2004R1982 — MT — 26.11.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1982/2004

tat-18 ta’ Novembru 2004

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92

(ĠU L 343, 19.11.2004, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1915/2005 ta’ l-24 ta' Novembru 2005

  L 307

8

25.11.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2010 tat-2 ta’ Frar 2010

  L 31

1

3.2.2010

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 96/2010 tal-4 ta’ Frar 2010

  L 34

1

5.2.2010

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1093/2013 tal-4 ta’ Novembru 2013

  L 294

28

6.11.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1982/2004

tat-18 ta’ Novembru 2004

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istatistiċi Komunitarji relatati mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikoli 3(4) u (5), 6(2), 8(2), 9, 10, 12 u 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istatistiċi relatati mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkunsidra mill-ġdid id-dispożizzjonijiet statistikali sabiex itejjeb it-trasparenza u jiffaċilita l-komprensjoni u li huwa adattat biex jissodisfa r-rekwiżiti kurrenti tad-dejta. Arranġamenti partikolari ta’ implimentazzjoni huma assenjati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament imsemmi. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun adattat Regolament tal-Kummissjoni ġdid li għandu jirreferi b’mod restrittiv għar-responsabbiltà assenjata u jispeċifika d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-istatistika li għandha x’taqsam mal-kummerċ ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri ( 2 ) u (KEE) Nru 3590/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 dwar il-mezzi ta’ informazzjoni tal-istatistika għall-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri ( 3 ) għandhom għalhekk ikunu mħassra.

(2)

Għal finijiet metodoloġiċi numru ta’ tipi ta’ merkanzija u movimenti għandhom ikunu eżenti. Huwa meħtieġ li ssir lista komprensiva ta’ dawk l-oġġetti li għandhom ikunu esklużi mill-istatistiċi li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat).

(3)

Il-merkanzija għandha tkun inkluża fl-istatistiċi tal-kummerċ meta tidħol jew toħroġ mit-territorju tal-istatistika ta’ pajjiż. Madankollu, arranġamenti speċjali huma meħtieġa meta l-ġbir tad-dejta tqis il-proċeduri fiskali u doganali.

(4)

Għandha tinżamm rabta bejn l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dikjarazzjonijiet tal-Intrastat sabiex tkun verifikata l-kwalità tal-informazzjoni miġbura. Huwa adatt li tkun determinata l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill–amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istatistika.

(5)

Definizzjonijiet u kunċetti komuni għandhom japplikaw għal dejta miġbura fis-sistema tal-Intrastat sabiex jiffaċilitaw applikazzjoni armonizzata tas-sistema.

(6)

Bil-għan tat-trasparenza u t-trattament ugwali tal-kumpaniji, dispożizzjonijiet armonizzati u preċiżi għandhom ikunu applikati sabiex ikunu stabbiliti limiti.

(7)

Dispożizzjonijiet adattati għandhom ikunu determinati għal xi merkanzija u movimenti speċifiċi sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni meħtieġa tkun miġbura b’mod armonizzat.

(8)

Skedi komuni u adattati kif ukoll dispożizzjonijiet fuq aġġustamenti u reviżjonijiet għandhom ikunu inklużi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-utenti għal ċifri f’waqthom u kumparabbli.

(9)

Evalwazzjoni regolari tas-sistema hija ppjanata sabiex ittejjeb il-kwalità tad-dejta u tiżgura t-trasparenza tal-funzjonament tas-sistema.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-istastika rigward il-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2

Merkanzija eskluża

Il-merkanzija mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun eskluża mill-istatistika rigward il-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri li għandha tkun trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 3

Perjodu ta’ referenza

1.  L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-perjodu ta’ referenza għal merkanzija Komunitarja li ssir imposta l-VAT fuq akkwisti intra-Komunitarji skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

Il-perjodu ta’ referenza jista’ mbagħad ikun definit bħala x-xahar kalendarju li fih iseħħ il-fatt li jiġġenera t-taxxa.

2.  L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-perjodu ta’ referenza fejn id-dikjarazzjoni Doganali tintuża bħala sostenn tal-informazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

Il-perjodu ta’ referenza jista’ mbagħad ikun definit bħala x-xahar kalendarju li matulu d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mid-Dwana.



KAPITOLU 2

KOMUNIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI MILL-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA

Artikolu 4

1.  Il-partijiet responsabbli sabiex jipprovdu l-informazzjoni għas-Sistema Intrastat għandhom l-obbligu li jagħtu provi, fuq talba tal-awtorità nazzjonali, tal-korrettezza tal-informazzjoni provduta tal-istatistika.

2.  L-obbliġu skont il-paragrafu 1 huwa limitat għal dejta li l-fornitur tal-informazzjoni tal-istatistika għandu jikkunsinna lill-amministrazzjoni kompetenti tat-taxxa b’rabta mal-movimenti intra-Komunitarji tiegħu jew tagħha tal-merkanzija.

▼M2

Artikolu 5

Informazzjoni fuq id-denunzji tal-VAT

1.  L-amministrazzjoni responsabbli mit-taxxa f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali bl-informazzjoni li ġejja sabiex jiġu identifikati persuni li jkunu ddikjaraw akkwisti intra-UE u provvisti ta’ merkanzija għall-finijiet fiskali:

(a) l-isem sħiħ tal-persuna taxxabbli;

(b) l-indirizz sħiħ, inkluża l-kodiċi postali;

(c) in-numru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

2.  L-amministrazzjoni responsabbli mit-taxxa f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali, għal kull persuna taxxabbli:

(a) l-ammont taxxabbli ta’ akkwisti intra-UE u provvisti ta’ oġġetti miġbur mid-denunzji tal-VAT skont l-Artikolu 251 tal-Kunsill 2006/112/KE ( 4 );

(b) il-perjodu tat-taxxa.

Artikolu 6

Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ rikapitolazzjoni tal-VAT

1.  Għal kull persuna taxxabbli, l-amministrazzjoni responsabbli mit-taxxa f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali għall-inqas b’din l-informazzjoni:

(a) L-informazzjoni dwar il-provvisti intra-UE miġbura mid-dikjarazzjonijiet ta’ rikapitolazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2006/112/KE, u b’mod partikolari:

 in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kull fornitur nazzjonali,

 In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-Istat Membru msieħeb akkwirenti,

 l-ammont taxxabbli bejn kull fornitur nazzjonali u l-Istat Membru msieħeb akkwirenti;

(b) informazzjoni dwar l-akkwisti intra-UE kollha kkomunikati mill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 ( 5 ), u b’mod partikolari:

 in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kull akkwirent nazzjonali,

 l-ammont totali taxxabbli mill-akkwirent nazzjonali aggregat mill-Istat Membru msieħeb.

2.  Malli tirċievi l-informazzjoni, l-amministrazzjoni responsabbli mit-taxxa f’kull Stat Membru għandha tagħmilha disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali mingħajr dewmien.

▼B



KAPITOLU 3

ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI TAL-INTRASTAT

Artikolu 7

Stat Membru msieħeb u l-pajjiż tal-oriġini

L-Istati Membri msieħba u meta jkun miġbur, il-pajjiż tal-oriġini għandhom ikunu rrappurtati skont il-verżjoni tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji fis-seħħ.

Artikolu 8

Valur tal-merkanzija

1.  Il-valur tal-merkanzija għandu jkun l-ammont taxxabbli li huwa l-valur li għandu jkun determinat għar-raġunijiet tat-tassazzjoni skont id-Direttiva 77/388/KEE.

Għal prodotti suġġetti għal dazji, l-ammont ta’ dawn id-dazji għandu jkun eskluż.

Kull meta l-ammont taxxabbli mhux meħtieġ li jkun iddikjarat għal raġunijiet ta’ tassazzjoni, valur pożittiv għandu jkun rrappurtat li għandu jikkorrispondi mal-valur tal-fattura, eskluża l-VAT, jew, f’nuqqas ta’ dan, għal ammont li kien ikun fattura f’każ ta’ kwalunkwe bejgħ jew xiri.

Fil-każ tal-ipproċessar, il-valur li għandu jinġabar, bil-għan ta’ u wara dawn l-operazzjonijiet, għandu jkun l-ammont totali li jkun fatturat fil-każ ta’ bejgħ jew xiri.

▼M4

2.  Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiġbru wkoll il-valur statistiku tal-oġġetti, kif definit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

▼B

3.  Il-valur tal-merkanzija definit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun espress bil-munita nazzjonali. Ir-rata tal-kambju li għandha tkun applikata għandha tkun:

(a) ir-rata tal-kambju applikabbli għad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbi għal skopijiet ta’ tassazzjoni, meta din tkun stabbilita; jew

(b) ir-rata tal-kambju uffiċjali meta tkun kompluta d-dikjarazzjoni jew dik applikabbli għall-kalkolu tal-valur għal skopijiet doganali, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni speċjali deċiża mill-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 9

Il-kwantità tal-merkanzija

1.  Il-massa netta għandha tingħata f’kilogrammi. Madankollu, fejn tissemma unità supplimentari skont il-paragrafu 2, mhuwiex obbligatorju li tintalab speċifikazzjoni tal-massa netta mill-partijiet responsabbli li jipprovdu t-tagħrif.

2.  L-unitajiet supplementari għandhom jissemmew skont it-tagħrif stipulat fin-Nomenklatura Maqgħuda minn issa ’l quddiem imsejħa l-“NM” kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 6 ), faċċata tas-sottotitoli kkonċernati, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f’Parti I “Dispożizzjonijiet preliminari” tar-Regolament imsemmi.

▼B

Artikolu 10

In-natura tat-tranżazzjoni

In-natura tat-tranżazzjoni għandha tkun rappurtata skont il-kodiċi speċifikati fil-lista tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kodiċi tal-kolonna A jew taħlita tan-numri tal-kodiċi fil-kolonna A u s-suddiviżjonijiet tagħhom fil-kolonna B indikati f’din il-lista.

▼M1

L-Istati Membri jistgħu jiġbru n-numri ta’ kodiċi għal għanijiet nazzjonali fil-kolonna B sakemm in-numri tal-kodiċi tal-kolonna A biss jingħaddu lill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 11

It-termini tal-kunsinna

L-Istati Membri li jiġbru t-termini tal-kunsinna skont l-Artikolu 9(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 jistgħu jużaw il-kodiċi speċifikati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-mod tat-trasport

L-Istati Membri li jiġbru l-mod tat-trasport skont l-Artikolu 9(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 jistgħu jużaw il-kodiċi speċifikati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU 4

SIMPLIFIKAZZJONI FL-INTRASTAT

Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-limiti tagħhom għas-sena ta’ wara s-sena kalendarja kurrenti fuq il-bażi tal-aħħar riżultati disponibbli għall-kummerċ tagħhom ma’ Stati Membri oħra f'perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar. Id-dispożizzjonijiet adottati fil-bidu ta’ sena għandhom japplikaw għas-sena kollha.

2.  Il-valur tal-kummerċ ta’ parti responsabbli biex tipprovdi informazzjoni huwa kkunsidrat li jaqbeż il-limiti:

(a) meta l-valur tal-kummerċ ma’ Stati Membri oħra matul is-sena preċedenti jaqbeż il-limiti applikabbli, jew

(b) meta l-valur kumulattiv tal-kummerċ ma’ Stati Membri oħra sa mill-bidu tas-sena ta’ applikazzjoni jaqbeż il-limiti applikabbli. F’dak il-każ, l-informazzjoni għandha tkun provduta mix-xahar li fiha jinqabżu l-limiti.

3.  Il-partijiet responsabbli biex jipprovdu informazzjoni skont ir-regoli simplifikati tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandhom jużaw il-kodiċi 9950 00 00 biex jirrappurtaw il-prodotti li jibqa’.

▼M3

3a.  L-Istati Membri li japplikaw il-limiti skont ir-regoli simplifikati tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandhom jiżguraw li l-valur tan-negozju tal-partijiet li jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni jammontaw għall-massimu ta’ 6 % tal-valur tan-negozju totali.

▼B

4.  Għal tranżazzjonijiet individwali li l-valur tagħhom huwa inqas minn EUR 200, il-partijiet responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni jistgħu jirrappurtaw l-informazzjoni simplifikata li ġejja:

 il-kodiċi tal-prodott 9950 00 00,

 l-Istat Membru msieħeb,

 il-valur tal-merkanzija.

L-awtoritajiet nazzjonali:

(a) jistgħu jirrifjutaw jew jillimitaw l-applikazzjoni ta’ din is-simplifikazzjoni jekk jikkunsidraw li l-għan li jżommu kwalità sodisfaċenti ta’ informazzjoni tal-istatistika jegħleb ix-xewqa meħtieġa li jnaqqsu l-piż tar-rappurtaġġ;

(b) jistgħu jeħtieġu lill-partijiet responsabbli biex jipprovdu informazzjoni biex jitolbu minn qabel li jkunu awtorizzati biex jużaw is-simplifikazzjoni.

▼M3



KAPITOLU 4a

IL-KUMMERĊ SKONT IL-KARATTERISTIĊI TAN-NEGOZJU

Artikolu 13a

Kumpilazzjoni tal-istatistiċi dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju

1.  L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġbru l-istatistiċi annwali dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju.

2.  L-unitajiet għall-fini tal-istatistika għandhom ikunu impriżi kif ġew iddefiniti fl-Anness għar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 ( 7 ).

3.  L-unitajiet statistiċi huma magħmulin permezz ta’ għaqda bejn in-numru ta’ identifikazzjoni li jkun allokat għall-parti responsabbli biex tipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 u l-unità legali tar-Reġistru Kummerċjali b’konformità mal-varjabbli 1.7a msemmi fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

4.  Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati:

(a) andament kummerċjali;

(b) valur statistiku;

(c) Stat Membru msieħeb;

(d) il-kodiċi tal-merkanzija, skont it-taqsima jew il-livell ta’ żewġ ċifri kif iddefinit fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(e) in-numru ta’ impriżi;

(f) l-attività tal-impriża skont it-taqsima jew skont il-livell ta’ żewġ ċifri fil-klassifika statistika tal-attività ekonomika (NACE) kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(g) il-klassi tad-daqs, imkejjel fuq in-numru ta’ impjegati skont id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 ( 11 ).

5.  Il-ġabriet ta’ dejta li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati:

(a) rati li jaqblu bejn ir-reġistri tal-kummerċ u tan-negozju;

(b) il-kummerċ skont l-attività u skont il-klassifikazzjoni tad-daqs tal-impriża;

(c) is-sehem tal-ikbar impriżi f’termini tal-valur tal-kummerċ skont l-attività;

(d) il-kummerċ skont l-Istat Membru msieħeb u l-attività;

(e) il-kummerċ skont l-għadd ta’ Stati Membri msieħba u l-attività;

(f) il-kummerċ skont il-merkanzija u l-attività.

6.  L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata l-istatistika se tkun l-2009. L-Istati Membri se jipprovdu d-dejta għal kull sena kalendarja minn dakinhar ‘il quddiem.

7.  L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jwasslu l-istatistiċi b’mod li ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-impriża jew il-kummerċjant minnhom meta jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jindikaw liema dejta tkun marbuta bi stipulazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità.

▼B



KAPITOLU 5

REGOLI LI JIKKONĊERNAW MERKANZIJA U MOVIMENTI SPEĊIFIĊI

Artikolu 14

Barra mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, merkanzija u movimenti speċifiċi għandhom ikunu suġġetti għar-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu għal dejta li għandha tkun trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 15

Impjant industrijali

1.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) ‘impjant industrijali’ huwa taħlita ta’ magni, apparat, għodda, tagħmir, strumenti u materjal li flimkien jiffurmaw unitajiet fuq skala kbira, stazzjonarji li jipproduċu merkanzija jew jipprovdu servizzi;

(b) ‘parti komponenti’ tfisser kunsinna għal impjant industrijali li huwa magħmul minn merkanzija li tappartjeni kollha fl-istess kapitolu tan-NM.

2.  Statistiċi fuq il-merkanzija bejn l-Istati Membri jistgħu jkopru biss kunsinni jew wasliet tal-partijiet komponenti ntużati għall-bini ta’ impjanti industrijali jew l-użu mill-ġdid tal-impjanti industrijali.

3.  L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 2 jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet partikolari li ġejjin sakemm il-valur ġenerali tal-istatistika ta’ impjant industrijali partikolari jaqbeż EUR 3 miljun, sakemm ma jkunux impjanti industrijali kompluti għall-użu mill-ġdid:

(a) Il-kodiċi tal-merkanzija għandhom ikunu magħmula kif ġej:

 l-ewwel erba’ numri għandhom ikunu 9880,

 il-ħames u r-raba’ numri għandhom jikkorrispondu għall-kapitolu NM li qiegħda fih il-merkanija tal-parti komponenti,

 is-seba’ u t-tmien numri għandhom ikunu 0.

(b) Il-kwantità għandha tkun fakultattiva.

Artikolu 16

Kunsinni mibgħuta mhux flimkien (“staggered”)

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu ‘kunsinni mibgħuta mhux flimkien’ tfisser il-kunsinna ta’ komponenti ta’ oġġett komplut fi stat mhux armat jew żarmat li tintbagħat matul iktar minn perjodu ta’ referenza wieħed għal raġunijiet kummerċjali jew marbuta mat-trasport.

▼M3

2.  Il-perjodu ta’ referenza għall-wasla jew id-dispaċċ ta’ konsenji mqassmin jista’ jiġi aġġustat biex id-dejta tkun irrappurtata darba biss, fix-xahar tal-wasla jew id-dispaċċ tal-aħħar konsenja.

Artikolu 17

Bastimenti u ajruplani

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) “bastiment” tfisser bastimenti li huma meqjusa xierqa għal fuq l-ibħra skont il-Kapitolu 89 NM, laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-gwerra u strutturi li joqogħdu fuq wiċċ l-ilma;

(b) “ajruplani” tfisser ajruplani skont il-kodiċi NM numri 8802 30 u 8802 40;

(c) “sjieda ekonomika” tfisser li filwaqt li persuna li tħallas it-taxxi taċċetta r-riskji assoċjati mal-użu ta’ bastiment jew ajruplan f’attività ekonomika hi għandha d-dritt li tgawdi mill-benefiċċji marbuta ma’ dan.

2.  L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri fuq il-bastimenti u l-ajruplani jkunu jkopru biss id-dispaċċi u wasliet li ġejjin:

(a) it-trasferiment tas-sjieda ekonomika ta’ bastiment jew ajruplan minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor għal għand persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta. Din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala wasla;

(b) it-trasferiment tas-sjieda ekonomika ta’ bastiment jew ajruplan minn persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta għal għand persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor. Din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala dispaċċ. Jekk il-bastiment jew l-ajruplan ikunu ġodda d-dispaċċ jiġi reġistrat fl-Istat Membru fejn inbnew;

(c) il-wasliet u d-dispaċċi ta’ bastimenti jew ajruplani qabel jew wara l-ipproċessar skont il-kuntratt kif iddefinit fl-Anness III, nota tal-qiegħ (2).

3.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin, dwar l-istatistiċi li huma marbutin mal-kummerċ ta’ merkanzija fuq il-bastimenti u l-ajruplani bejn l-Istati Membri:

(a) il-kwantità tkun imfissra f’numru ta’ oġġetti u f’kull unità supplimentari oħra stabbiliti fl-NM għall-bastimenti, u f’massa netta u unitajiet supplimentari, għall-ajruplani;

(b) il-valur statistiku jkun l-ammont totali miktub fil-fattura – minbarra l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni – fil-każ ta’ bejgħ jew xiri tal-bastiment jew l-ajruplan sħiħ.

(c) l-Istat Membru msieħeb ikun:

(i) l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li qiegħda tittrasferixxi s-sjieda ekonomika tal-bastiment jew tal-ajruplan, mal-wasla, jew l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li se tirċievi s-sjieda ekonomika ta’ bastiment jew ajruplan, mad-dispaċċ, għall-movimenti msemmija fil-paragrafi 2(a) u (b);

(ii) l-Istat Membru fejn ġew mibnija, mal-wasla, fil-każ ta’ bastimenti jew ajruplani ġodda;

(iii) l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha sjieda ekonomika tal-bastiment jew tal-ajruplan, mal-wasla, jew l-Istat Membru li qed jieħu ħsieb il-proċessar skont il-kuntratt, mad-dispaċċ, għall-movimenti msemmija fil-paragrafu 2(c);

(d) il-perjodu ta’ referenza għall-wasliet u għad-dispaċċi msemmija fil-paragrafi 2(a) u (b) ikun ta’ xahar meta jkun hemm trasferiment tas-sjieda ekonomika.

4.  Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet responsabbli għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti u tal-ajruplani jagħtu l-informazzjoni kollha disponibbli li tindika trasferiment tas-sjieda ekonomika ta’ bastiment jew ajruplan minn persuna taxxabbli għal oħra stabbiliti fi Stati Membri tal-wasla u tad-dispaċċ.

▼B

Artikolu 18

Partijiet tal-vetturi bil-mutur u inġenji tal-ajru

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali simplifikati għal partijiet tal-vetturi bil-mutur u inġenji tal-ajru, sakemm iżommu lill-Kummissjoni (Eurostat) infurmata dwar il-prattika partikolari tagħhom qabel l-applikazzjoni.

Artikolu 19

Merkanzija kkunsinnata lill-bastimenti u l-inġenji tal-ajru

1.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) ‘kunsinna tal-merkanzija lil bastimenti u ajruplani’ tfisser il-kunsinna ta’ prodotti għall-ekwipaġġ u l-passiġġieri, u għat-tħaddim tal-magni, makkinarju u tagħmir ieħor tal-bastimenti jew inġenji tal-ajru;

▼M3

(b) bastiment jew ajruplan ikun meqjus li jappartjeni għall-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda ekonomika tal-bastiment jew tal-ajruplan kif iddefinit fl-Artikolu 17(1)(c).

▼B

2.  L-istatistika relatata mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri għandha tkopri biss kunsinni ta’ merkanzija kkunsinnati fuq it-territorju tal-Istat Membru li jagħmel ir-rapport lil bastimenti u inġenji tal-ajru li jappartjenu fi Stat Membru ieħor. Il-kunsinni għandhom ikopru l-merkanzija kollha msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

3.  L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċi tal-merkanzija li ġejjin għal merkanzija kkunsinnata lil bastimenti u inġenji tal-ajru:

 9930 24 00: merkanzija mill-kapitoli tan-NM minn 1 sa 24,

 9930 27 00: merkanzija mill-kapitoli tan-NM minn 1 sa 24,

 9930 99 00: merkanzija kklassifikata x’imkien ieħor.

It-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kwantità hija għażla. Madankollu, id-dejta fuq il-massa netta għandha tkun trażmessa fuq merkanzija li tappartjeni fil-Kapitolu 27.

Barra minn hekk, il-kodiċi ssimplifikat tal-pajjiż imsieħeb ‘QR’ jista’ jintuża.

▼M3

Artikolu 20

Merkanzija mibgħuta lejn jew minn installazzjonijiet ‘il barra mix-xtut

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) “installazzjoni ‘l barra mix-xtut” tfisser it-tagħmir u l-inġenji installati u weqfin fil-baħar ‘il barra mit-territorju statistiku ta’ xi Stat Membru;

(b) “merkanzija mibgħuta lejn installazzjoni ‘l barra mix-xatt” tfisser it-twassil ta’ prodotti biex jintużaw mill-ekwipaġġ u għat-tħaddim tal-magni u ta’ kull tagħmir ieħor fuq installazzjoni ‘l barra mix-xatt;

(c) “merkanzija li tinġab mingħand jew li tkun magħmula fuq installazzjonijiet ‘il barra mix-xatt” tfisser prodotti maħruġa minn qiegħ il-baħar jew mis-saff ta’ taħt qiegħ il-baħar, jew immanifatturat fuq l-installazzjoni.

2.  L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri għandhom jinnotaw:

(a) post tal-wasla fejn tintbagħat il-merkanzija minn:

(i) Stat Membru ieħor lejn installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt f’żona fejn l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar u s-saff ta’ taħtu,

(ii) installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt fejn Stat Membru ieħor igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar u s-saff ta’ taħtu, lejn l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport,

(iii) installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt f’żona fejn Stat Membru ieħor igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar jew is-saff ta’ taħtu, lejn installazzjoni ‘l barra mix-xatt f’żona fejn l-Istat Membru li qed jirċievi l-merkanzija jgawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar jew is-saff ta’ taħtu.

(b) post tad-dispaċċ, minn fejn tintbagħat il-merkanzija lejn:

(i) Stat Membru ieħor minn installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt f’żona fejn l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar u s-saff ta’ taħtu,

(ii) installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt f’żona fejn Stat Membru ieħor igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar u s-saff ta’ taħtu, mingħand l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport,

(iii) installazzjoni stabbilita ‘l barra mix-xatt f’żona fejn Stat Membru ieħor igawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar jew is-saff ta’ taħtu, minn installazzjoni ‘l barra mix-xatt f’żona fejn l-Istat Membru li qed jibgħat il-merkanzija jgawdi d-dritt esklużiv li juża dik il-parti ta’ qiegħ il-baħar jew is-saff ta’ taħtu.

3.  L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet NM ta’ hawn taħt għall-merkanzija li tintbagħat lejn installazzjonijiet ‘il barra mix-xatt:

 9931 24 00: oġġetti mill-kapitoli NM 1 sa 24,

 9931 27 00: oġġetti mill-kapitolu NM 27,

 9931 99 00: oġġetti kklassifikati xi mkien ieħor.

Għal dawn il-konsenji, minbarra dawk tal-kapitolu NM 27, l-għotja ta’ dejta dwar il-kwantità hija volontarja u tista’ tintuża l-kodiċi ssimplifikata “QV” tal-Istat Membru msieħeb.

Artikolu 21

Prodotti tal-baħar

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) “prodotti tal-baħar” tirreferi għall-prodotti tas-sajd, minerali, salvataġġ u l-prodotti l-oħra kollha li jkunu għadhom ma tniżżlux l-art minn bastimenti tat-tbaħħir;

(b) bastiment ikun meqjus li jappartjeni għall-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda ekonomika tal-bastiment iddefinit fl-Artikolu 17(1)(c).

2.  L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ ta’ prodotti tal-baħar bejn l-Istati Membri jkunu jkopru biss id-dispaċċi u l-wasliet li ġejjin:

(a) it-tniżżil tal-prodotti tal-baħar fil-portijiet tal-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport, jew il-kisba ta’ dawn il-prodotti minn bastimenti li jappartjenu għall-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport mingħand bastimenti ta’ Stat Membru ieħor. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala wasliet;

(b) it-tniżżil tal-prodotti tal-baħar fil-portijiet ta’ Stat Membru ieħor, minn xi bastiment li jappartjeni għall-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport, jew il-kisba tagħhom mill-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor mingħand bastimenti li jappartjenu għall-Istat Membru li qed jagħmel ir-rapport. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala dispaċċi.

3.  Mal-wasla, l-Istat Membru msieħeb ikun l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda ekonomika tal-bastiment li minn fuqu qed jinqabdu l-prodotti tal-baħar, u mad-dispaċċ, l-Istat Membru msieħeb ikun dak fejn jitniżżlu l-art il-prodotti tal-baħar jew fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda tal-bastiment li qed jirċievi l-prodotti tal-baħar.

4.  Sakemm ma jkunx hemm konflitt ma’ atti oħra tal-Liġi Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, fejn jistgħu jkollhom ħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu, għandhom ikollhom aċċess għas-sorsi kollha disponibbli, minbarra dawk tas-sistema Intrastat jew id-dikjarazzjoni tad-dwana.

Artikolu 22

Vetturi spazjali

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) “vetturi spazjali” tirreferi għall-vetturi li għandhom il-kapaċità li jivvjaġġaw ‘il barra mill-atmosfera tad-dinja;

(b) “sjieda ekonomika” tfisser li filwaqt li persuna taxxabbli taċċetta r-riskji assoċjati mal-użu ta’ vettura spazjali f’attività ekonomika hi għandha d-dritt li tgawdi mill-benefiċċji marbuta ma’ dan l-użu.

2.  L-illanċjar ta’ vettura spazjali li tagħha s-sjieda ekonomika ġiet ittrasferits minn persuna taxxabbli għal oħra, li tnejn li huma jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandu jkun innotat kif ġej:

(a) bħala dispaċċ fl-Istat Membru fejn tkun inbniet u tlestiet il-vettura spazjali;

(b) bħala wasla fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-sid il-ġdid.

3.  Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-istatistiċi msemmija fil-paragrafu 2:

(a) id-dejta dwar il-valur statistiku, minbarra l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni, għandha tiġi ddefinita bħala l-valur tal-vettura spazjali;

(b) id-dejta dwar l-Istat Membru msieħeb għandha tkun, mal-wasla dwar l-Istat Membru fejn inbniet u tlestiet il-vettura spazjali, u mad-dispaċċ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-sid il-ġdid tagħha.

4.  Sakemm ma jkunx hemm konflitt ma’ atti oħra tal-Liġi Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, fejn jistgħu jkollhom ħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu, għandhom ikollhom aċċess għas-sorsi kollha disponibbli, kif ukoll dawk tas-sistema Intrastat jew id-dikjarazzjoni tad-dwana.

▼B

Artikolu 23

▼M1

Elettriku u gass

1.  L-istatistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri għandha tkopri t-tluq u l-wasla tal-elettriku u ta’ gass naturali.

2.  Sakemm ma jeżisti l-ebda konflitt ma’ xi leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sorsi addizzjonali disponibbli kollha tad-data għajr għal dawk tas-Sistema Intrastat jew tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni għad-dwana jew għall-għanijiet fiskali li għandhom mnejn ikunu jeħtieġu biex jittrażmettu d-data msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni (Eurostat). L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu li t-tagħrif jiġi pprovdut direttament mill-operaturi li jippossiedu jew li jħaddmu n-netwerk nazzjonali ta’ trażmissjoni għall-elettriku u għall-gass naturali u li huma stabbiliti fl-Istat Membru li qed jirrapporta.

▼B

3.  Il-valur tal-istatistika trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) jista’ jkun ibbażat fuq stimi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-metodoloġija użata għall-istima qabel l-applikazzjoni.

Artikolu 24

Merkanzija militari

1.  L-istatistiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri għandhom ikopru l-kunsinni u l-wasliet tal-merkanzija maħsuba għall-użu militari.

2.  L-Istati Membri jistgħu jittrażmettu informazzjoni inqas dettaljata minn dik murija fl-Artikolu 9(1) minn punti (b) sa (h) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 fejn l-informazzjoni taqa’ taħt segretezza militari b’konformità mad-definizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri. Madankollu, bħala minimu, dejta dwar il-valur tal-istatistika totali fix-xahar tal-kunsinni u l-wasliet għandha tkun trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat).



KAPITOLU 6

TRAŻMISSJONI TA’ DEJTA LIL EUROSTAT

▼M3

Artikolu 25

1.  Ir-riżultati magħquda f’daqqa msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 huma ddefiniti, għal kull andament, bħala l-valur totali tal-kummerċ ma’ Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-Istati Membri li qegħdin fiż-żona tal-euro għandhom jipprovdu analiżi prodott bi prodott tal-kummerċ li jkollhom barra ż-żona, skont it-taqsimiet li jkunu fis-seħħ tal-Istandard tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta dwar il-kummerċ li tkun inġabret mingħand il-kumpaniji li tkun ‘il fuq mil-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 13 tkun sħiħa u tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità li hemm speċifikati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 638/2004.

3.  L-aġġustamenti li jsiru biex jiġi applikat l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat bi tqassim għall-inqas skont l-Istat Membru msieħeb u l-kodiċi tal-merkanzija fil-livell tal-kapitolu tal-kodiċi NM.

4.  Fejn ma jkunx miġbur il-valur statistiku, l-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tal-valur statistiku tal-merkanzija.

5.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tal-massa netta kulfejn din ma tkunx inġabret mingħand il-partijiet responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni skont l-Artikolu 9(1). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħti lill-Istati Membri l-koeffiċjenti meħtieġa biex tiġi stmata l-massa netta.

6.  L-Istati Membri li jkunu għamlu l-aġġustament tal-perjodu ta’ referenza skont l-Artikolu 3(1) għandhom jiżguraw li jintbagħtu r-riżultati kull xahar lill-Kummissjoni (Eurostat), u jekk hemm bżonn jużaw stima fejn il-perjodu ta’ referenza għall-għanijiet fiskali ma jikkorrispondix ma’ xahar kalendarju.

7.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) d-dejta li tkun ġiet iddikjarata li hi kunfidenzjali biex din tkun ippubblikata għall-inqas fuq livell ta’ kapitolu tal-Kodiċi NM biex b’hekk tkun żgurata s-segretezza.

8.  Meta r-riżultati ta’ kull xahar li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) jkollhom bżonn ta’ reviżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati riveduti mhux aktar tard minn xahar wara li d-dejta riveduta tkun disponibbli.

▼B



KAPITOLU 7

RAPPORT TAL-KWALITÀ

▼M2

Artikolu 26

1.  F’konformità mal-kriterji ta’ kwalità definiti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha twettaq evalwazzjoni annwali tal-kwalità abbażi tal-indikaturi tal-kwalità u l-ħtiġiet miftiehma minn qabel mal-awtoritajiet nazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprepara abbozz ta’ rapport ta’ kwalità parzjalment ikkompilat għal kull Stat Membru. L-abbozzi tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sat-30 ta’ Novembru, wara s-sena ta’ referenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti ta’ kwalità tagħhom kompluti fi żmien tmien ġimgħat mill-wasla tal-abbozzi tar-rapporti ta’ kwalità parzjalment ikkompilati.

4.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità tal-istatistika trażmessa abbażi tad-dejta u tar-rapporti ta’ kwalità pprovduti mill-Istati Membri u għandha tipprepara rapport ta’ valutazzjoni għal kull Stat Membru.

5.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprepara u tqassam sommarju tar-rapport ta’ kwalità li jkopri l-Istati Membri kollha. Dan ikun jinkludi l-indikaturi ewlenin ta’ kwalità u l-informazzjoni miġbura permezz tar-rapporti ta’ kwalità.

▼B



KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2000 u r-Regolament (KEE) Nru 3590/92 huma hawnhekk imħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005.

Artikolu 28

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS I

Lista ta’ oġġetti esklużi mill-istatistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija ma’ Stati Membri, li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)

(a) deheb monetarju;

(b) mezzi ta’ ħlas li huma valuta legali u titoli, inklużi mezzi li huma ħlasijiet għal servizzi bħal posta, taxxi, onorarji għall-utent;

(c) merkanzija għal jew wara użu temporanju, (eż. kiri, self, kiri operattiv), sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

 l-ebda proċessar ma huwa jew ma kien ġie ippjanat jew imwettaq,

 it-tul mistenni tal-użu temporanju ma kienx jew mhux maħsub li jkun itwal minn 24 xahar,

 id-dispaċċ/il-wasla ma jridx/tridx jiġi/tiġi ddikjarat/a bħala provvista/akkwist għall-finijiet tal-VAT;

(d) merkanzija spustjata bejn:

 Stat Membru u l-enklavi territorjali tiegħu fi Stati Membri oħra, u

 l-Istat Membru li jospita u l-enklavi territorjali ta’ Stati Membri oħra jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-enklavi territorjali jinkludu l-ambaxxati u l-forzi armati nazzjonali stazzjonati barra mit-territorju tal-pajjiż ta’ oriġini;

(e) merkanzija użata biex tinġarr informazzjoni personalizzata, inkluż is-software;

(f) software mniżżel mill-Internet;

(g) oġġetti fornuti bla ħlas li minnhom infushom mhumiex suġġetti ta’ tranżazzjoni kummerċjali, sakemm il-moviment huwa bl-intenzjoni waħdanija ta’ preparazzjoni jew ta’ sostenn ta’ tranżazzjoni kummerċjali maħsuba sussegwenti billi jintwerew il-karatteristiċi ta’ prodotti jew servizzi bħal:

 materjal ta’ reklamar,

 kampjuni kummerċjali;

(h) merkanzija għat-tiswija jew wara t-tiswija u l-partijiet tal-bdil li huma inkorporati fil-qafas tat-tiswija u partijiet difettużi sostitwiti;

(i) mezzi tat-trasport li jkunu qed jivvjaġġaw fil-kors tax-xogħol tagħhom, inkluż apparat tat-tfigħ ta’ vetturi spazjali fil-mument tat-tfigħ.

▼M1 —————

▼M3




ANNESS III



LISTA TAL-KODIĊIJIET SKONT IT-TIP TA’ TRANŻAZZJONI

A

B

1.  Tranżazzjonijiet li jinvolvu trasferiment ta’ sjieda, attwali jew maħsuba, mingħand residenti għal għand min mhux residenti bi ħlas finanzjarju jew ta’ tip ieħor (ħlief it-tranżazzjonijiet elenkati taħt it-2, is-7, u t-8).

1.  Xiri/bejgħ dirett

2.  Provvista għall-bejgħ wara l-approvazzjoni jew wara t-testijiet, għall-kunsinna jew bil-medjazzjoni ta’ aġent tal-kummissjoni

3.  Kummerċ bi tpartit (kumpens b’oġġetti flok bi flus)

4.  Kiri finanzjarju (kiri-bejgħ) (1)

9.  Oħrajn

2.  Ritorn u bdil tal-merkanzija bla ħlas wara r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjoni oriġinali

1.  Ritorn tal-merkanzija

2.  Bdil ta’ merkanzija mogħtija lura

3.  Sostituzzjoni (pereżempju fi żmien il-garanzija) ta’ merkanzija mingħajr ritorn

9.  Oħrajn

3.  Tranżazzjonijiet fejn is-sjieda tiġi trasferita mingħajr kumpens la finanzjarju u lanqas bi tpartit (pereżempju kunsinni għall-għajnuna)

 

4.  Operazzjonijiet maħsubin għall-ipproċessar (2) b’kuntratt (mingħajr trasferiment tas-sjieda lejn min jipproċessa)

1.  Merkanzija mistennija li tintbagħat lura fl-Istat Membru tad-dispaċċ oriġinali

2.  Merkanzija mhix mistennija li tintbagħat lura fl-Istat Membru tad-dispaċċ oriġinali

5.  Operazzjonijiet wara l-ipproċessar b’kuntratt (mingħajr trasferiment tas-sjieda lejn min jipproċessa)

1.  Merkanzija li se tintbagħat lura fl-Istat Membru tad-dispaċċ oriġinali

2.  Merkanzija li mhix se tintbagħat lura fl-Istat Membru tad-dispaċċ oriġinali

6.  Tranżazzjonijiet partikolari nnotati għal skopijiet nazzjonali

 

7.  Operazzjonijiet taħt proġetti konġunti tad-difiża jew taħt programmi kunġunti oħra inter-governattivi ta’ produzzjoni

 

8.  Tranżazzjonijiet li jinvolvu l-forniment ta’ materjali għall-bini u tagħmir tekniku skont kuntratt ġenerali tal-bini jew tal-inġinerija ċivili li għalihom mhemmx bżonn fattura għall-merkanzija u minnflok tinħareġ fattura għall-kuntratt kollu

 

9.  Tranżazzjonijiet oħra li ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt kodiċijiet oħra

1.  Kiri, self, u kiri operattiv b’ċens għal iżjed minn 24 xahar.

9.  Oħrajn

(1)   Il-kiri finanzjarju jirreferi għal operazzjonijiet fejn ir-rati bin-nifs tal-kera jiġu kkalkulati b’mod li jkopru l-valur kollu jew kważi kollu tal-merkanzija. Ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda huma ttrasferiti lil min qed jikri. Fl-aħħar tal-kuntratt, min qed jikri jsir is-sid legali tal-merkanzija.

(2)   L-ipproċessar ikopri operazzjonijiet (trasformazzjoni, kostruzzjoni, assemblaġġ, titjib, rinnovazzjoni...) bil-għan li jiġi prodott oġġett ġdid jew wieħed mtejjeb sew. Dan mhux neċessarjament jinvolvi bidla fil-klassifikazzjoni tal-prodott. Attivitajiet tal-ipproċessar bl-inizjattiva tal-proċessur stess mhumiex koperti b’dan il-punt u għandhom ikunu rreġistrati taħt il-punt 1 tal-kolonna A.

▼B




ANNESS IV



Kodifikazzjoni ta’ termini tal-kunsinna

 

Tifsira

Post li għandu jkun indikat, meta meħtieġ

Kodiċi Incoterm

Incoterm ICC/ECE ta’ Ġinevra

EXW

xogħlijiet li ħerġin mill-fabbrika

lok tax-xogħlijiet

FCA

trasportatur bla ħlas

post miftiehem

FAS

bla ħlas maġenb il-vapur

port miftiehem tat-tagħbija

FOB

bla ħlas fuq il-vapur

port miftiehem tat-tagħbija

CFR

il-valur u l-ispejjeż tat-trasport (C&F)

port miftiehem tad-destinazzjoni

CIF

il-valur, l-assikurazzjoni u t-trasport tal-merkanzija

port miftiehem tad-destinazzjoni

CPT

carriage paid to

agreed place of destination

CIP

il-ġarr u l-assikurazzjoni mħallsa lil

post miftiehem tad-destinazzjoni

DAF

imwassla sal-fruntiera

post miftiehem tal-kunsinna fil-fruntiera

DES

imwassal mill-vapur sal-

port miftiehem tad-destinazzjoni

DEQ

imwassal mal-moll

wara li jkun ġie rilaxxat mid-dwana, fil-port miftiehem

DDU

imwassal mingħajr ħlas ta’ dazju

post miftiehem tad-destinazzjoni fil-pajjiż importatur

DDP

imwassal bid-dazju mħallas

post miftiehem tal-kunsinna fil-pajjiż importatur

XXX

kundizzjonijiet tal-kunsinna differenti minn dawk ta’ hawn fuq

dikjarazzjoni preċiża tat-termini speċifikati fil-kuntratt

Informazzjoni addizzjonali (fejn meħtieġ):

1.  post allokat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat

2.  post allokat fi Stat Membru ieħor

3.  ieħor (post barra mill-Komunità)




ANNESS V



Kodifikazzjoni tal-mezz tat-trasport

Kodiċi

Titolu

1

Trasport bil-baħar

2

Trasport bil-ferrovija

3

Trasport bit-triq

4

Trasport bl-ajru

5

Kunsinni postali

7

Intallazzjonijiet fissi tat-trasport

8

Trasport bil-kanali tal-ilma interni

9

Awto-propulsjoni

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 228, 8.9.2000, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) 2207/2003 (ĠU L 330, 18.12.2003, p. 15).

( 3 ) ĠU L 364, 12.12.1992, p. 32.

( 4 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

( 5 ) ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

( 6 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 082, 31.3.2005, p. 1).

( 7 ) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.

( 8 ) ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

( 9 ) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

( 10 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

( 11 ) ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1.