02004R0314 — MT — 19.02.2017 — 020.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 314/2004

tad-19 ta' Frar 2004

dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar taż-Żimbabwe

(ĠU L 055 24.2.2004, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004

  L 273

12

21.8.2004

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2005 tal-15 ta’ Ġunju 2005

  L 153

9

16.6.2005

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 1272/2005 of 1 August 2005 (*)

  L 201

40

2.8.2005

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1367/2005 tad-19 ta’ Awwissu 2005

  L 216

6

20.8.2005

 M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

 M6

COMMISSION REGULATION (EC) No 236/2007 of 2 March 2007 (*)

  L 66

14

6.3.2007

 M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 412/2007 of 16 April 2007 (*)

  L 101

6

18.4.2007

 M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2007 tat-2 ta’ Lulju 2007

  L 173

3

3.7.2007

 M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 702/2008 tat-23 ta' Lulju 2008

  L 195

19

24.7.2008

 M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008

  L 331

11

10.12.2008

 M11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009

  L 23

5

31.3.2009

 M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2010 tal-25 ta' Frar 2010

  L 51

13

2.3.2010

 M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 174/2011 tat-23 ta’ Frar 2011

  L 49

23

24.2.2011

 M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2012 tal-21 ta' Frar 2012

  L 49

2

22.2.2012

►M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 145/2013 tad-19 ta’ Frar 2013

  L 47

63

20.2.2013

►M16

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

 M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2013 tat-23 ta’ Settembru 2013

  L 252

23

24.9.2013

►M18

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 153/2014 tas-17 ta’ Frar 2014

  L 50

1

20.2.2014

 M19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 2015/275 tad-19 ta' Frar 2015

  L 47

15

20.2.2015

 M20

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/612 tal-20 ta' April 2015

  L 102

1

21.4.2015

►M21

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1919 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

1

27.10.2015

 M22

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1921 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

5

27.10.2015

►M23

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/214 tal-15 ta' Frar 2016

  L 40

1

17.2.2016

►M24

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/218 tas-16 ta' Frar 2016

  L 40

7

17.2.2016

►M25

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/284 tas-17 ta' Frar 2017

  L 42

1

18.2.2017


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 046, 17.2.2009, p.  79 (77/2009)

 C2

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p.  66 (1488/2004)

 C3

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p.  241 (898/2005)

 C4

Rettifika, ĠU L 075, 21.3.2009, p.  28 (77/2009)

 C5

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p.  179 (1367/2005)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 314/2004

tad-19 ta' Frar 2004

dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar taż-Żimbabwe



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a) “assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u li jista' jiġi f'forma ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' konoxxenza tax-xogħol jew kapaċitajiet jew servizzi ta' konsulenza; l-assistenza teknika tinkudi assistenza f'forma verbali;

(b) “fondi” tfisser assi finanzjari u kull tip ta' benefiċċji li jinkludu, imma mhux limitata għal:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, drafts, money orders u strumenti ta' ħlas oħra;

(ii) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra, bilanċ fuq kontijiet, djun u obligazzjonijiet ta' dejn;

(iii) sigurtajiet negozjati pubblikament u privatament u strumenti ta' dejn, li jinkludu titoli u ishma, ċertifikati li jirrapreżentaw sigurtajiet, bonds, noti, digrieti, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;

(iv) interessi, dividendi jew dħul ieħor fuq jew l-akkumulazzjoni tal-valur minn jew prodotti minn assi;

(v) kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew obbligazzjonjiet finanzjarju oħra;

(vi) ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, karti ta' bejgħ;

(vii) dokumenti li jixhdu interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(viii) kull strument għall-finanzjament ta' l-esportazzjoni;

(ċ) “iffriżar tal-fondi” tfisser li ma jitħalla l-ebda mossa, trasferiment, alterazzjoni, użu ta, aċċess għall-, jew innegozjar ta' fondi bl-ebda mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, ammont, posizzjoni, propjetà, pussess, karattru, destinazzjoni jew bidla oħra li tipermetti li l-fondi jintużaw, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-portafolli;

(d) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, sew jekk huma tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi imma jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e) “iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser li l-użu tagħhom ma titħalliex biex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi bl-ebda mod, u jinkludi, imma mhux limitata għall-, bejgħ, kiri jew ipotekar tagħhom.

Artikolu 2

Għandu jiġi projbit:

(a) l-għoti, l-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' assistenza teknika relatati ma' attivitajiet militari u mall-provista, fabbrikazzjoni, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, li jinkludi armi u munizzjon, vetturi militari u makkinarju, apparat paramilitari, u partijiet ta' dawn imsemmija qabel li jistgħu jinbidlu, dirett jew indirett ma' kull persuna, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

(b) l-iffinanzjar jew assistenza finanzjarja relatata ma attivitajiet militari li partikolarment jinkludu għotjiet, self jew esportazzjoni ta' kreditu assigurati, għal kull bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, dirett jew indirett ma' kull persuna, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

(ċ) il-parteċipazzjoni, b'intenzjoni, f'attivitajiet liema skop jew effett, dirett jew indirett, jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija f'punti (a) jew (b).

Artikolu 3

Għandu jiġi projbit:

(a) il-bejgħ, il-provvista, t-trasferiment jew l-esportazzjoni intenzjonali, dirett jew indirett, ta' apparat li jista' jintuża għar-ripressjoni interna kif imsemmija fl-Anness I, kemm jekk oriġinata jew le fil-Komunità, lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

(b) l-għoti, l-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' assistenza teknika relatat ma' l-apparat imsejjaħ f'punt (a), lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

(ċ) il-provvista, dirett jew indiretta, ta' ffinanzjar jew assistenza finanzjarja relatata ma' l-apparat imsemmi fil-punt (a), lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp ġewwa, jew għall-użu fiż-Żimbabwe;

(d) il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u l-intenzjoni, f'attivitajiet li l-iskop jew l-effett, dirett jew indirett, u li jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija f'punti (a), (b) jew (ċ).

Artikolu 4

1.  B'deroga mill-Artikolu 2 u 3 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Memberi kif imniżżla fl-Aness II jistgħu jawtorizzaw:

(a) il-provvista ta' finanzi u assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatat ma':

(i) apparat militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi ta' żvilupp istituzzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u il-Komunità;

(ii) materjal maħsub għall-operazzjonijiet għall-ġestjoni ta' kriżi għall-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti:

(b) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' apparat imniżżel fl-Anness I maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, u il-provvista ta' assistenza finanzjarja, iffinanzjar u assistenza teknika relatata ma' dawn l-operazzjonijiet.

2.  L-ebda awtorizzazzjoni m'għandha tingħata għall-attivitajiet li seħħew.

▼M25

Artikolu 4a

1.  B'deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew l-Istat Membru minn fejn jiġu fornuti s-sustanzi splussivi jew it-tagħmir relatat, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jkunu jqisu xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' sustanzi splussivi u ta' tagħmir relatat kif elenkat fil-punt 4 tal-Anness I u ta' assistenza teknika u finanzjarja, meta s-sustanzi splussivi u t-tagħmir relatat ikun intenzjonat u jkun se jintuża biss għal skopijiet ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura.

2.  L-awtorizzazzjoni li ssir referenza għaliha f'dan l-Artikolu għandha tingħata f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

3.  L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-analiżi tal-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni.

4.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel bl-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 ma japplikawx għall-ilbies protettiv, li jinkludi ġgieket tqal għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall (flak jackets) u elmi militari, esportati temporarjament lejn iż-Żimbabwe minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, personul ta' l-Unjoni Ewropea, tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema f'xogħol umanitarju u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali biss.

Artikolu 6

1.  Il-fondi u ir-riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil membri individwali tal-Gvern taż-Żimbabwe jew lil persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet jew istituzzjonijiet assoċjati magħhom kif elenkati fl-Anness III għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu disponibbli, direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċju ta' persuni naturali jew Ġuridiċi, enitatajiet jew istituzzjonijiet kif elenkat fl-Anness III.

3.  Il-parteċipazzjoni, b'intenzjoni, f'attivitajiet liema skop jew effett, dirett jew indirett, jippromwovi l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 huma projbiti.

▼M18

4.  Il-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġi sospiżi sa fejn dawn jikkonċernaw persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV.

▼B

Artikolu 7

1.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta'fondi jew riżorsi ekonomiċi jew iqiegħdu għad-disposizzjoni ċertu fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, bil-kondizzjonjonijiet meqjusa xierqa, wara li jddeterminaw li il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi miftiehma huma:

(a) neċessarji għall-spejjeż bażiċi, li jinkludu pagamenti għall-ikel, kera jew ipoteka, mediċina jew trattament mediku, taxxi, premji ta' assigurazzjoni u ħlasijiet għall-utilità pubblika;

(b) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' ħlas professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' flus li ntefqu li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(ċ) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' ħlas jew ħlas għall-servizzi għaż-żamma tar-rutina jew manteniment tal-fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) neċessarji għall-spejjeż kbar, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tinnotifika mill-anqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni bir-raġunijiet li tikkonsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u l-Kumissjoni.

L-awtorità kompetenti relevanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq kull awtorizzazzzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

2.  L-Artikolu 6(2) ma japplikax għaż-żieda ta' kontijiet friżati ta':

(a) interessi jew qligħ fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti għall-kuntratti, arranġamenti jew obligazzjonijiet li ġew konklużi jew tqajmu Qabel id-data li dawk il-kontijiet ġew soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 310/2002 jew dan ir-Regolament,

iżda li kull interess, qligħ ieħor jew pagamenti jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar rappurtaġġ, riservatezza u sigriet professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, persuni naturali u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

(a) immedjatament ifornu kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti iffriżati skond l-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri imniżżla fl-Anness II fejn huma residenti jew qegħdin, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew minn dawn l-awtoritajiet kompetenti, għall-Kummissjoni;

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness II għal kull verifikazzjoni ta' din l-informazzjoni.

2.  Kull informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha tkun disponnibli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati.

3.  Kull informazzjoni provduta jew irċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet għal liema ġiet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 9

L-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi jew fondi mhux disponnibli, imwettaq bi skop tajjeb bil-prinċipju li din l-azzjoni hija skond dan ir-Regolament, m'għandu jkun il-kawża ta' l-ebda responsabbiltà fuq il-parti tal-persuna naturali jew ġuridika jew entita li qiegħda timplementah, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, kemm il-darba jkun hemm provi li l-fondi u riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati b'konsegwenza ta' negliġenza.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandom immedjatament jinforumaw lil xulxin dwar il-miżuri li jittieħdu taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom relatat ma dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni li tirrigwardja problemi ta' vjolazzjoni u infurzar u sentenzi mgħotija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex:

(a) temenda l-Anness II skond informazzjoni provduta mill-Istati Membri;

(b) temenda l-Anness III skond deċiżjonijiet meħuda skond l-Anness għall-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

▼M21

Artikolu 11a

1.  L-Anness III għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati.

2.  L-Anness III għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

▼B

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regolamenti fuq sanzjonijiet għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li jkunu ġew implimentati. Is-sanzjonijiet provvduti irridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważiv. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil Kummissjoni b'dawn ir-regolamenti mingħajr dewmien wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Reoglament u għandhom jinnotifikawha sussegwentament b'kull emenda.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika:

(a) fi ħdan it-territorju tal-Komunità, li jinkludi l-ispazju ta' l-ajru;

(b) abbord kull inġenji ta' l-ajru jew kull bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) għal kull persuna ġewwa jeww barra mit-territorju tal-Komunità li huwa ċittadin ta' Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entita li hija inkoporata jew ikkostitwita taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entita li qegħda fil-kummerċ ġewwa il-Komunità.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta' Frar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M25




ANNESS I

Lista ta' apparat li jista' jintuża għar-repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 3

1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1. Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE;

1.2. Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati f'1.1 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom;

1.3. Miri tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

3. Vetturi kif ġej:

3.1. Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2. Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3. Vetturi ddisinjati jew immodifikati biex ineħħu barrikati, inkluż apparat għall-kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4. Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;

3.5. Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6. Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti minn 3.1 sa 3.5 iddisinjati speċifikament għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet.

Nota 1: Dan il-punt ma jkoprix il-vetturi ddisinjat apposta għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2: Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4. Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1. Tagħmir u apparat iddisinjat apposta biex jikkawża splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u miċeċ u komponenti ddisinjati apposta għalihom; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal xi użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b'mezzi splussivi jew apparat ieħor li l-funzjoni tiegħu ma jkunx il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attivaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2. Karigi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

4.3. Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:

(a) amatol;

(b) nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c) nitroglikol;

(d) tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

(e) klorur tal-pikril;

(f) 2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1. Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

5.2. Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra l-frammentazzjoni, emli li jintużaw f'ħidma kontra l-irvellijiet, kurazzi li jintużaw f'ħidma kontra u tarki ballistiċi.

Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

 tagħmir iddisinjat speċifikament għal attivitajiet sportivi;

 tagħmir iddisinjat speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

6. Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu tal-armi tan-nar, u software imfassal speċifikament għalihom.

7. Tagħmir ta' viżjoni ta' billejl u tal-ħolqien ta' immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8. Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta'.

9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10. Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

▼M15




ANNESS II

Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- Artikoli 4, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

▼M16

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

▼M15

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M24




ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6

I.    Persuni



Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

(1)  Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(2)  Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965; Passaport AD001159. ID 63-646650Q70

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

(3)  Bonyongwe, Happyton Mabhuya

Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960; Passaport: AD002214; ID: 63-374707A13

Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front) u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat li huwa responsabbli għall-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC (Moviment għall-Bidla Demokratika) f'Ġunju 2008.

(4)  Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953. Passaport AD000206. ID 68-034196M68

Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-qtil li twettaq fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008.

(5)  Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġenerali), imwieled fil-25.8.1956 Passaport AD000263. ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prim tal-vjolenza assoċjata mal-proċess taż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

(6)  Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955 ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f'Mashonaland West f'Chiadzwa.

(7)  Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew fl-24.12.1954. ID 63-357671H26

Figura anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fit-tiswir jew l-attwazzjoni ta' politika statali ripressiva.

II.    Entitajiet



Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

▼M23




ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 6(4)

Persuni

Isem (u psewdonomi possibbli)



1.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

2.

Chihuri, Augustine

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)