2004R0827 — MT — 25.06.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 827/2004

tas-26 ta' April 2004

li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġorġja u Sierra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001

(ĠU L 127, 29.4.2004, p.21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 919/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005

  L 156

1

18.6.2005




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 827/2004

tas-26 ta' April 2004

li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġorġja u Sierra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-riżorsi tal-ħur, li huma riżorsi naturali li jistgħu ikunu eżawriti, għandhom ikunu mħarsa fl-interessi tal-bilanċi boloġiċi u s-sigurtà globali ta' l-ikel.

(2)

Fil-1998 il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (ICCAT), li magħha il-Komunità Ewropea hija parti kontraenti, adottat ir-reżoluzzjoni 98-18 li tikkonċerna l-qabdiet tat-tonn minn dgħajjes bix-xlief fit-tul li la jkunu iraportati u anqas regolati ġewwa ż-żona tal-konservazzjoni,

(3)

Il-ħażniet ikkonċernati ma jistgħux ikunu amministratti b'mod effettiv mill-partijiet kontraenti ICCAT, li s-sajjieda tagħhom huma obbligati li jnaqqsu il-qabdiet tagħhom tat-tonn, sakemm il-partijiet mhux-kontraenti li jistgħadu għat-tonn alalunga fl-Atlantiku jikkoperaw mal-ICCAT u jkunu konformi mal-miżuri tagħha dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni.

(4)

L-ICCAT identifikat lill-Beliż, il-Bolivja, il-Kambodja, il-Gwinea Ekwatorjali, il-Ġjorġja, lill-Ħonduras, lill-San Vinċent u l-Grenadini u lill-Sjerra Leone bħala l-pajjiżi li d-dgħajjes tagħhom jistgħadu għat-tonn ta' l-għajn kbira fil-Atlantiku b'manjera li tnaqqas l-effettività tal-miżuri tal-konservazzjoni tat-tonn mill-organizzazzjoni, issosstanzjat is-sejbiet tagħha mad-dettalji li jikkonċernaw il-qabdiet, il-kummerċ u l-attivitajiet tad-dgħajjes.

(5)

L-importazzjoni tat-tonn ta' għajn kbira ta' l-Atlantiku li joriġina fil-Beliż, il-Kambodjam il-Gwinea Ekwatorjali, il-Ħonduras u San Vinċent u l-Grenadini hija preżentament ipprojbita bir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina mill-Beliż, il-Kambodja, il-Gwinea Ekwatorjali, Sant Vinċent u l-Grenadini u l-Ħonduras ( 1 ).

(6)

L-ICCAT ikkonsidrat it-tisħieħ tal-koperazzjoni mal-Ħonduras għall-konservazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku. Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2002 hija irrakkomandat it-tneħħija tal-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku fi kwalunkwe forma kif imposta mill-partijiet kontraenti fuq il-Ħonduras.

(7)

L-ICCAT ikkonsidrat il-progress tal-koperazzjoni mal-Beliż u San Vinċent u l-Grenadini għall-konservazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku. Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2003 hija neħħiet, sa mill-1 ta' Jannar 2004, tal-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku fi kwalunkwe forma kif imposta mill-partijiet kontraenti fuq Beliż u San Vinċent u l-Grenadini.

(8)

L-attentati tal-ICCAT sabiex tinkorraġixxi lil-Bolivja, lill-Kambodja, lill-Ginea Ekwatorjali, lill-Ġorġja u lil-Siera Leone sabiex ikunu konformi mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku kienu kolla ta' xejn.

(9)

L-ICCAT irakkommandat lill-partijiet kontraenti tagħha li jieħdu l-pasi xierqa sabiex jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti mit-tonn alalunga ta' l-Atlaniku fi kwalunkwe għamla mill-Bolivja, Ġorġja u Siera Leone u li jibqgħu jipprojbixxu tali importazzjoni mill-Kambodja u mill-Ginea Ekwatorjali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mneħħija malli jkun stabbilit li l-pajjiżi f'dan il-każ ikunu wasslu li l-prattici tas-sajd tagħhom ikunu konformi mal-miżuri tal-ICCAT. Dawn il-miżuri għandhom għalhekk ikunu mplimentati mill-Komunità, li għandha l-unika kompetenza f'din il-materja. B'dana kollu, in vista tal-perijodi ta' notifika meħtieġa mill-ICCAT, il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni mill-Ġorġja m'għandhiex tidħol fis-seħħ sa l-1 ta' Lulju 2004.

(10)

Dawn il-miżuri huma kompatibbli ma l-obbligi tal-Komunità skond ftehim internazzjonali oħrajn.

(11)

F'ġieħ iċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1036/98 għandu għalhekk ikun imħasar u mibdul b'dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “importazzjoni” tfisser il-proċeduri doganali referuti fl-Artikolu 4(15)(a), (15)(b) u (16)(a) sa (16(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Diganali tal-Komunità ( 2 ).

Artikolu 2

1.  L-importazzjoni fil-Komunità tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja ►M1  ————— ◄ u li jidħol taħt il-kodċi NM ex030199 90, 0302 34 00, ex030270 00, 0303 44 00, ex030380 00, ex030410 38, ex030410 98, ex030420 45, ex030490 97ex030510 00, ex030520 00, ex030530 90, ex030549 80, ex030559 80 u ex030569 80 hija ipprojbita.

2.  L-importazzjoni ta' xi prodott ipproċessat mit-tonn ta' l-għajn kbira ta' l-Atlantiku referut fil-paragrafu 1 u li jidħol fi ħdan il-kodiċi 1604 14 11, ex160414 16 u ex160414 18 u ex160420 70 hija ipprojbita.

3.  L-importazzjoni fil-Komunità tat-tonn alalunga ta' l-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Ġorġja u li jidħol taħt il-kodiċi NM ex030199 90, 0302 34 00, 0303 44 00, ex030410 38, ex030410 98, ex030420 45, ex030490 97, ex030520 00, ex030530 90, ex030549 80, ex030559 80 u ex030569 80 hija pprojbita.

4.  L-importazzjoni ta' xi prodott ipproċessat mit-tonn ta' l-għajn kbira ta' l-Atlantiku msemmi fil-paragrafu 3 u li jidħol fi ħdan il-kodiċi 1604 14 11, ex160414 16 u ex160414 18 u ex160420 70 hija ipprojbita.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għall-kwantitajiet tal-prodotti referuti fl-Artikolu 2 u li joriġina ►M1  il-Bolivja u l-Ġeorġia ◄ li jista jkun muri għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu fi triqthom lejn territorju tal-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u li jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa mhux aktar tard minn 14 il-jum wara dik id-data.

Artikolu 4

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 huwa b'hekk imħassar.

2.  Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(3) u (4) għandu jkun applikabli mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 10.

( 2 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 8).