2004R1455 — MT — 02.03.2012 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1455/2004 tas-16 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv “Avatec 15 %” fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 269, 17.8.2004, p.14) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2037/2005 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 |
L 328 |
21 |
15.12.2005 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 |
L 38 |
36 |
11.2.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1455/2004
tas-16 ta' Awissu 2004
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv “Avatec 15 %” fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tikkonċerna l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9g (5) (b) tagħha,
Billi:|
(1) |
Skond id-Direttiva 70/524/KEE, koċċidjostati inklużi f'Anness I ta' dik id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1988 kienu awtorizzati temporanjament mill-1 ta' April 1998 u trasferiti għal Kapitolu I ta' l-Anness B bil-għan ta' evalwazzjoni ġdida tagħhom bħala addittivi konnessi ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni. Il-prodott tas-sodju lasalocid, Avatec 15 %, huwa addittiv li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra” elenkati f'Kapitolu I ta' l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(2) |
Il-persuna responsabbli għat-tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-Avatec 15 % ressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u dossier, skond l-Artikolu 9g (2) u (4) ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
L-Artikolu 9g (6) tad-Direttiva 70/524/KEE jippermetti l-estensjoni awtomatika tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni ta' l-addittivi konċernati sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni f'każ li, għal raġunijiet 'il fuq mill-kontroll tal-possessur ta' l-awtorizzazzjoni, ma tittiħedx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni qabel id-data ta' skadenza ta' l-awtorizzazzjoni. Din id-disposizzjoni hija applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta' l-Avatec 15 %. Fis-26 ta' April 2001 il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta' l-Annimali evalwazzjoni sħiħa tar-riskju u din it-talba kienet konsegwentement trasferita lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel. Numru ta' talbiet oħra għal informazzjoni addizzjonali saru matul il-proċess ta' evalwazzjoni mill-ġdid li għamluha impossibbli li titlesta l-evalwazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-limitu ta' żmien mitlub mill-Artikolu 9g. |
|
(4) |
Il-Panel Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali marbut ma' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel ta opinjoni favorevoli fir-rigward tas-sigurtà u l-effikaċja ta' l-Avatec 15% għas-simna tat-tiġieġ u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni mill-ġdid ta' l-Avatec 15 % magħmula mill-Kummissjoni uriet li l-kondizzjonijiet rilevanti mniżżla fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. L-Avatec 15 % għandu għalhekk ikun awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv konness ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni u inkluż f'Kapitolu I tal-lista msemmija f'Artikolu 9t (b) ta' dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Ladarba l-awtorizzazzjoni għall-addittiv hija issa konnessa ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni, u tbiddel l-awtorizzazzjoni preċedenti li ma kinitx konnessa ma' xi persuna speċifika, huwa xieraq li tkun imħassra din l-aħħar awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Peress li m'hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-prodott tas-sodju lasalocid mis-suq immedjatament, huwa xieraq li jkun permess perijodu tranżizzjonali ta' sitt xhur għar-rimi ta' stokks eżistenti ta' l-addittiv. |
|
(8) |
Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE huwa emendat kif ġej: L-addittiv tas-sodju Lasalocid, li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra”, għandu jitħassar.
Artikolu 2
L-addittiv Avatec 15 % li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra” kif imniżżel fl-Anness tar-Regolament preżenti huwa awtorizzat għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Perijodu ta' sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa l-perijodu permess li fih irid jintuża l-istokk eżistenti tas-sodju lasalocid.
Article 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-iStati Membri kollha.
ANNESS
|
Nru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem u nru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
Kontenut Residwu Limiti (MRLs) |
|
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||
|
Coccidiostats u histomonostats |
||||||||||
|
E 763 |
►M2 Pfizer Ltd. ◄ |
Lasalocid A sodium 15 g/100g (Avatec 15 %cc) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittiv: Lasalocid A sodium: 15 g/100 g Corn cob meal: 80,95 g/100 g Lecithin: 2 g/100 g Soya oil: 2 g/100 g Ferric oxide: 0,05 g/100 g Sustanza attiva: Lasalocid A sodium, C34H53O8Na, CAS number: 25999-20-6, sodium salt of 6-[(3R, 4S, 5S, 7R)-7-[(2S, 3S, 5S)-5-ethyl-5-[(2R, 5R, 6S)-5-ethyl--5-hydroxy-6-methyltetrahydro-2H-pyran2-yl]-tetrahydro-3-methyl-2-furyl]-4-hydroxy-3,5-dimethyl-6-oxononyl]-2,3-cresotic acid, produced by Streptomyces lasaliensis subsp. lasaliensis (ATCC 31180) Impuritajiet relatati: Lasalocid sodium B-E: ≤ 10 % |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
75 |
125 |
Użu pprojbit sa 5 ijiem qabel il-qatla Indika taħt l-istruzzjonijiet għall-użu: “Perikoluż għall-ispeċi ekwini” “Dan l-oġġett ta’ l-għalf fih ionophore: l-użu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali jista’ jiġi kontraindikat”. |
20.08.2014 |
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90) |
|
Tiġieġ li trabbew biex ibidu |
16-il ġimgħa |
75 |
125 |
20.08.2014 |
||||||
|
Lasalocid A sodium 15 g/100g (Avatec 150G) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittiv: Lasalocid A sodium: 15 g/100 g Calcium sulphate dihydrate: 80.9 g/100 g Calcium lignosulphonate 4 g/100 g Ferric oxide: 0,1 g/100 g Sustanza attiva: Lasalocid A sodium, C34H53O8Na, CAS number: 25999-20-6, sodium salt of 6-[(3R, 4S, 5S, 7R)-7-[(2S, 3S, 5S)-5-ethyl-5-[(2R, 5R, 6S)-5-ethyl--5-hydroxy-6-methyltetrahydro-2H-pyran2-yl]-tetrahydro-3-methyl-2-furyl]-4-hydroxy-3,5-dimethyl-6-oxononyl]-2,3-cresotic acid, produced by Streptomyces lasaliensis subsp. lasaliensis (ATCC 31180) Impuritajiet relatati: Lasalocid sodium B-E: ≤ 10 % |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
75 |
125 |
Użu pprojbit sa 5 ijiem qabel il-qatla Indika taħt l-istruzzjonijiet għall-użu: “Perikoluż għall-ispeċi ekwini” “Dan l-oġġett ta’ l-għalf fih ionophore: l-użu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali jista’ jiġi kontraindikat”. |
20.08.2014 |
Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 2377/90) |
||
|
Tiġieġ li trabbew biex ibidu |
16-il ġimgħa |
75 |
125 |
20.08.2014 |
||||||
( 1 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 265, 3.10.2002, p. 1).