02005D0051 — MT — 02.12.2019 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Jannar 2005

li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-ħamrija ikkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 92)

(2005/51/KE)

(ĠU L 021 25.1.2005, p. 21)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2007/156/KE tas-7 ta' Marzu 2007

  L 68

7

8.3.2007

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/162/KE tas-26 ta’ Frar 2009

  L 55

40

27.2.2009

 M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/102/UE tas-17 ta’ Frar 2012

  L 48

15

21.2.2012

 M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/487 notifikata bid-dokument C(2017 tas-17 ta' Marzu 2017

  L 75

32

21.3.2017

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1999 notifikata bid-dokument C(2019 tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 310

37

2.12.2019




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Jannar 2005

li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-ħamrija ikkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 92)

(2005/51/KE)



Artikolu 1

L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati jipprovdu għal derogi mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward tal-projbizzjonijiet msemmija fil-punt 14 tal-Parti A ta' l-Anness III għal dik id-Direttiva, u mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-ħtiġijiet speċjali msemmija fil-punt 34 tas-Taqsima I tal-Parti A ta' l-Anness IV għal dik id-Direttiva għal ħamrija li toriġina f'ċertu pajjiżi terzi.

L-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti derogi, kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet speċifiċi pprovduti fl-Anness, u għandhom japplikaw biss għal ħamrija li hija introdotta fil-Komunità bejn l-1 ta' Marzu 2005 ►M5  il-31 ta’ Diċembru 2024 ◄ u destinata għat-trattament f'inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż.

L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra jew proċeduri li jistgħu jkunu meħtieġa taħt leġislazzjoni oħra.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena ta' importazzjoni, bit-tagħrifi kif meħtieġ fil-punt 7 ta' l-Anness għal kull kunsinna ta' ħamrija importata qabel dik id-data skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kunsinni kollha introdotti fit-territorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li sussegwentament instabu li ma kienux konformi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tista' tiġi revokata jekk il-kondizzjonijiet imniżżla huma murija li mhumiex biżżejjed biex jimpedixxu l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal ħamrija li toriġina f'pajjiżi terzi li jibbenifikaw minn deroga li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni

1. Il-ħamrija għandha tkun:

a) 

ħamrija kkontaminata minn pestiċidi koperti mill-programm FAO dwar il-prevenzjoni u r-rimi ta' pestiċidi li m'għadhomx jintużaw u mhux mixtieqa jew programmi multilaterali simili, jew ħamrija kkontaminata b'sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu elenkati fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġsu jew fil-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis ta' l-Arja b'Medda Twila minn Fruntiera għal Oħra dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu;

b) 

ippakkjati f'tankijiet jew boroż issiġillati f'konformità mal-Kodiċi IMDG, ittrasportati f'kontejners issiġillati għat-trasbord mis-sit ta' l-imbalaġġ fil-pajjiż ta' l-oriġini għall-faċilità tat-trattament li tinsab fil-Komunità f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill Nru 259/93;

c) 

maħsuba biex tkun trattata fil-Komunità f'inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż, li jikkonformaw mad-Direttiva 2000/76/KE.

2. Il-ħamrija għandha tingħata flimkien ma' ċertifikat fitosanitarju maħruġ fil-pajjiż ta' l-oriġini skond l-Artikolu 13.1(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara taħt “Dikjarazzjoni addizzjonali”, l-indikazzjoni “Din il-kunsinna tissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE”.

3. Qabel l-introduzzjoni fil-Komunità, l-importatur għandu jkun infurmat uffiċjalment bil-kondizzjonijiet imniżżla fil-punti 1 to 7 ta' dan l-Anness. L-importatur imsemmi għandu jgħarraf id-dettalji ta' kull introduzzjoni minn qabel biżżejjed lill-korpi uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru ta' l-introduzzjoni, u jindika:

a) 

il-kwantità u l-oriġini tal-ħamrija,

b) 

id-data dikjarata ta' introduzzjoni u l-konferma tal-punt tad-dħul fil-Komunità,

c) 

l-ismijiet, indirizzi u s-sit tal-postijiet imsemmija fil-punt 5 fejn il-ħamrija ser tkun trattata.

L-importatur għandu jgħarraf lill-korpi uffiċjali kkonċernati bi kwalunkwe tibdil fid-dettalji t'hawn fuq malli dawn ikunu magħrufa.

4. Il-ħamrija ser tiġi introdotta permezz ta' punti ta' dħul li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru u nominati għall-għan ta' din id-deroga minn dak l-Istat Membru; dawn il-punti tad-dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli msemmi fid-Direttiva 2000/29/KE responsabbli għal kull punt għandhom ikunu mgħarrfa minn qabel biżżejjed mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u għandhom jinżammu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra meta jintalbu. Trasport dirett bejn il-punt tad-dħul u l-post tat-trattament għandu jkun żgurat. F'dawk il-każijiet fejn l-introduzzjoni fil-Komunità jseħħ fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li qiegħed jagħmel użu minn din id-Deroga, l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli ta' l-Istat Membru ta' introduzzjoni għandhom jgħarrfu u jikkooperaw ma' l-imsemmija korpi uffiċċjali responsabbli ta' l-Istati Membri li qegħdin jagħmlu użu minn din id-deroga biex jiżguraw li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

5. Il-ħamrija għandha tkun trattata biss f'postijiet:

a) 

għal xhiex l-ismijiet, l-indirizzi u l-postijiet ġew mgħarrfai skond il-punt 3 lill-korpi uffiċjali responsabbli relevanti, u

b) 

irreġistrati uffiċjalment u approvati għall-għanijiet ta' din id-deroga mill-korpi uffiċjali responsabbli relevanti.

F'dawk il-każijiet fejn il-postijiet jinsabu fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li qiegħed jagħmel użu minn din id-deroga, l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli ta' l-Istat Membru, fil-mument ta' l-irċevuta tan-notifikazzjoni bil-quddiem mingħand l-importatur hawn fuq imsemmija, għandhom jgħarrfu lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija ta' l-Istat Membru fejn il-ħamrija ser tiġi ttrattata u jagħtu l-ismijiet, l-indirizzi u s-siti tal-postijiet fejn il-ħamrija ser tkunu ttrattata;

6. Fil-postijiet imsemmija fil-punt 5:

a) 

il-ħamrija għandha tiġi ttrattata bħala skart perikoluż bil-protezzjonijiet kollha meħtieġa applikati, u

b) 

il-ħamrija għandha tiġi ttrattata f'inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż, li jikkonformaw mad-Direttiva 2000/76/KE.

7. L-Istat Membru li qed jagħmel użu minn din id-deroga għandu jikkomunika kull sena d-dettalji msemmija fil-punt (3) għal kull introduzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.