2004R2183 — MT — 11.02.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2183/2004

tas-6 ta' Diċembru 2004

li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro

(ĠU L 373, 21.12.2004, p.293)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 47/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008

  L 17

7

22.1.2009




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2183/2004

tas-6 ta' Diċembru 2004

li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi:

(1)

Meta adotta r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 ( 2 ) l-Kunsill indika li r-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro ( 3 ),

(2)

Madankollu, huwa importanti li r-regoli dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro għandhom ikunu uniformi madwar il-Komunitá kollha, u d-disposizzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu adottati għal dak l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2009 ( 4 ) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1(a) r-Regolament (KE) Nru 974/98.

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2005.

( 2 ) GU L 373, 21.12.2004, p.1.

( 3 ) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament/(KE) Nru 2596/2000 (ĠU L 300, 29.11.2000 p. 2.)

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5).