02005D0671 — MT — 31.10.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/671/ĠAI

ta' l-20 ta’ Settembru 2005

dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi

(ĠU L 253 29.9.2005, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2017/541 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-15 ta’ Marzu 2017

  L 88

6

31.3.2017

►M2

DIRETTIVA (UE) 2023/2123 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-4 ta’ Ottubru 2023

  L 

1

11.10.2023

►M3

REGOLAMENT (UE) 2023/2131 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-4 ta’ Ottubru 2023

  L 

1

11.10.2023




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/671/ĠAI

ta' l-20 ta’ Settembru 2005

dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

“reati terroristiċi”: ir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼M2 —————

▼M3 —————

▼M2

(d) 

“grupp jew entità”: grupp terroristiku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2017/541 u l-gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK ( 2 ).

▼B

Artikolu 2

▼M2

Trasmissjoni ta’ informazzjoni lill-Europol u lill-Istati Membri dwar reati terroristiċi

▼B

1.  
Kull Stat Membru għandu jinnomina servizz speċjalizzat fi ħdan is-servizzi tal-pulizija tiegħu jew awtoritajiet oħra ta' l-infurzar tal-liġi, li, konformement mal-liġi nazzjonali, ikollu aċċess għal, u jiġbor, dik l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna u tirriżulta minn investigazzjonijiet kriminali kondotti mill-awtoritajiet tiegħu ta' l-infurzar tal-liġi fir-rigward ta’ reati terroristiċi u jibgħatha lill-Europol konformement mal-paragrafi 3 u 4.

▼M3 —————

▼M3

3.  
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 dwar investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, miġbura mill-awtorità rilevanti, tiġi trażmessa lill-Europol, f'konformità mal-liġi nazzjonali u mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼M2

3a.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data personali tiġi pproċessata skont it-tielet paragrafu ta’ dan l-Artikolu biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali oħra li għalihom hija kompetenti l-Europol, kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/794. Tali pproċessar għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet applikabbli għall-ipproċessar tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/794.

▼B

4.  

L-informazzjoni li għandha tiġi trasmessa lill-Europol skond il-paragrafu 3 għandha tkun li ġejja:

(a) 

data li tidentifika l-persuna, il-grupp jew l-entità;

(b) 

atti taħt investigazzjoni u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom;

(ċ) 

ir-reat konċernat;

(d) 

rabtiet ma' każijiet rilevanti oħra;

(e) 

l-użu ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(f) 

it-theddida li jirrappreżenta l-pussess ta' armi ta' distruzzjoni massiva.

▼M2

Il-kategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu trażmessi lill-Europol għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3a għandhom jibqgħu limitati għal dawk imsemmija fit-Taqsima B, il-punt 2, tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/794.

▼M3 —————

▼M1

6.  
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-informazzjoni rilevanti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tagħha fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali b’rabta ma’ reati terroristiċi tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun malajr għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, fejn l-informazzjoni tista’ tintuża fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541, f’dak l-Istat Membru, jew fuq talba jew spontanjament, u f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-istrumenti legali internazzjonali rilevanti.

▼M2

Il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu skambjati bejn l-Istati Membri għall-finijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu limitati għal dawk imsemmija fit-Taqsima B, il-punt 2, tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/794.

▼M1

7.  
Il-paragrafu 6 ma japplikax fejn l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jipperikola l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew is-sikurezza ta’ individwu, u lanqas meta dan imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat.
8.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, malli jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu miżuri f’waqthom f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif xieraq.

▼B

Artikolu 3

Gruppi investigattivi konġunti

Fejn ikun il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu gruppi investigattivi konġunti sabiex iwettqu investigazzjonijiet kriminali dwar reati terroristiċi.

Artikolu 4

Talbiet għal assistenza ġudizzjarja u eżekuzzjoni ta' sentenzi

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li t-talbiet minn Stati Membri oħra għal assistenza legali reċiproka u għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi konnessi ma' reati terroristiċi jiġu trattati bħala kwistjoni ta’ urġenza u jingħataw prijorità.

Artikolu 5

Tħassir ta' disposizzjonijiet eżistenti

Id-Deċiżjoni 2003/48/ĠAI hija b'dan mħassra.

Artikolu 6

Implementazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2006.

Artikolu 7

Applikazzjoni Territorjali

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.



( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

( 2 ) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).