2004R0273 — MT — 21.09.2016 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 273/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2004

dwar prekursuri tad-droga

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 047 18.2.2004, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1258/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 330

21

10.12.2013

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1443 tad-29 ta' Ġunju 2016

  L 235

6

1.9.2016




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 273/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2004

dwar prekursuri tad-droga

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M2

Artikolu 1

Ambitu u għanijiet

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri armonizzati għall-kontroll u l-monitoraġġ intra-Unjoni ta’ ċerti sustanzi użati ta’ sikwit għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi bil-ħsieb li jiġi impedut id-direttament ta’ dawn is-sustanzi.

▼B

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(a) “sustanza skedata” tfisser kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I li tista’ tintuża għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, inklużi taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi bħal dawn iżda li teskludi taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi skedati u li huma magħmula b’tali mod li s-sustanzi skedati ma jkunux jistgħu jintużaw faċilment jew jiġu estratti permezz ta’ mezzi applikabbli faċilment jew ekonomikament vijabbli, prodotti mediċinali kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u prodotti mediċinali veterinarji kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

▼B

(b) “sustanza mhux skedata” tfisser kull sustanza li, għalkemm mhijiex imniżżla fl-Anness I, hija identifikata bħala li ntużat għall-fabbrikazzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi;

▼M2

(ċ) “tqegħid fis-suq” tfisser kull provvista, sewwa jekk bil-prospett ta’ ħlas u sewwa jekk bla ħlas, ta’ sustanzi skedati fl-Unjoni; jew il-ħażna, il-fabbrikazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċ, id-distribuzzjoni jew l-intermedjar ta’ dawn is-sustanzi bil-għan li jiġu pprovduti fl-Unjoni;

▼B

(d) “operatur” ifisser kull persuna naturali jew legali mqabbda fit-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati;

(e) “Bord ta' Kontroll Internazzjonali tan-Narkotiċi” ifisser il-Bord stabbilit mill-Konvenzjoni Waħdanija dwar Drogi Narkotiċi ta' l-1961, kif emendata mill-Protokoll ta' l-1972;

(f) “liċenza speċjali” tfisser liċenza li tingħata lil tip partikolari ta' operatur;

(g) “reġistrazzjoni speċjali” tfisser reġistrazzjoni li ssir għal tip partikolari ta' operatur;

▼M2

(h) “utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika ħlief operatur li tippossjedi sustanza skedata u hija involuta fl-ipproċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f’kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, trasformazzjoni jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra ta’ sustanzi skedati;

(i) “prodotti naturali” tfisser organiżmu jew parti minnu fi kwalunkwe forma, jew kwalunkwe sustanza li sseħħ fin-natura kif definit fil-punt 39 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼B

Artikolu 3

Ħtiġijiet għat-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati

1.  Operaturi li jixtiequ joħorġu fis-suq sustanzi skedati ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I għandhom jinħtieġu li jaħtru uffiċjali responsabbli għall-kummerċ f'sustanzi skedati, li jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti bl-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' dak l-uffiċjal u li jgħarrfuhom immedjatament b'kull modifika sosegwenti ta' dan it-tagħrif. L-uffiċjali għandu jiżgura li l-kummerċ f'sustanzi skedati kondott mill-operatur iseħħ f'konformita ma' dan ir-Regolament. L-uffiċjal għandu jingħata l-poter li jirrappreżenta l-operatur u li jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-twettieq tax-xogħlijiet speċifikati hawn fuq.

▼M2

2.  L-operaturi u l-utenti għandhom jiksbu l-liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti qabel ma jkunu jistgħu jippossjedu jew iqiegħdu fis-suq sustanzi skedati fil-kategorija 1 tal-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu liċenzji speċjali lil farmaċiji, bereġ ta’ mediċina veterinarja, ċerti tipi ta’ awtoritajiet pubbliċi jew forzi armati. Dawn il-liċenzji speċjali għandhom ikunu validi biss għall-użu ta’ sustanzi skedati ta’ kategorija 1 tal-Anness I fi ħdan l-ambitu tad-dmirijiet uffiċjali tal-operaturi kkonċernati.

3.  Kull operatur li jippossjedi liċenzja għandu jipprovdi sustanzi skedati ta’ kategorija 1 tal-Anness I biss lill-operaturi jew lill-utenti li jippossjedu wkoll liċenzja u jkunu ffirmaw dikjarazzjoni tal-konsumatur kif provvdut fl-Artikolu 4(1).

▼B

4.  Meta jitqies jekk tingħatax liċenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod partikolari l-kompetenza u l-integrita ta' l-applikant. Il-liċenza għandha tiġi rifjutata jekk ikun hemm bażi raġunevoli għal dubju dwar kemm huwa xieraq u ta' min joqgħod fuqu l-applikant jew l-uffiċjali responsabbli għall-kummerċ f'sustanzi skedati. Il-liċenza tista' tiġi sospiża jew revokata mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jkun hemm bażi raġunevoli li wieħed jemmen li l-pussessur m'għadux persuna kapaċi u xieraq li jżomm liċenza, jew li l-kondizzjonijiet fuq liema ngħatat il-liċenza m'għandhomx imwettqa.

▼M2

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jew jillimitaw il-validita tal-liċenzja għal perijodu li ma jaqbiżx it-tliet snin jew jistgħu jobbligaw lill-operaturi u l-utenti li juru f’intervalli li ma jaqbżux it-tliet snin li l-kondizzjonijiet li taħthom ingħatat il-liċenzja għadhom imwettqa. Il-liċenzja għandha ssemmi l-operat jew l-operati li għalihom hija valida, kif ukoll is-sustanzi skedi kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-prinċipju, jagħtu liċenzji speċjali għal tul ta’ żmien mhux limitat imma jistgħu jissospenduhom jew jirrevokawhom meta jkun hemm bażi raġonevoli li d-detentur ma jkunx għadu jitqies bħala persuna kompetenti u idonea biex jippossjedi liċenzja, jew li l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat il-liċenzja m’għadhomx qed jiġu ssodisfati.

6.  L-operaturi għandhom jiksbu reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti qabel ma jqiegħdu fis-suq sustanzi skedati tal-kategorija 2 tal-Anness I. Mill-31 ta’ Ġunju 2015 l-utenti għandhom ikunu meħtieġa jiksbu reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti qabel ma jkollhom fil-pussess tagħhom sustanzi skedati tas-sottokategorija 2 A tal-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu reġistrazzjonijiet speċjali lil farmaċiji, bereġ ta’ mediċina veterinarja, ċerti tipi ta’ awtoritajiet pubbliċi jew il-forzi armati. Dawn ir-reġistrazzjonijiet speċjali għandhom jiġu meqjusa bħala validi biss għall-użu ta’ sustanzi skedati ta’ kategorija 2 tal-Anness I fi ħdan l-ambitu tad-dmirijiet uffiċjali tal-operaturi jew utenti kkonċernati.

6a.  Kull operatur li jippossjedi reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jipprovdi sustanzi skedati ta’ sottokategorija 2 A tal-Anness I biss lill-operaturi jew utenti li jippossjedu wkoll din ir-reġistrazzjoni u jkunu ffirmaw dikjarazzjoni tal-konsumatur kif previst fl-Artikolu 4(1).

6b.  Waqt li jkunu qed iqisu jekk tingħatax reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, b’mod partikolari, l-kompetenza u l-integrita tal-applikant. Huma għandhom jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jekk ikun hemm bażi raġonevoli għal dubju dwar l-idonjetà u l-affidabbiltà tal-applikant jew tal-uffiċjali responsabbli għall-kummerċ ta’ sustanzi skedati. Huma jistgħu jissospendu jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni kull meta jkun hemm bażi raġonevoli li twassal li wieħed jemmen li d-detentur m’għadux persuna kompetenti u idonea li jżomm ir-reġistrazzjoni, jew li l-kondizzjonijiet li taħthom ingħatat ir-reġistrazzjoni m’għandhomx issodisfati.

6c.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-operaturi u lill-utenti li jħallsu miżata biex japplikaw għal liċenzja jew għal reġistrazzjoni.

Fejn tiġi imposta miżata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jaġġustaw il-livell tal-miżata skont id-daqs tal-impriża. Din il-miżata għandha tiġi imposta b’mod mhux diskriminatorju u m’għandhiex taqbeż l-ispiża tal-ipproċessar tal-applikazzjoni.

7.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jelenkaw l-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu l-liċenzja jew reġistrazzjoni fid-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-:

(a) għoti tal-liċenzja, inkluż fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu pprovduti;

(b) għoti tar-reġistrazzjoni, inkluż fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali, li għandhom jiġu pprovduti;

(c) elenkar tal-operaturi u l-utenti fid-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

Il-kategoriji ta’ data personali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jinkludu d-data dwar kategoriji speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

▼B

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-konsumatur

▼M2

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u għall-Artikoli 6 u 14, kull operatur stabbilit fl-Unjoni li jipprovdi konsumatur b’sustanza skedata ta’ kategorija 1 jew 2 tal-Anness I għandu jikseb dikjarazzjoni mill-konsumatur li turi l-użu jew l-użi speċifiċi tas-sustanzi skedati. L-operatur għandu jikseb dikjarazzjoni separata għal kull sustanza skedata. Dik id-dikjarazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell dikjarat f’punt 1 tal-Anness III. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, id-dikjarazzjoni għandha ssir fuq karta intitolata.

▼B

2.  Bħala alternattiva għad-dikjarazzjoni msemmija fuq għal transazzjoni individwali, operatur li regolarment jipprovdi lil konsumatur b'sustanza skedata ta' kategorija 2 ta' l-Anness I jista' jaċċetta dikjarazzjoni waħdanija rigward numru ta' transazzjonijiet involuti f'din is-sustanza skedata fuq perjodu li ma jaqbiżx is-sena, basta iżda li l-operatur huwa sodisfatt li l-kriterji li ġejjin ikunu ntlaħqu:

(a) il-konsumatur ikun ġie provvdut mill-operatur bs-sustanza f'għall-inqas tliet okkażżjonijiet fit-12-il xahar ta' qabel;

(b) l-operatur m'għandu l-ebda raġuni li jissoponi li s-sustanza se tintuża għal għanijiet illeċiti;

(ċ) il-kwantitajiet ordnati huma konsistenti mal-konsum tas-soltu għal dak il-konsumatur.

Din id-dikjarazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell dikjarat f'punt 2 ta' l-Anness III. Fil-każ ta' persuni legali, id-dikjarazzjoni għandha ssir fuq karti b'intestatura (headed notepaper).

▼M2

3.  Operatur li jipprovdi sustanzi skedati fil-kategorija 1 għall-Anness I għandu jittimbra u jiddata kopja tad-dikjarazzjoni, billi jiċċertifikaha bħala kopja konformi mal-oriġinal. Din il-kopja għandha takkumpanja dejjem dawk is-sustanzi li jkunu qed jiġu trasportati fl-Unjoni u għandha dejjem tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet responsabbli meta tiġi mitluba biex issir spezzjoni tal-kontenut tal-vetturi matul operazzjonijiet ta’ trasport.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-kisba u l-użu ta’ dikjarazzjonijiet tal-konsumatur.

▼B

Artikolu 5

Dokumentazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, operaturi għandhom jiżguraw li t-transazzjonijiet kollha li jwasslu għat-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I huma dokumentati kif suppost bi qbil mal-paragrafi 2 sa 5 hawn taħt. Din l-obbligazzjoni m'għandhiex tapplika għal dawn l-operaturi li jippossjedu liċenzi speċjali jew li huma suġġetti għal reġistrazzjoni speċjali skond l-Artikolu 3(2) u (6) rispettivament.

2.  Dokumenti kummerċjali bħal ma huma fatturi, manifesti ta' merkanzija, dokumenti amministrattivi, dokumenti ta' trasport u ta' trasport ieħor bil-baħar għandhom jikkontjenu tagħrif biżżejjed biex jidentifikaw pożittivament:

(a) l-isem tas-sustanza skedata kif mogħti fil-kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I;

(b) il-kwantita u l-użin tas-sustanza skedata u, fejn taħlita jew prodott naturali huma konċernati, il-kwantita u l-użin, jekk ikunu disponibbli, tat-taħlita jew il-prodott naturali kif ukoll il-kwantita u l-użin, jew il-persentaġġ skond l-użin, ta' kull sustanza jew sustanzi ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I li jinstabu fit-taħlita;

(ċ) l-isem u l-indirizz tal-provveditur, id-distributur, id-destinatarju, u, jekk ikun possibli, ta' l-operaturi l-oħra direttament involuti fit-transazzjoni, kif riferit fl-Artikolu 2(ċ) u (d).

3.  Id-dokumentazzjoni trid tikkontjeni wkoll dikjarazzjoni tal-konsumatur kif riferit fl-Artikolu 4.

4.  Operaturi għandhom iżommu dawn ir-reġistrazzjonijiet dettaljati ta' l-attivitajiet tagħhom kif inhuma meħtieġa biex jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 1.

5.  Id-dokumentazzjoni u r-reġistrazzjonijiet riferiti f'paragrafi 1 sa 4 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li fiha t-transazzjoni riferita fil-paragrafu 1 seħħet, u jridu jkunu disponibbli fil-pront għal spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

6.  Id-dokumentazzjoni tista' tinżamm ukoll fil-forma ta' riproduzzjonijiet fuq medju tad-dehra jew medja oħra ta' fatti magħrufa (data). Irid jiġi żgurat li l-fatti magħrufa (data) maħżuna:

(a) jaqblu mad-dokumentazzjoni fid-dehra u l-kontenut meta jsiru b'mod li jinqara, u

(b) huma disponibbli fil-pront f'kull żmien, u jistgħu isiru b'mod li jinqara mingħajr dewmien u jistgħu jiġu analizzati b'mezzi awtomatiċi (automated) għat-tul ta' żmien tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5.

▼M2

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għad-dokumentazzjoni ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati.

▼B

Artikolu 6

Eżenzjonijiet

L-obbligi skond l-Artikoli 3, 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati ta' kategorija 2 ta' l-Anness I fejn il-kwantitajiet involuti ma jaqbżux dawk indikati fl-Anness II fuq perjodu ta' sena.

Artikolu 7

Tikkettjar

Operaturi għandhom jiżguraw li t-tikketti jitwaħħlu ma' sustanzi skedati ta' kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I qabel ma jiġu provvduti. It-tikketti jridu juru l-ismijiet tas-sustanzi kif jingħata fl-Anness I. Operaturi jistgħu b'żieda ma' dan iwaħħlu t-tikketti tagħhom tas-soltu.

▼M2

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati.

▼M2

Artikolu 8

Notifika lill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti immedjatament b’kull ċirkostanza, bħal ma huma ordnijiet jew transazzjonijiet mhux tas-soltu li jinvolvu t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi skedati, li tissuġġerixxi li dawn is-sustanzi tista’ tinbidlilhom ir-rotta għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Għal dak il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-leġittimità ta’ ordni jew transazzjoni rilevanti.

2.  L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor dwar it-transazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet biex l-operaturi jipprovdu l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali li għandha tiġi pproċessata għal dak il-għan u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ tali data personali.

4.  L-operaturi m’għandhom jiddivulgaw l-ebda data personali miġbura skont dan ir-Regolament ħlief lill-awtoritajiet kompetenti.

▼B

Artikolu 9

Linji ta' gwida

▼M2

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal, u żżomm aġġornati, linji gwida sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, u l-industrija tal-kimika, b’mod partikolari rigward sustanzi mhux skedati.

▼B

2.  Il-linji ta' gwida għandhom jipprovdu b' mod partikolari:

(a) tagħrif dwar kif jintgħarfu u jiġu mgħarrfa transazzjonijiet suspettużi;

(b) lista aġġornata b'mod regolari ta' sustanzi mhux skedati biex tgħin lill-industrija timmonitorja fuq bażi volontarja il-kummerċ f'dawn is-sustanzi;

(ċ) tagħrif ieħor li jista' jitqies ta' użu.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-linji ta' gwida u l-lista ta' sustanzi mhux skedati jiġu mqassma regolarment f'manjiera li titqies xierqa mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil ma' l-għanijiet tal-linji ta' gwida.

Artikolu 10

Poteri u obbligi ta' awtoritajiet kompetenti

1.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' l-Artikoli 3 sa 8, kull Stat Membru għandu jadotta miżuri meħtieġa sabiex igħin lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex iwettqu d-dazji ta' kontroll u monitorjar tagħhom, u b'mod partikolari:

(a) li jiksbu tagħrif dwar kull ordni għal sustanzi skedati jew operati li jinvolvu sustanzi skedati;

▼M2

(b) li jidħlu fil-bini tan-negozju tal-operaturi u tal-utenti sabiex jiksbu provi ta’ irregolaritajiet;

(c) fejn meħtieġ, li jżommu u jissekwestraw konsenji li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

2.  Kull Stat Membru jista’ jadotta l-miżuri meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti ikunu f’pożizzjoni li jikkontrollaw u jimmonitorjaw transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati, u b’mod partikolari:

(a) li jiksbu informazzjoni dwar kull ordni għal sustanzi mhux skedati jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi mhux skedati;

(b) li jidħlu fil-bini tan-negozju sabiex jiksbu provi ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati;

(c) fejn meħtieġ, iżommu u jissekwestraw konsenji biex jiġi evitat l-użu ta’ sustanzi speċifiċi mhux skedati fil-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw informazzjoni kunfidenzjali ta’ negozju.

▼B

Artikolu 11

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorita jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bihom.

2.  Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji tad-dwana u agrikoli ( 5 ), u b'mod partikolari dawk dwar kunfidenzalita, għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-awtorita jew awtoritajiet kompetenti nominati skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

Artikolu 12

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonjiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li qed jiġu implimentati. Il-penali provvduti jistgħu jkunu effettivi, proporzjonati u dissuasive.

▼M2

Artikolu 13

Komunikazzjoni mill-Istati Membri

1.  Biex jiġu permessi kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa fl-arranġamenti għall-monitoraġġ ta’ kummerċ ta’ sustanzi skedati u sustanzi mhux skedati, l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f’forma elettronika permezz tad-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a f’waqtha, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward sustanzi wżati għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u metodi ta’ dirottament u fabbrikazzjoni illeċita, u l-kummerċ legali tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tal-komunikazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Bord ta’ Kontroll Internazzjonali tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 12(12) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Artikolu 13a

Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database Ewropea dwar prekursuri tad-droga bil-funzjonijiet li ġejjin:

(a) li tiffaċilita l-komunikazzjoni tal-informazzjoni, fejn hu possibbli b’mod aggregat u anonimu, skont l-Artikolu 13(1), l-analiżi u s-sinteżi ta’ dik l-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, u r-rappurtar lill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 13(3);

(b) li toħloq reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti, li ngħataw liċenzja jew reġistrazzjoni;

(c) li tagħmilha possibbli għall-operaturi li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar it-transazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 8(2) f’forma elettronika, kif speċifikat fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14.

Data personali għandha tiġi inkluża fid-database Ewropea biss wara l-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 3(8) u l-Artikolu 8(3).

2.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-preċiżjoni tad-data personali li jkun hemm fid-database Ewropea u biex jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu protetti skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

3.  L-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament, inkluża data personali, għandha tintuża skont il-liġi applikabbli rigward il-protezzjoni tad-data personali u m’għandhiex tinżamm għal żmien itwal milli jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jkun ipprojbit.

4.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni li tkun ċara, komprensiva u li tinftiehem rigward id-database Ewropea f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 13b

Protezzjoni tad-data

1.  L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir f’konformità mal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali li tinkiseb jew tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan tal-prevenzjoni tad-dirottament ta’ sustanzi skedati.

3.  L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni, inkluż għall-fini tad-database Ewropea, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhomx jipproċessaw data personali b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a.

Artikolu 14

Atti ta’ Implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a) regoli dwar kif isiru dikjarazzjonijiet mill-klijent imsemmija fl-Artikolu 4 f’forma elettronika, fejn xieraq;

(b) regoli dwar kif għandha tingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), inkluż fejn xieraq, f’forma elettronika għad-database Ewropea, fejn xieraq;

(c) regoli ta’ proċedura għall-għoti ta’ liċenzji u ta’ reġistrazzjonijiet u għall-elenkar ta’ operaturi u utenti fid-database Ewropea kif imsemmi fl-Artikoli 3(2), 3(6) u 3(7).

2.  Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

Artikolu 14a

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 ( 7 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 15

Adattament tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex tadatta l-Annessi I, II u III għal xejriet ġodda fid-dirottament tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu (8)(3) u fl-Artikolu 15 għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(3), fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att ddelegat diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(7), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 13 (2) jew l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jadottaw skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari bil-miżuri adottati skont l-Artikoli 10 u 12. Huma għandhom jgħarrfuha wkoll b’kull emenda sussegwenti għalihom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2019, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar il-ħtieġa possibbli għal aktar azzjoni għall-monitoraġġ u l-kontroll ta’ transazzjonijiet suspettużi b’sustanzi mhux skedati

▼B

Artikolu 17

Revokazzjonijiet

1.  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/46/KEE, 2001/8/KE u 2003/101/KE u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/96 u (KE) Nru 1533/2000 huma hawnhekk imħassra.

2.  Ir-riferenzi għad-direttivi jew ir-regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala li jkunu saru għal dan ir-Regolament.

3.  Il-validita ta' kull reġistru stabbilit, kull liċenza li tingħata u kull dikjarazzjoni tal-konsumatur maħruġa skond id-direttivi jew ir-regolamenti mħassra m'għandhiex tiġi affettwata.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta' Awissu 2005, minbarra għall-Artikoli 9, 14 u 15, li għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi permessa l-adozzjoni tal-miżuri provvduti f'dawn l-Artikoli. Dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ l-aktar kmieni fit-18 ta' Awissu 2005.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

▼M2

Lista ta’ sustanzi skedati

▼B



KATEGORIJA 1

Sustanza

Nomina tan-NM

(jekk differenti)

kodiċi NM (1)

Nru ta' CAS (2)

1-phenyl-2-propanone

Phenylacetone

2914 31 00

103-79-7

N-acetylanthranilic acid

2-acetamidobenzoic acid

2924 23 00

89-52-1

▼M2

Alpha-phenylacetoacetonitrile

 

2926 90 95

4468-48-8

▼B

Isosafrol (cis + trans)

 

2932 91 00

120-58-1

3,4-methylenedioxyphenyl- propan-2-one

1-(1,3-Benzodioxol-5- yl)propan-2-one

2932 92 00

4676-39-5

Piperonal

 

2932 93 00

120-57-0

Safrole

 

2932 94 00

94-59-7

Ephedrine

 

2939 41 00

299-42-3

Pseudoephedrine

 

2939 42 00

90-82-4

Norephedrine

 

►M2  2939 44 00  ◄

14838-15-4

Ergometrine

 

2939 61 00

60-79-7

Ergotamine

 

2939 62 00

113-15-5

Lysergic acid

 

2939 63 00

82-58-6

Il-forom stereoisomeriċi tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija mhumiex cathine (3), kull meta l-eżistenza ta' dawn il-forom hija possibbli.

L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' cathine.

▼M3

(1R,2S)-(-)-kloroefedrina

 

2939 99 00

110925-64-9

(1S,2R)-(+)-kloroefedrina

 

2939 99 00

1384199-95-4

(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

73393-61-0

(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

771434-80-1

(1)   ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.

(2)   In-Nru ta' CAS huwa “n-numru ta' reġistru tas-servizzi ta' astratti kimiċi” li huwa identifikatur numeriku uniku speċifiku għal kull sustanza u l-istruttura tagħha. In-Nru ta' CAS huwa speċifiku għal kull isomeru u għal kull melħ ta' kull isomeru. Irid jiġi mifhum li n-Nri ta' CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista hawn fuq se jkunu differenti għal dawn mogħtija.

(3)   Imsemmi wkoll (+)-norpseudoephedrine, kodiċi tan-NM 2939 43 00 , Nru ta' CAS 492-39-7

▼M2

KATEGORIJA 2



SOTTOKATEGORIJA 2A

Sustanza

Desinjazzjoni NM

(jekk hi differenti)

Kodiċi NM (1)

Nru CAS (2)

Anidride aċetiku

 

2915 24 00

108-24-7

L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli.



SOTTOKATEGORIJA 2B

Sustanza

Desinjazzjoni NM

(jekk hi differenti)

Kodiċi NM (1)

Nru CAS (2)

Phenylacetic acid

 

2916 34 00

103-82-2

Aċidu antraniliku

 

2922 43 00

118-92-3

Piperidina

 

2933 32 00

110-89-4

Permanganat tal-potassju

 

2841 61 00

7722-64-7

L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli.

(1)   ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.

(2)   In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta’ identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta’ kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.

▼B



KATEGORIJA 3

Sustanza

Nomina tan-NM

(jekk differenti)

kodiċi NM (1)

Nru ta' CAS (2)

Aċidu idrokloriku

Klorur ta' l-idroġenu

2806 10 00

7647-01-0

Aċidu sulfiriku

 

2807 00 10

7664-93-9

Tolwena

 

2902 30 00

108-88-3

Ethyl ether

Diethyl ether

2909 11 00

60-29-7

Aċeton

 

2914 11 00

67-64-1

Methylethylketone

Butanone

2914 12 00

78-93-3

L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista f'din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' aċidu idrokloriku u aċidu sulfiriku.

(1)   ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.

(2)   In-Nru ta' CAS huwa “n-numru ta' reġistru tas-servizzi ta' astratti kimiċi” li huwa identifikatur numeriku uniku speċifiku għal kull sustanza u l-istruttura tagħha. In-Nru ta' CAS huwa speċifiku għal kull isomeru u għal kull melħ ta' kull isomeru. Irid jiġi mifhum li n-Nri ta' CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'lista hawn fuq se jkunu differenti għal dawn mogħtija.




ANNESS II



Sustanza

Għatba

Anidridu aċetiku

100 l

Permanganat tal-potassju

100 kg

Anthranilic acid u l-imluħa tiegħu

1 kg

Phenylacetic acid u l-imluħa tiegħu

1 kg

Piperidine u l-imluħa tiegħu

0,5 kg




L-ANNESS III

1.   Dikjarazzjoni mudell li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet individwali (kategorija 1 jew 2)

image

►(1) M2  

2.   Dikjarazzjoni mudell li għandha x'taqsam ma' transazzjonijiet moltipli (kategorija 2)

image



( 1 ) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

( 2 ) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

( 3 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 4 ) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

( 5 ) ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 6 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 7 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1).

( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 9 ) ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.

( 10 ) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta’ identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta’ kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.