2004R0812 — MT — 02.07.2014 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 (ĠU L 150, 30.4.2004, p.12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 809/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 |
L 182 |
1 |
12.7.2007 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 597/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ April 2014 |
L 173 |
62 |
12.6.2014 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 812/2004
tas-26 ta' April 2004
li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-mededd (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KC) Nru 88/98
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Billi:
(1) |
L-għan tal-politika komuni tas-sajd, kif iddefinita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni tas-sajd ( 2 ), huwa li jiżgura esplojtazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin li tipprovdi kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha, fost affarijiet oħra, timminimizza l-impatt ta' l-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi marini, u l-politika komuni tas-sajd għandha tkun konsistenti ma' politiki Komunitarji oħra, b'mod partikolari mal-politika ambjentali. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' habitats naturali u ta' fauna u flora selvaġġa ( 3 ) tagħti status ta' protezzjoni stretta lil ċetaċji u tirrikjedi li Stati Membri jagħmlu sorveljanza ta' l-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn l-ispeċi. Stati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu sistema biex jimmonitorjaw il-qabda jew qtil inċidentali ta' dawn l-ispeċi, jieħdu iktar miżuri ta' riċerka u konservazzjoni kif ikun rekwiżit biex ikun żgurat li l-qabda jew qtil inċidentali ma jkollux impatt sinifikanti fuq l-ispeċi kkonċernata. |
(3) |
L-informazzjoni xjentifika disponibbli u l-metodi ta' teknika żviluppati biex jitnaqqsu l-qabda u qtil inċidentali ta' ċetaċji f'mededd tas-sajd jiġġustifikaw li jittieħdu miżuri addizzjonali biex titjieb il-konservazzjoni ta' ċetaċji żgħar b'manjiera konsistenti u koperattiva f'livell Komunitarju. |
(4) |
Xi apparati akustiċi ġew żviluppati biex igerrxu ċ-ċetaċji mit-tagħmir tas-sajd, u rnexxielhom inaqqsu l-qabda inċidentali ta' speċi ta' ċetaċji f'mededd tas-sajd bi xbieki statiċi. L-użu ta' apparati tali għandu għalhekk ikun rekwiżit f'żoni u mededd tas-sajd b'livelli għolja magħrufa jew imbassra ta' qabda inċidentali ta' ċetaċji żgħar, filwaqt li titqies l-ispiża/effiċjenza ta' rekwiżit tali. Huwa wkoll meħtieġ li jkunu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-effikaċja ta' l-apparati akustiċi deterrenti li għandhom jintużaw f'mededd tas-sajd tali. Studji xjentifiċi jew proġetti pilota huma meħtieġa biex ikabbru l-għarfien dwar l-effetti fit-tul ta' l-użu ta' l-apparati akustiċi deterrenti. |
(5) |
Riċerka xjentifika u teknika, b'mod partikolari dwar għamliet ġodda ta' apparati deterrenti attivi, m'għandhiex tkun imfixkla b'dan ir-Regolament. Filwaqt li Stati Membri għandhom, għalhekk, ikunu permessi, għall-għan ta' dan ir-Regolament, jawtorizzaw l-użu ta' tipi żviluppati m'ilux u effiċjenti ta' apparati akustiċi deterrenti mhux konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti f'dan ir-Regolament fuq bażi temporanja, huwa wkoll meħtieġ li jsir provvediment biex speċifikazzjonijiet tekniċi ta' apparati akustiċi deterrenti jkunu aġġornati kemm jista' jkun malajr skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat (poteri) ta' implimentazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni ( 4 ). |
(6) |
Osservazzjonijiet independenti ta' attivitajiet tas-sajd huma essenzali biex jipprovdu stimi ta' min joqgħod fuqhom tal-qabda inċidentali ta' ċetaċji. Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqfu skemi ta' mmonitorjar ma' osservaturi independenti abbord u li jkunu indikati l-mededd (żoni) tas-sajd fejn immonitorjar tali għandu jingħata prijorita biex ikun ikkordinat. Biex tkun ipprovduta data rappreżentattivi dwar il-mededd tas-sajd ikkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiddisinjaw u jimplimentaw programmi ta' mmonitorjar xierqa għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom impenjati f'dawn il-mededd tas-sajd. Għal bastiment tas-sajd ta' qies żgħir ta' inqas minn 15 m ta' tul komplessiv, li kultant ma jistgħux jippermettu persuna addizjonali permanentement abbord bħala osservatur, data dwar qabdiet inċidentali ta' ċetaċji għandhom jinġabru permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota. Xogħlijiet komuni ta' mmonitorjar u rrapportar jeħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti. |
(7) |
Biex jagħmlu possibbli li ssir valutazzjoni regolari f'livell Komunitarju u stima kompleta fit-terminu medju, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw annwalment dwar l-użu ta' pingers u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' osservaturi abbord u jinkludu l-informazzjoni kollha miġbura dwar il-qabda u qtil inċidentali ta' ċetaċji fil-mededd tas-sajd. |
(8) |
Ir-riskju maħluq minn sajd bi driftnet għall-populazzjoni kritikament ipperikolata ta' foċeni fiż-żona tal-Baħar Baltiku jirrikjedi jitwaqqaf l-użu ta' driftnets f'din iż-żona. Bastimenti Komunitarji li jistadu bid-driftnets f'din iż-żona għandhom ikunu suġġetti għall-pressjoni ekonomika u teknika li tinneċessita perjodu ta' tneħħija gradwali qabel projbizzjoni totali ta' dan l-apparat fl-1 ta' Jannar 2008. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 88/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra tal-Baħar Baltiku, iċ-Ċintorini u l-Ħsejjes ( 5 ) għandhom ikunu emendati biex jinkorporaw dawn il-miżuri, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Materja ta' suġġett
Dan ir-Regolament jippreskrivi miżuri mmirati lejn tnaqqis ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji minn bastimenti tas-sajd fiż-żoni indikati fl-Annessi I u III.
Artikolu 1a
Definizzjonijiet
“Drift-net (għeżul tal-mitlaq)” tfisser: kull għeżul tal-garġi miżmum fuq wiċċ il-baħar jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ sufri jew apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent.
Artikolu 2
Użu ta' apparati akustiċi deterrenti
1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet Komunitarji oħra, għandu jkun ipprojbit għal bastimenti ta' 12-il m jew iktar ta' tul komplessiv li jużaw l-apparat tas-sajd iddefinit fl-Anness I fiż-żoni, għall-perjodi, u minn dati indikati fih mingħajr l-użu simultanju ta' apparati akustiċi deterrenti attivi.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jiżguraw li l-apparati akustiċi deterrenti jkunu jaħdmu tajjeb meta jarmaw it-tagħmir.
3. Permezz ta' deroga, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmlu biss għall-għan ta' investigazzjoni xjentifika li jitwettqu bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorita ta' l-Istati Membri jew l-Istat Membru kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda biex inaqqsu l-qabda jew qtil inċidentali ta' ċetaċji.
4. Stati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jimmonitorjaw u jagħmlu stima ta', permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effetti ta' l-użu tal-pinger tul perjodu ta' żmien fil-medda tas-sajd u żoni kkonċernati.
Artikolu 3
Speċifikazzjonijiet tekniċi u kondizzjonijiet ta' użu
1. L-apparati akustiċi deterrenti użati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kondizzjonijiet tal-użu fl-Anness II. Sabiex jiġi żgurat li l-Anness II ikompli jirrifletti l-istat tal-progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a, li jaġġornaw il-karatteristiċi tas-sinjal u l-karatteristiċi ta’ implimentazzjoni korrispondenti fl-Anness II. Meta tadotta dawk l-atti delegati il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni ta’ tali adattamenti.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu temporanju ta' apparati akustiċi deterrenti li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew kondizzjonijiet ta' użu ddefiniti fl-Anness II, sakemm l-effett tagħhom fuq it-tnaqqis ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji kien dokumentat b'mod suffiċjenti. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal mhux iktar minn sentejn.
3. Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 2 fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni teknika u xjentifika dwar l-apparat akustiku deterrenti awtorizzat u l-effetti tiegħu fuq il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji.
Artikolu 4
Skemi ta' osservaturi fuq il-baħar
1. Stati Membri għandhom jiddisinjaw u jimplimentaw skemi ta' mmonitorjar għal qabdiet inċidentali ta' ċetaċji billi jużaw osservaturi abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u b'tul komplessiv ta' 15-il m jew iktar, għall-mededd tas-sajd u taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti fl-Anness III. L-iskemi ta' mmonitorjar għandhom ikunu ddisinjati biex jipprovdu data rappreżentattivi tal-mededd tas-sajd ikkonċernati.
2. Stati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġbru data xjentifiċi dwar qabdiet inċidentali ta' ċetaċji għal bastimenti ta' tul komplessiv ta' inqas minn 15-il m u involuti f'meded tas-sajd iddefiniti fl-Anness III il-punt 3 permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota xierqa.
Artikolu 5
Osservaturi
1. Biex jaqdu l-obbligu tagħhom li jipprovdu osservaturi, Stati Membri għandhom jaħtru persunal indipendenti u kkwalifikat b'mod xieraq u b'esperjenza. Biex iwettaq ix-xogħol tiegħu l-persunal magħżul għandu jkollu l-kwalifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) esperjenza biżżejjed biex jidentifika speċi ta' ċetaċji u prattiċi tas-sajd;
(b) abbiltajiet bażiċi ta' navigazzjoni marittima u tagħrif xieraq ta' sigurezza;
(ċ) il-kapaċità li jagħmel xogħlijiet xjentifiċi elementari, per eżempju teħid ta' kampjuni fejn meħtieġ u jagħmel osservazzjonijiet u reġistrazzjonijiet preċiżi f'dak ir-rigward (f'dik il-konnessjoni);
(d) ikun jaf b'mod sodisfaċenti l-lingwa ta' l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li jkun qiegħed ikun osservat.
2. Ix-xogħol ta' l-osservaturi huwa li jimmontorjaw il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji u jiġbru d-data meħtieġa biex jikkalkulaw (jestrapolaw) il-qabda inċidentali osservata fl-isfond tal-medda (żona) tas-sajd kollha kkonċernata. B'mod partikolari, l-osservaturi għandhom:
(a) jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti kkonċernati u jirreġistraw d-data xierqa ta' l-isforz tas-sajd (il-karatteristiċi tat-tagħmir (apparat), lokalita u ħin tal-bidu u tmiem ta' l-operazzjoni effettiva tas-sajd);
(b) jimmonitorjaw il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji.
L-osservaturi jistgħu wkoll iwettqu osservazzjonijiet oħra tali, kif jistgħu jkunu ddeterminati minn Stati Membri, għall-għanijiet li jikkontribwixxu għall-fehim xjentifiku tal-komposizzjoni tal-qabda tal-bastimenti kkonċernati u l-istatus bijoloġiku tal-ħażniet fil-medda tas-sajd.
3. L-osservaturi għandhom jibagħtu rapport li jkun fih id-data miġbura dwar l-isforz tas-sajd u osservazzjonijiet dwar il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji, inkluż sommarju tar-riżultati prinċipali tiegħu/tagħha, lill-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ta' l-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat.
Ir-rapport għandu jkun fih b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja għall-perjodu in kwestjoni:
(a) l-identita tal-bastiment;
(b) isem l-osservatur u l-perjodu li matulu l-osservatur kien abbord;
(ċ) it-tip tal-medda tas-sajd ikkonċernata (inklużi l-karatteristiċi tat-tagħmir, żoni b'referenza għall-Annessi I u III u l-ispeċi fil-mira);
(d) it-tul ta' żmien tal-vjaġġ tas-sajd u l-isforz tas-sajd korrispondenti (espressi bħala tul nett totali ta' sigħat tas-sajd għal tagħmir passive u numri ta' sigħat tas-sajd għal tagħmir irmonkat);
(e) in-numru ta' ċetaċji maqbuda inċidentalment, inklużi speċi u fejn possibbli informazzjoni addizzjonali dwar qies jew piż, sess, eta, u, fejn xieraq, indikazzjonijiet dwar annimali mitlufa waqt il-ġbid tat-tagħmir jew mitluqa ħajjin;
(f) kull informazzjoni addizzjonali li l-osservatur jqis utli għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jew kull osservazzjoni addizzjonali dwar il-bijoloġija taċ-ċetaċji (bħal dehriet ta' ċetaċji u mġieba partikolari in konnessjoni ma' l-operazzjoni tas-sajd).
Il-kaptan tal-bastiment jista' jitlob kopja tar-rapport ta' l-osservatur.
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jżomm l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti ta' l-osservaturi għall-inqas għal ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' rrapportar relevanti.
Artikolu 6
Rapporti annwali
1. Ta' kull sena, Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Ġunju, rapport annwali komprensiv dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 matul is-sena ta' qabel. L-ewwel rapport għandu jkopri kemm il-parti li tibqa' mis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif ukoll is-sena intiera ta' wara.
2. Fuq il-bażi tar-rapporti ta' l-osservaturi pprovduti skond l-Artikolu 5(3) u kull data xierqa oħrajn, inklużi dawk dwar l-isforz tas-sajd miġbura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u l-immaniġġar tad-data meħtieġa biex titmexxa l-politika komuni dwar is-sajd ( 6 ), ir-rapport annwali għandu jinkludi estimi tal-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji komplessivi f'kull waħda mill-meded tas-sajd ikkonċernata. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-konklużjonijiet tar-rapporti ta' l-osservaturi u kull informazzjoni xierqa oħra, inkluża kull riċerka mmexxija fl-Istati Membri biex titnaqqas il-qabda inċidentali ta' ċetaċji f'meded tas-sajd. Meta jirrapportaw dwar ir-riżultati ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota (pilota) kif jipprovdu l-Artikoli 2(4) u 4(2), Stati Membri għandhom jiżguraw li jintlaħqu standards ta' kwalità għolja b'mod suffiċjenti fid-disinn u l-implimentazzjoni tagħhom u għandhom jipprovdu informazzjoni ddetaljata dwar dawk l-istandards lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Stima u reviżjoni komplessivi
1. L-iktar tard sena wara s-sottomissjoni mill-Istati Membri tat-tieni rapport annwali tagħhom, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 u ta' l-istima mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd tar-rapporti ta' l-Istati Membri. Ir-rapport għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal tipi ta' bastimenti u żoni, il-kwalità ta' informazzjoni dderivata minn skemi ta' osservaturi u l-kwalità ta' proġetti pilota u jista' jkun akkompanjat minn proposti xierqa.
2. Dan ir-rapport għandu jkun aġġornat wara s-sottomissjoni tar-raba' rapport annwali minn Stati Membri.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effikaċja tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u, jekk ikun il-każ, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva ġenerali sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji.
Artikolu 8
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format tar-rappurtar previst fl-Artikolu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8b(2).
Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija b’dan mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mit-2 ta' Lulju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat taħt l-Artikolu 3(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 8b
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-sajd u l-akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 ( 8 ).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 9
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 88/98
L-Artikoli li ġejjin huma b'dan inseriti:
“Artikolu 8a
Restrizzjonijiet dwar drift-nets
1. Mill-1 ta' Jannar filwaqt li jkunu preskritti l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija 2008, għandu jkun ipprojbit li jinżammu, jew jintużaw għas-sajd, driftnets.
2. Sal-31 ta' Diċembru 2007, bastiment jista' jżomm abbord, jew juża għas-sajd driftnets jekk awtorizzat jagħmel hekk mill-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ta' l-Istat Membru tal-bandiera.
3. Fl-2005, in-numru massimu ta' bastimenti li jistgħu jkunu awtorizzati minn Stat Membru biex iżomm abbord, jew juża għas-sajd, driftnets m'għandu jeċċedi s-60 % tal-bastimenti tas-sajd li użaw drift-nets matul il-perjodu 2001 sa l-2003.
Fl-2006 u l-2007, in-numru massimu ta' bastimenti m'għandux jeċċedi l-40 % u l-20 % rispettivament tal-bastimenti tas-sajd li użaw driftnets matul il-perjodu 2001 ta' l-2003.
4. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena, il-lista ta' bastimenti awtorizzati jwettqu attivitajiet tas-sajd billi jużaw driftnets; għall-2004, l-informazzjoni għandha tintbagħat mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu 2004.
Artikolu 8b
Kondizzjonijiet għal drift-nets
1. Bagi jgħumu, b'rifletturi tar-radar, għandhom jintrabtu ma' kull tarf tax-xibka, biex il-posizzjoni tagħha tkun tista' tkun iddeterminata kull ħin. Il-bagi għandhom ikunu mmarkati permanentement bl-ittra(i) ta' reġistrazzjoni u n-numru tal-bastiment li tappartieni lilu.
2. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li juża driftnets għandu jżomm logbook (djarju t'abbord) li fih għandu jirreġistra l-informazzjoni li ġejja fuq il-bażi ta' jum b'jum:
(a) it-tul totali tax-xbieki abbord;
(b) it-tul totali tax-xbieki użati f'kull operazzjoni tas-sajd;
(ċ) il-kwatita ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji;
(d) id-data u l-posizzjoni ta' qabdiet tali.
3. Il-bastimenti tas-sajd li jużaw driftnets għandhom iżommu abbord l-awtorizzazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 8a(2).”
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Mededd tas-sajd li fihom l-użu ta' apparati akustiċi deterrenti huwa mandatorju
Żona |
Tagħmir |
Perjodu |
Data tal-bidu |
A. Żona tal-Baħar Baltiku ddelimitata b'linja għaddejja mill-kosta Svediża fil-punt fl-lonġititudini 13° L, minn hemm lejn in-nofsinhar għall-latitudini 55° T, minn hemm lejn il-lvant għal-lonġitudini 14° L, minn hemm lejn it-tramuntana għall-kosta ta' l-Isvezja; u, żona ddelimitata minn linja għaddejja minn il-kosta tal-lvant ta' l-Isvezja fil-punt f'latitudinit latitude 55°30' T, minn hemm lejn il-lvant għall-lonġitudini 15° L, minn hemm lejn it-Tramuntana għall-latitudini 56° N, minn hemm lejn il-lvant għall-lonġitudini 16° L minn hemm lejn il-kosta ta' l-Isvezja |
(a) Kull xibka tal-garġi li tinżel sal-qiegħ jew xibka li tħabbel |
Is-sena kollha |
fl-1 ta' Ġunju 2005. |
(b) Kull drift-net |
Is-sena kollha |
fl-1 ta' Ġunju 2005. |
|
B. ICES Subżona IV u diviżjoni III a |
(a) Kull xibka tal-garġi li tinżel sal-qiegħ jew xibka li tħabbelt, jew dawn ix-xbieki flimkien, li t-tul totali tagħhom ma jeċċedix l-400 metru |
(a) 1 ta' Awissu - 31 ta' Ottubru |
fl-1 ta' Awissu 2005. |
(b) Any bottom-set gillnet or entangling net with mesh sizes > 220 mm |
(b) All year |
1 June 2005 |
|
Ċ. Diviżjonijiet tal-ICES VII e, f, g, h, u j |
(a) Xibka tal-garġi li tinżel fil-qiegħ jew xibka li tħabbel |
(a) Is-sena kollha |
fl-1 ta' Jannar 2006. |
D. Diviżjoniji ICES diviżjoni VII d |
(a) Kull xibka tal-garġi li tinżel fil-qiegħ |
(a) Is-sena kollha |
fl-1 ta' Jannar 2007. |
E. Il-Baħar Baltiku suddiviżjoni 24 (ħlief għaż-żona koperta taħt A) |
(a) Kull xibka tal-garġi li tinżel fil-qiegħ |
(a) Is-sena kollha |
fl-1 ta' Jannar 2007. |
(b) Kull drift-net |
(b) Is-sena kollha |
fl-1 ta' Jannar 2007. |
ANNESS II
Speċifikazzjonijiet u kondizzjonijiet takniċi għall-użu ta' apparati akustiċi deterrenti
Kull apparat akustiku deterrenti użati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(1) għandu jissodisfa wieħed mis-settijiet ta' karatteristiċi tas-sinjali u implimentazzjoni li ġejjin:
Sett 1 |
Sett 2 |
||
KARATTERISTIĊI TAS-SINJAL |
|||
* |
Sintesi tas-sinjal |
Diġitali |
Analogu |
* |
Faxxa tonali/wiesa' |
Faxxa wiesa'/tonali |
Tonali |
* |
Livelli ta' għejun (max -min) re 1 μPa@1m |
145 dB |
130-150 dB |
* |
Frekwenza fundamentali |
(a) 20-160 KHz sweeps ta' faxxa wiesa' (b) 10 kHz tonali |
10 kHz |
* |
High-frequency harmonics |
Iva |
Iva |
* |
Tul ta' żmien (nominali) |
300 ms |
300 ms |
* |
Intervall nterpulse |
(a) 4 -30 sekondi randomised; (b) 4 sekondi |
4 sekondi |
KARATTERISTIĊI TA' IMPLIMENTAZZJONI |
|||
* |
Spazjar massimu bejn żewġ apparati akustiċi deterrenti matul xbieki |
200 m, ma' apparat akustiku imwaħħal f'kull wieħed mit-truf tax-xibka (jew kombinazzjoni ta' xbieki maghqudin flimkien) |
100 m, b'apparat akustiku wieħed imwaħħal f'kull wieħed mit-truf tax-xibka (jew kombinazzjoni ta' xbieki maghqudin flimkien) |
ANNEX III
Mededd tas-sajd li għandhom ikunu mmonitorjati u livell minimu ta' sforz tas-sajd suġġett għal osservaturi abbord
1. Obbligi ta' mmonitorjar ġenerali
Skemi ta' mmonitorjar għandhom ikunu ddisinjati fuq bażi annwali u stabbiliti biex jimmonitorjaw il-qabda inċidentali ta' ċetaċji, b'manjiera rappreżentattiva, fil-meded (żoni) tas-sajd kif iddefiniti fit-tabella fil-paragrafu 3.
Skemi ta' mmonitorjar għandhom ikunu rappreżentattivi biżżejjed billi tinfirex b'mod adegwat il-kopertura ta' osservatur fuq il-flotot, żmien u żona tas-sajd.
Bħala regola ġenerali, skemi ta' monitorjar għandhom ikunu bbażati fuq strateġija ta' teħid ta' kampjuni ddisinjata biex tippermetti l-istima tar-rati tal-qabda inċidentali ta' ċetaċji, għall-iktar speċi frekwenti fil-qabda inċidentali għal kull unita sforz minn flotta partikolari biex jinkiseb koeffiċjenti ta' varjazzjoni li ma teċċedix iż-0,30. L-istrateġija ta' teħid ta' kampjuni għandha tkun iddisinjata fuq il-bażi ta' informazzjoni eżistenti dwar il-varjabilita ta' osservazzjonijiet tal-qabda inċidentali preċedenti.
2. Skemi pilota ta' mmonitorjar
Fejn, minħabba l-assenza ta' informazzjoni dwar il-varjabilità tal-qabda inċidentali, l-istrateġiji ta' teħid ta' kampjuni ma tistax tkun iddisinjata biex tikseb il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni fil-limiti miġjub fil-paragrafu 1, Stati Membri għandhom jimplimentaw skemi pilota ta' osservaturi abbord għal sentejn konsekuttivi, li jibdew fid-dati fil-paragrafu 3 għall-meded żoni tas-sajd ikkonċernati.
Dawn l-iskemi pilota ta' osservaturi għandhom ikunu bbażati fuq strateġija ta' teħid ta' kampjuni mmirata lejn id-determinazzjoni tal-varjabilità tal-qabda inċidentali li għandha tipprovdi l-bażi għad-disinn ta' strateġiji ta' teħid ta' kampjuni sussegwenti taħt il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1, u għandha tipprovdi wkoll stimi tal-qabda inċidentali ta' ċetaċji għal kull unita sforz, imqassmin fi speċi.
L-iskemi pilota għandhom ikopru, għall-inqas, il-valur minimu ta' l-isforz tas-sajd li ġej:
(a) għall-meded tas-sajd kollha ddefiniti fil-punt 3, bl-eċċezzjoni ta' tartaruni pelaġiċi (singli u pari) mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu fis-subżoni tal-ICES VI, VII u VIII:
Flotot ta' iktar minn 400 bastiment |
Flotot ta' iktar minn 60 u inqas minn 400 bastiment |
Flotot ta' inqas minn 60 bastiment |
|
Sforz minimu kopert bl-iskema pilota |
Sforz tas-sajd ta' 20 bastiment |
5 % ta' l-isforz tas-sajd |
5 %, li jkopru għall-inqas tliet bastimenti differenti |
(b) għal tartaruni pelaġiċi (singli u pari) mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu f'subżoni tal-ICES VI, VII u VIII:
Flotot ta' iktar minn 60 bastiment |
Flotot ta' inqas minn 60 bastiment |
|
Sforz minimu kopert mill-iskemi pilota |
10 % ta' l-isforz tas-sajd |
10 %, li jkopru għall-inqas tliet bastimenti differenti |
3. Mededd (żoni) tas-sajd li għandhom ikunu mmonitorjati u dati ta' l-immonitorjar tad-dati
Żona |
Gear |
Data tal-bidu |
A. Subżoni tal-ICES VI, VII u VIII. |
Tartaruni perlaġiċi (singli u pari) |
fl-1 ta' Jannar 2005. |
B. Il-Baħar Mediterran (tal-lvant tal-linja 5°36' punent |
Tartaruni palaġiċi (singli u pari) |
fl-1 ta' Jannar 2005. |
Ċ. Diviżjonijiet tal-ICES VI a, VII a u b, VIII a, b u c, u IX a |
Xibka tal-garġi li tinżel fil-qiegħ jew xbieki li jħabblu billi jużaw qisien tal-malja ugwali għal jew ikbar minn 80 mm |
fl-1 ta' Jannar 2005. |
D. Subżona tal-ICES IV, diviżjoni VI a, u subżona VII bl-eċċezzjoni tad-diviżjonijiet VII c u VII k |
Driftnets |
fl-1 ta' Jannar 2006. |
E. Subżoni tal-ICES III a, b, c, III d fin-nofsinhar ta' 59° T, III d fit-tramuntana ta' 59° T (biss mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru), IV u IX |
Tartaruni perlaġiċi (singli u pari) |
fl-1 ta' Jannar 2006. |
F. Subżoni tal-ICES VI, VII u VIII u IX |
Tartaruni high-opening |
fl-1 ta' Jannar 2006. |
G. Subżona tal-ICES III b, c, d |
Xibka tal-garġi li tinżel fil-qiegħ jew xbieku li jħabblu li jużaw malji ugwali jew ikbar minn 80 mm |
fl-1 ta' Jannar 2006. |
( 1 ) Opinjoni mogħtija fl-10 ta' Frar 2004.
( 2 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
( 3 ) ĠU L 206, tat-22.7.1992, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
( 4 ) ĠU L 184,tal- 17.07.1999, p. 23.
( 5 ) ĠU L 9, tal-15.1.1998 p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 48/1999 (ĠU L 13, tat-18.1.1999, p. 1).
( 6 ) ĠU L 176, 15.07.2000, p. 1.
( 7 ) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).