2004R0550 — MT — 04.12.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 550/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 096 31.3.2004, p. 10) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1070/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L 300 |
34 |
14.11.2009 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 550/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-10 Marzu 2004
dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew
(ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)
Test b'relevanza għaz-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-11 ta' Diċembru 2003,
Billi:|
(1) |
Stati Membri ristrutturaw, fi gradi varji, il-fornituri tas-servizz nazzjonali tagħhom ta' navigazzjoni ta' l-ajru billi żiedu l-livell ta' awtonomija u liberta tagħhom biex jipprovdu servizzi. Qiegħed isir dejjem aktar meħtieġ li jkun żgurat li rekwiżiti minimi ta' interess pubbliku jkunu sodisfatti taħt dan l-ambjent ġdid. |
|
(2) |
Ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-ajru uniku Ewropew ta' Novembru 2000 ikkonferma l-ħtieġa ta' regoli fil-livell Komunitarju biex wieħed jiddistingwi bejn regolament u dispożizzjoni ta' servizz u tkun introdotta sistema ta' ċertifikazzjoni bil-għan li tippreżerva r-rekwiżiti ta' interess pubbliku, b'mod l-aktar notevoli f'termini ta' sigurezza, u ttejjeb il-mekkaniżmi ta' ħlasijiet. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ir-Regolament qafas) ( 5 ) jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' ajru uniku Ewropew. |
|
(4) |
Biex jinħoloq ajru uniku Ewropew, għandhom ikunu addottati miżuri biex jiżguraw il-forniment salv w effiċjenti ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru konsistenti ma' l-organizzazzjoni w l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru kif jipprovdi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni w l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-ajru) ( 6 ). L-istabbiliment ta' organizzazzjoni armonizzata għal forniment ta' servizzi tali hija importanti biex twieġeb b'mod adegwat għad-domanda ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u tirregola t-traffiku ta' l-ajru b'mod salv w effiċjenti. |
|
(5) |
Il-forniment ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, kif ipprevedut minn dan ir-Regolament, huwa konness ma' l-eżerċizzju tal-poteri (setgħat) ta' awtorita pubblika, li m'humiex ta' natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat. |
|
(6) |
Stati Membri huma responsabbli għall-moniteraġġ tal-forniment salv w effiċjenti tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru u għall-kontroll tal-konformita minn fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru ma' rekwiżiti komuni stabbiliti f'livell Komunitarju. |
|
(7) |
Stati Membri għandhom jitħallew jafdaw lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, li għandhom esperjenza teknika, il-verifika ta' konformita tal-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru mar-rekwiżiti komuni stabbiliti f'livell Komunitarju. |
|
(8) |
Operat fil-lixx tas-sistema ta' trasport ta' l-ajru jirrekjedi wkoll standards uniformi u ta' sigurezza kbira mill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru. |
|
(9) |
Arranġamenti għandhom isiru li jarmonizzaw is-sistemi ta' l-għoti ta' liċenzji għal kontrolluri, biex titjieb id-disponibbiltà ta' kontrolluri u jkun promoss ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji. |
|
(10) |
Filwaqt li tkun iggarantita l-kontinwita ta' forniment ta' servizz, sistema komuni għandha tkun stabbilita biex tiċċertifika fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, li tikkostitwixxi mezz li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi ta' dawk il-fornituri u għal moniteraġġ regolari tal-konformita ma' rekwiżiti tali. |
|
(11) |
Kundizzjonijiet mehmuża ma' ċertifikati għandhom ikunu ġustifikati b'mod oġġettiv u għandhom ikunu non-diskriminatorji, proporzjonati u trasparenti, u kompatibbli ma' standards internazzjonali relevanti. |
|
(12) |
Iċ-ċertifikati għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri kollha biex jippermettu fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor barra l-pajjiż li fih ikunu kisbu ċ-ċertifikati tagħhom, fil-limiti tar-rekwiżiti ta' sigurezza. |
|
(13) |
Il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza, kif ukoll servizzi ta' informazzjoni aeronawtika, għandu jkun organizzat taħt kundizzjonijiet tas-suq filwaqt li jitqiesu l-fattizzi speċjali ta' servizzi tali u jinżamm livell għoli ta' sigurezza. |
|
(14) |
Fl-interess li jkun iffaċilitat l-immaniġġar salv tat-traffiku ta' l-ajru travers il-konfini ta' l-Istati Membri għall-benefiċċju ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-passiġġieri tagħhom, is-sistema ta' ċertifikazzjoni għandha tipprovdi għal qafas biex tagħmel possibbli għall-Istati Membri li jaħtru fornituri ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, mingħajr ma jingħata każ ta' fejn ikunu ġew iċċertifikati. |
|
(15) |
Fuq il-bażi ta' l-analiżi tagħhom ta' konsiderazzjonijiet ta' sigurezza, Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jaħtru fornitur jew aktar minn wieħed ta' servizzi meteoroloġiċi rigward l-ispazju ta' l-ajru kollu jew parti minnu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, mingħajr il-ħtieġa li tkun organizzata sejħa għal offerti. |
|
(16) |
Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jistabbilixxu u jżommu kooperazzjoni stretta ma' l-awtoritajiet militari responsabbli għal attivitajiet li jistgħu jolqtu (jaffettwaw) it-traffiku ta' l-ajru ġenerali, permezz ta' arranġamenti xierqa. |
|
(17) |
Il-kontijiet tal-fornituri kollha ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jipprovdu għal trasparenza massima. |
|
(18) |
L-introduzzjoni ta' prinċipji u kundizzjonijiet armonizzati għall-aċċess ta' data operazzjonali għandha tiffaċilita l-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru u l-operat ta' utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u ajruporti taħt ambjent ġdid. |
|
(19) |
Il-kundizzjonijiet ta' ħlasijiet li japplikaw għall-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu ġusti u trasparenti. |
|
(20) |
Il-ħlasijiet ta' l-utent għandhom jipprovdu remunerazzjoni għall-faċilitajiet u servizzi provduti minn fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru u Stati Membri. Il-livell ta' ħlasijiet ta' l-utent għandu jkun proporzjonat ma' l-ispiża, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ta' sigurezza w effiċjenza ekonomika. |
|
(21) |
M'għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ekwivalenti ta' navigazzjoni ta' l-ajru. |
|
(22) |
Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru joffru ċerti faċilitajiet u servizzi konnessi direttament ma' l-operat ta' ajruplan, li l-ispejjeż tagħhom huma għandhom ikunu jistgħu jirkopru skond il-prinċipju “l-utent iħallas”, li jfisser li l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom iħallsu għall-ispejjeż li joħolqu fil-punt ta' l-użu jew kemm jista' jkun possibbli qrib tiegħu. |
|
(23) |
Huwa importanti li tkun żgurata t-trasparenza ta' l-ispejjeż li faċilitajiet u servizzi tali jikkaġunaw. Għalhekk, kull bidliet magħmula fis-sistema jew livell ta' ħlasijiet għandhom ikunu spjegati lill-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru; bidliet tali jew investiment propost mill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom ikunu spjegati bħala parti mill-iskambju ta' informazzjoni bejn il-korpi manigerjali tagħhom u l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru. |
|
(24) |
Għandu jkun hemm ambitu għal bidliet fil-ħlasijiet li jikkontribwixxu għall-aktar tkabbir possibbli tal-kapaċita mas-sistema kollha. Inċentivi finanzjarji jistgħu jkunu manjiera utli biex tħaffef l-introduzzjoni ta' tagħmir ibbażat fl-art jew miġrur fl-ajru li jżid il-kapaċita, ta' twettiq fi grad għoli li jħalli benefiċċji jew ta' kumpens għall-inkonvenjenza ta' għażla ta' rottot anqas mixtieqa. |
|
(25) |
Fil-kuntest ta' dak id-dħul (introjtu) akkumulat biex jipprovdi qligħ raġjonevoli fuq assi, u f'ko-relazzjoni diretta mat-tifdil li jkun sar minn titjib fl-effiċjenza, l-Kummissjoni għandha tistudja l-possibbilta li tistabbilixxi riserva bil-għan li tnaqqas l-impatt ta' żieda għal għarrieda fi ħlasijiet għall-utenti ta' spazju ta' l-ajru f'ħinijiet ta' meta jonqsu l-livelli tat-traffiku. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbilta li torganizza għajnuna finanzjarja temporanja għal miżuri li jżidu l-kapaċita tas-sistema ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa fit-total tagħha. |
|
(27) |
L-istabbiliment u l-impożizzjoni ta' ħlasijiet fuq l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni fuq bażi regolari, f'kooperazzjoni ma' Eurocontrol, u ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u l-utenti ta' spazju ta' l-ajru. |
|
(28) |
Minħabba s-sensittività partikulari ta' l-informazzjoni dwar fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza m'għandhomx jikxfu (jiżvelaw) informazzjoni koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali, mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni ta' sistema għall-moniteraġġ u pubblikar tat-twettiq (l-esekuzzjoni) ta' dawk il-fornituri. |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
IL-KAPITLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Ambitu u għanijiet
1. Fl-ambitu tar-Regolament qafas, dan ir-Regolament jjikkonċerna l-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment salv w effiċjenti ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fil-Komunità.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal traffiku ta' l-ajru ġenerali skond u ġewwa l-ambitu tar-Regolament qafas.
Artikolu 2
Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza
1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament qafas għandhom jassiguraw is-sorveljanza xierqa tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari rigward is-sigurtà u l-operazzjoni effiċjenti tal-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Istat Membru li jkun innomina jew stabbilixxa l-awtorità relevanti.
2. Għal dan il-għan, kull awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tar-riżorsi umani għall-provvista tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol.
3. Fir-rigward ta’ blokok funzjonali ta’ spazju tal-ajru li jestendu min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih dan l-Artikolu rigward il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma’ dawk il-blokok.
4. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għall-ittrattar ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità mar-rekwiżiti komuni applikabbli miġjuba fl-Artikolu 6 jew mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
5. Fil-każ tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiprioku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulata fil-paragrafi 1 u 2 u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku għandu japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz.
6. Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm koperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza.
Artikolu 3
Entitajiet kwalifikati
1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 2(2) lil entitajiet kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
2. Delegazzjoni tali mogħtija minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha tkun valida ġewwa l-Komunità għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil kull waħda mill-entitajiet kwalifikati li qegħdin fil-Komunità biex jidħlu għal dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ.
Artikolu 4
Rekwiżiti tas-sikurezza
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, taddotta r-regoli implimentattivi li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-rekwiżiti o’regolatorji ta’ sikurezza tal-Eurocontrol (ESARRs) u l-emendi sussegwenti ta’ dawk ir-rekwiżiti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, fejn ikun possibli l-adattazzjonijiet u xierqa.
▼M1 —————
IL-KAPITLU II
REGOLI GĦAL FORNIMENT TA' SERVIZZI
Artikolu 6
Rekwiżiti komuni
Rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas. Ir-rekwiżiti komuni għandhom jinkludu li ġej:
— kompetenza u konvenjenza teknika u operazzjonali,
— sistemi u proċessi għall-management ta' sigurezza u kwalita,
— sistemi ta' rappurtagg,
— kwalita ta' servizzi,
— Saħħa finanzjarja,
— kopertura ta' responsabbilta u assigurazzjoni,
— struttura ta' pussess u organizzazzjoni, inkluża l-prevenzjoni ta' konflitti ta' interess,
— riżorsi umani, inklużi pjanijiet ta' staffing (provvediment tan-nies) adegwat,
— sigurta.
Artikolu 7
Ċertifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru
1. Il-forniment tas-servizzi kollha ta' navigazzjoni ta' l-ajru ġewwa l-Komunità għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni mill-Istati Membri.
2. Applikazzjonijiet għall-ċertifikazzjoni għandhom ikunu sottomessi lill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza ta' l-Istat Membru fejn l-applikant għandu l-post prinċipali ta' l-operat tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom joħorġu ċertifikati lill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru fejn jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 6. Ċertifikati jistgħu jinħarġu individwalment għal kull tip ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament qafas, jew għal qatta (grupp) ta' servizzi tali, inter alia, fejn il-fornitur ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, ikun x'ikun l-istatus legali tiegħu, jopera u jimmantjeni s-sistemi proprji tiegħu ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu kontrollati fuq bażi regolari.
4. Iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inkluż aċċess non-diskriminatorju ta' servizzi għal utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, b'mod partikulari fir-rigward ta' sigurezza. Iċ-ċertifikazzjoni tista' tkun sugġetta biss għall-kondizzjonijiet miġjuba fl-Anness II. Kondizzjonijiet tali għandhom ikunu ġustifikati b'mod oġġettiv, non-diskriminatorju, proporzjonat u trasparenti.
5. Minkejja l-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jippermettu l-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kollu jew parti minnu taħt ir-responsabbilta tagħhom mingħajr ċertifikazzjoni f'każijiet fejn il-fornitur ta' servizzi tali joffrihom primarjament lill-movimenti ta' aruplani barra minn dawk ta' traffiku ta' l-ajru ġenerali. F'dawk il-każijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata konformita massima mar-rekwiżiti komuni.
6. Bla ħsara għall-Artikoli 8 u 9, il-ħruġ ta’ ċertifikati għandu jikkonferixxi fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru l-possibbiltà li joffru s-servizzi tagħhom lill-fornituri oħra ta’ navigazzjoni tal-ajru, utenti ta’ spazju tal-ajru u ajruporti ġewwa l-Komunità.
7. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jimmonitorjaw il-konformita mar-rekwiżiti komuni u mal-kondizzjonijiet mehmuża maċ-ċertifikati. Dettalji ta’ tali moniteraġġ għandhom ikunu inklużi fir-rapporti annwali li għandhom ikunu sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament qafas. Jekk awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza ssib li d-detentur ta’ ċertifikat m’għadux jissodisfa rekwiżiti jew tali kundizzjonijiet, hija għandha tieħu miżuri xierqa filwaqt li tiżgura l-kontinwita ta’ servizzi bil-kondizzjoni li ma tiġix kompromessa s-sikurezza. Miżuri tali jistgħu jinkludu r-revoka taċ-ċertifikat.
8. Stat Membru għandu jirrikonoxxi kull ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor skond dan l-Artikolu.
9. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stati Membri jistgħu jipposponu l-konformita ma' dan l-Artikolu 'l hinn mid-data li tirriżulta mill-Artikolu 19(2) b'sitt xhur. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'posponiment tali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet tagħhom għalih.
Artikolu 8
Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku tal-ajru fuq bażi esklussiva ġewwa blokok speċifiċi ta’ spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jinnominaw fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru li jkollu ċertifikat validu fil-Komunità.
2. Għall-provvista ta’ servizzi transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ dan l-artikolu u mal-Artikolu 10(3) ma tkunx imxekkla mis-sistema legali nazzjonali tagħhom li tkun tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru:
(a) ikunu proprjetà diretta jew permezz ta’ ishma maġġoritarji ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu;
(b) ikollhom il-post prinċipali tal-operazzjoni jew uffiċju reġistrat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; jew
(c) jużaw biss il-faċilitajiet f’dak l-Istat Membru.
3. Stati Membri għandhom jiddefinixxu d-drittijiet u obbligi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru nominati għandhom jissodisfaw. L-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-provvista f’waqtha ta’ informazzjoni relevanti li tagħmel possibbli li l-movimenti kollha ta’ ajruplani fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom ikunu identifikati.
4. Stati Membri għandu jkollhom setgħa diskrezzjonali fil-għażla ta’ fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jissodisfa r-rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirreferu għalihom l-Artikli 6 u 7.
5. Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 9a li jestendu ruħhom min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, talanqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru.
6. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan l-Artikolu rigward in-nominazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan blokok ta’ spazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 9
Ħatra ta' fornituri ta' servizzi meteoroloġiċi
1. Stati Membri jistgħu jaħtru fornitur ta' servizzi meteoroloġiċi għall-provvista tad-data meteoroloġika kollha jew parti minnha fuq bażi esklusiva fl-ispazju ta' l-ajru kollu jew parti minnu taħt ir-responsabbilta tagħhom, filwaqt li jqisu konsiderazzjonijiet ta' sigurezza.
2. Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra bla dewmien fil-qafas ta' dan l-Artikolu dwar il-ħatra ta' fornitur ta' servizzi meteoroloġiċi.
Artikolu 9a
Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru
1. Sal-4 ta’ Diċembru 2012 l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli l-aktar dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru ġirien, sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru.
2. Blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom, b’mod partikolari:
(a) ikunu sostnuti minn spazju ta’ sikurezza;
(b) jagħmlu possibbli l-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru;
(c) jiżguraw konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-ispazju tal-ajru;
(d) ikunu ġġustifikati mill-valur miżjud ġenerali tagħhom, inkluż l-aħjar użu ta’ riżorsi umani u tekniċi, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju;
(e) jiżguraw trasferiment bla skossi u flessibbli ta’ responsabbiltàjiet għal kontroll ta’ traffiku tal-ajru bejn unitajiet ta’ servizz ta’ traffiku tal-ajru;
(f) jiżguraw il-kompatibilità bejn il-konfigurazzjoniiet differenti tal-ispazju tal-ajru; filwaqt li jottimizzaw, inter alia, ir-Reġjuni attwali ta’ Informazzjoni dwar Titjiriet;
(g) ikunu konformi ma’ kundizzjonijiet li joħorġu minn ftehim reġjonali konklużi ġewwa l-ICAO;
(h) jirrrispettaw ftehim reġjonali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari dawk li jinvolvu pajjiżi terzi Ewropej; u
(i) jiffaċilitaw il-konformità mal-objettivi ta’ prestazzjoni madwar il-Komunità.
3. Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu biss inkun stabbilit bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha u, jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk. Qabel ma jgħarraf/jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta’ blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.
4. Fejn blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru jkollu x’jaqsam ma’ spazju tal-ajru li jkun kompletament jew parzjalment taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, il-ftehim li bih il-blokk ikun stabbilit għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-manjiera li biha l-blokk jista’ jiġi mmodifikat u l-manjiera li biha Stat Membru jkun jista’ jirtira mill-blokk, inklużi arranġamenti tranżizzjonali.
5. Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta’ spazju tal-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b’mod konġunt il-materja quddiem il-Kumitat ta’ Ajru Uniku għal opinjoni. L-opinjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ dik l-opinjoni biex isibu soluzzjoni.
6. Wara li tkun irċeviet in-notifiki mingħand l-Istati Membri dwar l-arranġamenti u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk kull blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku sabiex dawn jiġu diskussi. Jekk il-Kummissjoni ssib li waħda jew aktar mill-blokok funzjonali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti hija għandha tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li tilħaq konsensus dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni.
7. Bla ħsara għall-paragrafu 5a, il-ftehim u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni relevanti.
8. Il-materjal ta’ gwida għat-twaqqif u l-modifika tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu jiġi żviluppat sal-4 ta’ Diċembru 2010 skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas.
9. Il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta’ Diċembru 2011 u skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, tadotta regoli implimentattivi dwar it-tagħrif li jrid jingħata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) qabel ma jitwaqqaf jew jiġi mmodifikat blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9b
Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru
1. Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni tista’ taħtar persuna fiżika bħala Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru (“Il-Koordinatur”). Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 9a(5) il-Koordinatur għandu, fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati u jekk ikun il-każ, il-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-istess blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, jiffaċilita li jingħelbu d-diffikultajiet fil-proċess ta’ negozjati bil-għan li jitaħaffef l-istabbiliment tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. Il-Koordinatur għandu jaġixxi fuq il-bażi tal-mandat mogħti mill-Istati Membri kollha kkonċernati u, jekk ikun il-każ, pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-istess blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru.
3. Il-Koordinatur għandu jaġixxi b’mod imparzjali l-aktar fir-rigward tal-Istati Membri, tal-pajjiżi terzi, tal-Kummissjoni u tal-partijiet interessati.
4. Il-Koordinatur m’għandu jikxef l-ebda tagħrif miksub waqt il-qadi tal-funzjoni tiegħu/tagħha ħlief meta jingħata/tingħata l-awtorizzazzjoni mill-Istat(i) Membru(i) biex jagħmel/tagħmel dan, jew, jekk ikun il-każ, minn pajjiżi terzi kkonċernati.
5. Wara l-ħatra tiegħu/tagħha, il-Koordinatur għandu jirrapporta lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tal-Ajru Uniku u lill-Parlament Ewropew kull tliet xhur. Ir-rapport għandu jinkludi sommarju tan-negozjati u tar-riżultati tagħhom.
6. Il-mandat tal-Koordinatur għandu jiskadi meta jiġi ffirmat l-aħħar ftehim dwar blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru iżda mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 10
Relazzjonijiet bejn fornituri ta' servizzi
1. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jistgħu japprofittaw ruħhom mis-servizzi ta' fornituri ta' servizz oħra li kienu ċertifikati fil-Komunità.
2. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jifformalizzaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom permezz ta' ftehim bil-miktub jew arranġamenti legali ekwivalenti, li jkun fihom id-doveri u funzjonijiet speċifiċi assunti minn kull fornitur u li jippermettu għall-iskambju ta' data operazzjonali bejn il-fornituri tas-servizzi kollha safejn għandu x'jaqsam it-traffiku ta' l-ajru ġenerali. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu notifikati lill-awtorita jew l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza konċernati.
3. F'każijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, l-approvazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati għandha tkun rekwiżita. F'każijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi meteoroloġiċi, l-approvazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati għandha tkun rekwiżita jekk huma jkunu ħatru fornitur fuq bażi esklussiva skond l-Artikolu 9(1).
Artikolu 11
Relazzjonijiet ma’ awtoritajiet militari
Fil-kuntest tal-politika komuni għat-trasport, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li jiġu stabbiliti jew imġedda l-ftehim bil-miktub bejn l-awtoritajiet ċivili u militari kompetenti jew arranġamenti legali ekwivalenti fir-rigward tal-ġestjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru speċifiċi.
Artikolu 12
Trasparenza ta' kontijiet
1. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, tkun xi tkun is-sistema ta' pussess tagħhom jew forma legali, għandhom jiktbu, jissottomettu lill-verifika u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw ma l-istandards internazzjonali ta' kontijiet addottati mill-Komunità. Fejn, minħabba l-istatus legali tal-fornitur ta' servizz, konformita sħiħa ma' l-istandards internazzjonali ta' kontijiet ma tkunx possibbli, l-fornitur għandu jagħmel sforz biex jikseb konformita tali sal-punt massimu possibbli.
2. Fil-każijiet kollha, l-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jippubblikaw rapport annwali u jgħaddu regolarment minn verifika indipendenti.
3. Meta jipprovdu għadd ta’ servizzi, il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jidentifikaw u jniżżlu l-ispejjeż u d-dħul li ġej mis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, elenkati skont l-iskema għat-talbiet ta’ ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru msemmi fl-Artikolu 14 u, fejn ikun xieraq, għandhom jinżammu l-kontijiet konsolidati għal sevizzi oħra mhux ta’ navigazzjoni tal-ajru, kif ikunu meħtieġa jagħmlu jekk is-servizzi kkonċernati jkunu pprovduti minn impriżi separati.
4. Stati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandhu jkollhom aċċess għall-kontijiet tal-fornituri ta' servizz li jipprovdu servizzi ġewwa l-ispazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom.
5. Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet transizzjonali ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' kontijiet ( 7 ) għall-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Aċċess għal u protezzjoni ta' data
1. Safejn għandu x'jaqsam it-traffiku ta' l-ajru ġenerali, data operazzjonali rilevanti għandha tkun skambjata f'ħin reali bejn il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru u l-ajruporti kollha, biex ikunu faċilitati l-ħtiġiet operazzjonali tagħhom. Id-data għandha tkun użata biss għal għanijiet ta' operazzjoni.
2. L-aċċess għal data ta' operazzjoni għandu jingħata lill-awtoritajiet proprji, fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru ċertifikati, utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u ajruporti fuq bażi non-diskriminatorja.
3. Fornituri ta' servizz iċċertifikati, utenti ta' spazju ta' l-ajru u ajruporti għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet standard ta' aċċess għad-data operazzjonali relevanti tagħhom barra minn dik (dawk) li jirreferi għaliha l-paragrafu 1. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jappruvaw kundizzjonijiet standard tali. Regoli dettaljati konnessi ma' tali kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti, fejn xieraq, skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.
IL-KAPITLU III
SKEMI TA' ĦLASIJIET
Artikolu 14
Ġenerali
F’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 15 u 16, l-iskema tat-talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tikkontribwixxi għal aktar trasparenza fid-determinazzjoni, l-impożizzjoni u l-infurzar tal-ħlasijiet lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandha tikkontribwixxi mal-effiċjenza tan-nefqa għal forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u għall-effiċjenza tat-titjiriet, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza. Din l-iskema għandha wkoll tkun konsistenti mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u mas-sistema ta’ ħlas tal-Eurcontrol għal ħlasijiet ta’ waqt ir-rotta.
Artikolu 15
Prinċipji
1. L-iskema ta’ tariffi ghandha tkun ibbażata fuq il-kont ta’ spejjeż ghas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru minfuqa minn fornituri ta’ servizz ghall-beneficcju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-iskema ghandha talloka dawn l-ispejjeż fost il-kategoriji tal-utenti.
2. Il-principji li gejjin ghandhom ikunu applikati meta l-bażi ta’ spejjeż ghall-hlasijiet tkun se tigi stabbilita:
(a) L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta’ assi, kif ukoll l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni. L-ispejjeż iddeterminati għandhom ikunu l-ispejjez iddeterminati mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza għal kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 11 tal-qafas ta’ Regolament, jew matul il-perjodu ta’ referenza, wara li jsiru l-aġġustamenti neċessarji billi jiġu applikati l-mekkaniżmi ta’ twissija stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament qafas;
(b) L-ispejjeż li għandhom jitqiesu f’dan il-kuntest għandhom ikunu dawk stmati f’konnessjoni mal-faċilitajiet u servizzi provduti għal implimentati taħt il-Pjan Reġjonali ta’ Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew. Jistgħu wkoll jinkludu spejjeż minfuqa mill-autoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u/jew entitajiet kwalifikati, kif ukoll spejjeż oħra minfuqa mill-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz relevanti f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru; huma ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal-pieni imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament qafas u lanqas l-ispejjeż ta’ kwalunkwe miżura korrettiva imposta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament qafas;
(c) Fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-Ispazju tal-ajru u bħala parti mill-ftehim qafas rispettivi tagħhom, l-Istati membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu fuq il-prinċipji komuni għall-politika ta’ ħlasijiet;
(d) l-ispiża ta’ servizzi differenti ta’ navigazzjoni tal-ajru ghandha tkun identifikata b’mod separat, kif jipprovdi l-Artikolu 12(3);
(e) Ma għandux ikun permess sussidju trażversali bejn servizzi ta’ waqt ir-rotta u servizzi fit-terminal. L-ispejjez li huma relatati kemm mas-servizzi li jingħataw fit-terminals u s-servizzi en-route għandhom jiġu allokali b’mod proporzjonali bejn is-servizzi en-route u s-servizzi fit-terminals fuq il-bażi ta’ metodoloġija trasparenti. Sussidju trażversali għandu jitħalla jsir bejn servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi kwalunkwe waħda miż-żewġ kategoriji biss meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi, suġġett għal identifikazzjoni ċara;
(f) trasparenza tal-bażi ta’ spiża ħgħal hlasijiet ħgħandha tkun iggarantita. Regoli ta’ implimentazzjoni ħgħall-forniment ta’ informazzjoni minn fornituri ta’ servizz ħgħandhom ikunu addottati biex jippermettu reviżjonijiet tal-previżjonijiet talfornitur, spejjeż attwali u ħdħul (introjtu). ħGħandu jkun hemm skambju regolari ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, fornituri ta’ servizz, utenti tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni u Eurocontrol.
3. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin meta jiġu stabbiliti t-tariffi skont il-paragrafu 2:
(a) it-tariffi għandhom ikunu stabbiliti għas-servizzi disponibbli tan-navigazzjoni tal-ajru taħt kundizzjonijiet non-diskriminatorji. Meta jkunu imposti ħlasijiet fuq utenti differenti tal-ispazju tal-ajru ħgħall-użu tal-istess servizzi, ebda distinzjoni m’għandha ssir f’konnessjoni ma’ nazzjonalità jew kategorija tal-utent;
(b) eżenzjoni ta’ certi utenti, ċspecjalment ta’ operaturi ta’ speċjalment ajruplani ħħfief u ajruplani tal-Istat, tista’ tkun permessa, sakemm l-ispiża ta’ talita’ eżenzjoni ma tintefax fuq utenti ohra;
(c) it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja fuq il-bażi ta’ spejjeż iddeterminati, jew jistgħu jiġu stabbiliti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri biex jiġi ddeterminat il-livell massimu tar-rata tal-unità jew tad-dħul ta’ kull sena fuq firxa ta’ perjodu li ma jeċċedix il-ħames snin;
(d) is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital;
(e) it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-faċilitajiet disponibbli għall-utenti tal-ajruport, b’kont meħud tal-kapaċitajiet produttivi tat-tipi differenti ta’ ajruplani konċernati;
(f) it-tariffi għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb tal-kisba ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ effiċjenza mqabbla mal-ispiża u li jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni u huma għandhom jistimulaw il-forniment ta’ servizz integrat filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni. Għal dak il-għan u b’rabta mal-pjani ta’ prestazzjoni jew blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi, biex jinkorraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u/jew utenti tal-ajru ħalli jstostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għal dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.
Artikolu 15a
Proġetti komuni
1. Proġetti komuni jistgħu jgħinu l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. Proġetti bħal dawn għandhom jappoġġjaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Ewropa f’oqsma prinċipali bħalma huma l-kapaċità, it-titjiriet u l-effiċjenza f’termini ta’ spejjeż kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, fi ħdan objettivi dominanti ta’ sikurezza.
2. Il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5 (3) tar-Regolament qafas, tiżviluppa materjal ta’ gwida rigward il-mod li bih dawn il-proġetti jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. Materjal ta’ gwida bħal dan m’għandux idgħajjef il-mekkaniżmi għall-iskjerament ta’ tali proġetti rigward blokok funzjonali tal-ispazzju tal-ajru kif ġie miftiehem mill-partijiet ta’ dawk il-blokok.
3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, biex tistabbilixxi proġetti komuni għall-operazzjonijiet marbuta man-netwerk, li huma ta’ importanza partikulari għat-titjib tal-prestazzjoni globali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Ewropa. Proġetti komuni bħal dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali. Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jiddeċiedu fuq l-użu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi indipendenti fuq il-benefiċċji f’temini ta’ nfiq u konsultazzjonijiet kif xieraq mal-Istati Membri u l-partijiet kollha relevanti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament qafas, filwaqt li jiġu eżaminati bir-reqqa il-mezzi xierqa biex jiffinanzjaw l-iskjerament. L-ispejjeż eliġibbli ta’ skjerament ta’ proġetti komuni għandhom jiġu koperti skont il-prinċipji tat-trasparenza u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.
Artikolu 16
Reviżjoni tal-konformità
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-analiżi kontinwa ta’ konformità mal-prinċipji u regoli li jirreferi għalihom l-Artikoli 14 u 15, filwaqt li taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi l-mekkaniżmi neċessarji biex isir użu mill-esperti tal-Eurocontrol u għandhom jaqsmu r-riżultati tar-reviżjoni mal-Istati Membri, il-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.
2. Fuq talba ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri li jikkunsidraw li l-prinċipji u regoli msemmija aktar ‘il fuq ma kinux applikati b’mod proprju, jew fuq inizjattiva tagħha proprja, il-Kummissjoni għandha tagħmel investigazzjoni dwar kull allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ applikazzjoni tal-prinċipji u/jew regoli konċernati. Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha taqsam ir-riżultati tal-investigazzjoni mal-Istati Membri, l-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Fi żmien xahrejn mir-riċeviment ta’ talba, wara li tkun semgħet lilll-Istat Membru kkonċernat u wara li tikkonsulta l-Kumitat dwar l-Ajru Uniku skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament u rigward jekk il-prattika konċerntata tistax tissokta.
3. Il-Kummissjoni ħgħandha tindirizza d-deciżjoni ħtagħha lill-Istati Membri u ħtgħarraf biha lill-fornitur ta’ servizz, sakemm ikun legalment ċikkonċernat. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-ċdeċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, filwaqt li jagixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien perjodu ta’ xahar.
IL-KAPITLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Reviżjoni ta’ Annessi
Miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-Anness sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi tekniċi u operattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament qafas.
F’każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament qafas.
Artikolu 18
Kunfidenzjalità
1. La l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali, li jkunu qed jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom jiżvelaw l-informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, b’mod partikulari informazzjoni dwar il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-relazzjonijiet ta’ negozju jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom.
2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jew mill-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f’liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
3. L-informazzjoni u d-data pprovduti skont l-iskema ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jiġu żvelati pubblikament.
Artikolu 18a
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2012 filwaqt li tagħmel evalwazzjoni tal-impatti legali, soċjali, tas-sikurezza, tal-industrija, u tal-ekonomija tal-applikazzjonijiet tal-prinċipji tas-suq għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza u l-informazzjoni ajrunawtika, meta mqabbel mal-prinċipji ta’ organizzazzjoni eżistenti jew alternattivi u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fil-blokok funzjonali tal-ispjazju tal-ajru fit-teknoloġija disponibbli.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Madankollu, l-Artikli 7 u 8 għandhom jidħlu fis-seħħ sena wara l-pubblikazzjoni tar-rekwiżiti komuni, kif jirreferi l-Artikolu 6, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS I
►M1 ĦTIĠIJIET GĦALL-ENTITAJIET KWALIFIKATI ◄
►M1 L-entitajiet kwalifikati għandhom: ◄
— tkun kapaċi li tiddokumenta l-esperjenza intensiva fl-istima ta' entitajiet pubbliċi u privati fis-setturi tat-trasport ta' l-ajru, b'mod partikulari fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, u f'setturi oħra simili f'qasam jew oqsma koperti minn dan ir-Regolament,
— ikollha regoli u regolamenti komprensivi għall-istħarriġ perjodiku ta' l-entitajiet imsemmija aktar 'il fuq, ippubblikati u kontinwament ta' kwalità aħjar u mtejba permezz ta' programmi ta' riċerka u żvilupp,
— ma tkunx ikkontrollata minn fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, minn awtoritajiet ta' maneġġjar ta' ajruporti jew oħrajn impenjati kummerċjalment fil-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru jew servizzi ta' trasport ta' l-ajru,
— tkun stabbilita bi staff tekniku, maniġerjali, ta' appoġġ u riċerka sinifikanti proporzjonat max-xogħlijiet li għandhom jitwettqu,
— tkun maniġġjata u amministrata b'mod tali li tkun żgurata s-segretezza ta' informazzjoni rekwiżita mill-amministrazzjoni,
— tkun lesta biex tipprovdi informazzjoni relevanti lill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza konċernata,
— tkun iddefiniet u dokumentat il-politika u l-għanijiet tagħha u l-impenn għal kwalità u tkun żgurat li din il-politika tkun inftiehmet, implementata u mantenuta fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni,
— tkun żviluppat, implimentat u mantniet sistema ta' kwalità interna effettiva bażata fuq partijiet xierqa ta' standards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u f'konformita ma' EN 45004 (korpi ta' spezzjoni) u ma' EN 29001, kif interpretati mir-Rekwiżiti ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tas-Sistema ta' Kwalità ta' IACS,
— tkun suġġetta għal ċertifikazzjoni tas-sistema ta' kwalità tagħha minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxut mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li fih tkun qiegħda.
L-ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET LI GHANDHOM JINHEMŻU MA' ĊERTIFIKATI
|
1. |
Ċertifikati għandhom jispeċifikaw: (a) l-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza li toħroġ iċ-ċertifikat; (b) l-applikant (isem u indirizz); (ċ) is-servizzi li huma ċertifikati; (d) dikjarazzjoni tal-konformita ta' l-applikant mar-rekwiżiti komuni, kif iddefiniti fl-Artiklu 6 ta' dan ir-Regolament; (e) id-data tal-ħruġ u l-perjodu ta' validita taċ-ċertifikat. |
|
2. |
Kundizzjonijiet addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikati jistgħu, kif xieraq, ikunu konnessi ma': (a) aċċess non-diskriminatorju ta' servizzi għal utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-livell rekwiżit tat-twettiq ta' servizzi tali, inklużi livelli ta' sigurezza u interoperabilita; (b) l-ispeċifikazzjonijiet operazzjonali għas-servizzi partikulari; (ċ) iż-żmien li sa fih is-servizzi għandhom ikunu provduti; (d) it-tagħmir varju ta' operat li għandu jintuża ġewwa servizzi parikulari; (e) limitazzjoni jew restrizzjoni ta' operazzjonijiet ta' servizzi barra dawk konnessi ma' forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru; (f) kuntratti, ftehim jew arranġamenti oħra bejn il-fornitur ta' servizz u parti terza u li jikkonċernaw is-servizz(i); (g) forniment ta' informazzjoni raġonevolment rekwiżita għall-verifika ta' konformita tas-servizzi mar-rekwiżiti komuni, inklużi pjanti, data finanzjarja u operazzjonali, u tibdil kbir fit-tip u/jew ambitu tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru provduti; (h) kull kundizzjonijiet legali oħra li m'humiex speċifiċi għas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, bħalma huma kundizzjonijiet konnessi mas-sospensjoni jew revoka taċ-ċertifikat. |
( 1 ) ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 26.
( 2 ) ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 24.
( 3 ) ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, p. 13.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2002 (ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 303), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 (ĠU C 129 E, tat-3.6.2003, p. 16) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 2004.
( 5 ) ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 1.
( 6 ) ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 20.
( 7 ) ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 1.