2004R0912 — MT — 01.01.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2004 tad-29 ta'April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 163, 30.4.2004, p.71) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007 |
L 216 |
10 |
21.8.2007 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2004
tad-29 ta'April 2004
li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
R-Regolament (KEE) Nru 3924/91 jipprovdi biex miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku li jikkonċernaw il-ġabra ta' data u l-ipproċessar ta' riżultati li jiġu preskritti mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Programm Statistiku. |
(2) |
Il-progress tekniku u leġislazzjoni sussegwenti, b'mod partikolari atti li jirrelataw mas-Sistema Ewropea Statistika tal-Kummerċ, jitolbu biex isiru aġġustamenti għall-kopertura u l-karatteristiċi ta'l-istħarriġ. |
(3) |
Dawn l-aġġustamenti għandhom itejjbu l-kopertura ta' l-istatistika provduta mill-Istati Membri mingħajr ma jiżdied il-piż fuq l-operaturi ekonomiċi. |
(4) |
Id-data statistika kompilata fi ħdan is-sistema tal-Komunità għandha tkun ta' kwalità sodisfaċenti u li tista' titqabbel minn Stat Membru għall-ieħor. |
(5) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Programm Statistiku stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE. Euratom ( 2 ). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi identifikat b’referenza għall-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ u għall-unità ta’ l-osservazzjoni.
Il-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom jew waħda mill-attivitajiet sekondarji tagħhom hija mniżżla fit-taqsimiet B jew Ċ tal-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
L-unità ta’ l-osservazzjoni għandha tkun l-intrapriża kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data billi jużaw unità oħra ta’ l-istatistika bħala unità ta’ l-osservazzjoni sakemm huma jittrasmettu d-data ta’ l-intrapriża lill-Eurostat.
Artikolu 2
L-obbligu ta' l-unitajiet tal-popolazzjoni ta'l-istħarriġ li jipprovdu informazzjoni korretta u sħiħa fejn jintalbu mill-Istati membri msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandu jkun limitat għall-osservazzjoni tal-popolazzjoni ta' l-istħarriġ elenkat fil-lista PRODCOM.
Artikolu 3
L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jadottaw metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data minn unitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tan-NACE imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandha tiġi implimentata bħala adozzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jippermettu l-ġbir ta’ data, li tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tat-taqsimiet B u Ċ tan-NACE Rev. 2.
Artikolu 4
L-eżenzjoni ta' l-Istati Membri mill-ġbir ta' data msemmija fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandha tkun iċċarata b'referenza għall-produzzjoni nazzjonali ta' prodott.
L-Istati Membri ma humiex meħtieġa li jiġbru data dwar prodott, jekk it-total tal-produzzjoni nazzjonali ta' dak il-prodott tkun anqas minn 1 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott fis-sena li tiġi qabel. Id-data fuq prodotti li ma tinġabarx minħabba din l-eżnezjoni għandha tkun rapportata bħala zero. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa.
Artikolu 5
Il-ħelsien mill-obbligu ta' l-Istati membri li jwettqu l-istħarriġ PRODCOM imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi estiż fil-każi fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jakkwistaw id-data meħtieġa, bl-użu ta' taħlita ta' sorsi u metodi differenti.
Artikolu 6
B'żieda ma' l-obbligu li jipprovdu informazzjoni fuq it-talba ta' l-Eurostat kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3921/91l-Istati membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Ewrostat l-informazzjoni meħtieġa dwar il-metodi tagħhom ta' stħarriġ, kampjuni u kopertura għall-finijiet tad-dokumentazzjoni ta' konformità mal-prinċipji tal-metodoloġija PRODCOM kif preskritti fil-ktejjeb dwar il-metodoloġija PRODCOM.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 1.
( 2 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.
( 3 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.