2005D0817 — MT — 28.11.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2005

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4424)

(It-test Latvjan biss huwa awtentiku)

(2005/817/KE, Euratom)

(ĠU L 305, 24.11.2005, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta' Novembru 2014

  L 343

35

28.11.2014




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2005

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4424)

(It-test Latvjan biss huwa awtentiku)

(2005/817/KE, Euratom)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju, 1989, dwar l-arranġamenti definittivi uniformi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju, 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima ( 2 ), minn issa ’l quddiem imsejħa “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu eżenzjonijiet jew jintaxxaw ċerti tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT;

(2)

Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, paragrafu 1, tas-Sezzjoni 7 (Tassazzjoni) ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Latvja mal-Komunitajiet Ewropej ( 3 ), tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex teżenta ċerti tranżazzjonijiet imniżżla fl-Anness F tas-sitt Direttiva;

(3)

Ir-Repubblika tal-Latvja ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji għat-tranżazzjonijiet imniżżla fl-Anness F, punti 2 u 17, tas-sitt Direttiva; kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta’ riżorsi tal-VAT tar-Repubblika tal-Latvja; ir-Repubblika tal-Latvja tista’ tagħmel kalkolu billi tuża estimi approssimattivi għal dawn il-kategoriji ta' tranżazzjonijiet imniżżla fl-Anness F tas-sitt Direttiva; ir-Repubblika tal-Latvja għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi ta’ VAT billi tuża estimi approssimattivi skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89;

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-iskop li tkun ikkalkulata l-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji mill-1 ta’ Mejju, 2004, ir-Repubblika tal-Latvja hija awtorizzata biex, skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89, tuża estimi approssimattivi għall-kategoriji li ġejjin ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fl-Anness F tas-sitt Direttiva:

1. Servizzi pprovduti minn awturi, artisti u atturi (Anness F, punt 2);

2. Trasport tal-passiġġieri (l-Anness F, punt 17).

▼M1

Artikolu 1a

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Latvja hija awtorizzata li tuża 0,04 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (professjonijiet liberi) tad-Direttiva 2006/112/KE ( 4 ).

Artikolu 1b

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Latvja hija awtorizzata li tuża 0,30 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B, (trasport tal-passiġġieri) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE.

▼B

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.



( 1 ) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

( 2 ) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva hekk kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

( 3 ) ĠU L 236, tat-23. 9. 2003, p. 830.

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).