2004R2007 — MT — 17.07.2014 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 2007/2004

tas-26 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(ĠU L 153M, 7.6.2006, p.136)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 863/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Lulju 2007

  L 199

30

31.7.2007

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1168/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011

  L 304

1

22.11.2011

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 1052/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2013

  L 295

11

6.11.2013

►M4

REGOLAMENT (UE) Nru 656/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 189

93

27.6.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 2007/2004

tas-26 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62(2)(a) u 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-politika tal-Komunità fil-qasam tal-fruntieri esterni ta' l-UE timmira lejn ġestjoni integrata li tiżgura kontroll u sorveljanza ta' livell għoli u uniformi, li huma korollarju meħtieġ għall-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni Ewropea u komponent fundamentali ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Għal dan il-għan hu previst l-istabbiliment ta' regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll tal-fruntieri esterni.

(2)

L-implimentazzjoni effiċjenti tar-regoli komuni teħtieġ aktar kordinazzjoni fil-koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri.

(3)

Waqt li jittieħed kont ta' l-esperjenzi ta' l-Unità Komuni ta' l-Operaturi fil-Fruntieri Esterni li taġixxi fi ħdan il-Kunsill, għandu għalhekk jiġi stabbilit korp speċjalizzat ta' esperti bl-inkarigu li jtejjeb il-kordinazzjoni tal-koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni f'għamla ta' Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Aġenzija).

(4)

Ir-responsabbiltà għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni hija ta' l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Komunità dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi tiżgura l-kordinazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

(5)

Il-kontroll u s-sorveljanza effettivi tal-fruntieri esterni huma kwistjoni ta' l-akbar importanza għall-Istati Membri tkun xi tkun il-posizzjoni ġeografika tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li tiġi promossa s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-istabbiliment ta' l-Aġenzija li tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' l-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fl-Istati Membri, jikkostitwixxi pass importanti f'din id-direzzjoni.

(6)

L-Aġenzija, abbażi ta' mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, għandha tagħmel analiżi tar-riskji sabiex tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'informazzjoni adegwata biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa jew biex jiġu affrontati t-theddid u r-riskji li jkunu ġew identifikati bil-ħsieb li tiġi mtejba l-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

(7)

L-Aġenzija għandha tipprovdi taħriġ f'livell Ewropew għal istrutturi nazzjonali tal-gwardji tal-fruntiera u taħriġ u seminars addizzjonali dwar il-kontroll u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni u t-tneħħija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fl-Istati Membri għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti. L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri fit-territorju tagħhom.

(8)

L-Aġenzija għandha tibqa' ssegwi l-iżviluppi fir-riċerka xjentifika rilevanti għaż-żona tagħha u tgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(9)

L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb listi ta' tagħmir tekniku pprovdut mill-Istati Membri, u b'hekk tkun qed tagħti kontribut għall-akkomunament ta' riżorsi materjali.

(10)

L-Aġenzija għandha wkoll tappoġġa lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni.

(11)

Fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, l-aspetti operazzjonali fir-rigward tar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fl-Istati Membri jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri esterni. Billi hemm valur miżjud ċar fit-twettiq ta' dawn il-kompiti f'livell Ewropew, għalhekk l-Aġenzija għandha, skond il-politika ta' ritorn tal-Komunità, tipprovdi l-assistenza meħtieġa sabiex jiġu organizzati operazzjonijiet konġunti ta' ritorn mill-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattika għall-kisba ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u għat-tneħħija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fit-territorji ta' l-Istati Membri illegalment.

(12)

Sabiex twettaq il-missjoni tagħha u safejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista' tikkopera mal-Europol, ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas ta' l-arranġamenti ta' ħidma konklużi skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea.

(13)

Billi tibni fuq l-esperjenzi ta' l-Unità Komuni ta' l-Operaturi fil-Fruntieri Esterni u ċ-ċentri operazzjonali u ta' taħriġ speċjalizzati fl-aspetti differenti tal-kontroll u sorveljanza tal-fruntieri fl-art, fl-ajru u fil-baħar rispettivament, li ġew stabbiliti mill-Istati Membri, l-Aġenzija tista' hi stess toħloq fergħat speċjalizzati responsabbli biex jieħdu ħsieb il-fruntieri fl-art, fl-ajru u fil-baħar.

(14)

L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi u għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan hu meħtieġ u xieraq li għandha tkun fil-forma ta' korp Komunitarju li jkollu personalità ġuridika u li jeżerċita l-poteri mplimentattivi, mogħtija lilu b'dan ir-Regolament.

(15)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fi ħdan Bord ta' Ġestjoni sabiex jikkontrollaw b'mod effikaċi l-funzjonijiet ta' l-Aġenzija. Fejn hu possibbli, il-Bord għandu jikkonsisti mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntieri jew mir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord għandu jingħata l-poteri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi tiegħu/tagħha.

(16)

Sabiex l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija jkunu garantiti, għandha tingħata budget awtonomu fejn id-dħul jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-Komunità. Il-proċedura tal-budget tal-Komunità għandha tkun applikabbli safejn huma kkonċernati l-kontribuzzjoni tal-Komunità u kwalunkwe sussidji oħra a karigu tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru.1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet li tmexxew mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ( 3 ) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ( 4 ).

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 ( 5 ) dwar l-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu japplika għall-Aġenzija.

(19)

Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali data ( 6 ) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija.

(20)

L-iżvilupp tal-politika u tal-liġi dwar il-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni jibqa' responsabbiltà ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE, partikolarment tal-Kunsill. Għandha tiġi garantita kordinazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u dawn l-istituzzjonijiet ta' l-UE.

(21)

Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħtieġa li tinħoloq ġestjoni integrata ta' koperazzjoni operazzjonali fil-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, l-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa neċessarju sabiex dan l-għanijiet jintlaħqu.

(22)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(23)

Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċizjoni tal-Kunsill 1999/437/KE ( 7 ) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, id-delegazzjonijiet tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja għandhom jipparteċipaw bħala membri tal-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija, għalkemm bi drittijiet ta' votazzjoni limitati. Sabiex jiġu determinati l-modalitajiet ulterjuri li jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tar-Repubblika ta' l- Islanda u r-Renju tan-Norveġja fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn il-Komunità u dawn l-Istati.

(24)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament jekk hijiex sejra timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha jew le.

(25)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta' dawk id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen ( 8 ). Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(26)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 li tikkonċerna t-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen ( 9 ). L-Irlanda għaldaqstant mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(27)

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet operazzjonali li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-kompetenzi u l-faċilitajiet li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jkunu lesti li joffru, skond modalitajiet li jiġu deċiżi mill-Bord ta' Ġestjoni skond il-każ partikolari. Għal dak il-għan, rappreżentanti mill-Irlanda u mir-Renju Unit għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat kollha tal-Bord ta' Ġestjoni sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fid-deliberazzjonijiet għall-preparazzjoni ta' tali azzjonijiet operazzjonali.

(28)

Teżisti kontroversja bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri ta' Ġibiltà.

(29)

Is-sospensjoni ta' l-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà ma timplika l-ebda bidla fil-posizzjonijiet rispettivi ta' l-Istati konċernati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

SUĠĠETT

Artikolu 1

L-Istabbiliment ta' l-Aġenzija

1.  Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (l-Aġenzija) tiġi stabbilita bil-ħsieb li tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

▼M2

2.  Filwaqt li jitqies li r-responsabbiltà għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntiera esterna hi tal-Istati Membri, l-Aġenzija, bħala korp tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 15 u skont it-termini tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, għandha tiffaċilita u tirrendi aktar effettiv l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b'mod partikolari tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 562/2006 ( 10 ). Għandha tagħmel dan billi tiżgura l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri, u b'hekk tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll fuq persuni u sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha bir-rispett sħiħ tal-liġijiet relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”); tal-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f'Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra”); tal-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement; u tad-drittijiet fundamentali, u b'kont meħud tar-rapporti tal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-appoġġ tekniku meħtieġ u l-kompetenza speċjalizzata meħtieġa fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, speċjalment dawk li jikkonfrontaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 1a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ser japplikaw id-definizzjonijiet li jmiss:

1. “fruntiera esterna ta’ l-Istati Membri” tfisser il-fruntieri fuq l-art u fuq il-baħar ta’ l-Istati Membri u l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-qsim ta’ fruntieri esterni minn persuni;

▼M2

1a. “Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej” tfisser għall-finijiet tal-Artikolu 3, l-Artikolu 3b, l-Artikolu 3c, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 17, timijiet li jintbagħtu għall-azzjoni matul l-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali; għall-fini tal-Artikoli 8a sa 8 g, timijiet li għandhom jintbagħtu għall-azzjoni għal interventi rapidi tal-fruntiera (“interventi rapidi”) fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 ( 11 ) u għall-fini tal-punti (ea) u (g) tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 5, timijiet li għandhom jintbagħtu għall-azzjoni matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi;

▼M2

2. “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih isiru jew li minnu jkunu varati operazzjoni konġunta, proġett esperimentali jew intervent rapidu;

▼M1

3. “Stat Membru ta’ oriġini” tfisser l-Istat Membru fejn membru tat-tim jew l-uffiċjal mistieden huwa gwardja tal-fruntiera tiegħu;

▼M2

4. “membri tat-timijiet” tfisser gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri li jservu mat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej li mhumiex dawk ta’ l-Istat Membru ospitanti;

5. “Stat Membru li jagħmel it-talba” tfisser Stat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jitolbu lill-Aġenzija biex torganizza interventi rapidi fit-territorju tiegħu;

▼M1

6. “Uffiċjali mistiedna” tfisser l-uffiċjali tas-servizzi ta’ l-għassa tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra li mhux l-Istat Membru ospitanti li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota.

▼B



KAPITOLU II

KOMPITI

Artikolu 2

Kompiti prinċipali

1.  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) tikkordina l-koperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(b) tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali, inkluż l-istabbiliment ta' standards komuni ta' taħriġ;

▼M2

(c) twettiq ta’ analiżi ta’ riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

(d) tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;

▼M2

(da) tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom, b'kont meħud li xi sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar;

▼M2

(e) tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom, speċjalment dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati;

▼M2

(ea) tistabbilixxi Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej li jintbagħtu fl-azzjoni matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi;

▼M2

(f) tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ, ukoll fuq talba, dak ta’ koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;

(g) tibgħat f'azzjoni gwardji mit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej lejn Stati Membri għal operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali jew interventi rapidi skont ir-Regolament (KE) Nru 863/2007;

▼M2

(h) tiżviluppa u tħaddem, skont ir-Regolament (KE) No 45/2001, sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta’ informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-fruntieri esterni ta’ Stati Membri, inkluż in-Netwerk ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE ( 12 );

▼M3

(i) tipprovdi l-għajnuna neċessarja għall-iżvilupp u l-operazzjoni ta' sistema Ewropea ta' sorveljanza tal-fruntieri u, kif adatt, għall-iżvilupp ta' ambjent komuni għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà ta' sistemi, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment, iż-żamma u l-koordinazzjoni tal-qafas tal-EUROSUR f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

▼M2

1a.  Konformemnt mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi internazzjonali, l-ebda persuna m'għandha tiġi żbarkata fi, jew b'xi mod mgħoddija lill-awtoritajiet ta', pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta’ espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta’ dak il-prinċipju. Il-bżonnijiet speċjali tat-tfal, il-vittmi tat-traffikar, persuni fil-bżonn ta’ għajnuna medika, persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u persuni oħra vulnerabbli għandhom jiġu indirizzati konformemnt mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi internazzjonali.

▼B

2.  Bla preġudizzju għall-kompetenzi ta' l-Aġenzija, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkoperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew ma' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, meta tali koperazzjoni tkun tikkomplimenta l-azzjoni ta' l-Aġenzija.

L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament ta' l-Aġenzija jew il-kisba ta' l-għanijiet tagħha.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dawk il-kwistjonijiet operazzjonali fil-fruntieri esterni tagħhom li jkunu barra mill-qafas tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (“id-Direttur Eżekuttiv”) għandu jinforma l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija (“il-Bord Amministrattiv”) dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u tal-inqas darba fis-sena.

▼M2

Artikolu 2a

Kodiċi ta’ Kondotta

L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha kkordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jiddelinea l-proċeduri intiżi għall-garanzija tal-prinċipji tal-istat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali mmirati b'mod partikolari fuq il-minorenni u l-persuni vulnerabbli mhux akkumpanjati, kif ukoll fuq persuni li jkunu qed ifittxu l-protezzjoni internazzjonali, applikabbli għall-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha tiżviluppa l-Kodiċi ta’ Kondotta f'kooperazzjoni mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a.

▼M2

Artikolu 3

Operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali fil-fruntieri esterni

1.  L-Aġenzija għandha tevalwa, tapprova u tikkoordina proposti għall-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali magħmula mill-Istati Membri, inklużi t-talbiet tal-Istati Membri marbuta maċ-ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-aktar fil-każijiet ta’ pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati.

L-Aġenzija tista' hi nnifisha tibda u twettaq operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati u bi qbil mal-Istati Membri ospitanti.

Tista' wkoll tiddeċiedi li tqiegħed it-tagħmir tekniku tagħha għad-disposizzjoni tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti jew fil-proġetti esperimentali.

L-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa.

1a.  L-Aġenzija tista', wara li tkun għarrfet lill-Istat Membru kkonċernat, ittemm operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali ma jibqgħux sodisfatti.

L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta jew fi proġett esperimentali jistgħu jitolbu lill-Aġenzija tittermina dik l-operazzjoni konġunta jew dak il-proġett esperimentali.

L-Istat Membru tal-oriġini għandu jipprovdi għal miżuri dixxiplinari xierqa jew miżuri oħrajn xierqa f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu f'każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali jew ta’ obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali matul operazzjoni konġunta jew proġett esperimentali.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissospendi jew jittermina, kompletament jew parzjalment, l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali jekk iqis li tali ksur huwa ta’ natura gravi jew li aktarx jippersisti.

1b.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi għaqda ta’ gwardji tal-fruntiera msejħa Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont l-Artikolu 3b, għall-użu possibbli matul l-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tiddeċiedi fuq l-użu tar-riżorsi umani u t-tagħmir tekniku skont l-Artikoli 3a u 7.

2.  L-Aġenzija tista' topera permezz tal-fergħat speċjalizzati tagħha previsti fl-Artikolu 16 għall-organizzazzjoni prattika tal-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali.

3.  L-Aġenzija għandha tevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali u tibgħat ir-rapporti dettaljati ta’ evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta’ dawk l-operazzjonijiet proġetti lill-Bord Amministrattiv, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 26a. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawk ir-riżultati bl-iskop li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali futuri li jkunu ser jiġu inklużi fir-rapport annwali tagħha previst fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2).

4.  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-finanzjament jew kofinanzjament tal-operazzjonijiet u l-proġetti esperimentali msemmija fil-paragrafu 1, b'għoti ta’ flus mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

5.  Il-paragrafi 1a u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-interventi rapidi.

▼M2

Artikolu 3a

Aspetti organizzattivi tal-operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali msemmija fl-Artikolu 3(1). Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta jew fi proġett esperimentali, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jagħti dettalji dwar l-aspetti organizzattivi fi żmien xieraq qabel il-bidu previst ta’ dik l-operazzjoni konġunta jew dak il-proġett esperimentali.

Il-pjan operazzjonali għandu jkopri l-aspetti kollha meqjusa neċessarji għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inkluż dan li ġej:

(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, bil-modus operandi u l-għanijiet tal-użu, inkluż l-għan operazzjonali;

(b) id-dewmien previst tal-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali;

(c) iż-żona ġeografika fejn se ssir l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali;

(d) deskrizzjoni tal-kompiti u tal-istruzzjonijiet speċjali għall-uffiċjali mistiedna, inklużi dawk dwar il-konsultazzjoni permissibbli ta’ bażijiet ta’ data u armi, munizzjoni u tagħmir permissibbli tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti;

(e) il-kompożizzjoni tat-timijiet tal-uffiċjali mistiedna, kif ukoll l-iskerjament ta’ persunal relevanti ieħor;

(f) dispożizzjonijiet tal-kmand u l-kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mal-uffiċjali u l-Aġenzija, partikolarment dawk fost il-gwardji tal-fruntiera li ser ikollhom il-kmand waqt il-perjodu ta’ użu, u l-post tal-uffiċjali mistiedna fil-katina tal-kmand;

(g) It-tagħmir tekniku li jrid jintuża matul l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju l-kondizzjonijiet għall-użu, il-persunal rikjest, it-trasport u loġistika oħra, u d-dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h) dispożizzjonijiet iddettaljati għal rappurtar immedjat ta’ inċidenti mill-Aġenzija lill-Bord Amministrattiv u lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti;

(i) skema ta’ rappurtar u valutazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u data finali ta’ preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali skont l-Artikolu 3(3);

(j) dwar operazzjonijiet tal-baħar, tagħrifiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u leġiżlazzjoni relevanti fir-rigward taż-żona ġeografika fejn isiru l-operazzjoni konġunta jew il-proġett esperimentali, inkluż riferimenti għal-liġi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward ta’ interċettazzjoni, salvataġġ fuq il-baħar u żbark. ►M4  F’dak ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ); ◄

(k) il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.  Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. Għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat mill-Aġenzija lill-Istati Membri parteċipanti.

3.  L-Aġenzija għandha, bħala parti mill-kompiti ta’ koordinazzjoni, tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzattivi kollha, inkluża l-preżenza ta’ membru tal-persunal tal-Aġenzija, matul l-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti esperimentali msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 3b

Kompożizzjoni u użu ta’ Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej

1.  Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, permezz ta’ għaqda komuni nazzjonali bbażata fuq il-profili varji definiti mill-Aġenzija, billi jaħtru gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

2.  Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għall-operazzjonijiet konġunti speċifiċi u l-proġetti esperimentali għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jigħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. Talba bħal din għandha ssir ta’ mill-inqas 45 jum qabel l-użu previst. L-awtonomija tal-Istat Membru tal-oriġini f'relazzjoni mal-għażla tal-persunal u d-dewmien tal-użu tagħhom tagħhom m'għandhiex tkun affettwata.

3.  L-Aġenzija għandha wkoll tikkontrobwixxi għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej bi gwardji tal-fruntiera kompetenti ssekondati mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali skont l-Artikolu 17(5). Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri.

Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jqiegħdu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għas-sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jirrikjamaw lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati.

Id-dewmien massimu ta’ ssekondar bħal dan m'għandux ikun iktar minn sitt xhur f'perjodu ta’ 12-il xahar. Il-gwardji tal-fruntiera ssekondati għandhom, għall-għan ta’ dan ir-Regolament, ikunu kkunsidrati bħala uffiċjali mistiedna u jkollhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 10. L-Istat Membru li jkun ssekonda l-gwardji tal-fruntiera kkonċernati għandu jkun ikkunsidrat bħala l-Istat Membru tal-oriġini, kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 1a għall-għan tal-applikazzjoni tal-Artikoli 3c, 10 u 10b. Persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija fuq bażi temporanja li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta’ kontrolli fil-fruntiera għandhom ikunu użati biss matul operazzjonijiet konġunti u proġetti esperimentali għall-kompiti ta’ koordinazzjoni.

4.  Il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aċċess għall-proċeduri ta’ ażil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tal-poteri għandha tkun proporzjonata għall-finijiet ta’ tali miżuri. Waqt li jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw il-poteri tagħhom, m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

5.  Skont l-Artikolu 8 g l-Aġenzija għandha tinnomina uffiċjal ta’ koordinament għal kull operazzjoni konġunta jew proġett esperimentali fejn il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej se jkunu użati.

Ir-rwol tal-uffiċjal ta’ koordinament għandu jkun li jrawwem l-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti.

6.  L-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri għad-disponibbiltà tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont l-Artikolu 8h.

7.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi ta’ kull sena dwar in-numru ta’ gwardji tal-fruntiera li kull Stat Membru jkun impenja għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont it-termini ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3c

Istruzzjonijiet lit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej

1.  Waqt l-użu tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti istruzzjonijiet lit-timijiet skont il-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 3a(1).

2.  L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal ta’ koordinament kif imsemmi fl-Artikolu 3b(5), tista' tikkomunika l-fehmiet tagħha dwar l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru ospitanti. Jekk tagħmel hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawk il-fehmiet.

3.  Skont l-Artikolu 8 g l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-uffiċjal ta’ koordinament, inkluż aċċess sħiħ għat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej fil-ħinijiet kollha matul l-użu.

4.  Il-membri tat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej għandhom, waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membri tal-oriġini tagħhom.

▼M2

Artikolu 4

L-analiżi tar-riskju

L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tapplika mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat.

Għandha tipprepara analiżi tar-riskju kemm ġenerali kif ukoll magħmula apposta li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Għall-finijiet ta’ analiżi tar-riskju, l-Aġenzija tista' tivvaluta, wara li tagħmel konsultazzjoni minn qabel mal-Istat Membru jew Stati Membri konċernati, il-kapaċità tagħhom li jaffaċċjaw l-isfidi li ġejjin fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-aktar għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati. Għal dak l-iskop, l-Aġenzija tista' tivvaluta t-tagħmir u r-riżorsi tal-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntieri. Il-valutazzjoni tkun imsejsa fuq it-tagħrif mogħti mill-Istati Membri kkonċernati, u fuq ir-rapporti u r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti, il-proġetti esperimentali, l-interventi rapidi u l-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni ta’ Schengen.

Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-Bord Amministrattiv.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni.

L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta’ mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat fl-iżvilupp tal-kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 5.

▼B

Artikolu 5

Taħriġ

▼M2

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera li huma membri tat-Timijiet tal-Gwardji tal-Fruntiera Ewropej b'taħriġ avvanzat li jkun relevanti għall-kompiti u poteri tagħhom u għandha tmexxi b'mod regolari eżerċizzji ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera b'mod konformi mal-iskeda ta’ taħriġ u eżerċizzju avvanzat li hemm riferiment għalihom fil-programm ta’ ħidma ta’ kull sena tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha wkoll tiegħu l-inizjattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-gwardji kollha tal-fruntiera u kull persunal ieħor tal-Istati Membri li jipparteċipa fit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi internazzjonali relevanti, inklużi d-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-linji-gwida għall-fini ta’ identifikazzjoni tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-protezzjoni u għad-direzzjoni tal-istess persuni lejn il-faċilitajiet adatti.

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f'livell Ewropew għall-istrutturi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri, ukoll fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u tal-liġi marittima relevanti.

L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni jiġu redatti wara li ssir konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26a.

L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu bażiku komuni fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom.

▼B

L-Aġenzija għandha wkoll toffri korsijiet u seminars ta' taħriġ addizzjonali dwar suġġetti konnessi mal-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni u r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri.

L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri fit-territorju tagħhom.

▼M2

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta’ skambji li jippermetti li gwardji ta’ fruniera li jipparteċipaw fit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej jiksbu konoxxenza jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiċi tajbin barra minn pajjiżhom billi jaħdmu ma’ gwardji tal-fruntieri fi Stat Membru li ma jkunx pajjiżhom.

▼M2

Artikolu 6

Sorveljanza u kontribuzzjoni għar-riċerka

L-Aġenzija għandha tissorvelja u tikkontribwixxi proattivament għall-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni u tgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Artikolu 7

Tagħmir tekniku

1.  L-Aġenzija tista' tixtri, hi stess jew f'komproporjetà ma’ Stat Membru, jew tikri tagħmir tekniku għall-kontrol tal-fruntieri esterni biex jintuża matul l-operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi, operazzjonijiet ta’ ritorn jew proġetti ta’ assistenza teknika konġunti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli lill-Aġenzija. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti lill-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċju. Kull infiq bħal dan ikun hemm dispożizzjoni għalih fil-baġit tal-Aġenzija skont kif dan ikun adottat mill-Bord Amministrattiv skont l-Artikolu 29(9). Fil-każ li l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku importanti bħal pereżempju bastimenti jew vetturi għall-għassa kostali jew fil-baħar miftuħ, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ xiri jew komproprjetà, l-Aġenzija taqbel formalment ma’ Stat Membru wieħed li dan tal-aħħar se jipprovdi għar-reġistrazzjoni tat-tagħmir skont il-leġislazzjoni applikabbli ta’ dak l-Istat Membru;

(b) fil-każ ta’ kera, it-tagħmir irid ikun irreġistrat fi Stat Membru.

Fuq il-bażi ta’ ftehim mudell redatt mill-Aġenzija, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet billi jiżguraw il-perijodu ta’ disponibbiltà sħiħa tal-beni f'komproprjetà għall-Aġenzija, kif ukoll dwar il-pattijiet għall-użu tat-tagħmir.

L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti meħtieġa u l-persunal tekniku biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legali u sikur.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ċentralizzati r-reġistri ta’ tagħmir f'ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku magħmula minn tagħmir li hu proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u t-tagħmir f'komproprjetà bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija għall-skopijiet ta’ kontroll tal-fruntieri esterni. Il-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandu jkollha numru minimu għal kull tip ta’ tagħmir tekniku kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. It-tagħmir elenkat fil-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandu jintuża matul l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 8a u 9.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku msemmi fil-paragrafu 2. Il-kontribut tal-Istati Membri għall-ġabra komuni u l-iskjerament tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta’ tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, ħlief jekk qed jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talbiet bħal din għandhom isiru ta’ mill-inqas 45 jum qabel l-użu previst. Il-kontribuzzjonijiet għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku għandhom ikunu riveduti kull sena.

4.  L-Aġenzija għandha tamministra r-rekords tal-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku kif ġej:

(a) klassifikazzjoni skont it-tip ta’ tagħmir u skont it-tip ta’ operazzjoni;

(b) klassifikazzjoni mill-proprjetarju (Stat Membru, Aġenzija, oħrajn);

(c) numri globali tat-tagħmir meħtieġ;

(d) rekwiżiti tal-persunal jekk applikabbli;

(e) informazzjoni oħra, bħad-dettalji tar-reġistrazzjoni, rekwiżiti tat-trasportazzjoni u l-manutenzjoni, skemi nazzjonali applikabbli ta’ esportazzjoni, istruzzjonijiet tekniċi, jew informazzjoni oħra rilevanti għall-użu korrett tat-tagħmir.

5.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja l-użu tat-tagħmir tekniku li jifforma parti min-numru minimu tat-tagħmir teknikuipprovdut minn Stat Membru partikolari għal sena partikolari. L-użu tat-tagħmir tekniku li ma jiffurmax parti min-numru minimu tat-tagħmir tekniku għandu jkun iffinanzjat b'mod parzjali mill-Aġenzija sa mhux iktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri li jkunu qed jibgħatu tali tagħmir tekniku.

Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi, kull sena skont l-Artikolu 24, dwar ir-regoli dwar tagħmir tekniku, inklużi n-numri minimi globali meħtieġa skont it-tip ta’ tagħmir tekniku, il-kundizzjonijiet għall-użu u r-rimborż tal-ispejjeż. Għal raġunijiet baġitarji dik id-deċiżjoni trid tittieħed kull sena mill-Bord Amministrattiv sal-31 ta’ Marzu.

L-Aġenzija għandha tipproponi n-numru minimu ta’ tagħmir tekniku skont il-ħtiġijiet tagħha, notevolment sabiex tkun kapaċi twettaq operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi u operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, skont il-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena kkonċernata.

Jekk in-numru minimu ta’ tagħmir tekniku juri li ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali, interventi rapidi jew operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, dan għandu jiġi rivedut mill-Aġenzija abbażi tal-bżonnijiet ġustifikati tagħha u ta’ ftehim mal-Istati Membri.

6.  L-Aġenzija għandha tirrapporta kull xahar dwar il-kompożizzjoni u l-użu tat-tagħmir, li hu parti mill-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku, lill-Bord Amministrattiv. Meta ma jintlaħaqx in-numru minimu ta’ tagħmir imsemmi fil-paragrafu 5, id-Direttur Eżekuttiv għandu javża l-Bord Amministrattiv mingħajr dewmien. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu deċiżjoni malajr dwar il-prijoritizzazzjoni tal-użu tat-tagħmir tekniku u jieħu l-passi xierqa biex isolvi n-nuqqasijiet identifikati. Hu għandu jinforma l-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati u l-passi meħuda. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien mal-valutazzjoni tagħha stess.

7.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi ta’ kull sena dwar in-numru ta’ tagħmir tekniku li kull Stat Membru jkun impenja għall-ġabra komuni ta’ tagħmir tekniku skont it-termini ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 8

Appoġġ lill-Istati Membri fiċ-ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni

▼M2

1.  Bla preġudizzju għall-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu qed jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi jew sproporzjonati u kkonfrontati b'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali meta qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom rigward kontroll u sorveljanza tal-fruntieri esterni jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, skont it-termini tal-Artikolu 3, torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri li jitolbuha.

▼B

2.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tista':

(a) tassisti f'materji ta' kordinazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar bl-iskop li jiġu megħluba l-problemi li ltaqgħu magħhom fil-fruntieri esterni;

(b) tibgħat lill-esperti tagħha biex jagħtu appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istat/i Membru/i nvolut/i għaż-żmien xieraq;

▼M2

(c) tuża gwardji tal-fruntiera mit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej.

▼M2

3.  L-Aġenzija tista' takkwista tagħmir tekniku għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni biex jintuża mill-esperti tagħha u fil-qafas tal-interventi rapidi għat-tul tagħhom.

Artikolu 8a

Interventi rapidi

Fuq talba minn Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali, speċjalment il-wasla f'punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorji ta’ dak l-Istat Membru, l-Aġenzija tista' tiskjera għal perijodu limitat Tim jew Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej (“tim(ijiet)”) fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-talba għat-tul ta’ żmien adatt, b'mod konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 863/2007.

▼M1

Artikolu 8b

Kompożizzjoni tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

1.  F’każ ta’ sitwazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw fuq talba ta’ l-Aġenzija n-numru, l-ismijiet u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mill-grupp nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fi żmien ħamest ijiem. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-gwardji tal-fruntiera disponibbli għall-iskjerament fuq talba ta’ l-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali.

2.  Meta tiġi deċiża l-kompożizzjoni tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għall-iskjerament, id-Direttur Esekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari li qed jiffaċċja l-Istat Membru li jagħmel it-talba. It-tim għandu jkun kompost skond il-pjan operattiv imħejji skond l-Artikolu 8e.

Artikolu 8c

Taħriġ u eżerċizzji

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera li jiffurmaw parti mill-Grupp Rapidu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti tagħhom u għandha tmexxi b’mod regolari eżerċizzji ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera b’mod konformi ma’ l-iskeda ta’ taħriġ u eżerċizzju avvanzat imsemmija fil-programm ta’ ħidma annwali ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 8d

Proċedura biex jiġi deċiż l-iskjerament tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

1.  Talba għall-iskjerament ta’ timijiet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8a għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti għall-iskjerament. Jekk meħtieġ, id-Direttur Esekuttiv jista’ jibgħat esperti mill-Aġenzija biex jevalwaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

2.  Id-Direttur Esekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Bord Amministrattiv b’talba ta’ Stat Membru għall-iskjerament tat-Timijiet.

3.  Meta jkun qed jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Stat Membru id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont tas-sejbiet ta’ l-analiżi ta’ l-Aġenzija dwar ir-riskji kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru li għamel it-talba jew minn Stat Membru ieħor.

4.  Id-Direttur Esekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għall-iskjerament tat-Timijiet malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data meta rċieva t-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża bil-miktub lill-Istat Membru li għamel it-talba u lill-Bord ta’ Tmexxija bid-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata.

▼M2

5.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jiskjera tim jew aktar minn tim wieħed, l-Aġenzija flimkien mal-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-talba għandhom ifasslu pjan operazzjonali skont l-Artikolu 8e immedjatament, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem mid-data tad-deċiżjoni.

▼M1

6.  Malli jkun hemm ftehim dwar il-pjan operattiv, id-Direttur Esekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri bin-numru mitlub u bil-profili ta’ uffiċjali tal-gwardja tal-fruntiera li ser jiġu skjerati fit-Timijiet. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub, lill-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skond l-Artikolu 8f u għandha tindika d-data li fiha għandu jsir l-iskjerament. Għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom kopja tal-pjan operattiv.

7.  Jekk id-Direttur Esekuttiv huwa assenti jew indispost, id-deċiżjonijiet relatati ma’ l-iskjerament tat-Timijiet għandhom jittieħdu mill-Viċi Direttur Eżekuttiv.

8.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-gwardji disponibbli għall-iskjerament tal-fruntiera fuq talba ta’ l-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali.

9.  L-iskjerament tat-Timijiet għandu jseħħ mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operattiv bejn id-Direttur Esekuttiv u l-Istat Membru li jkun għamel it-talba.

Artikolu 8e

Pjan Operattiv

1.  Id-Direttur Esekuttiv u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jiftehmu dwar pjan operattiv li jagħti l-kondizzjonijiet preċiżi għall-iskjerament tat-Timijiet. Il-pjan operattiv għandu jinkludi dan li ġej:

(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-għanijiet ta’ l-iskjerament, inkluż l-għan operattiv;

(b) it-tul previst ta’ iskjerament tat-Timijiet;

(ċ) iż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà fl-Istat Membru li jagħmel it-talba fejn ser jintbagħtu it-Timijiet;

(d) deskrizzjoni tal-kompiti u ta’ l-istruzzjonijiet speċjali għal membri tat-timijiet inkluż dawk dwar il-konsultazzjoni permissibbli ta’ bażijiet ta’ data u armi, munizzjon u tagħmir permissibbli tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti;

▼M2

(e) il-kompożizzjoni tat-timijiet, kif ukoll l-iskjerament ta’ persunal relevanti ieħor;

(f) dispożizzjonijiet ta’ kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mat-timijiet, partikolarment ta’ dawk fost il-gwardji tal-fruntiera li għandhom il-kmand tat-timijiet waqt il-perjodu ta’ użu, u l-post tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

(g) it-tagħmir tekniku li jrid jintuża flimkien mat-timijiet, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju kundizzjonijiet għall-użu, persunal rikjest, trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

▼M2

(h) dispożizzjonijiet iddettaljati għal rappurtar immedjat ta’ inċidenti mill-Aġenzija lill-Bord Amministrattiv u lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rilevanti;

(i) skema ta’ rappurtar u valutazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u data finali ta’ preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali skont l-Artikolu 3(3);

(j) dwar operazzjonijiet tal-baħar, tagħrifiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u leġiżlazzjoni relevanti fir-rigward taż-żona ġeografika fejn isir l-intervent rapidu, inklużi riferimenti għal-liġi internazzjonali u dik tal-Unjoni f'materja ta’ interċettazzjoni, salvataġġ fuq il-baħar u żbark. ►M4  F’dak ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ); ◄

(k) il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

▼M1

2.  Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operattiv kemm mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija kif ukoll ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operattiv emendat jew adattat mill-Aġenzija lill-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 8f

Punt ta’ kuntatt nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni ma’ l-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-Timijiet. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkun jista’ jintlaħaq f’kull ħin.

Artikolu 8g

Uffiċjal tal-Koordinazzjoni

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar espert wieħed jew aktar mill-persunal ta’ l-Aġenzija biex jiġi skjerat bħala uffiċjal tal-koordinazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu javża lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.

2.  L-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu jaġixxi f’isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha ta’ l-iskjerament tat-timijiet. B’mod partikulari, l-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu:

(a) jaġixxi bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti;

(b) jaġixxi bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-membri tat-timijiet, u jipprovdi assistenza, f’isem l-Aġenzija, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kondizzjonijiet ta’ l-iskjerament tagħhom mat-timijiet;

(ċ) jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operattiv;

(d) jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-aspetti kollha ta’ l-iskjerament tat-timijiet.

3.  B’mod konformi ma’ l-Artikolu 25(3)f, id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jawtorizza lill-uffiċjal tal-koordinazzjoni biex jassisti ħalli jsolvi kwalunkwe nuqqas ta’ qbil dwar l-eżekuzzjoni tal-pjan operattiv u l-iskjerament tat-Timijiet.

4.  Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-uffiċjal ta’ koordinazzjoni għandu jieħu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.

Artikolu 8h

Spejjeż

▼M2

1.  L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ dawn l-ispejjeż li ġejjin li huma mħallsa mill-Istati Membri meta għamlu l-gwardji tal-fruntiera tagħhom disponibbli għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1b), l-Artikolu 8a u l-Artikolu 8c:

▼M1

(a) l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta’ oriġini għall-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti sa l-Istat Membru ta’ oriġini;

(b) l-ispejjeż relatati mat-tilqim;

(ċ) l-ispejjeż relatati mal-ħtiġijiet ta’ assigurazzjoni speċjali;

(d) l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa;

(e) il-konċessjonijiet għall-għajxien ta’ kuljum, inklużi l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni;

(f) l-ispejjeż relatati mat-tagħmir tekniku ta’ l-Aġenzija.

2.  Regoli dettaljati dwar il-ħlas tal-konċessjoni għall-għajxien ta’ kuljum tal-membri tat-Timijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord Amministrattiv.

▼M2

Artikolu 9

Kooperazzjoni fir-ritorn

1.  Soġġetta għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni, u b'mod partikolari d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment ( 16 ), u mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa, u fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti, tiżgura wkoll il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn tal-Istati Membri, ukoll permezz ta’ kiri ta’ ajruplani għall-iskop ta’ operazzjonijiet bħal dawn. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi li tiffinanzja jew tiffinanzja b'mod parzjali l-operazzjonijiet u l-proġetti msemmija f'dan il-paragrafu, b'għoti ta’ flus mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. L-Aġenzija tista' wkoll tuża l-mezzi finanzjarji tal-Unjoni disponibbli fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta’ għotja mal-Istati Membri, kull appoġġ finanzjarju hu kkondizzjonat mir-rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

1a.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa Kodiċi ta’ Kondotta għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha konġunti ta’ ritorn ikkoordinati mill-Aġenzija, li jiddiskrivi l-proċeduri standardizzati komuni li għandhom jissimplifikaw l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn u jiżguraw ritorn b'mod uman u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari għall-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, projbizzjoni tat-tortura u trattament jew kastig krudili jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali u n-non diskriminazzjoni.

1b.  Il-Kodiċi ta’ Kondotta se jagħti attenzjoni partikolari lill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE biex jipprovdi għal sistema effettiva ta’ sorveljanza ta’ ritorn sfurzat u tal-Istrateġija ta’ Drittijiet Fundamentali li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 26a(1) ta’ dan ir-Regolament. Is-sorveljanza ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u ta’ trasport u għandha tkopri l-operazzjoni kollha konġunta ta’ ritorn mill-fażi qabel it-tluq sat-trasferiment ta’ dawk li jirritornaw lura fil-pajjiż ta’ ritorn.

1c.  L-Istati Membri għandhom regolarment jinfurmaw l-Aġenzija dwar il-ħtiġiet tagħhom ta’ assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal pjan operazzjonali sabiex tipprovdi l-Istati Membri li jagħmlu talba, bl-appoġġ operazzjonali meħtieġ, inkluż it-tagħmir tekniku msemmi fl-Artikolu 7(1). Il-Bord Amministrattiv għandi jiddeċiedi skont l-Artikolu 24 dwar proposta tad-Direttur Eżekuttiv, dwar il-kontenut u l-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

2.  L-Aġenzija għandha tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 14 sabiex tidentifika l-aħjar prattiċi dwar l-akkwist ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar u r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi preżenti b'mod illegali.

▼M1

Artikolu 10

Poteri u kompiti ta’ uffiċjali mistiedna

1.  L-uffiċjali mistiedna għandu jkollhom il-kapaċità biex iwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw il-poteri kollha għall-kontrolli tal-fruntiera u s-sorveljanza tal-fruntiera b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ( 17 ), kif ukoll dawk li huma meħtieġa għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament.

▼M2

2.  Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-uffiċjali mistiedna għandhom jikkonformaw fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi internazzjonali, u għandhom josservaw id-drittijiet fundamentali u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

▼M1

3.  L-uffiċjali mistiedna jistgħu jwettqu biss kompiti u jeżerċitaw poteri fuq l-istruzzjoni u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ l-uffiċjali tal-gwardja ta’ l-Istat Membru ospitanti.

4.  L-uffiċjali mistiedna jistgħu jilbsu l-uniformi tagħhom meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. Huma għandhom jilbsu faxxa ta’ l-idejn blu bl-insinja ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f’operazzjoni konġunta jew proġett pilota. Għall-finijiet ta’ identifikazzjoni fil-konfront ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti u ċ-ċittadini tiegħu, l-uffiċjali mistiedna għandhom f’kull ħin iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni, previst fl-Artikolu 10a, li għandhom jippreżentaw meta mitlubin.

5.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, l-uffiċjali mistiedna jistgħu jġorru armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz kif awtorizzat b’mod konformi mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini. Madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jipprojbixxi l-ġarr ta’ ċerti armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz, sakemm il-liġijiet tiegħu ikunu jinkludu l-istess dispożizzjonijiet għall-gwardji tal-fruntiera tiegħu. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament ta’ l-uffiċjali mistiedna, jinforma lill-Aġenzija dwar armi, munizzjon u tagħmir permissibbli tas-servizz u dwar il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri.

6.  Bħala deroga mill-paragrafu 2, meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, biss bil-kunsens ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini u ta’ l-Istat Membru ospitanti, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti u b’mod konformi mal-liġi nazzjonali tiegħu.

7.  Bħala deroga mill-paragrafu 6, armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz jistgħu jintużaw f’awto-difiża leġittima u f’difiża leġittima ta’ l-uffiċjali mistiedna jew ta’ persuni oħra, b’mod konformi mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti.

8.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-Istat Membru ospitanti jista’ jawtorizza lill-uffiċjali mistiedna biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej tiegħu li huma meħtieġa għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntiera. L-uffiċjali mistiedna għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. L-Istati Membri għandhom, qabel l-iskjerament ta’ l-uffiċjali mistiedna, jinfurmaw lill-Aġenzija bil-bażijiet ta’ data nazzjonali u Ewropej li jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament.

9.  Il-konsultazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 8 għandha ssir b’mod konformi mal-liġi Komunitarja u l-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.

10.  Deċiżjonijiet biex ikun miċħud id-dħul b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 10a

Dokument ta’ Akkreditazzjoni

1.  L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni ma’ l-Istat Membru ospitanti, toħroġ dokument fil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti u lingwa uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali mistiedna bil-għan li huma jkunu identifikati u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur biex iwettaq il-kompiti u jeżerċita l-poteri kif imsemmi fl-Artikolu 10(1). Id-dokument għandu jinkludi d-data li ġejja ta’ l-uffiċjal mistieden:

(a) isem u nazzjonalità;

(b) grad; u

(ċ) ritratt reċenti diġitalizzat.

2.  Id-dokument għandu jkun irritornat lill-Aġenzija fi tmiem l-operazzjoni konġunta jew il-proġett pilota.

Artikolu 10b

Responsabbiltà ċivili

1.  Fejn l-uffiċjali mistiedna ikunu qed joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

2.  Fejn dik il-ħsara tiġi kkawżata minn negliġenza gravi jew intenzjonalment, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini is-somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati għan-nom tagħhom mħallsa minnu.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jirrinunzja milli jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini jew minn xi Stat Membru ieħor ħlas għad-danni li jkun sofra sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment.

4.  Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri, relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ paragrafi 2 u 3, li ma tiġix solvuta permezz ta’ negozjati, għandha tiġi sottomessa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropew b’konformità ma’ l-Artikolu 239 tat-Trattat.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir ta’ l-Aġenzija matul l-iskjerament għandhom ikunu koperti mill-Aġenzija, sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment.

Artikolu 10c

Responsabbiltà kriminali

Matul l-iskjerament ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ proġett pilota, l-uffiċjali mistiedna għandhom jiġu meqjusa bl-istess mod bħall-uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ kwalunkwe reat kriminali li jista’ jitwettaq kontrihom jew minnhom.

▼M2

Artikolu 11

Sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni

L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 13. Hi għandha tiżviluppa u topera sistema ta’ informazzjoni kapaċi li tagħmel skambju tal-informazzjoni kklassifikata ma’ dawn l-atturi, inkluża d-data personali li hemm riferiment għaliha fl-Artikoli 11a, 11b u 11c.

L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti għall-kompiti tagħha fir-Renju Unit u l-Irlanda jekk tali informazzjoni tkun torbot mal-attivitajiet li fihom jipparteċipaw dawn it-tnejn skont it-termini tal-Artikolu 12 u l-Artikolu 20(5).

▼M2

Artikolu 11a

Protezzjoni tad-data

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija.

Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 11b u 11c, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali għal finijiet amministrattivi.

Artikolu 11b

L-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn

1.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta’ organizzazzjoni u koordinazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 9, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali tal-persuni li huma soġġetti għal tali operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn.

2.  L-ipproċessar ta’ tali data personali għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. B'mod partikolari, għandu jkun strettament limitat għal dik id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet tal-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn.

3.  Id-data personali għandha titħassar hekk kif l-iskop li għalih tkun inġabret jintlaħaq u mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-għeluq tal-operazzjoni konġunta ta’ ritorn.

4.  Fejn id-data personali ma tkunx ġiet trasferita lit-trasportatur minn Stat Membru, l-Aġenzija tkun tista' tittrasferixxi tali data.

5.  Dan l-Artikolu għandu jkun applikat f'konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a.

Artikolu 11c

L-ipproċessar ta’ data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi

1.  Mingħajr ħsara għall-kompetenza ta’ Stat Membru li jiġbor id-data personali fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti esperimentali u interventi rapidi, u soġġett għal-limitazzjonijiet iddelineati fil-paragrafi 2 u 3, l-Aġenzija tista' tipproċessa ulterjorment data personali miġbura mill-Istati Membri matul tali attivitajiet operazzjonali u trażmessi lill-Aġenzija sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

2.  Tali pproċessar ulterjuri tad-data personali mill-Aġenzija għandu jkun limitat għad-data personali dwar il-persuni li huma suspettati, abbażi ta’ kriterji raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta’ involviment f'attivitajiet kriminali ta’ bejn il-fruntieri, fl-iffaċilitar tal-attivitajiet ta’ migrazzjoni illegali jew attivitajiet ta’ kummerċ tal-bnedmin kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati ( 18 ).

3.  Id-data personali li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 2 tkun ipproċessata ulterjorment mill-Aġenzija jekk kemm-il darba biss ikun għall-finijiet li ġejjin:

(a) it-trasmissjoni, skont ma jkun jitlob il-każ partikolari, lill-Europol jew aġenziji oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni, soġġett għall-Artikolu 13;

(b) l-użu għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 4. Fir-riżultat tal-analiżijiet ta’ riskju, id-data tiġi depersonalizzata.

4.  Id-data personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Europol jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni jew użata għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 4. Fi kwalunkwe każ, iż-żmien li d-data tinħażen m'għandux jaqbeż it-tliet xhur wara d-data tal-ġbir ta’ dik id-data.

5.  L-ipproċessar ta’ tali data personali għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. Id-data personali ma tintużax mill-Aġenzija għall-iskop ta’ investigazzjonijiet, li jibqgħu responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

B'mod partikolari, għandu jkun strettament limitat għal dik id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 3.

6.  Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, it-tranżmissjoni 'l quddiem jew komunikazzjoni oħra ta’ data personali pproċessata mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi jew lil partijiet terzi oħra għandhom ikunu projbiti.

7.  Dan l-Artikolu għandu jkun applikat f'konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a.

▼M3

Artikolu 11ca

L-ipproċessar ta' data personali fil-qafas tal-EUROSUR

L-Aġenzija tista' tipproċessa data personali kif stabbilit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1052/2013, li għandu jiġi applikat f’konformità mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-ipproċessar ta' tali data għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u t-trasmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' tali data personali pproċessata mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti.

▼M2

Artikolu 11d

Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura tagħha ( 19 ). Dawk ir-Regoli għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għad-dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni kklassifikata.

2.  L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta’ sigurtà relatati mal-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata kif stipulati fid-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji ta’ sigurtà.

▼B

Artikolu 12

Koperazzjoni ma' l-Irlanda u r-Renju Unit

1.  L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni operazzjonali ta' l-Istati Membri ma' l-Irlanda u r-Renju Unit f'materji koperti bl-attivitajiet tagħha u safejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha stabbiliti fl-Artikolu 2(1).

2.  L-appoġġ li għandu jiġi provdut mill-Aġenzija skond l-Artikolu 2(1)(f) għandu jkopri l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet konġunti ta' ritorn ta' l-Istati Membri li fihom l-Irlanda jew ir-Renju Unit, jew it-tnejn, jipparteċipaw ukoll.

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà għandu jiġi sospiż sad-data li fiha jintlaħaq ftehim dwar il-firxa ta' applikazzjoni tal-miżuri dwar il-qsim minn persuni tal-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri.

▼M2

Artikolu 13

Kooperazzjoni mal-aġenziji u l-entitajiet tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali

L-Aġenzija tista' tikkopera mal-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali”), aġenziji u entitajiet oħra tal-Unjoni, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-entitajiet, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta’ dawk l-entitajiet. F'kull każ l-Aġenzija tinforma b'tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.

It-trasżmissjoni ulterjuri jew komunikazzjoni oħra tad-data personali pproċessata mill-Aġenzija lil aġenziji jew entitajiet oħra tal-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal arranġamenti speċifiċi ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ data personali u suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istat/i Membru/i kkonċernati, tistieden osservaturi minn aġenziji u korpi tal-Unjoni jew korpi internazzjonali sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5, u dan sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawk l-attivitajiet, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiċi, u ma tkunx tolqot is-sigurtà globali ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi tkun tista' sseħħ biss bil-qbil tal-Istati Membri konċernati fir-rigward tal-attivitajiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 4 u 5 u biss bi qbil mal-Istat Membru ospitanti dwar dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 3. Għandhom jiddaħħlu regoli ddettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-pjan operazzjonali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 3a(1). Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

Artikolu 14

Il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali ma’ pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

1.  Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u safejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.

L-Aġenzija u l-Istati Membri jottemperaw ruħhom man-normi u l-istandards li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk iddelineati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ukoll meta sseħħ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi.

It-twaqqif ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri, b'mod partikolari r-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità umana.

2.  L-Aġenzija tista' tikkopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawn l-awtoritajiet, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom ikunu biss marbutin mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali.

3.  L-Aġenzija tista' tuża uffiċjali tagħha ta’ kollegament, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu dmirijiethom, f'pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta’ kollegament inkarigati mill-immigrazzjoni tal-Istati Membri stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni ( 20 ). L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jintużaw biss f'pajjiżi terzi fejn il-prattika tal-ġestjoni tal-fruntiera tikkonforma mal-istandards minimi tad-drittijiet tal-bniedem. L-iskjerament tagħhom fl-azzjoni jiġi approvat mill-Bord Amministrattiv. Fil-qafas tal-politika esterna tal-Unjoni, il-prijorità għall-użu għandha tingħata lill-pajjiżi terzi, li fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta’ oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-migrazzjoni illegali. Fuq bażi reċiproka, l-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta’ kollegament issekondati minn dawk il-pajjiżi terzi ukoll, għall-perjodu ta’ żmien limitat. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv u, skont l-Artikolu 24, lista ta’ prijoritajiet fuq bażi annwali.

4.  Il-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea u skont id-drittijiet fundamentali, jistabilixxu u jżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn tal-migranti illegali.

5.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Hi tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta’ assistenza teknika f'pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

6.  L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istat/i Membru/i kkonċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5, u dan sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħajar prattiċi, u ma tkunx tolqot is-sigurtà globali ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi tkun tista' sseħħ biss bil-qbil tal-Istati Membri konċernati f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 4 u 5 u biss bi qbil mal-Istat Membru ospitanti dwar dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 3. Għandhom jiddaħħlu regoli ddettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-pjan operazzjonali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 3a(1). Dawk l-osservaturi jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

7.  Meta jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi kif hemm riferut fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rwol u l-kompetenzi tal-Aġenzija, b'mod partikolari dwar l-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi minn membri tat-timijiet użati mill-Aġenzija matul operazzjonijiet konġunti jew proġetti esperimentali msemmija fl-Artikolu 3.

8.  L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni mogħtija minn qabel mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jkun mgħarraf b'dawk l-attivitajiet kemm jista' jkun malajr.

▼B



KAPITOLU III

STRUTTURA

Artikolu 15

Status legali u sit

▼M2

L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hija għandha jkollha personalità ġuridika.

▼B

F' kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi mill-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.

Għandha tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi.

L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

Is-sede ta' l-Aġenzija għandha tiġi deċiża bl-unanimità tal-Kunsill.

▼M2

Artikolu 15a

Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġu pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Amministrattiv, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom, f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha. Il-Ftehim dwar Kwartieri Ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv. L-Istat Membru fejn l-Aġenzija għandha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija inklużi edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta’ trasport xierqa.

▼B

Artikolu 16

Fergħat speċjalizzati

Il-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija għandu jevalwa l-ħtieġa għall-istabbiliment ta' fergħat speċjalizzati fl-Istati Membri u jiddeċiedi dwarhom, suġġett għall-kunsens ta' l-Istati Membri waqt li jqis li għandha tingħata prijorità xierqa liċ-ċentri operazzjonali u ta' taħriġ diġà stabbiliti u speċjalizzati fl-aspetti diversi tal-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri fl-art, l-ajru u l-baħar rispettivament.

Il-fergħat speċjalizzati ta' l-Aġenzija għandhom jiżviluppaw l-aħjar prattiki fir-rigward tat-tipi ta' fruntieri esterni partikulari li għalihom ikunu responsabbli. L-Aġenzija għandha tiżgura l-koerenza u l-uniformità ta' dawn l-aħjar prattiki.

Kull fergħa speċjalizzata għandha tissottometti rapport annwali ddettaljat lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija dwar l-attivitajiet tagħha kif ukoll tipprovdi kull tip ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-kordinazzjoni tal-koperazzjoni operazzjonali.

Artikolu 17

Il-persunal

1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' Impjieg applikabbli għal aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Aġenzija.

2.  Il-poteri konferiti fuq l-awtorità nominanti bir-Regolamenti tal-Persunal, u bil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' aġenti oħra, għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-persunal tagħha stess.

▼M2

3.  Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 3b(5) membru tal-persunal biss tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għat-Titolu II tal-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea jista' jkun maħtur bħala uffiċjal ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 8g. Għall-għan ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 3b(3), l-esperti nazzjonali biss issekondati minn Stat Membru lill-Aġenzija jistgħu jkunu maħtura biex ikunu assenjati lit-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej. L-Aġenzija għandha taħtar dawk l-esperti nazzjonali li għandhom ikunu affiljati mat-Timijiet ta’ Gwardji tal-Fruntiera Ewropej skont dak l-Artikolu.

▼M2

4.  Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa bi ftehim mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.  Il-Bord Amministrattiv jista' jadotta dispożizzjonijiet biex l-esperti nazzjonali minn Stati Membri jingħataw il-permess li jkunu ssekondati mal-Aġenzija. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3b(3), partikolarment il-fatt li huma huma kkunsidrati bħala uffiċjali mistiedna u għandhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 10. Għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet għall-iskjerament.

▼B

Artikolu 18

Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

Artikolu 19

Responsabbiltà

1.  Ir-responsabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt in kwistjoni.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej hija kompetenti li tiddeċiedi skond kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà non-kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta' dmirijiethom.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti li tittratta kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Ir-responsabbiltà personali ta' l-impjegati tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi rregolata mid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 20

Poteri tal-Bord ta' Ġestjoni

1.  L-Aġenzija għandu jkollha Bord ta' Ġestjoni.

2.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu:

(a) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 26;

(b) qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena, jadotta r-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Ir-rapport ġenerali għandu jsir pubbliku;

(ċ) qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena li tkun tmiss u jibgħatu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat skond il-proċedura tal-budget annwali tal-Komunità u l-programm leġiżlattiv tal-Komunità f'oqsma rilevanti tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(d) jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kompiti operazzjonali ta' l-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv;

(e) iwettaq il-funzjonijiet tiegħu dwar il-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 28, 29(5), (9) u (11), l-Artikolu 30 (5), u l-Artikolu 32;

(f) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;

(g) jistabbilixxi r-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

▼M2

(h) jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u adozzjoni tal-politika tal-persunal tal-Aġenzija, partikolarment il-pjan tal-politika tal-persunal multiannwali. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 21 ) il-pjan ta’ politika tal-persunal multiannwali jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja wara opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni;

▼M2

(i) jadotta l-pjan multiannwali tal-Aġenzija maħsub biex jesponi l-istrateġija fit-tul tal-ġejjieni dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.

▼B

3.  Proposti għal deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li jkunu jridu jitwettqu fil-fruntiera esterna ta' kwalunkwe Stat Membru partikulari, jew fil-viċinanza immedjata tagħha, għandhom jeħtieġu vot a favur ta' l-adozzjoni tagħhom mill-Membru tal-Bord ta' Ġestjoni li jirrappreżenta lil dak l-Istat Membru.

▼M2

4.  Il-Bord Amministrattiv jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka kif previst fl-Artikolu 6.

▼B

5.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu, fuq talba mill-Irlanda u/jew ir-Renju Unit għal parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija, jiddeċiedi dwarha.

Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skond il-każ partikolari b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Bord ta' Ġestjoni għandu jikkunsidra jekk il-parteċipazzjoni ta' l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit tkunx tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-attività in kwistjoni. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju ta' l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit għall-attività li dwarha tkun saret talba għal parteċipazzjoni.

6.  Kull sena l-Bord ta' Ġestjoni għandu jgħaddi lill-awtorità tal-budget kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultati tal-proċeduri ta' evalwazzjoni.

7.  Il-Bord ta' Ġestjoni jista' jistabbilixxi Uffiċċju Eżekuttiv sabiex jassisti lill-Bord ta' Ġestjoni u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet li jiġu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni u, fejn meħtieġ, minħabba l-urġenza, biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord ta' Ġestjoni..

Artikolu 21

Il-komposizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord ta' Ġestjoni kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. Il-perjodu tal-mandati għandu jkun ta' erba' snin. ►M2  Dawn il-mandati jistgħu jiġġeddu. ◄

2.  Il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom jinħatru abbażi tal-grad tagħhom ta' esperjenza u kompetenza rilevanti ta' livell għoli fil-qasam tal-koperazzjoni operazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fruntieri.

▼M2

3.  Il-pajjiżi li huma assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Kull wieħed għandu jkollu rappreżentant wieħed u supplent wieħed fil-Bord Amministrattiv. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni tagħhom, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw in-natura u l-ambitu tal-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fl-attivitajiet tal-Aġenzija u r-regoli dettaljati dwarha, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

▼B

Artikolu 22

Il-Presidenza tal-Bord ta' Ġestjoni

1.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi President għandu ex offiċio jissostitwixxi lill-President fil-każ li ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.

2.  Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jiskadi meta l-appartenenza rispettiva tagħhom fil-Bord ta' Ġestjoni tintemm. Bla ħsara għal din id-disposizzjoni, il-perjodu tal-mandat tal-President jew tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn. Dawn il-mandati jistgħu jiġġeddu darba.

Artikolu 23

Laqgħat

1.  Il-laqgħat tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jieħu parti fid-deliberazzjonijiet.

3.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jżomm mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk għandu jiltaqa' fuq rikjesta urġenti tal-President jew fuq rikjesta ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

4.  L-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat tal-Bord ta' Ġestjoni.

5.  Il-Bord ta' Ġestjoni jista' jistieden kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi għal-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

6.  Il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni jistgħu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regoli u Proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti jew esperti.

7.  Is-Segretarjat tal-Bord ta' Ġestjoni għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 24

Votazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2)(ċ) kif ukoll 26(2) u (4), il-Bord ta' Ġestjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.

2.  Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija ma għandux jivvota. Fl-assenza ta' xi membru, is-supplent tiegħu huwa intitolat li jeżerċita d-dritt li jivvota.

3.  Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, speċjalment il-kondizzjonijiet għal membru biex jaġixxi għan-nom ta' membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġiet għal quorum, fejn ikun il-każ.

Artikolu 25

Funzjonijiet u poteri tad-Direttur Eżekuttiv

1.  L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu/ha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' Ġestjoni u ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

▼M2

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha, b'mod partikulari dwar l-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, dwar ir-rapport ġenerali tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, il-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara u l-pjan multiannwali tal-Aġenzija msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2).

▼B

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dmirijiet u l-poteri li ġejjin:

(a) li jipprepara u jimplimenta d-deċiżjonijiet u programmi u attivitajiet adottati mill-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija fil-limiti speċifikati b'dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli;

(b) li jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiżgura l-funzjonament ta' l-Aġenzija skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(ċ) li jipprepara kull sena abbozz ta' programm ta' ħidma u rapport dwar l-attività u jissottomettihom lill-Bord ta' Ġestjoni;

(d) li jeżerċita fir-rigward tal-persunal il-poteri stabbiliti fl-Artikolu 17 (2).

(e) li jipprepara l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 29, u jimplimenta l-budget skond l-Artikolu 30;

(f) li jiddelega l-poteri tiegħu/tagħha lil membri oħra tal-persunal ta' l-Aġenzija suġġett għal regoli li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(2) (g);

▼M2

(g) jiżgura l-implementazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikoli 3a u 8e.

▼B

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu lill-Bord ta'

Artikolu 26

Il-ħatra ta' uffiċjali għolja

1.  Il-Kummissjoni għandha tipproponi kandidati għall-post ta' Direttur Eżekuttiv abbażi ta' lista wara li l-post ikun ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti ta' l-internet kif xieraq.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jiġi maħtur mill-Bord ta' Ġestjoni abbażi tal-mertu u tal-kapaċitajiet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni, kif ukoll ta' l-esperjenza rilevanti tiegħu/tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot.

Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jkollu l-poter li jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv, skond l-istess proċedura.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu.

4.  Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Ġestjoni abbażi tal-mertu u tal-kapaċitajiet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni, kif ukoll ta' l-esperjenza rilevanti tiegħu fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot.

Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jkollu l-poter li jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv, skond l-istess proċedura.

5.  Il-mandati tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu ta' ħames snin. Jistgħu jiġu estiżi darba mill-Bord ta' Ġestjoni għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn ħames snin.

▼M2

Artikolu 26a

Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali

1.  L-Aġenzija tirrediġi u tiżviluppa ulterjorment u timplementa l-Istrateġija tagħha għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija toħloq mekkaniżmu effikaċi għall-monitoraġġ tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.  Forum Konsultattiv jitwaqqaf mill-Aġenzija sabiex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Amministrattiv f'materji marbutin mad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija tistieden l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-ażil, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet relevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-Forum Konsultattiv. Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amministrattiv jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Forum Konsultattiv u l-modalitajiet tat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv, u l-modalitajiet tal-istess.

Il-Forum Konsultattiv jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implementazzjoni tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.

Il-Forum Konsultattiv iħejji rapport ta’ kull sena tal-attivitajiet tiegħu. Dawk ir-rapporti jkunu disponibbli għall-pubbliku.

3.  Għandu jinħatar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali mill-Bord Amministrattiv u għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza neċessarji fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Għandu jkun indipendenti fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u jirrapporta direttament lill-Bord Amministrattiv u lill-Forum Konsultattiv. Għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tad-drittijiet fundamentali.

4.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Forum Konsultattiv ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha konċernanti r-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

▼B

Artikolu 27

Traduzzjoni

1.  Id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru. 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddeterminaw il-lingwi li għandhom jiġu wżati fil-Komunità Ewropea ( 22 ) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jittieħdu abbażi ta' l-Artikolu 290 tat-Trattat, ir-rapport annwali dwar l-attività u l-programm ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 20(2)(b) u (ċ), għandhom jitlestew fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

3.  Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenzija għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Trasparenza u komunikazzjoni

1.  Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-Aġenzija għandha tkun suġġetta għar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 meta tkun qed tittratta l-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti li jkunu għandha.

2.  L-Aġenzija tista' tikkomunika, fuq inizjattiva tagħha stess, fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikulari li, minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 20(2)(b), il-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw bla dewmien informazzjoni objettiva, ta' min jorbot fuqha u li tkun tiftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha.

3.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe lingwa imsemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat. Għandha d-dritt li tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

5.  Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 jistgħu jwasslu għal preżentazzjoni ta' ilment lill-Ombudsman jew ikunu s-suġġett ta' rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 rispettivament tat-Trattat.



KAPITOLU IV

ĦTIĠIET FINANZJARJI

Artikolu 29

Budget

1.  Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, minn:

 sussidju mill-Komunità li jkun iddaħħal fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (sezzjoni tal-Kummissjoni);

 kontribut mill-pajjiżi li huma assoċjati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen;

 ħlasijiet għas-servizzi provduti;

 kull kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

2.  L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż tal-persunal u dawk amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji stima tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li tkun tmiss u għandu jgħaddiha lill-Bord ta' Ġestjoni flimkien ma' pjan ta' stabbiliment.

4.  Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.

5.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta l-abbozz ta' l-istima, inkluż il-pjan proviżorju ta' stabbiliment, flimkien mal-programm preliminarju ta' ħidma, u jgħaddihom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen.

6.  L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa 'l quddiem imsejħa “l-awtorità tal-budget”) flimkien ma' l-abbozz preliminarju tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea.

7.  Abbażi tal-budget, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminarju tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi addebitat lill-budget ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità tal-budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

8.  L-awtorità tal-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità tal-budget għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.

9.  Il-Bord ta' Ġestjoni jadotta l-budget ta' l-Aġenzija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

10.  Kwalunkwe modifika lill-budget, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha issegwi l-istess proċedura.

11.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità tal-budget dwar l-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-budget tiegħu, partikolarment kull proġett dwar il-proprjetà bħal, per eżempju, il-kiri jew ix-xiri ta' bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan kif ukoll lill-pajjiżi li huma assoċjati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen;

Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-budget tkun tat notifika dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' Ġestjoni fi żmien sitt gimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 30

L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-budget

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-budget ta' l-Aġenzija.

2.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-ġestjoni tal-budget u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE. Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 23 )(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju ġenerali”).

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni tal-budget u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-budget u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja għandha wkoll tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Hekk kif jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, għandu jħejji l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija u jgħaddihom lill-Bord ta' Ġestjoni għal opinjoni.

5.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.

6.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' Ġestjoni, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen.

7.  Il-kontijiet finali għandhom jiġu pubblikati.

8.  Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri risposta għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Għandu wkoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord ta' Ġestjoni.

9.  Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena ta' kwittanza + 2, lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-budget għas-sena ta' kwittanza.

Artikolu 31

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.  Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1073/1999 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjonijiet.

2.  L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi Ewropew (OLAF), u għandha toħroġ, bla dewmien, id-disposizzjonijiet xierqa applikabbli lill-impjegati kollha ta' l-Aġenzija.

3.  Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF jistgħu jagħmlu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

Artikolu 32

Disposizzjoni finanzjarja

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 2343/2002 ( 24 ) dwar ir-Regolament Kwadru Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, sakemm ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-operazzjoni ta' l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.



KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Evalwazzjoni

1.  Fi żmien tliet snin mid-data ta' meta l-Aġenzija tkun assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara dan, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Fl-evalwazzjoni għandu jsir eżami ta' kemm l-Aġenzija twettaq il-missjoni tagħha b'mod effettiv. Għandu wkoll jevalwa l-impatt ta' l-Aġenzija u s-sistemi ta' ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, f'livell Ewropew kif ukoll nazzjonali.

▼M2

2a.  L-ewwel valutazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( 25 ) għandha tanalizza wkoll il-ħtiġiet għal koordinament saħansitra akbar tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri, inkluża l-fattibbiltà tal-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ gwardji tal-fruntiera.

2b.  L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif inżammet konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼B

3.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jirċievi r-riżultati ta' l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar tibdil f'dan ir-Regolament, l-Aġenzija u s-sistemi ta' ħidma tagħha lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom, flimkien ma' l-opinjoni tagħha stess kif ukoll kull proposta xierqa, lill-Kunsill. Jekk xieraq, għandu jkun inkluż pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien. Kemm ir-riżultati kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi (...) jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltajiet tagħha mill-1 ta' Mejju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



( 1 ) Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Marzu 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

( 2 ) ĠU C 108, 30.4.2004, p. 97.

( 3 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

( 4 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

( 5 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( 6 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 7 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

( 8 ) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

( 9 ) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

( 10 ) Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).

( 12 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi Network sigur bbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Kordinazzjoni għas-Servizzi ta’ Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni ta’ l-Istati Membri (ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 288.)

( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

( 14 ) Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).

( 15 ) Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).

( 16 ) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

( 17 ) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

( 18 ) ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17.

( 19 ) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

( 20 ) ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1.

( 21 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

( 22 ) ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

( 23 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

( 24 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

( 25 ) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1.