2004R1763 — MT — 28.06.2010 — 015.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1763/2004

tal-11 ta' Ottubru 2004

li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

(ĠU L 315, 14.10.2004, p.14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1965/2004 of 15 November 2004 (*)

  L 339

4

16.11.2004

►M2

COMMISSION REGULATION (EC) No 2233/2004 of 22 December 2004 (*)

  L 379

75

24.12.2004

►M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 295/2005 of 22 February 2005 (*)

  L 50

5

23.2.2005

►M4

COMMISSION REGULATION (EC) No 607/2005 of 18 April 2005 (*)

  L 100

17

20.4.2005

►M5

COMMISSION REGULATION (EC) No 830/2005 of 30 May 2005 (*)

  L 137

24

31.5.2005

 M6

COMMISSION REGULATION (EC) No 1208/2005 of 27 July 2005 (*)

  L 197

19

28.7.2005

►M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 1636/2005 of 6 October 2005 (*)

  L 261

20

7.10.2005

►M8

COMMISSION REGULATION (EC) No 23/2006 of 9 January 2006 (*)

  L 5

8

10.1.2006

►M9

COMMISSION REGULATION (EC) No 416/2006 of 10 March 2006 (*)

  L 72

7

11.3.2006

►M10

COMMISSION REGULATION (EC) No 1053/2006 of 11 July 2006 (*)

  L 189

5

12.7.2006

 M11

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 789/2007 ta’ l-4 ta’ Lulju 2007

  L 175

27

5.7.2007

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2008 tat-28 ta' Lulju 2008

  L 201

33

30.7.2008

►M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 895/2008 tat-12 ta' Settembru 2008

  L 247

19

16.9.2008

►M15

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 556/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

9

25.6.2010



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1763/2004

tal-11 ta' Ottubru 2004

li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60, 301 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri oħra biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) ġiet stabbilita permezz tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 808 u 827 (1993), li huma bbażati fuq il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU. L-ICTY għandu s-setgħa li jipproċedi kontra persuni responsabbli ta' ksur serju tal-liġi umanitarja internazzjonali fit-territorju ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja mill-1991. Il-Kunsill tas-Sigurtà irraġuna li l-ksur mifrux u skandaluż tal-liġi umanitarja fit-territorju ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja kkostitwixxa theddida għall-paċi u sigurtà internazzjonali u li l-istabbiliment, bħala miżura ad hoc, ta' qorti internazzjonali u l-prosekuzzjoni ta' persuni responsabbli ta' ksur serju tal-liġi umanitarja internazzjonali jikkontribwixxi biex terġa' tiġi stabbilita u miżmuma l-paċi.

(2)

Fit-28 ta' Awwissu 2003, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1503 (2003) talbet lill-ICTY biex tlesti l-ħidma kollha fl-2010 u lill-Istati kollha biex isaħħu l-koperazzjoni ma', u jagħtu kull għajnuna meħtieġa lill-ICTY, b'mod partikolari biex tressaq l-imputati maħruba kollha quddiem l-ICTY.

(3)

Il-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK tistipula li ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu ffriżati b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat ta' l-ICTY. Dawn il-miżuri restrittivi addizzjonali għandhom jintużaw biex jikkontrollaw kwalunkwe negozju bil-fondi u riżorsi ekonomiċi li huma proprjetà ta' persuni akkużati mill-ICTY li għadhom maħruba u biex jipprojbixxu kwalunkwe sostenn li jistgħu jirċievu minn ġewwa l-Komunità.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, biex jiġi evitat kwalunkwe distorsjoni ta' kompetizzjoni, il-leġislazzjoni tal-Komunità hi meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-miżuri sa fejn hi kkonċernata l-Komunità. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità għandu jiġi meqjus li jħaddan it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

(5)

Għal-raġunijiet ta' konvenjenza, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament.

(6)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi ppubblikat,

(7)

It-Trattat, fl-Artikoli 60 u 301, jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex, taħt ċerti kondizzjonijiet, jieħu miżuri maħsuba biex jitwaqqfu jew jitnaqqsu l-ħlasijiet jew il-moviment ta' kapital u ta' relazzjonijiet ekonomiċi fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament, immirati lejn individwi li mhumiex marbuta b'mod dirett mal-gvern ta' pajjiż terz, huma meħtieġa biex jitwettaq dan il-għan tal-Komunità u l-Artikolu 308 tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jieħu tali miżuri jekk it-Trattat ma jipprovdix setgħat oħra speċifiċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda li mhux limitati għal:

(a) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money-orders u strumenti oħra ta' ħlas;

(b) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f'kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta' dejn;

(ċ) titoli negozjabbli kemm pubblikament kif ukoll privatament u strumenti ta' dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

(d) imgħax, dividendi jew dħul ieħor minn, jew valur akkumulat minn, jew iġġenerat minn assi;

(e) kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;

(f) ittri ta' kreditu, kambjali, atti ta' bejgħ;

(g) dokumenti li jixhdu xi interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(h) kwalunkwe strument ieħor ta' finanzjar ta' esportazzjoni.

(2) “iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi bi kwalunkwe mod li jista' jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, ammont, lok, dritt tal-proprjetà, pussess, karattru, jew destinazzjoni tagħhom jew f'xi bidla oħra li tista' tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta' portafoll;

(3) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta' fondi, oġġetti jew servizzi;

(4) “iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta' l-użu tagħhom għall-akkwist ta' fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux biss, il-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala garanzija.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u riżorsi ekonomiċi kollha ta', li huma proprjetà ta', jew miżmuma minn, persuni fiżiċi akkużati mill-ICTY, u elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru aċċessibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I.

3.  Is-sehem, b'intenzjoni u apposta, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b'mod dirett jew indirett, li jevadu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi pprojbit.

▼M15

Artikolu 3

1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt tali kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa għall-ispejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għall-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali;

(ċ) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma ta’ fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li fuqhom iqis li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata, għall-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jiġu użati b’mod esklużiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’tali rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(ċ) Ir-rabta jew sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika elenkata fl-Anness I;

(d) Ir-rikonoxximent tar-rabta jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 5

L-Artikolu 2(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(i) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(ii) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal dan ir-Regolament,

sakemm kwalunkwe imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 2(1).

Artikolu 6

L-Artikolu 2 (2) m'għandux iżomm lil istituzzjonijiet finanzjarji milli jikkreditaw il-kontijiet iffriżati li jirċievu fondi trasferiti minn terzi persuni fil-kont tal-persuna jew entità elenkata, sakemm kwalunkwe żidiet bħal dawn lil tali kontijiet jiġu ffriżati wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf bla dewmien l-awtoritajiet kompetenti bi transazzjonijiet bħal dawn.

▼M15

Artikolu 7

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) ifornu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fil-websites elenkati fl-Anness II għall-pajjiż fejn jinsabu jew huma residenti, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness II, lill-Kummissjoni; u

(b) jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha ssir disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat.

3.  Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.

▼B

Artikolu 8

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula in bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni hi konformi ma' dan ir-Regolament, m'għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe tip għall-persuna fiżika jew ġuridika jew għall-entità li tkun qed timplimentaha, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jgħaddu lil xulxin kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jkollhom li għandu x'jaqsam ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari tagħrif dwar problemi ta' ksur u ta' nfurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness I, b'kont meħud tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jimplimentaw il-Posizzjoni Komuni 2004/…/PESK, u

(b) temenda l-Anness II abbażi tat-tagħrif moghti mill-Istati Membri.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b'dawn ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼M15

Artikolu 11a

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 u jidentifikawhom fil-websites kif elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tas-siti elettroniċi tagħhom elenkati fl-Anness II qabel tali bidla tidħol fis-seħħ.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, sal-15 ta’ Lulju 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼M15

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ) għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq interament jew parzjalment, fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

▼M1

List of persons referred to in Article 2

▼M4 —————

▼M5 —————

▼M2 —————

▼M12 —————

▼M8 —————

▼M1

6. Hadzic, Goran. Date of birth: 7.9.1958. Place of birth: Vinkovci, Republic of Croatia. Nationality: Serbia and Montenegro.

▼M4 —————

▼M14 —————

▼M3 —————

▼M9 —————

▼M7 —————

▼M1

12. Lukic, Sreten. Date of birth: 28.3.1955. Place of birth: Visegrad, Bosnia and Herzegovina. Nationality: Serbia and Montenegro.

▼M2 —————

▼M1

14. Mladić, Ratko. Date of birth: 12.3.1942. Place of birth: Bozanovici, Municipality of Kalinovik, Bosnia and Herzegovina. Nationality: (a) Bosnia and Herzegovina, (b) Serbia and Montenegro.

▼M4 —————

▼M5 —————

▼M3 —————

▼M10 —————

▼M13 —————

▼M12 —————

▼M15




ANNESS II

Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

Ir-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

Id-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

Il-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

Il-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

Il-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

Il-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

Il-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

Il-PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

Ir-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

Is-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

Is-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

Il-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

Ir-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73



( 1 ) Ara p. 52 ta' dan il Ġurnal Uffiċjali.