2004R0850 — MT — 30.09.2016 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 850/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158 30.4.2004, p. 7) |
Emendat bi:
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 850/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2004
dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE
Artikolu 1
Għan u skop ta’ l-applikazzjoni
1. Meta jittieħed kont, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn pollutanti organiċi persistenti permezz ta’ projbizzjoni, process gradwali li jelimina dawn il-pollutanti mill-aktar fis, inkella b’restrizzjoni tal-produzzjoni, bi tqegħid fis-suq u bl-użu ta’ sustanzi suġġetti għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejha “l-Konvenzjoni”, jew il-Protokoll ta’ l-1998 għall-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar it-Tniġġiz ta’ l-Arja Transkonfini f’Distanzi Twal minn Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem maghrufa bhala “l-Protokoll”, u b’li jonqsu, bil-għan li, possibbilment tiġi eliminata malajr kemm jista’ jkun l-emissjoni ta’ sustanzi bħal dawn, kif ukoll bl-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet li jirrigwardaw skart li jkun jikkonsisti minn, jinkludi fih inkella jkun kontaminat minn xi waħda minn dawn is-sustanzi.
2. Artikoli 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għal skart li jkun jikkonsisti minn, li jinkludi fih jew li jkun kontaminat minn xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Annessi I jew II.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) “tqegħid fis-suq” ifisser il-provvista jew tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni terzi bi ħlas jew mingħajr ħlas. Importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità għandha wkoll titqies bħala mqiegħda fis-suq;
(b) “artikolu” jfisser oġġett kompost minn sustanza u/jew preparazzjoni waħda jew aktar li matul il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċifiku li, aktar milli l-komposizzjoni kimika, jistabbilixxu l-funzjoni finali tiegħu;
(ċ) “sustanza” hija kif imfissra f’Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: ( 1 );
(d) “preparazzjoni” hija kif imfissra f’Artikolu 2 tad-Direttiva 67/548/KEE;
(e) “skart” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE: ( 2 );
(f) “rimi” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(e) tad-Direttiva 75/442/KEE;
(g) “irkupru” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(f) tad-Direttiva 75/442/KEE.
Artikolu 3
Kontroll ta’ produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu
1. Il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I, sew jekk weħidhom, sew jekk fi preparazzjonijiet u sew bħala kostitwenti ta’ artikoli, għandhom ikunu projbiti.
2. Il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness II, sew jekk weħidhom, jew fi preparazzjonijiet inkella bħala kostitwenti ta’ artikoli, għandhom ikunu ristretti skond il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fl-iskemi ta’ stima u ta’ awtorizzazzjoni għal kimiċi u pestiċidi eżistenti u ġodda skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti, jikkonsidraw il-kriterji mniżżla fil-paragrafu 1 ta’ l-Anness D tal-Konvenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jikkontrollaw kimiċi u pestiċidi eżistenti u ma jħallux il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu ta’ kimiċi u pestiċidi ġodda, li juru l-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti.
Artikolu 4
Eżenzjonijiet mill-miżuri ta’ kontroll
1. L-Artikolu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’:
(a) sustanza użata għal riċerka fuq-skala tal-laboratorju jew bħala standard ta’ referenza;
(b) sustanza li tinstab b’mod mhux intenzjonali bħala traċċa ta’ kontaminant f’sustanzi, preparazzjonijiet jew artikoli.
2. Artikolu 3 m’għandux japplika għal sustanzi li jinstabu bħala kostitwenti ta’ artikoli manifatturati qabel jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’ sustanza li tinstab bħala kostitwent ta’ artikoli li diġà jintużaw qabel jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, hekk kif isir jaf b’artikoli msejħa fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Kulmeta l-Kummissjoni tiġi informata b’dan jew issir taf b’xi mod ieħor b’artikoli bħal dawn, għandha, fejn xieraq, tinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni mingħajr dawmien.
3. Fejn sustanza hija elenkata fil-Parti A ta’ l-Anness I jew fil-Parti A ta’ l-Anness II, Stat membru li jixtieq jagħti permess, sat-terminu perentorju speċifikat fl-Anness relevanti, ghall-produzzjoni u l-użu ta’ dik is-sustanza bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta’ produzzjoni u f’sistema magħluqa għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar dan.
Madankollu, notifika bħal din tista’ ssir biss jekk jintlaqghu dawn il-kondizzjonijiet:
(a) fejn annotazzjoni ġiet imdaħħla fl-Anness relevanti biex turi specifikament li din il-produzzjoni u l-użu ta’ dik is-sustanza jistgħu jkunu permessi;
(b) li l-proċess ta’ manifattura se jittrasforma s-sustanza f’sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta’ pollutant organiku persistenti;
(ċ) mhux mistenni li bnedmin inkella l-ambjent jispiccaw esposti għal kwantitajiet sinifikanti tas-sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha, kif jidħer mill-istima ta’ dik is-sistema magħluqa skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE ( 3 ).
In-notifika għandha tkun ikkomunikata wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandha tagħti dettalji dwar il-produzzjoni totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza konċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta’ produzzjoni u f’sistema magħluqa, waqt li tispeċifika l-ammont ta’ pollutant organiku persistenti mhux trasformat użat fil-materjal tal-bidu u preżenti mhux intenzjonalment fi traċċi ta’ kontaminant fil-prodott finali.
It-termini perentorji msejħa fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu emendati f’każi fejn, wara notifika repetuta mill-Istat Membru konċernat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, jinħareġ kunsens espliċitu jew taċitu fil-Konvenzjoni għall-kontinwazzjoni tal-produzzjoni u l-użu tas-sustanza għal perjodu ieħor.
Artikolu 5
Kumuli mwarrba
1. Id-detentur ta’ kumulu mwarrab, li jikkonsisti minn jew li jkun jinsab fih xi sustanza elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, li għalih l-ebda użu m’hu permess, għandu jimmaniġġja dak il-kumulu mwarrab bħala skart u skond Artikolu 7.
2. Id-detentur ta’ kumulu mwarrab akbar minn 50 kg, li jikkonsisti minn jew li jkun jinsab fih xi sustanza elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, u li l-użu tiegħu hu permess, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-kumulu mwarrab huwa stabbilit b’informazzjoni dwar in-natura u d-daqs ta’ dak il-kumulu mwarrab. Din l-informazzjoni għandha tkun provduta fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ta’ l-emendi fl-Annessi I jew II u ta’ kull sena wara dan sat-terminu perentorju speċifikat fl-Anness I jew II għal użu ristrett.
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b’mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent.
3. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-użu u l-immaniġġjar tal-kumuli mwarrba notifikati.
Artikolu 6
Riduzzjoni, tnaqqis u eliminazzjoni ta’ emissjoni
1. Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jsostnu inventorji dwar l-emissjoni fl-ajru, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi elenkati fl-Anness III skond l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni u l-Protokoll.
2. Stat Membri għandu jikkomunika l-pjan ta’ azzjoni tiegħu dwar miżuri biex jiġu identifikati, karatterizzati u mnaqqsa bil-għan li, fejn possibbli, jiġu eliminati malajr kemm jista’ jkun, l-emissjonijiet totali żviluppati skond l-obbligi tiegħu fil-Konvenzjoni, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra bħala parti mill-pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu, skond Artikolu 8.
Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi miżuri biex iħeġġu l-iżvilupp u, fejn jidhirlu xieraq, għandu jeħtieġ l-użu ta’ materjali, prodotti u proċessi sostituti jew modifikati biex ma jħallux il-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b’mod sinifikanti ta’ faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 1996/61/KE ( 4 ), jikkonsidraw bħala priorità proċessi, metodi ta’ teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili izda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.
Artikolu 7
Maniġġjar ta’ l-iskart
1. Il-produtturi u detenturi ta’ l-iskart għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jevitaw, fejn possibbli, l-kontaminazzjoni ta’ dan l-iskart bis-sustanzi elenkati fl-Anness IV.
2. Minkejja d-Direttiva 96/59/KE ( 5 ), skart li jikkonsisti, jinkludi fih jew li jkun kontaminat b’xi sustanza elenkata fl-Anness IV għandu jintrema jew jiġi rkuprat, mingħajr dawmien żejjed u skond l-Anness V, il-parti 1 b’tali mod li jiġi żgurat li l-kontenut tal-pollutant organiku persistenti jinqered jew ikun trasformat b’mod irriversibbli sabiex l-iskart li jibqa’ u l-emissjonijiet ma jurux il-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti.
Waqt li jsir dan ir-rimi jew irkupru, kull sustanza elenkata fl-Anness IV tista’ tiġi iżolata mill-iskart, iżda din is-sustanza ghandha sussegwentement tintrema skond l-ewwel subparagrafu.
3. Operazzjonijiet tar-rimi jew l-irkupru li jistgħu jwasslu għall-irkupru, riċiklar, reklamazzjoni jew użu mill-ġdid tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu projbiti.
4. Bħala deroga mill-paragrafu 2:
(a) skart li jkun fih jew li jkun kontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, bil-kondizzjoni li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart għandu jkun taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness IV. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu stabbiliti skont din il-proċedura, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew rekwiżiti tekniċi speċifiċi dwar ir-rimi jew l-irkupru ta' skart taħt dan il-punt.
(b) Stat Membru jew l-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru jistghu, f’każi eċċezjonali, jħallu skart elenekat fl-Anness V, il-parti 2 li jkun jinsab fih jew li jkun kontaminat minn xi sustanza elenkata fl-Anness IV sal-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness V, il-parti 2, li jkun ittrattat b’xi mod ieħor skond wieħed mill-metodi elenkati fl-Anness V, il-parti 2, bil-kundizzjoni li:
(i) id-detentur ikkonċernat għandu jkun wera għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat li d-dekontaminazzjoni ta’ l-iskart b’referenza għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV ma kinitx possibbli, u li l-qerda jew it-trasformazzjoni riversibbli tal-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti, esegwita skond l-aħjar prattika ambjentali jew l-aħjar metodi ta’ teknika disponibbli, ma tirrappreżentax l-għażla preferibbli għal raġunijiet ambjentali u li l-awtorità kompetenti sussegwentament awtorizzat l-operazzjoni alternattiva;
(ii) din l-operazzjoni hi skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-miżuri addizzjonali relevanti msejħa fil-paragrafu 6; u
(iii) l-Istat Membru konċernat informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-ġustifikazzjoni ta’ l-operazzjoni.
Il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness V, il-parti 2 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 4(b) ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).
◄
Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni huma stabbiliti:
(a) l-awtorità kompetenti tista’ tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew ħtiġiet tekniċi speċifiċi dwar l-iskart li qed jiġi trattat fil-paragrafu 4(b);
(b) fejn l-iskart qed jiġi trattat fil-paragrafu 4(b), id-detenturi konċernati għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti fl-iskart.
6. Il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skond il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi format għall-presentazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri skond il-paragrafu 4(b)(iii). Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 17(2).
7. Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta’ Diċembru 2009, tagħmel reviżjoni tad-derogi fil-paragrafu 4 fid-dawl ta’ l-iżviluppi internazzjonali u tekniċi, b’mod partikolari dwar il-preferenza ambjentali tagħhom.
Artikolu 8
Pjani għall-implimentazzjoni
1. Waqt il-preparazzjoni tal-pjani għall-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom, skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom, jagħtu opportunitajiet bikrija u effettivi lill-pubbliku biex jipparteċipa f’dan il-proċess.
2. Hekk kif Stat Membru jkun adotta l-pjan għall-implimentazzjoni nazzjonali tiegħu skond l-obbligi tiegħu fil-Konvenzjoni, għandu jikkommunikah kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.
3. Waqt il-preparazzjoni tal-pjani għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kontenut, kif xieraq.
4. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tfassal pjan għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tal-Komunità skond il-Konvenzjoni.
Hekk kif il-Kummissjoni tkun adottat il-pjan għall-implimentazzjoni tal-Komunità, għandha tikkommunikah lill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni u taġġorna l-pjan għall-implimentazzjoni tal-Komunità, kif xieraq.
Artikolu 9
Sorveljanza
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f’koperazzjoni mill-qrib, programmi u mekkaniżmi xierqa, konsistenti ma’ l-aktar stat avanzat, għad-dispożizzjoni regolari ta’ data komparabbli tas-sorveljanza għall-preżenza fl-ambjent ta’ diossini, furani u PCBs kif identifikati fl-Anness III. Meta dawn il-programmi u mekkaniżmi jkunu qed jiġu stabbiliti, għandu jittieħed qies xieraq ta’ l-iżviluppi fil-Protokoll u l-Konvenzjoni.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jintrabtu li jsir l-iskambju ġol-Komunità u ma’ pajjiżi terzi ta’ informazzjoni relevanti għar-riduzzjoni, tnaqqis jew eliminazzjoni, fejn possibbli, tal-produzzjoni, użu u emissjoni ta’ pollutanti organiċi persistenti u ta’ alternattivi ta’ dawk is-sustanzi, waqt li jispeċifikaw ir-riskji u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali konnessi ma’ dawn l-alternattivi.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw fir-rigward ta’ pollutanti organiċi persistenti:
(a) programmi ta’ kuxjenza, inkluż dawk dwar l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u l-alternattivi tagħhom u fuq ir-riduzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-produzzjoni, l-użu u l-emissjoni tagħhom, speċjalment għal:
(i) dawk li jagħmlu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet,
(ii) gruppi partikolarment vulnerabbli;
(b) dispożizzjoni ta’ informazzjoni pubblika;
(ċ) taħriġ li jinkludi ħaddiema, xjenzati, edukaturi u persunal tekniku/maniġerjali.
3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent ( 6 ), informazzjoni dwar is-saħħa u salvagward tal-bnedmin u l-ambjent m’għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni oħra ma’ pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzali skond il-ftehim reċiproku.
Artikolu 11
Ghajnuna teknika
Skond Artikoli 12 u 13 tal-Konvenzjoni, l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fil-proviżjoni xierqa u f’waqtha ta’ assistenza teknika u finanzjarja lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u lil pajjiżi b’ekonomiji fi transizzjoni biex igħinuhom, mat-talba u bir-riżorsi disponibbli u billi jittieħed kont tal-ħtiġiet partikolari tagħhom, biex jiżviluppaw u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw bi sħiħ l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni. Dan l-appoġġ jista’ wkoll ikun idderiġut minn organizzazzjonijiet m’humiex governattivi.
Artikolu 12
Rappurtagg
1. Kull tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar ksur u penali.
2. Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’data ta’ l-istatistika dwar il-kwantitajiet totali attwali jew stmati tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ xi sustanza elenkata fl-Anness I jew II.
3. Fi żmien tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni:
(a) b’informazzjoni fil-qosor miġbura min-notifikazzjonijiet, dwar kumuli mwarrba, riċevuta skond Artikolu 5(2);
(b) b’informazzjoni fil-qosor miġbura mill-inventorji ta’ l-emissjoni mfassla skond Artikolu 6(1);
(ċ) b’informazzjoni fil-qosor dwar il-preżenza fl-ambjent ta’ diossini, furani u PCBs kif identifikati fl-Anness III, kif miġbura skond Artikolu 9.
4. Dwar id-data u l-informazzjoni li għandhom jiġu provduti mill-Istati Membri skond il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa minn qabel format komuni skond il-proċedura msejħa f’Artikolu 16(2).
5. Dwar is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni, l-Kummissjoni għandha, f’intervalli li għandhom jiġu determinati mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, tiġbor rapport fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond il-paragrafu 2 u tikkommunikah lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.
6. Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tiġbor rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tintegrah ma’ l-informazzjoni diġà disponibbli fil-kuntest ta’ l-EPER, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE ( 7 ), u l-Inventarju ta’ l-Emissjoni CORINAIR ta’ l-EMEP (Programm Koperattiv għas-Sorveljanza u Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni f’Distanzi Twal ta’ Pollutanti ta’ l-Ajru fl-Ewropa), u ma’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri fil-paragrafi 1, 2 u 3 biex tifforma rapport sintesi. Dan ir-rapport għandu jinkludi infomazzjoni dwar l-użu tad-derogi kif imsejħa f’Artikolu 7(4). Għandha tibgħat ir-rapport sintesi fil-qosor lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr dewmien.
Artikolu 13
Penali
L-Istati Membri għandhom iniżżlu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dawmien b’xi emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 14
Emendi għall-Annessi
1. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Annessi I, II u III kif meħtieġ.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
2. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Anness IV kif meħtieġ.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki għall-annotazzjonijiet eżistenti fl-Annessi I, II u III, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki tal-annotazzjonijiet eżistenti fl-Anness IV u modifiki għall-Anness V, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).
Artikolu 15
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu jinnomina lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet responsabbli għall-kompiti amministrattivi meħtieġa minn dan ir-Regolament. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b’din in-nominazzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Kumitat għall-kwistjonijiet ġenerali
1. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit minn Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE: għall-kwistjonijiet kollha f’dan ir-Regolament ħlief għal dawk dwar l-iskart.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit f’Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi fissat għal tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 17
Kumitat għall-kwistjonijiet dwar l-iskart
1. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit minn Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE:, għall-kwistjonijiet dwar l-iskart f’dan ir-Regolament.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit f’Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi fissat għal tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 18
Emendi għad-Direttiva 79/117/KEE
Fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Direttiva 79/117/KEE, “Komposti organiċi tal-klorin persistenti”, il-punti 1 sa 8 għandhom jiġu mħassra.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-Parti A – Sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll kif ukoll sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni biss
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
Eteru tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O |
|
|
1. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-tetrabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew anqas (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f’sustanzi, preparazzjonijiet, oġġetti jew bħala kostitwent tal-partijiet, f’oġġetti, li jdewmu t-tifrix tan-nar. 2. B’deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi: (a) mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), oġġetti u preparazzjonijiet li fihom konċentrazzjonijiet taħt 0,1 % ta’ etere tat-tetrabromodifenil skont il-piż meta prodotti b’mod parzjali jew sħiħ minn materjali riċiklati jew materjali minn skart preparat għall-użu mill-ġdid; (b) tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). 3. L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta’ Awwissu 2010 li fihom l-etere tat-tetrabromodifenil bħala kostitwent ta’ tali oġġetti għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ tali oġġetti. |
Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O |
|
|
1. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tal-pentabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew anqas (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f’sustanzi, preparazzjonijiet, oġġetti jew bħala kostitwent tal-partijiet, f’oġġetti, li jdewmu t-tifrix tan-nar. 2. B’deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi: (a) mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), oġġetti u preparazzjonijiet li fihom konċentrazzjonijiet taħt 0,1 % ta’ etere tal-pentabromodifenil skont il-piż meta prodotti b’mod parzjali jew sħiħ minn materjali riċiklati jew materjali minn skart preparat għall-użu mill-ġdid; (b) tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE. 3. L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta’ Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-pentabromodifenil bħala kostitwent ta’ tali oġġetti għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ tali oġġetti. |
Eteru tal-eżabromodifenil C12H4Br6O |
|
|
1. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-eżabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew anqas (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f’sustanzi, preparazzjonijiet, oġġetti jew bħala kostitwent tal-partijiet, f’oġġetti, li jdewmu t-tifrix tan-nar. 2. B’deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi: (a) mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), oġġetti u preparazzjonijiet li fihom konċentrazzjonijiet taħt 0,1 % ta’ etere tal-eżabromodifenil skont il-piż meta prodotti b’mod parzjali jew sħiħ minn materjali riċiklati jew materjali minn skart preparat għall-użu mill-ġdid; (b) tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE. 3. L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta’ Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-eżabromodifenil bħala kostitwent ta’ tali oġġetti għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ tali oġġetti. |
Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O |
|
|
1. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tal-ettabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew anqas (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f’sustanzi, preparazzjonijiet, oġġetti jew bħala kostitwent tal-partijiet, f’oġġetti, li jdewmu t-tifrix tan-nar. 2. B’deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi: (a) mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), oġġetti u preparazzjonijiet li fihom konċentrazzjonijiet taħt 0,1 % ta’ etere tal-ettabromodifenil skont il-piż meta prodotti b’mod parzjali jew sħiħ minn materjali riċiklati jew materjali minn skart preparat għall-użu mill-ġdid; (b) tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE. 3. L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta’ Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-ettabromodifenil bħala kostitwent ta’ tali oġġetti għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ tali oġġetti. |
Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS) C8F17SO2X (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivattivi oħra inklużi polimeri) |
|
|
1. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għal konċentrazzjonijiet tal-PFOS ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) meta jokkorru f’sustanzi jew fi preparazzjonijiet. 2. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOS fi prodotti jew oġġetti li huma parzjalment lesti, jew f’partijiet minnhom, jekk il-konċentrazzjoni tal-PFOS tkun anqas minn 0,1 % skont il-piż ikkalkulata b’referenza għall-massa ta’ partijiet strutturalment jew mikrostrutturalment distinti li fihom il-PFOS jew għal tessuti jew materjali miksija oħra, jekk l-ammont ta’ PFOS ikun anqas minn 1 μg/m2 tal-materjal miksi. 3. L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta’ Awwissu 2010 li fihom il-PFOS bħala kostitwent ta’ tali oġġetti għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ tali oġġetti. 4. Fowmijiet għat-tifi tan-nar li tqiegħdu fis-suq qabel is-27 ta’ Diċembru 2006 jistgħu jintużaw sas-27 ta’ Ġunju 2011. 5. Jekk il-kwantità rilaxxata fl-ambjent titnaqqas kemm jista’ jkun possibbli, il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq huma permessi għall-użi speċifiċi li ġejjin sakemm l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni kull erba’ snin dwar il-progress li jkun sar sabiex jiġi eliminat l-PFOS. (a) sas-26 ta’ Awwissu 2015, aġenti li jnaqqsu t-tensjoni tas-superfiċje użati f’sistemi kontrollati ta’ kisi bl-elettroliżi; (b) reżini fotosensibbli (photoresists) jew kisjiet kontra r-riflessjoni għal proċessi fotolitografiċi; (c) kisjiet fotografiċi applikati għal films, karti, jew pjanċi tal-istampar; (d) aġent li jrażżan l-irxiex għal kisi mhux dekorattiv bil-kromju (VI) iebes f’sistemi b’ċiklu magħluq; (e) fluwidi idrawliċi għall-avjazzjoni. Meta d-derogi fil-punti (a) sa (e) hawn fuq jikkonċernaw il-produzzjoni jew l-użu f’istallazzjoni fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-aqwa tekniki disponibbli rilevanti għall-prevenzjoni u t-tnaqqis kemm jista’ jkun possibbli tal-emissjonijiet tal-PFOS deskritti fit-tagħrif ippubblikat mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE għandhom japplikaw. Hekk kif ikun disponibbli t-tagħrif il-ġdid dwar id-dettalji tal-użi u s-sustanzi jew it-teknoloġiji alternattivi iktar sikuri għall-użi fil-punti (b) sa (e), il-Kummissjoni għandha tanalizza d-derogi fit-tieni subparagrafu sabiex: (i) l-użi tal-PFOS jitwaqqfu gradwalment hekk kif l-użu ta’ alternattivi iktar sikuri jkun teknikament u ekonomikament vijabbli, (ii) deroga tista’ titkompla biss għal użi essenzjali li għalihom ma jeżistux alternattivi iktar sikuri u fejn ġew irrappurtati l-isforzi li saru biex jinstabu alternattivi iktar sikuri, (iii) jitnaqqsu kemm jista’ jkun possibbli l-emissjonijiet tal-PFOS fl-ambjent billi jiġu applikati l-aqwa tekniki disponibbli. ►M8 6. Ladarba l-istandards jiġu adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), dawn għandhom jintużaw bħala l-metodi analitiċi tal-ittestjar sabiex tintwera l-konformità tas-sustanzi, il-preparazzjonijiet u l-oġġetti fil-paragrafi 1 u 2. Bħala alternattiva għall-istandards tas-CEN, jista’ jintuża kwalunkwe metodu analitiku ieħor li għalih l-utent jista’ juri prestazzjoni ekwivalenti. ◄ |
DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan) |
50-29-3 |
200-024-3 |
— |
Klordan |
57-74-9 |
200-349-0 |
— |
Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan |
58-89-9 |
200-401-2 |
— |
319-84-6 |
206-270-8 |
||
319-85-7 |
206-271-3 |
||
608-73-1 |
210-168-9 |
||
Dieldrin |
60-57-1 |
200-484-5 |
— |
Endrin |
72-20-8 |
200-775-7 |
— |
Ettaklor |
76-44-8 |
200-962-3 |
— |
Endosulfan |
115-29-7 959-98-8 33213-65-9 |
204-079-4 |
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti magħmula qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom l-endosulfan bħala kostitwent ta’ dawn l-oġġetti għandhom ikunu permessi sal-10 ta’ Jannar 2013. 2. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom l-endosulfan bħala kostitwent ta’ dawn l-oġġetti, għandhom ikunu permessi. 3. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Eżaklorobenżin |
118-74-1 |
200-273-9 |
— |
Klordekon |
143-50-0 |
205-601-3 |
— |
Aldrin |
309-00-2 |
206-215-8 |
— |
Pentaklorobenżin |
608-93-5 |
210-172-5 |
— |
Bifenili Poliklorinati (PCB) |
1336-36-3 u oħrajn |
215-648-1 u oħrajn |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, oġġetti li diġà kienu qegħdin jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw. |
Mirex |
2385-85-5 |
219-196-6 |
— |
Toxafen |
8001-35-2 |
232-283-3 |
— |
Eżabromobifenil |
36355-01-8 |
252-994-2 |
— |
Eżabromoċiklododekan “Eżabromoċiklododekan” tfisser: eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-dijasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklododekan; beta-eżabromoċiklododekan; u gamma-eżabromoċiklododekan |
25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8 |
247-148-4, 221-695-9 |
1. Għall-finijiet ta' din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-eżabromoċiklododekan ekwivalenti għal 100 mg/kg (0,01 % skont il-piż) jew anqas meta jokkorru f'sustanzi, preparazzjonijiet, oġġetti, jew meta jkunu jikkostitwixxu dawk il-parts fl-oġġett li jirritardjaw il-fjamma, soġġett għal reviżjoni mill-Kummissjoni sat-22 ta' Marzu 2019. 2. L-użu tal-eżabromoċiklododekan, kemm jekk waħdu u kemm fi preparazzjonijiet, fil-produzzjoni ta' prodotti tal-polisterin imwessa' u l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-eżabromoċiklododekan għal dan l-użu, għandhom ikunu awtorizzati bil-kundizzjoni li dan l-użu jkun ġie awtorizzat skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew inkella li sal-21 ta' Frar 2014 tkun tressqet applikazzjoni biex dan l-użu jiġi awtorizzat u tkun għad trid tittieħed deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni. It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-eżabromoċiklododekan, kemm jekk waħdu u kemm fi preparazzjonijiet, skont dan il-paragrafu, għandu jkun permess biss sas-26 ta' Novembru 2019 u, jekk qabel, sad-data ta' skadenza tal-perjodu ta' rieżami speċifikat fid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni jew sad-data li fiha tkun ġiet irtirata dik l-awtorizzazzjoni skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. It-tqegħid fis-suq u l-użu fil-bini ta' oġġetti tal-polisterin imwessa', li jkun fihom l-eżabromoċiklododekan bħala kostitwent tagħhom u li jiġu prodotti f'konformità mal-eżenzjoni f'dan il-paragrafu, għandhom ikunu permessi għal 6 xhur wara d-data ta' skadenza ta' dik l-eżenzjoni. Oġġetti ta' dan it-tip li jkunu qed jintużaw sa dik id-data jistgħu jibqgħu jintużaw. 3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenjoni fil-paragrafu 2, it-tqegħid fis-suq u l-użu fil-bini ta' oġġetti tal-polisterin imwessa' u oġġetti tal-polisterin estruż li jkun fihom l-eżabromoċiklododekan bħala kostitwent tagħhom u li jiġu prodotti sat-22 ta' Marzu 2016 jew qabel għandhom jibqgħu jintużaw sat-22 ta' Ġunju 2016. Il-paragrafu 6 għandu japplika daqslikieku oġġetti bħal dawn ntgħamlu f'konformità mal-eżenzjoni fil-paragrafu 2. 4. L-oġġetti li jkun fihom l-eżabromoċiklododekan bħala kostitwent tagħhom, u li diġà kienu qed jintużaw fit-22 ta' Marzu 2016 jew qabel, jistgħu jkomplu jintużaw u jibqgħu jitqiegħdu fis-suq, u l-paragrafu 6 m'għandux japplika. B'rabta ma' dawn l-oġġetti, għandhom japplikaw it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2). 5. It-tqegħid fis-suq u l-użu fil-bini ta' oġġetti importati tal-polisterin imwessa' li jkun fihom l-eżabromoċiklododekan bħala kostitwent tagħhom għandhom ikunu permessi sad-data ta' skadenza tal-eżenjoni fil-paragrafu 2 u l-paragrafu 6 għandu japplika bħallikieku dawk l-oġġetti ġew prodotti skont l-eżenzjoni fil-paragrafu 2. Oġġetti ta' dan it-tip li jkunu qed jintużaw sa dik id-data jistgħu jibqgħu jintużaw. 6. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet, il-polisterin imwessa', li fih ikun intuża l-eżabromoċiklododekan skont l-eżenzjoni fil-paragrafu 2, irid ikun identifikabbli permezz tat-tikkettar jew permezz ta' mod ieħor tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom. |
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. (2) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). |
Parti B – Sustanzi elenkati biss fil-Protokoll
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
Eżaklorobutadjen |
87-68-3 |
201-765-5 |
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti magħmula qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom l-eżaklorobutadjen bħala kostitwent ta’ dawn l-oġġetti għandhom ikunu permessi sal-10 ta’ Jannar 2013. 2. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom l-eżaklorobutadjen bħala kostitwent ta’ dawn l-oġġetti, għandhom ikunu permessi. 3. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Naftalini poliklorinati (1) |
|
|
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti magħmula qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom in-naftalini poliklorinati bħala kostitwenti ta’ dawn l-oġġetti għandhom ikunu permessi sal-10 ta’ Jannar 2013. 2. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-10 ta’ Lulju 2012 li fihom in-naftalini poliklorinati bħala kostitwenti ta’ dawn l-oġġetti, għandhom ikunu permessi. 3. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Alkani, C10-C13, kloro (paraffini klorinati b'katina qasira) (SCCPs) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
1. Permezz ta' deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew preparazzjonijiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom jiġu permessi. 2. L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta': (a) ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-4 ta' Diċembru 2015; kif ukoll (b) oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija f'(a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel. 3. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli li hemm referenza għalihom fil-punt 2 ta' hawn fuq. |
(1) Naftalini poliklorinati tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalina, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar inbidel/inbidlu b’atomi tal-kloru. |
ANNESS II
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET
Parti A - Sustanzi mnizzla fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll
SUSTANZA |
Nru tas-SAK |
Nru tal-KE |
KONDIZZJONIJIET TA' RESTRIZZJONI |
- |
|
|
|
Parti B Sustanzi elenkati fil-Protokoll biss
ANNEX III
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOSIZZJONIJIET GHAL TNAQQIS TA' EMISSJONI
SUSTANZA (Nru tas-SAK)
Dibenzo-p-diossini u dibenzofurani poliklorinati (PCDD/PCDF)
Eksaklorobenżin (HCB) (Nru tas-SAK: 118-74-1)
Bifenili poliklorinati (PCB)
Idrokarboni aromatiċi poliċikliki (PAHs) ( 8 )
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)
ANNESS IV
Lista ta' sustanzi suġġetti għal dispożizzjonijiet amministrattivi tal-iskart stipulati fl-Artikolu 7
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Endosulfan |
115-29-7 959-98-8 33213-65-9 |
204-079-4 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Eżaklorobutadin |
87-68-3 |
201-765-5 |
100 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Naftaleni Poliklorinati (1) |
|
|
10 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
10 000 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O |
|
|
It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil u etere tal-ettabromodifenil: 1 000 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Etere tal-eżabromodifenil C12H6Br4O |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Aċidu u d-derivattivi tiegħu (PFOS) C8F17SO2X (X = OH, melħ tal-metall (O-M+), aloġenur, ammid, u derivattivi oħra, inklużi l-polimeri) |
|
|
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) |
|
|
15 μg/kg (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil)etane) |
50-29-3 |
200-024-3 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Klordan |
57-74-9 |
200-349-0 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan |
58-89-9 319-84-6 319-85-7 608-73-1 |
210-168-9 200-401-2 206-270-8 206-271-3 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dieldrin |
60-57-1 |
200-484-5 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Endrin |
72-20-8 |
200-775-7 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ettaklor |
76-44-8 |
200-962-3 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Eżaklorobenżen |
118-74-1 |
200-273-9 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Klorodekon |
143-50-0 |
205-601-3 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Aldrin |
309-00-2 |
206-215-8 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pentaklorobenżen |
608-93-5 |
210-172-5 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Bifenili poliklorinati (PCB) |
1336-36-3 u oħrajn |
215-648-1 |
50 mg/kg (3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Mirex |
2385-85-5 |
219-196-6 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Toksafen |
8001-35-2 |
232-283-3 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Eżabromobifenil |
36355-01-8 |
252-994-2 |
50 mg/kg |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Eżabromoċiklododekan (4) |
25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8 |
247-148-4 221-695-9 |
1 000 mg/kg, suġġett għal reviżjoni mill-Kummissjoni sal-20 ta' April 2019. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Naftaleni poliklorinati tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar jinbidlu b'atomi tal-kloru. (2)Il-limitu huwa kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs — toxic equivalency factors) li ġejjin:
(3) Fejn applikabbli, għandu japplika il-metodu tal-kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2. (4) “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklododekan, beta-eżabromoċiklododekan u gamma-eżabromoċiklododekan. |
ANNESS V
MANIĠĠJAR TA’ L-ISKART
Parti 1 Rimi u rkupru skond Artikolu 7(2)
L-operazzjonijiet tar-rimi u l-irkupru li ġejjin, kif previsti fl-Anness IIA u IIB tad-Direttiva 75/442/KEE, jitħallew għall-iskopijiet ta’ Artikolu 7(2) meta jiġu applikati b’tali mod li jiżgura li l-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti jinqered jew jiġi trasformat b’mod irriversibbli
D9 |
Trattament fiżiku-kimiku, |
D10 |
Inċinerazzjoni fuq l-art, u |
R1 |
Użu prinċipali bħala karburanti jew mezzi oħra biex jiġġenneraw l-enerġija, eskluż skart li jkunu jinsabu fih il-PCBs. |
R4 |
Ir-riċiklaġġ/riġenerazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metall, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: L-operazzjonijiet huma ristretti għal residwi ta’ proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar, bħat-trabijiet jew il-ħama mit-trattament ta’ gassijiet, jew frak mill-ipproċessar ta’ metalli (mill scale), inkella trabijiet ta’ filtri li jintużaw fl-ipproċessar tal-azzar u li jkun fihom iż-żingu, trabijiet minn sistemi ta’ purifikazzjoni ta’ gassijiet ta’ funderiji tar-ram u skart ieħor simili u residwi tat-tlissija li jkun fihom iċ-ċomb mill-produzzjoni ta’ metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid. L-iskart li jkun fih il-PCBs huwa eskluż. L-operazzjonijiet huma ristretti għall-proċessi ta’ rkupru ta’ ħadid u liegi tal-ħadid (minn kalkari ta’ funderiji, fran b’passaġġi vertikali u fran tal-qiegħa) u metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid (il-proċess Waelz b’forn li jdur, it-tidwib ta’ metalli f’banjijiet permezz ta’ fran vertikali jew orizzontali), sakemm il-faċilitajiet jissodisfaw, bħala rekwiżiti minimi, il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u għall-PCDFs kif stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart ( 9 ), kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2000/76/KE fejn din tkun tapplika u għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE. |
Tista’ ssir operazzjoni ta’ trattament minn qabel għal qabel ma jinqered jew jiġi trasformat b’mod irriversibbli skond din il-Parti ta’ dan l-Anness, iżda sustanza elenkata fl-Anness IV li hija iżolata minn skart waqt it-trattament minn qabel sussegwentament tintrema skond din il-Parti ta’ dan l-Anness. ►M5 Meta parti biss minn prodott jew skart, bħal skart minn tagħmir, ikun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti, din għandha tiġi sseparata u tintrema skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. ◄ Minbarra dan, operazzjonijiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid u ta’ ħżin temporanju jistgħu jsiru qabel dan it-trattament bikri jew qabel ma jinqered jew jigi tasformat b’mod irriversibbli skond din il-parti ta’ dan l-Anness.
Parti 2 Skart u operazzjonijiet li japplika għalihom l-Artikolu 7(4)(b)
L-operazzjonijiet li ġejjin huma permessi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(4)(b) fir-rigward ta' skart speċifikat, definit b'kodiċi b'sitt numri kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( 10 )
L-operazzjonijiet ta’ qabel it-trattament qabel il-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ l-Anness jistgħu jitwettqu, sakemm xi sustanza elenkata fl-Anness IV li hija iżolata mill-iskart waqt il-pre-trattament wara jintrema skond il-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk, jistgħu jsiru operazzjonijiet temporanji ta’ ħżin jew imballaġġ mill-ġdid qabel dan il-pre-trattament jew qabel l-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ dan l-Anness.
Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE |
Limiti ta' konċentrazzjoni massima ta' sustanzi elenkati fl-Anness IV (1) |
Operat |
|
10 |
SKART MINN PROĊESSI TERMALI |
Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs): 10 000 mg/kg; Aldrin: 5 000 mg/kg; Klordan: 5 000 mg/kg; Klordekan: 5 000 mg/kg; DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil) etan): 5 000 mg/kg; Dieldrin: 5 000 mg/kg; Endosulfan: 5 000 mg/kg; Endrin: 5 000 mg/kg; Ettaklor: 5 000 mg/kg; Eżabromofenil: 5 000 mg/kg; Eżabromoċiklododekan (3)1 000 mg/kg; Eżaklorobenżen:5 000 mg/kg; Eżaklorobutadjen: 1 000 mg/kg; Eżakloroċikloeżani, inkluż lindan: 5 000 mg/kg; Mireks: 5 000 mg/kg; Pentaklorobenżen: 5 000 mg/kg; Aċidu perfluworuoktan sulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS) (C8F17SO2X) (X = OH, Melħ metalliku (O-M+), aloġenur, amid, u derivattivi oħrajn inkluż polimeri): 50 mg/kg; Bifenili Poliklorinati (PCB) (4): 50 mg/kg; Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani: 5 mg/kg; Naftalini poliklorurati *: 1 000 mg/kg; Somma ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O), etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O), etere tal-eżabromodifenil (C12H4Br6O) u etere tal-eptabromodifenil (C12H3Br7O): 10 000 mg/kg; Toksafen: 5 000 mg/kg. |
Ħażna permanenti għandha tkun permessa biss meta jiġu milħuqin il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (1) Il-ħażna ssir f'wieħed mill-postijiet li ġejjin: — formazzjonijiet sikuri, fondi u taħt l-art fil-blat iebes; — minjieri tal-melħ — sit ta' miżbla għal skart perikoluż, sakemm l-iskart ikun solidifikat jew parzjalment stabbilizzat fejn dan hu teknikament fattibbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-sottokapitolu 19 03 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE (2) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (5) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (6) kienu rispettati; (3) Intwera li l-operazzjoni magħżula hija ambjentalment preferibbli |
10 01 |
Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta' kombustjoni (minbarra 19) |
||
10 01 14 * (2) |
Rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler minn ko-inċinerazzjoni li jkun fiha sustanzi perikolużi |
||
10 01 16 * |
Irmied li jtir minn ko-inċinerazzjoni li jkun fih sustanzi perikolużi |
||
10 02 |
Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar |
||
10 02 07 * |
Skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi |
||
10 03 |
Skart mill-metallurġija termali tal-aluminju |
||
10 03 04 * |
Gagazza tal-produzzjoni primarja |
||
10 03 08 * |
Gagazza tal-melħ minn produzzjoni sekondarja |
||
10 03 09 * |
Ħmieġ iswed tal-metall minn produzzjoni sekondarja |
||
10 03 19 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi |
||
10 03 21 * |
Partikuli oħra u trab (inkluż trab minn mitħna bl-isferi) li fihom sustanzi perikolużi |
||
10 03 29 * |
Skart mit-trattament tal-gagazza tal-melħ u ħmieġ iswed li fihom sustanzi perikolużi |
||
10 04 |
Skart minn metallurġija termali taċ-ċomb |
||
10 04 01 * |
Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja |
||
10 04 02 * |
Ħmieġ u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja |
||
10 04 04 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni |
||
10 04 05 * |
Partikuli oħra u trab |
||
10 04 06 * |
Skart solidu mit-trattament tal-gass |
||
10 05 |
Skart minn metallurġija termali taż-żingu |
||
10 05 03 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni |
||
10 05 05 * |
Skart solidu mit-trattament tal-gass |
||
10 06 |
Skart minn metallurġija termali tar-ram |
||
10 06 03 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni |
||
10 06 06 * |
Skart solidu mit-trattament tal-gass |
||
10 08 |
Skart minn metallurġija termali oħra mhux ferruża |
||
10 08 08 * |
Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja |
||
10 08 15 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi |
||
10 09 |
Skart mill-ikkastjar ta' biċċiet ferrużi |
||
10 09 09 * |
Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi |
||
16 |
SKART MHUX SPEĊIFIKAT MOD IEĦOR FIL-LISTA |
||
16 11 |
Żilġ u materjal refrattarju tal-iskart |
||
16 11 01 * |
Żilġ ibbażat fuq il-karbonju u materjal refrattarju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi |
||
16 11 03 * |
Żilġ u materjal refrattarju oħra minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi |
||
17 |
SKART TAL-KOSTRUZZJONI U TWAQQIGĦ (INKLUŻ ĦAMRIJA SKAVATA MINN SITI KONTAMINATI) |
||
17 01 |
Konkrit, briks, madum u ċeramika |
||
17 01 06 * |
Taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta' konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi |
||
17 05 |
Ħamrija (inkluża ħamrija skavata minn siti kontaminati), ġebel u ħama mit-tħammil |
||
17 05 03 * |
Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi |
||
17 09 |
Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ |
||
17 09 02 * |
Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih il-PCB, ħlief tagħmir li fih il-PCB |
||
17 09 03 * |
Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ (inkluż skart imħallat) li fih sustanzi perikolużi |
||
19 |
SKART MINN FAĊILITAJIET TAL-ĠESTJONI TAL-ISKART, IMPJANTI MHUX FUQ IS-SIT GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMA MORMI U L-PREPARAZZJONI TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA MILL-UŻU INDUSTRIJALI |
||
19 01 |
Skart mill-inċinerazzjoni jew piroliżi tal-iskart |
||
19 01 07 * |
Skart solidu mit-trattament tal-gass |
||
19 01 11 * |
Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi |
||
19 01 13 * |
Irmied li jtir li fih sustanzi perikolużi |
||
19 01 15 * |
Trab tal-bojler li fih sustanzi perikolużi |
||
19 04 |
Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni |
||
19 04 02 * |
Irmied li jtir u skart mit-trattament tat-trab li joħroġ miċ-ċmieni |
||
19 04 03 * |
Fażi solida mhux vitrifikata |
||
(1) Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għal miżbla ta' skart perikoluż u ma japplikawx għal faċilitajiet ta' ħżin taħt l-art permanenti għal skart perikoluż, inkluż minjieri tal-melħ. (2) Kull start immarkat b'asterisk “*” hu kkunsidrat bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE u huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. (3) “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan (4) Għandu japplika l-metodu ta' kalkulazzjoni mniżżel fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2. (5) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1) (6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart u f'terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27). |
Il-limitu ta' konċentrazzjoni massima ta' dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD u PCDF) għandu jiġi kkalkulat skont il-Fatturi ta' Ekwivalenza Tossika (TEFs) li ġejjin:
PCDD |
TEF |
2,3,7,8-TeCDD |
1 |
1,2,3,7,8-PeCDD |
1 |
1,2,3,4,7,8-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,6,7,8-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,7,8,9-HxCDD |
0,1 |
1,2,3,4,6,7,8-HpCDD |
0,01 |
OCDD |
0,0003 |
PCDF |
TEF |
2,3,7,8-TeCDF |
0,1 |
1,2,3,7,8-PeCDF |
0,03 |
2,3,4,7,8-PeCDF |
0,3 |
1,2,3,4,7,8-HxCDF |
0,1 |
1,2,3,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
1,2,3,7,8,9-HxCDF |
0,1 |
2,3,4,6,7,8-HxCDF |
0,1 |
1,2,3,4,6,7,8-HpCDF |
0,01 |
1,2,3,4,7,8,9-HpCDF |
0,01 |
OCDF |
0,0003 |
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, pakkjar u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU P 196, tas-16.8.1967, p. 1). Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE: tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39). Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
( 3 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE tas-6 ta’ Awissu 2001 li tadatta għat-tmienja u għoxrin darba għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, pakkjar u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1).
( 4 ) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tniġġiz integrat (ĠU L 257, ta’ l-10.10.1996, p. 26. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ bifenili poliklorinati u trifenili poliklorinati (PCB/PCT) (ĠU L 243, ta’ l-24.9.1996, p. 31).
( 6 ) ĠU L 41, 14.02.2003, p. 26.
( 7 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ reġistru Ewropew ta’ l-emissjonijiet pollutanti (EPER) skond Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar prevenzjoni u kontroll ta’ tniġġiz integrat (IPPC) (ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 36).
( 8 ) Għall-iskop ta' inventorji ta' emissjonijiet għandhom jintużaw l-erba' indikaturi ta' komposti li ġejjin: benzo(a)pirene, benzo(b) fluorantene, benzo(k)fluorantene u indeno(1,2,3-ċd)pirene.
( 9 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
( 10 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532 tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3). Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 18).