivi.

Artikolu 7

Użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti

Il-partijiet komponenti elenkati fl-Anness V:

a) għandhom jitqiesu li ma jistgħux jintużaw mill-ġdid għall-finijiet tal-kalkoli tar-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru;

b) ma għandhomx jiġu użati mill-ġdid fil-kostruzzjoni ta' vetturi koperti mid-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness VI ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

Emendi

Emendi għal din id-Direttiva li jkunu meħtieġa għall-adattament tagħha għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 10

Dati ta' implementazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

1.  B'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2006, l-Istati Membri ma għandhomx, fir-rigward ta' tip ta' vettura li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a) jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew nazzjonali;

(b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni jew il-bejgħ jew il-bidu ta' l-użu ta' vetturi ġodda.

2.  B'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' tip ta' vettura li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a) jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(b) jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3.  B'seħħ minn 15 ta' Lulju 2010, l-Istati Membri għandhom, jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a) jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala mhux iżjed validi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE;

(b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew il-bejgħ jew il-bidu ta' l-użu ta' vetturi ġodda, salv fejn japplika l-Artikolu 8(2)(b) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.  L-Artikolu 7 għandu japplika b'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.  Mhux aktar tard minn 15 ta' Diċembru 2006l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri. minn 15 ta' Diċembru 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi sabiex issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

LISTA TA' ANNESSI



Anness I:

Rekwiżiti

Anness II:

Dokument ta' informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura

Anness III:

Mudell taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Anness IV:

Evalwazzjoni preliminari tal-manifattur

Appendiċi:

mudell taċ-ċertifikat ta' konformità

Anness V:

Partijiet komponenti meqjusa li ma jistgħux jintużaw mill-ġdid

Anness VI:

Emendi lid-Direttiva 70/156/KEE




ANNESS I

REKWIŻITI

1. Vetturi li jaqgħu fil-kategorija M1 u dawk li jaqgħu fil-kategorija N1 għandhom jinbnew b'mod li jkunu:

 jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati sa mill-inqas 85 % tal-massa tagħhom u,

 jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati sa mill-inqas 95 % tal-massa tagħhom,

kif stabbilit mill-proċeduri imsemmija f'dan l-Anness.

2. Għall-finijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jippreżenta formola ta' preżentazzjoni ta' data debitament mimlija, stabbilita skond l-Anness A ma' l-istandard ISO 22628 : 2002. Din għandha tinkludi lista klassifikattiva tal-materjali.

Hija għandha tkun akkumpanjata minn lista tal-partijiet komponenti żarmati, dikjarati mill-manifattur fir-rigward ta' l-istadju ta' żarmar u l-proċess li jirrakkomanda għat-trattament tagħhom.

3. Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti 1 u 2, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni li l-vetturi ta' referenza jissodisfaw ir-rekwiżiti. Għandu jiġi applikat il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-Anness B ta' l-istandard ISO 22628 : 2002.

Madankollu l-manifattur għandu jkun jista' juri li kull verżjoni tat-tip ta' vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

4. Għall-finijiet tas-selezzjoni tal-vetturi ta' referenza, għandu jittieħed kont tal-kriterji li ġejjin:

 it-tip tal-karozzerija;

 il-livelli ta' attrezzatura disponibbli ( 6 );

 l-aċċessorji (6)  disponibbli li jistgħu jiġu installati taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

5. Jekk l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur flimkien ma jirnexxilhomx jidentifikaw il-verżjoni l-aktar problematika ta' tip ta' vettura, fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, għandha tintgħażel vettura waħda ta' referenza:

a) għal kull “tip ta' karozzerija”, kif definit fil-punt 1 tal-Parti Ċ ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE fil-każ ta' vetturi M1;

b) għal kull 'tip ta' “karozzerija”, jiġifieri vann, chassis b'kabina, pick up, eċċ, fil-każ ta' vetturi N1.

6. Għall-finijiet tal-kalkoli, it-tyres għandhom jitqiesu bħala riċiklabbli.

7. Il-massa għandha tiġi espressa f'kg sa figura deċimali waħda. Ir-rati għandhom jiġu kalkolati bħala perċentwali sa figura deċimali waħda, u mbagħad arrotondati kif ġej:

a) jekk il-figura ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total għandu jiġi arrotondat 'l isfel;

b) jekk il-figura ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 5 u 9, it-total għandu jiġi arrotondat 'il fuq.

8. Sabiex jiġu vverifikati l-kalkoli msemmija f'dan l-Anness, l-awtorità ta' l-approvazzjoni għandha tiżgura li l-formola ta' preżentazzjoni tad-data msemmija fil-punt 2 tkun koerenti ma' l-istrateġija rakkomandata annessa maċ-ċertifkat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva.

9. Sabiex jiġu vverifikati l-materjali u l-massa tal-partijiet komponenti, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli vetturi kif ukoll partijiet komponenti skond kif meqjus neċessarju mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip.




ANNESS II

DOKUMENTI TA' INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' VETTURA

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ( 7 ) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħha

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi provduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn għandu jiġi provdut fi skala adegwata u f'dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew f'dossier ta' daqs A4. Jekk ikun hemm ritratti, dawn għandhom ikunu dettaljati suffiċjentement.

0. ĠENERALI

0.1. Marka (trade name tal-manifattur):…

0.2. Tip:…

0.2.0.1.  Chassis:…

0.2.1. Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):…

0.3. Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkata fuq il-vettura (b):…

0.3.1. Posizzjoni ta' din il-marka:…

0.4. Kategorija tal-vettura(c):…

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.8. Indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' kostruzzjoni:…

1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva:…

1.2. Disinn tal-vettura sħiħa bid-dimensjonijiet:…

1.3. Numru ta' fusien u roti:…

1.3.1. Numru u posizzjoni ta' fusien b'roti doppji:…

1.3.3. Fusien imħaddma b'enerġija mekkanika (numru, posizzjoni, interkonnessjoni):…

1.7. Kabina tas-sewqan (forward control jew bonnetted) (z):…

3. MUTUR(q) (Fil-każ ta' vettura li tista' taħdem jew bil-petrol, diesel, eċċ, jew ukoll flimkien ma' karburanti ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti (+))

3.1. Manifattur:…

3.2. Magna ta' kombustjoni interna

3.2.1. Informazzjoni speċifika dwar il-magna

3.2.1.1. Prinċipju ta' operazzjoni: positive ignition/compression ignition, four-stroke/two-stroke (1)

3.2.1.2. Numru u arranġament taċ-ċilindri:…

3.2.1.3. Ċilindrata (s): ……cm3

3.2.2. Karbsuranti: diesel/petrol/LPG/NG/etanol: (1)…

4. TRASMISSJONI(v)

4.2. Tip (mekkaniku, idrawliku, elettriku, eċċ.):…

4.5.  Gearbox

4.5.1. Tip (manwali/awtomatiku/CVT (trasmissjoni b'varjazzjoni kontinwa)) (1)

4.9.  Differential lock: iva/le/fakultattiva (1)

9. KAROZZERIJA

9.1. Tip ta' karozzerija:…

9.3.1. Konfigurazzjoni u numru ta' bibien:…

9.10.3. Sedili

9.10.3.1. Numru:…

15. POSSIBBILTAJIET TA' UŻU MILL-ĠDID, TA' RIĊIKLAĠĠ U TA' RKUPRU

15.1. Verżjoni li għaliha tappartjeni l-vettura ta' referenza:…

15.2. Massa tal-vettura ta' referenza bil-karozzerija jew massa tax-chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew coupling device jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew il-coupling device (inklużi likwidi, għodda, rota spare, jekk installati) eskluż ix-xufier:…

15.3. Massa tal-materjali tal-vettura ta' referenza

15.3.1. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi ta' pre-trattament (##):…

15.3.2. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi taż-żarmar (##):…

15.3.3. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus riċiklabbli (##):…

15.3.4. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus li jista' jkun l-oġġett ta' rkupru enerġetiku (##):…

15.3.5. Lista klassifikattiva tal-materjali (##):…

15.3.6. Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati:…

15.3.7. Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati:…

15.4. Rati

15.4.1. Rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ “Rcyc (%)”:…

15.4.2. Rata tal-possibbiltà ta' rkupru “Rcov (%)”:…




ANNESS III

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Format massimu: A4 (210 x 297mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE



Timbru ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Komunikazzjoni dwar:



— l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1) ta' tip ta' vettura

— estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

— rifjut ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

(1)   Ħassar fejn mhux applikabbli.

fir-rigward tad-Direttiva 2005/64/KE

Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Marka (trade name tal-manifattur):…

0.2. Tip:…

0.2.1. Isem/Ismijiet kummerċjali ( 8 ):…

0.3. Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura:…

0.3.1. Posizzjoni ta' din il-marka:…

0.4. Kategorija tal-vettura ( 9 ):…

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' kostruzzjoni:…

[…]

TAQSIMA II

1. Informazzjoni oħra:…

Rata(i) tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ tal-vettura(i) ta' referenza:…

Rata(i) tal-possibbiltà ta' rkupru tal-vettura(i) ta' referenza:…

2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:…

3. Data tar-rapport tat-test:…

4. Referenza tar-rapport tat-test:…

5. Rimarki (jekk ikun hemm):…

6. Mehmużin: l-indiċi u l-pakkett ta' informazzjoni…

7. Il-vettura tissodisfa/ma tissodisfax ( 10 ) ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Direttiva:…



(Post)

(Firma)

(Data)

Mehmużin: Pakkett ta' informazzjoni.




ANNESS IV

EVALWAZZJONI PRELIMINARI

1. Għan ta' dan l-Anness

Dan l-Anness jiddeskrivi l-evalwazzjoni preliminari li għandha titwettaq mill-korp kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-manifattur stabbilixxa l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa.

2. Korp kompetenti

Il-korp kompetenti għandu jikkonforma ma' l-istandard EN 45012: 1989 jew mal-Gwida ISO/IEC 62: 1996 dwar il-kriterji ġenerali għall-korpi ta' ċertifkazzjoni li jwettqu ċertifikazzjoni ta' sistemi ta' kwalità fir-rigward ta' sistemi ta' mmaniġġar implimentati mill-manifattur.

3. Verifiki li għandhom jitwettqu mill-korp kompetenti

3.1. Il-korp kompetenti għandu jiżgura li l-manifattur ikun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a) jiġbor id-data adatta tul il-katina kollha tal-fornitura, b'mod partikulari dwar in-natura u l-massa tal-materjali kollha wżati fil-kostruzzjoni tal-vetturi sabiex jitwettqu l-kalkoli meħtieġa skond din id-Direttiva;

(b) iżomm għad-disposizzjoni tiegħu id-data adatta l-oħra kollha dwar il-vettura li jirrikjedi l-proċess tal-kalkolu, bħall-volum tal-fluwidi, eċċ.;

(ċ) jivverifika b'mod adegwat l-informazzjoni li jkun irċieva mill-fornituri;

(d) jimmaniġġa l-lista klassifikattiva tal-materjali;

(e) ikun jista' jagħmel il-kalkoli tar-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru skond l-istandard ISO 22628: 2002;

(f) jimmarka l-partijiet komponenti magħmula minn ’polymers’ jew ’elastomers’ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/138/KE tas-27 ta' Frar 2003 li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw ( 11 );

(g) jivverifika li l-ebda parti komponenti elenkata fl-Anness V terġa' tintuża fil-kostruzzjoni ta' vetturi ġodda.

3.2. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha, f'forma dokumentata. B'mod partikulari, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materjali għandhom jiġu dokumentati kif suppost.

▼M1

4.1. Għall-finijiet ta' valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/64/KE, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu juri li, permezz ta' arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tiegħu, il-konformità mal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE hija żgurata.

4.2. Għall-finijiet ta' valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/64/KE, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu jistabbilixxi proċeduri għall-finijiet li ġejjin:

(a) biex jiġu kkomunikati r-rekwiżiti applikabbli lill-persunal tiegħu u lill-fornituri kollha tiegħu;

(b) għall-monitoraġġ u l-iżgurar li l-fornituri jaġixxu skont dawk ir-rekwiżiti;

(c) biex tinġabar id-dejta rilevanti permezz tal-katina sħiħa ta' forniment;

(d) biex jiġi ċċekkjat u vverifikat it-tagħrif li jasasl mill-fornituri;

(e) għal reazzjoni adegwata meta d-dejta li tasal mingħand il-fornituri tindika nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.

4.3. Għall-finijiet tal-paragrafu 4.1 u 4.2, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu juża, bi qbil mal-entità kompetenti, ISO 9000/14000 jew programm ieħor ta' assikurazzjoni ta' kwalità standardizzata.

▼C1




APPENDIČI MA’ L-ANNESS IV

MUDELL TAĊ-ĊERTIFKAT TA' KONFORMITÀ

image




ANNESS V

PARTIJIET KOMPONENTI MEQJUSA LI MA JISTGĦUX JINTUŻAW MILL-ĠDID

1.  Introduzzjoni

Dan l-Anness jindirizza l-partijiet komponenti ta' vetturi li jaqgħu fil-kategorija M1 u dawk li jaqgħu fil-kategorija N1 li m'għandhomx jiġu użati mill-ġdid fil-kostruzzjoni ta' vetturi ġodda.

2.  Lista ta' partijiet komponenti

 L-’airbags’ ( 12 ) kollha, inklużi cushions, actuators pirotekniċi, unitajiet elettroniċi ta' kontroll u sensors;

 Muntaġġi automatiċi jew mhux automatiċi ta' seatbelts, inklużi webbing, bokkli, retractors u actuators pirotekniċi;

  Seats (fil-każijiet biss fejn l-ankraġġi tas-seatbelts u/jew airbags huma inkorporati fis-seat);

 Muntaġġi tas-sokra ta' l-isteering li jikkontrollaw il-kolonna ta' l-isteering;

 Immobilizzaturi inklużi transponders u unitajiet elettroniċi ta' kontroll;

 Sistemi għall-post-trattament ta' l-emissjonijiet (per eżempju, konvertituri katalitiċi, filtri ta' partikulati');

  “Exhaust silencers”




ANNESS VI

EMENDI LID-DIRETTIVA 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1) Jiġu miżjuda l-punti li ġejjin fl-Anness I:

“15. POSSIBBILTÀ TA' UŻU MILL-ĠDID, POSSIBBILTÀ TA' RIĊIKLAĠĠ U POSSIBBILTÀ TA' RKUPRU

15.1. VERŻJONI LI GĦALIHA TAPPARTJENI L-VETTURA TA' REFERENZA:

15.2. Massa tal-vettura ta' referenza bil-karozzerija jew massa tax-chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew strument ta' l-igganċjar jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-istrument ta' l-igganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota spare, jekk installati) eskluż ix-xufier:

15.3. Massa tal-materjali tal-vettura ta' referenza

15.3.1. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi ta' pre-trattament (##):

15.3.2. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi taż-żarmar (##):

15.3.3. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus riċiklabbli (##):

15.3.4. Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus li jista' jkun l-oġġett ta' rkupru enerġetiku(##):

15.3.5. Lista klassifikattiva tal-materjali (##):

15.3.6. Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati:

15.3.7. Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati:

15.4. Rati

15.4.1. Rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ ‘Rcyc(%)’:

15.4.2. Rata tal-possibbiltà ta' rkupru ‘Rcov (%)’:

(##) Dawn it-termini huma definiti fl-istandard ISO 22628: 2002.”

(2) L-element li ġej jiġi miżjud fil-Parti I ta' l-Anness IV:



“Suġġett:

Numru tad-Direttiva

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59.  Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

L 00 25 ta' Diċembru 2005, p. 00

X

X

 

 

 

”;

(3) L-Anness XI jiġi emendat kif ġej:

(a) L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 1:



“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

M/A

–”

(b) L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 2:



“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

M/A

–”

(ċ) L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 3:



“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

–”



( 1 ) ĠU C 74, 23.3.2005, p. 15.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2005.

( 3 ) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsïl 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

( 4 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/49/KE (ĠU L 194, 26.7.2005, p. 12).

( 5 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

( 6 ) Jiġifieri tapizzerija tal-ġilda, sistema 'hi-fi', sistema ta' arja kkundizzjonata, roti ta' l-'alloy' eċċ.

( 7 ) In-numerazzjoni ta' l-elementi u n-noti f'qiegħ il-paġni użati f'dan id-dokument ta' informazzjoni jikkorrispondu għal dawk esposti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. L-elementi li mhumiex relevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva qegħdin jitħallew barra.

( 8 ) Jekk mhux disponibbli meta tiġi mogħtija l-approvazzjoni tat-tip, dan l-element għandu jiġi indikat mhux iktar tard minn meta l-vettura titqiegħed fis-suq.

( 9 ) Kif definita fil-Part A ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE.

( 10 ) Ħassar fejn mhux applikabbli.

( 11 ) ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58.

( 12 ) Meta l-airbag ikun installat fl-isteering, l-isteering innifsu.