2005D0430 — MT — 01.07.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tat-18 ta' April 2005

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

(2005/430/KE, Euratom)

(ĠU L 155, 17.6.2005, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1497/2005 of 15 September 2005 (*)

  L 240

38

16.9.2005



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tat-18 ta' April 2005

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

(2005/430/KE, Euratom)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”) ma' l-Unjoni Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni anness ma' dak it-Trattat,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewropew, li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra ( 1 ) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewropew”), kien daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1995;

(2)

It-Trattat li jikkonċerna l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “it-Trattat ta' Adeżjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

(3)

Huwa meħtieġ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew biex jikkunsidra l-adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri ġodda.

(4)

Saru konsultazzjonijiet fuq dan il-Protokoll Addizzjonali fi qbil ma' l-Artikolu 28(2) tal-Ftehim Ewropew, biex ikun żgurat li jkunu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u l-Bulgarija.

(5)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta'l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 2 ).

(6)

Għalhekk, il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex iqis l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea qiegħed hawn jiġi approvat.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 3

1.  In-numri ta' l-ordni kif attribwiti għall-kwoti tat-tariffi fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jistgħu jinbidlu mill-Kummissjoni, fi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-kwoti tat-tariffi b'numru ta' ordni 'l fuq minn 09.5100 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita' ( 3 ).

2.  Il-kwantitajiet ta' merkanzija li tkun soġġetta għall-kwoti tat-tariffi u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-1 ta' Lulju 2004 taħt il-konċessjonijiet li hemm fl-Anness A(b) tal-Protokoll approvat taħt id-Deċiżjoni 2003/18/KE ( 4 ), għandhom ikunu magħduda b'mod sħiħ kontra l-kwantitajiet li jidhru fir-raba' kolonna fl-Anness A(b) għall-Protokoll Addizzjonali mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, ħlief għall-kwantitajiet li għalihom kienu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni qabel l-1 ta' Lulju 2004.

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tat-Tmexxija għaz-Zokkor kif stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-qasam taz-zokkor ( 5 ) jew, fejn ikun xieraq, mill-kumitat stabbilit bid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal'xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Protokoll Addizzjonali f' isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.




ANNESS

Numri ta' l-ordni għall-kwoti tat-tariffi ta' l-UE għall-prodotti li huma ġejjin mill-Bulgarija

(kif imsemmi fl-Artikolu 3)



Nru ta' l-Ordni tal-Kwota

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

09.4783

0102 90 05

0102 90 21

0102 90 29

0102 90 41

0102 90 49

Annimali bovini ħajjin

09.4651

0201

0202

Laħam taċ-ċanga, frisk, imkessaħ jew iffriżat

09.4671

ex02 03

Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0210 11

0210 12

0210 19

Laħam tal-majjal, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

1601 00

Zalzett u prodotti simili

1602 41

1602 42

1602 49

Laħam imħejji u ppreservat, il-ġewwieni jew demm tal-majjal

09.5854

ex02 07

Laħam u l-ġewwieni tat-tjur ta' l-intestatura Nru 0105, barra 0207 27 91, 0207 35 91, 0207 36 89

09.4773

0402 10

0402 21

Ħalib u krema, fi trab jew għamliet solidi oħra

09.4675

0403 10 11

Jogurt, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda

0403 10 13

0403 10 19

0403 10 31

0403 10 33

0403 10 39

Oħrajn, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda

09.4660

0406

Ġobon u baqta

09.5891

0407 00 30

Bajd ta' l-għasafar fil-qoxra, mhux għat-tifqis

09.6225

0702 00 00

Tadam

09.5938

ex070700 05

Ħjar

— għall-ipproċessar

09.6231

ex070700 05

Ħjar, frisk jew imkessaħ

— għajr l-ipproċessar

09.4725

0711 51 00

2003 10 20

2003 10 30

Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus

09.6247

0808 10

Tuffieħ, għajr it-tuffieħ tas-sidru

09.4676

1001

1109 00 00

Qamħ u meslin

Glutina tal-qamħ

09.5893

1002 00 00

Segala

1102 10 00

Dqiq tas-segala

1103 19 10

Segala mitħun oħxon u mhux raffinat

1003 20 10

Frak tas-segala

09.5894

1003 00

Xgħir

1102 90 10

Dqiq tax-xgħir

1103 19 30

Xgħir mitħun oħxon u mhux raffinat

1103 20 20

Frak tax-xgħir

09.5895

1004 00 00

Ħafur

1102 90 30

Dqiq tal-ħafur

1103 19 40

Ħafur mitħun oħxon u mhux raffinat

1103 20 30

Frak tal-ħafur

09.4677

1005 10 90

1005 90 00

Qamħirrum

09.5941

1006 30

Ross, semi-mitħun jew mitħun sħiħ

09.6277

1602 32

1602 39

Laħam imħejji jew ippreservat tat-tjur

09.4784

1602 50

Laħam imħejji jew ippreservat ieħor, il-ġewwieni jew demm, ta' annimali bovini

▼M1

09.5902

1701

Sugar

1702

Other sugars



( 1 ) ĠU L 358, 31.12.1994, p. 3, kif emendat.

( 2 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 3 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

( 4 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta' April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproċi ġodda (ĠU L 102, 24.4.2003, p. 60).

( 5 ) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1.