2004R0021 — MT — 01.07.2013 — 007.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 21/2004

tas-17 ta' Diċembru 2003

li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

▼B

(ĠU L 005 9.1.2004, p. 8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1560/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007

  L 340

25

22.12.2007

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2008 tat-23 ta’ Settembru 2008

  L 256

5

24.9.2008

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2009 tad-19 ta’ Awwissu 2009

  L 215

3

20.8.2009

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 506/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010

  L 149

3

15.6.2010

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 45/2012 tad-19 ta’ Jannar 2012

  L 17

1

20.1.2012

►M7

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 116, 30.4.2016, p.  39 (21/2004)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 21/2004

tas-17 ta' Diċembru 2003

li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

▼B



Artikolu 1

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità li jistgħi jkunu stabbiliti għall-eradikazzjoni tal-mard jew għall-iskopijiet ta’ kontroll, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/496/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(a) “annimali” għandu jfisser kwalunkwe annimali tal-ispeċje ovini jew kaprini;

(b) “qasam” għandu jfisser kwalunkwe stabbeliment, kwalunkwe struttura, jew fil-każ ta’ rziezet fil-miftuħ (free-range), kwalunkwe ambjent, li fih l-annimali huma miżmuma, imkabbra jew imrobbija fuq bażi permanenti jew temporanja, apparti milli fil-prattiċi jew fil-kliniċi veterinjarji;

(ċ) “detentur” għandu jfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali bir-responsabbilità għall-annimali, anki temporanzjament, apparti milli l-prattiċi jew il-kliniċi veterinarji;

(d) “awtorità kompetenti” għandha tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru li tkun responsabbli għal, jew afdata bi, it-twettieq tal-verifiki veterinarji u l-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew, fil-każ tal-monitoraġġ għall-premium, l-awtorità afdata bl-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e) “kummerċ intra-Komunitarju” jfisser il-kummerċ kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 91/68/KEE ( 13 ).

Artikolu 3

1.  Is-sistema ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali għandha tkun tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

(a) il-meżżi ta’ l-identifikazzjoni dwar l-identità ta’ kull annimal;

(b) iż-żamma ta’ reġistri aġġornati f’kull qasam;

(ċ) id-dokumenti taċ-ċaqlieq;

(d) reġistru ċentrali jew database kompjuterizzata.

2.  Il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha koperta b’dan ir-Regolament.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw aċċess għal dik l-informazzjoni għall-partijiet kollha li jkollhom interess, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li huma rikonoxxuti mill-Istat Membru, basta li l-ħtiġiet tal-protezzjoni tad-dettalji u l-kunfidenzalità kif preskritti bil-liġi nazzjonali jkun hemm komformità magħhom.

Artikolu 4

1.  L-annimali kollha fuq qasam li jkunu twieldu wara id-9 ta’ Lulju 2005 ►M7  jew għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-data rispettiva tal-adeżjoni ◄ għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-paragrafu 2 fiż-żmien il-perijodu determinat mill-Istat Membru sa mit-twelid ta’ l-annimal u fi kwalunkwe każ qabel l-annimal ma jħalli il-qasam li fih ikun twieled. Dak il-perijodu m’għandux ikunu itwal minn sitt xhur.

Bħala deroga, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu, li ma jistgħax ikun, b’dana kollu, jeċċedi disa’ xhur, għall-annimali miżmuma f’kondizzjonijiet estensivi jew fi rziezet tat-tip free-range. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummisjoni bid-derogi mogħtija. Jekk meħtieġ, regoli implementattivi jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

2.  

(a) L-annimali għandhom ikunu identifikati bl-ewwel meżż ta’ l-identifikazzjoni li tkun konformi mal-ħtiġiet tas-Sezzjoni A.1 sa A.3 ta’ l-Anness, u,

(b) bit-tieni meżż ta’ l-identifikazzjoni li jkun approvat mill-awtorità kompetneti u li jkun konformi mall-karatteristiċi tekniċi elenkati fis-Sezzjoni A.4 ta’ l-Anness.

(ċ) B’dana kollu, sad-data referuta fl-Artikolu 9(3), it-tieni meżż ta’ l-identifikazzjoni jista jkun mibdul bis-sistema stabbilita fis-Sezzjoni A.5 ta’ l-Anness, apparti milli fil-każ ta’ l-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(d) L-Istati Membri li jintroduċu s-sistema referuta fi (c) għandhom japplikaw lejn il-Kummissjoni sabiex din tkun approvata permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 13(2). Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri u għandha twettaq l-awditjar meħtieġ sabiex tevalwa s-sistema. Meta dak l-awditjar ikun ġie imwettaq, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum mill-wassla tat-talba għall-approvazzjoni, tippreżenta lejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, rapport flimkien ma abozz tal-miżuri xierqa.

3.  B’dana kollu għall-annimali ntiżi għall-qatla qabel l-età ta’ 12 il-xahar u ntiżi la għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-anqas għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-metodu ta’ l-identifikazzjoni deskritt fis-Sezzjoni A.7 ta’ l-Anness jista jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti bħala meżż alternattiv ta’ l-identifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2.

4.  Kwalunkwe annimal importat minn pajjiż terz, li jkun għadda wara il-9 ta’ Lulju 2005 ►M7  jew għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-data rispettiva tal-adeżjoni ◄ mill-verifiki stabbiliti bid-Direttiva 91/496/KEE u li jibqa fit-territorju tal-Komunità għandu jkun identifikat, bi qbil mal-paragrafu 2, fil-qasam tad-destinazzjoni ta’ fejn il-qobla huma mrobbija fi żmien perijodu, li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru, ta’ mhux aktar minn 14 il-jum minn meta jkun għadda minn dawk il-verifiki u, fi jkwlunkwe każ, qabel ma jħalli l-qasam.

L-identifikazzjoni oriġinali stabbilita mill-pajjiż terz għandha tkun irreġistrata fir-reġistru tal-qasam li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 5 flimkien mal-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni allokata lilu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

B’dana kollu, l-identifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa għal annimal intiż għall-qatla jew l-annimali li jkunu ittrasportati direttament mill-post ta’ l-ispezzjoni veterinarja fuq il-fruntiera lejn il-biċċerija li tkun tinsab fi Stat Membru ta’ fejn il-verifiki referuti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa u li l-annimali jkuni maqtula fi żmien ħamest ijiem utili minn meta jkunu għaddew minn dawk il-verifiki.

5.  Kwalunkwe annimali li joriġina minn Stat Membru ieħor għandu jżomm l-identifikazzjoni oriġinali tiegħu.

6.  L-ebda meżżi ta’ l-identifikazzjoni ma jistgħu jkunu mneħħija jew mibdula mingħajr il-permess ta’ l-awtorità kompetenti. Meta meżż ta’ l-identifikazzjoni jsir illeġġibli jew ikun mitluf, mezz ieħor bħala tibdil li juri l-istess kodiċi għandu jkun applikat malajr kemm jista jkun possibli bi qbil ma dan l-Artikolu. B’żieda mal-kodiċi, u distint minnha, il-meżż mibdul jista jkollu marka bin-numru tal-verżjoni tat-tibdil.

B’dana kollu, l-awtorità kompetenti tista, permezz tal-kontroll tagħha, tippermetti l-kambjament ta’ meżż ta’ l-identifikazzjoni li jkollu kodiċi differenti, basta li l-obbjettiv tat-traċċabbilità ma jkunx kompromess, partikolarment fil-każ ta’ l-annimali identifikati bi qbil mal-paragrafu 3.

7.  Il-meżżi ta’ l-identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-qasam, distribwiti u applikati fuq l-annimali bil-maniera determinata mill-awtorità kompetenti.

8.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tal-meżż u l-metodu ta’ l-identifikazzjoni użata fit-territorju tagħhom.

9.  Sad-data referuta fl-Artikolu 9(3), l-Istati Membri li jkunu ntroduċew identifikazzjoni elettronika fuq bażi voluntarja bi qbil mad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni A.$ u A.6 ta’ l-Anness għandhom jassiguraw li n-numru individwali ta’ l-identifikazzjoni elettronika u l-karatteristċi tal-meżżi użati ikunu msemmija fiċ-ċertifikat relevanti permezz tar-Direttiva 91/68/KEE li jakkompanja l-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarja.

Artikolu 5

1.  Kull detentur ta’ l-annimali, bl-eċċezzjoni tat-trasportatur, għandu jżomm reġistru aġġornat li jkun fih mill-anqas l-informazzjoni elenkata fis-Sezzjoni B ta’ l-Anness.

2.  L-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu li d-detenturi li jdaħħlu aktar informazzjoni fir-reġistru referut fil-paragrafu 1, b’żieda ma dik elenkata fis-Sezzjoni B ta’ l-Anness.

3.  Ir-reġistru għandu jkun fil-format approvat mill-awtorità kompetenti, miżmum manwalment jew fil-għamla kompjuterizzata, u disponibbli fi kwalunkwe waqt fil-qasam u lejn l-awqtorità kompetenti, mat-talba tagħha, għal perijodu minimu li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistgħax ikun anqas minn tlett snin.

4.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-reġistru ta’ l-informazzjoni meħtieġ bis-Sezzjoni B ta’ l-Anness għandu jkun voluntarju fi kwalunkwe Stat Membru ta’ fejn id-database kompjuterizzata ċentralizzata li diġa jkun fih din l-informazzjoni tkun voluntarja.

5.  Kull detentur għandu jforni mill-awtorità kompetenti, fuq talba, bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-oriġini, l-identifikazzjoni u, meta xieraq, id-destinazzjoni ta’ l-annimali li d-detentur ikollu fil-pussess tiegħu, li jkun żamm, li jkun ittrasporta, innegozja jew qatel matul l-aħħar tlett snin.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tar-reġistru użat fit-territorju tagħhom, u, meta applikabbli, bid-deroga mogħtija mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  Mid-9 ta’ Lulju 2005 ►M7  jew għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-data rispettiva tal-adeżjoni ◄ kull meta annimal ikun imċaqlaq fi ħdan it-territorju nazzjonali bejn żewġ oqsma separati, dan għandu jkun akkumpanjat b’dokument taċ-ċaqlieq ibbażat fuq il-mudell imħejji mill-awtoritkompetenti, li jkun fih mill-anqas l-informazzjoni minima kif elenkata fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness, u mimli mid-detentur jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx diġa għamlet dan.

2.  L-Istati Membri jista iżidu aktar informazzjoni, b’żieda ma dik li tinsab fis-Seżżjoni C ta’ l-Anness, fuq id-dokument taċ-ċaqlieq referut fil-paragrafu 1, jew jeħtieġu li tali informazzjoni tkun miżjuda.

3.  Id-detentur tal-qasam fid-destinazzjoni għandu jżomm id-dokument taċ-ċaqlieq għal perijodu minimu li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistgħax ikun anqas minn tlett snin. Fuq talba, huwa għandu jformi lill-awtorità kompetenti b’kopja tagħhom.

4.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, id-dokument taċ-ċaqlieq għandu jkun voluntarju fi kwalunkwe Stat Membru ta’ fejn id-database kompjuterizzata ċentralizzata li diġa jkun fih din l-informazzjoni ikun fiha mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa bis-Sezzjoni C ta’ l-Anness, apparti milli l-firma tad-detentur, diġa tkun operazzjonali.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tad-dokument taċ-ċaqlieq użat fit-territorju tagħhom, u, meta applikabbli, d-deroga referuta fil-paragrafu 4.

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti jkollha reġistru ċentrali ta’ l-oqsma kollha relatati mad-detenturi ta’ l-annimali fit-territorju apparti milli t-trasportaturi.

2.  Ir-reġistru għandu jinkludi l-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam jew, jekk awtorizzat mill-awtorità kompetenti, dik tad-detentur, apparti milli mit-trasportatur, l-okkupazzjoni tad-detentur, it-tip tal-produzzjoni (laħam jew ħalib) u l-ispeċje miżmuma. Jekk id-detentur iżomm l-annimali b’bażi permanenti, huwa għandu jġħamel inventarju ta’ l-annimali miżmuma, matul intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u fi kwalunkwe każ mill-anqas ta’ kull sena.

3.  Il-qasam għandu jibqa fuq ir-reġistru ċentrali sakemm tlett snin konsekuttivi jkun skadew mingħajr l-ebda annimali fil-qasam. B’effett mid-9 ta’ Lulju 2005, ►M7  jew għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-data rispettiva tal-adeżjoni ◄ ir-reġistru għandu jkun inkluż fid-data tad-database kompjuterizzata referuta fl-Artikoli 8(1).

Artikolu 8

1.  Sa mid-9 ta’ Lulju 2005 ►M7  jew għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-data rispettiva tal-adeżjoni ◄  l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi database kompjuterizzata bi qbil mas-Sezzjoni D.1 ta’ l-Anness.

2.  Kull detentur ta’ l-annimali, bl-eċċezzjoni tat-trasportatur, għandu, fi zmien perijodu ta’ 30 jum f’dak li jirrigwardja l-informazzjoni relatata mad-detentur jew mal-qasam u fi żmien perijodu ta’ sebat ijiem f’dak li jirrigwardja l-informazzjoni relatata maċ-ċaqlieq ta’ l-anniamli, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi:

(a) l-informazzjoni għad-dħul fir-reġistru ċentrali u l-eżitu ta’ l-inventarju, imsemmija fl-Artikolu 7(2), u l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun stabbilita id-database referuta fil-paragrafu 1;

(b) fl-Istati Membri li japplikaw id-deroga referuta fl-Artikolu 6(4), kull darba li annimal ikun imċaqlaq, id-dettalji tal-moviment, kif elenkat fid-dokument taċ-ċaqlieq referut fl-Artikolu 6.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista, jekk hekk tixtieq, tistabbilixxi database kompjuterizzata li jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni elenkata fis-Sezzjoni D.2 ta’ l-Anness.

4.  L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu fid-database kompjuterizzata referuta fil-paragrafi 1 u 3 aktar informazzjoni, b’żieda ma dik elenkata fis-Sezzjonijiet D.1 u D.2 ta’ l-Anness.

5.  Sa mill-1 ta’ Jannar 2008, ►M7  jew għall-Kroazja id-data tal-adeżjoni, ◄ id-databases referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu obbligatorji.

Artikolu 9

1.  Il-linji ta’ gwida u l-proċeduri għall-implementazzjoni ta’ l-identifikazzjoni elettronika għandhom ikunu adotti b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

2.  Id-deċiżjonijiet referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adotti sabiex tittejjeb l-implementazzjoni ġenerali ta’ l-identifikazzjoni elettronika.

▼M2

3.  Mill-31 ta’ Diċembru 2009, ►M7  jew għall-Kroazja id-data tal-adeżjoni, ◄ l-identifikazzjoni elettronika skond il-linji ta’ gwida msemmijin fil-paragrafu 1, u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima A ta’ l-Anness, għandha tkun obbligatorja għall-annimali kollha.

▼B

B’dana kollu, l-Istati Membri li fihom in-numru totali ta’ annimali ovini u kaprini ikun ta’ 600 000 jew anqas, jistgħu jagħmlu li tali identifikazzjoni elettronika tkun voluntarja għall-annimali li ma jkunux involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

L-Istati Membri li fihom in-numru totali ta’ annimali kaprini u ikun ta’ 160 000 jew anqas, jistgħu wkoll jagħmlu li tali identifikazzjoni elettronika tkun voluntarja għall-annimali kaprini li ma jkunux involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

▼M2

4.  Qabel il-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-użu obbligatorju ta’ identifikazzjoni elettronika għall-annimali li jitwieldu fit-territorju tagħhom.

▼B

Artikolu 10

1.  Emendi għall-Annesi u l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunui adottati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

Dawn il-miżuri għandhom jikkonċernaw, partikolarment:

(a) il-livell minimu tal-verifiki li għandhom ikunu mwettqa;

(b) l-applikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi;

(ċ) id-dispożizzjonijiet transizzjonali meħtieġa għal-perijodu tal-bidu tas-sistema.

2.  B’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2), din l-informazzjoni li ġejja tista tkun aġġornata:

(a) il-limiti taż-żmien għall-provvediment ta’ l-informazzjoni referuta fl-Artikolu 8(2);

(b) l-għatbiet demografiċi għall-qobla referuti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 9(3).

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-xulxin u lill-Kummissjoni bl-identità ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli sabiex jassiguraw il-konformità ma dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali tkun irċievit l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness, u li l-korsijiet xierqa tat-taħriġ ikunu disponibbli.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-verifiki li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu mingħajr preġudizju għal xi verifiki li l-Kummissjoni tista twettaq bis-saħħa ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn ikunu mplementati. Il-penali li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu effettivi, propozjonati u disswassivi.

3.  Esperti mill-Kummissjoni, b’konnessjoni ma l-awtoritajiet kompetenti:

(a) għandhom jivverifikaw li l-Istati Membri jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament;

(b) jekk meħtieġ, għandhom iwettqu verifiki fuq il-post sabiex jassiguraw li l-verifiki li hemm provvediment dwarhom permezz tal-paragrafu 1 ikunu mwettqa b’konformità ma dan ir-Regolament.

4.  Stat Membru li fit-territorju tiegħu verifika fuq il-post tkun imwettqa għandu jipprovdi lill-esperti tal-Kummissjoni bl-għajnuna li huma jistgħu li jkunu jeħtieġu sabiex iwettqu id-doveri tagħhom.

L-eżitu tal-verifiki għandu jkun diskuss ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat qabel ma r-rapport finali ikun imħejji u iċċirkolat.

5.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-eżitu tal-verifiki hekk jiġġustifika, hija għandha tirrevedi s-sitwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, referut fl-Artikolu 13(1). Hija tista tadotta id-deċiżjonijiet meħtieġa b’mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel superviżjoni ta’ l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2) hija tista temenda jew tħassar id-deċiżjonijiet referuti fil-paragrafu 5.

7.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adotti, meta meħtieġ, b’mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 13

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

2.  Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perijodu referut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Ir-Regolament (KEE) Nru 1782/2003 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 18(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“2.  Fil-każ li l-Artikoli 67, 68, 69, 70 u 71 ikunu applikati, sistema integrata għandha tinkorpora s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali stabbilita bi qbil, minn naħa l-waħda, mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini ( 15 ) fir-rigward tal-ittikkettjar taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga u, minn naħa l-oħra, mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini (15) 

2. fl-Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“Dawn is-sistemi, u notevolment is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali li hija stabbiliti b’konformità mad-Direttiva 92/102/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1782/2003, għandha tkun kompatibbli, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, mas-sistema integrata.”

3. L-Artikolu 115(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“2.  La darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1782/2003 isir applikabbli, sabiex jikkwalifika għal premium, l-annimal għandu jkun identifikat u rreġsitrat bi qbil ma dawn ir-regoli.”

4. il-punt 8a li ġej għandu jkun miżjud mas-Sezzjoni A ta’ l-Anness III:



“8a.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

L-Artikoli 3, 4 u 5”

Artikolu 15

Id-Direttiva 92/102/KE għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(a) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“(a) annimal għandu jfisser kwalunkwe annimal tal-ispeċje referuta fid-Direttiva 64/432/KEE (17) apparti milli annimali bovini.”

2. L-Artikolu 3(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE li jeskludu mil-lista fil-paragrafu 1(a) persuni naturali li jżommu majjal wieħed li huwa ntiż għall-użu jew għall-konsum tagħhom, sabiex jittieħed qies taċ-ċirkostanzi partikolari, basta li dan l-annimal ikun suġġett għall-kontrolli stabbiliti f’din id-Direttiva qabel xi ċaqlieq.”

3. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1(a) għandu jkun emendat kif ġej:

 fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “bovini jew” għandhom ikunu mħassra,

 fit-tieni subparagrafu, il-kliem “tat-twelid, l-imwiet u ċ-ċaqlieq kollu” għandu jkun mibdul bi “tal-movimenti”,

 ir-raba’ subparagrafu għandu jkun imħassar;

(b) il-paragrafu 1(b) għandu jkun imħassar;

(ċ) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3(b) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“kwalunkwe detentur ta’ l-annimali li sejrin ikunu imċaqilqa lejn u minn suq jew ċentru tal-ġbir għandu jipprovdi d-dokumenti, li jkun fihom dettalji dwar l-annimali f’dak il-każ, lejn l-operatur, fis-suq jew fiċ-ċentru tal-ġbir, li huwa d-detentur ta’ l-annimali fuq bażi temporanja.”

4. L-Artikolu 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jkun imħassar;

(b) il-paragrafu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

 fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “apparti milli l-annimali bovini” għandhom ikunu mħassra,

 it-tieni subparagrafu għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

  “L-Istati Membri jistgħu, sakemm isseħħ id-deċiżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva u minn xi deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 90/425/KEE, japplikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għaċ-ċaqlieq kollu ta’ l-annimali fit-territorji tagħhom. Sistemi tali għandhom jiffaċilitaw li l-qasam ta’ minn fejn ikunu ġejjin u l-qasam li fih ikunu twieldu sabiex ikun identifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bis-sistema li huma jkollhom l-intenzjoni li jintroduċu għal dan l-iskop, sa mill-1 ta’ Lulju 1993, għall-majjali. Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE, Stat Membru jista jkun mitlub li jagħmel emendi għas-sistema tiegħu meta din ma tkunx twettaq il-ħtieġa msemmija qabel.”

 ir-raba’ subparagrafu għandu jkun imħassar;

(ċ) il-paragrafu 4 għandu jkun imħassar;

5. l-ewwel u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1) għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 16

►C1  L-Artikolu 3(2)(c) tad-Direttiva 64/432/KEE huwa mibdul bit-test li ġej:

“(c) ikun identifikat ◄ bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/102/KEE, fil-każ tal-majjali u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fil-każ ta’ l-annimali bovini.”

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 14, 15 u 16 għandhom ikunu japplikaw b’effett mid-9 ta’ Lulju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS

A.   MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI

1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova mezzi ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(1), li għandhom jitfasslu b’tali mod li:

(a) jiżguraw mill-inqas marka waħda li tidher u waħda li tinqara elettronikament;

(b) jibqgħu mwaħħla mal-annimal mingħajr ma jkunu ta’ ħsara; kif ukoll

(ċ) ikunu jistgħu jitneħħew faċilment mill-katina alimentari.

2. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom juru kodiċi li jipprovdi t-tagħrif li ġej fl-ordni li qed tintwera:

(a) jew il-kodiċi alfa b’żewġ ittri jew il-kodiċi numeriku bi tliet numri ( 16 ), imsejjes fuq l-ISO 3166, għall-Istati Membri li fihom jinsab l-istabbiliment fejn l-annimal ġie identifikat għall-ewwel darba (“il-kodiċi tal-pajjiż”);

(b) kodiċi individwali tal-annimal li ma jkunx fih aktar minn 12-il ċifra

Flimkien mal-kodiċi msemmija fil-punti (a) u (b), u sakemm dawn il-kodiċi jkunu jistgħu jinqraw, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza bar code kif ukoll iż-żieda ta’ tagħrif supplementari mid-detentur.

3. L-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) għandu jaqbel mal-kriterji stipulati jew f’punt (a) jew (b).

(a) identifikatur elettroniku f’forma ta’ bolus ruminali jew lametta tal-widna elettronika, skond il-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-punt 6; jew

(b) lametta tal-widna magħmula minn materjal li ma jitmermirx, mhux falsifikabbli u li jinqara faċilment matul il-ħajja tal-annimal; għandu jkun ta’ materjal li ma jistax jerġa’ jintuża u l-kodiċi msemmija f’punt 2 għandu jkun tali li ma jkunx jista’ jitneħħa.

4. It-tieni mezz ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(b), għandu jaqbel mal-kriterji li ġejjin:

(a) għall-annimali identifikati skond il-punt 3(a):

(i) lametta tal-widnejn konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(b); jew

(ii) marka fuq il-pastern konformi mal-kriterji għal-lametti tal-widnejn stipulati fil-punt 3(b); jew

(iii) tattwaġġ, għajr għall-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju,

(b) għall-annimali identifikati skond il-punt 3(b):

(i) identifikatur elettroniku konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(a); jew

(ii) għall-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju, identifikatur elettroniku f’forma ta’ marka elettronika fuq il-pastern jew it-transponder li jiġi injettat skond il-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-punt 6; jew

(iii) fejn l-identifikazzjoni elettronika mhijiex obbligatorja, skond l-Artikolu 9(3):

 lametta tal-widnejn, konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(b);

 marka fuq il-pastur, konformi mal-kriterji għal-lametti tal-widnejn stipulati fil-punt 3(b); jew

 tattwaġġ.

5. Is-sistema msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) teħtieġ l-identifikazzjoni tal-annimali kemm skond l-istabbiliment kif ukoll individwalment, tipprovdi għall-proċedura ta’ sostituzzjoni meta l-mezz tal-identifikazzjoni tkun saret illeġibbli jew tkun intilfet, taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u mingħajr ma tikkomprometti t-traċċabbiltà bejn l-istabbilimenti, bl-għan li jiġi kkontrollat il-mard epiżootiku, u tippermetti li l-moviment tal-annimali jkun intraċċat fit-territorju nazzjonali, bl-istess għan.

6. L-identifikatur elettroniku għandu jkun konformi ma’ dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

(a) għandhom ikunu transponders passivi li jinqraw biss bl-applikazzjoni tat-teknoloġija HDX- jew FDX-B, li jkunu konformi mal-istandards ISO 11784 u 11785;

(b) għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn apparati tal-qari, ikunu konformi mal-istandard ISO 11785, u kapaċi jaqraw it-traspondaturi HDX u FDX-B;

(ċ) id-distanza tal-qari għandha tkun ta’:

(i) mill-inqas 12-il ċm għal-lametti tal-widnejn u l-marki fuq il-pastern meta jinqraw b’apparati tal-qari li jinġarru;

(ii) mill-inqas 20 ċm għall-bolussi ruminali u t-trasponders injettabbli meta jinqraw b’apparati tal-qari li jinġarru;

(iii) mill-inqas 50 ċm għat-tipi kollha ta’ identifikaturi meta jinqraw b’apparat stazzjonarju tal-qari.

7. Il-metodu ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun kif ġej:

(a) l-annimali għandhom ikunu identifikati b’lametta tal-widna approvata mill-awtorità kompetenti, applikata fuq widna waħda;

(b) il-lametta tal-widna għandha tkun ta’ materjal li ma jitmermirx, li ma tistax titbagħbas u li tinqara faċilment; ma għandhiex tkun tista’ tintuża mill-ġdid u għandu jkollha biss kodiċi li ma jistgħux jitneħħew;

(ċ) il-lametta għandu jkun fiha mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(i) il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (16) ; kif ukoll

(ii) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-twelid jew kodiċi individwali tal-annimali li minnha jista’ jiġi ddeterminat l-istabbiliment tat-twelid.

L-Istati Membri li jużaw dan il-metodu alternattiv għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1).

Annimali identifikati b’konformità ma’ dan il-punt li huma intiżi li jinżammu lilhinn minn 12-il xahar jew li huma intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, għandhom ikunu identifikati b’konformità mal-punti 1 sa 4 sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità ta’ kull annimal għall-istabbiliment ta’ twelid.

▼M5

8. Permezz ta’ deroga, għall-obbligu ta’ identifikazzjoni stipulat fl-Artikolu 4(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A ma għandhomx japplikaw għal annimali ovini u kaprini miżmuma fiz-zoos u li jiċċaqilqu minn zoo għall-ieħor, li jkunu approvati skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 17 ), sakemm l-annimali jkunu individwalment identifikati u traċċabbli.

▼M3

B.   IR-REĠISTRU TAL-ISTABBILIMENT

1. Mid-9 ta’ Lulju 2005, ►M7  jew għall-Kroazja id-data tal-adeżjoni, ◄ ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment,

(b) l-indirizz tal-istabbiliment u l-koordinati ġeografiċi jew l-indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-istabbiliment;

(ċ) it-tip ta’ produzzjoni;

(d) ir-riżultati tal-aħħar inventarju msemmi fl-Artikolu 7 u d-data li fiha dan twettaq;

(e) l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(f) fil-każ ta’ annimali li jħallu l-istabbiliment:

(i) l-isem tat-trasportatur;

(ii) in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-parti tal-mezzi tat-trasport li qed iġġorr l-annimali;

(iii) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew, fil-każ tal-annimali li ttieħdu l-biċċerija, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem tal-biċċerija u d-data tat-tluq;

jew kopja dupplikata jew kopja ċċertifikata tad-dokument ta’ moviment imsemmi fl-Artikolu 6;

(g) fil-każ tal-annimali li jaslu fl-istabbiliment, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment li minnu l-annimali ġie trasferit u d-data tal-wasla;

(h) tagħrif dwar kwalunkwe sostituzzjoni tal-mezz ta’ identifikazzjoni.

2. Mill-31 ta’ Diċembru 2009, ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-inqas dan it-tagħrif aġġornat li ġej għal kull annimal li twieled wara din id-data:

(a) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal;

(b) fl-istabbiliment tat-twelid, is-sena tat-twelid u d-data ta’ identifikazzjoni;

(ċ) ix-xahar u s-sena tal-mewt tal-annimal f’dak l-istabbiliment;

(d) ir-razza u l-ġenotip, jekk magħrufin.

Madankollu, għall-annimali identifikati skond il-punt 7 tat-Taqsima A, it-tagħrif imsemmi minn (a) sa (d) ta’ dan il-punt għandu jingħata għal kull lott ta’ annimali li jkollhom l-istess identifikazzjoni u għandu jinkludi l-għadd tal-annimali.

3. Ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkollu l-isem u l-firma tar-rappreżentant jew tal-uffiċjal approvat tal-awtorità kompetenti li jkun ivverifika r-reġistru u d-data li fiha kienet twettqet il-verifika.

C.   ID-DOKUMENTI TA’ MOVIMENT

1. Id-dokument ta’ moviment għandu jimtela mid-detentur fuq il-bażi ta’ mudell imħejji mill-awtorità kompetenti. Għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment;

(b) l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(ċ) l-għadd totali ta’ annimali spostati;

(d) il-kodiċi tal-identifikazzjoni jew l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tad-detentur segwenti tal-annimali, jew, meta l-annimali jittieħdu l-biċċerija, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem u l-lokalità tal-biċċerija, jew, fil-każ ta’ transumanza, il-post ta’ destinazzjoni;

(e) id-data li tikkonċerna l-mezz tat-trasport u tat-trasportatur, inkluż in-numru tal-permess tat-trasportatur;

(f) id-data tat-tluq;

(g) il-firma tad-detentur.

▼M4

2. Mill-1 ta’ Jannar 2011, ►M7  jew għall-Kroazja id-data tal-adeżjoni, ◄ is-sid tal-istabbiliment tat-tluq għandu jirreġistra fid-dokument ta’ ċaqlieq il-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali ta’ kull annimal identifikat skont il-punti 1 sa 6 tat-Taqsima A qabel ma jsir iċ-ċaqlieq.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza għal ċaqlieq li ma jinvolvix kummerċ intra-Komunitarju r-reġistrazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali ta’ kull annimal fid-destinazzjoni f’isem is-sid tal-istabbiliment tat-tluq, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-annimali ma jinġarrux fl-istess mezz ta’ trasport ta’ annimali minn stabbilimenti oħra, sakemm il-gruppi ta’ annimali ma jkunux fiżikament separati minn xulxin;

(b) l-istabbiliment ta’ destinazzjoni jkun approvata mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ reġistrazzjoni tal-kodiċijiet individwali tal-annimali f’isem is-sid tal-istabbiliment tat-tluq;

(c) jkun hemm proċeduri biex jiġi żgurat li fi żmien 48 siegħa mill-ħin tat-tluq:

(i) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali ta’ kull annimal jiġi reġistrat b’konformità mal-punt 2(a) tat-Taqsima B fir-reġistru tal-istabbiliment tat-tluq,

(ii) it-tagħrif marbut maċ-ċaqlieq jingħata lill-awtorità kompetenti biex tiġi aġġornata l-bażi ta’ dejta kompjuterizzata b’konformità mal-punt 2 tat-Taqsima D.

▼M3

3. Madankollu, it-tagħrif imsemmi fil-punt 2 ma għandux ikun obbligatorju għall-annimali li jkunu twieldu sal-31 ta’ Diċembru 2009:

(a) hekk kif jittieħdu l-biċċerija, direttament jew permezz ta’ proċedura ta’ gwida li teskludi movimenti sussegwenti lejn kwalunkwe stabbiliment ieħor;

▼M6

(b) sal-31 ta’ Diċembru 2014 għal kull ċaqliq ieħor.

▼M3

D.   ID-DATABASE KOMPJUTERIZZATA

1. Id-database kompjuterizzata għandu jkun fiha mill-anqas it-tagħrif li ġej dwar kull qasam:

(a) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment;

(b) l-indirizz tal-istabbiliment u l-koordinati ġeografiċi jew l-indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-istabbiliment;

(ċ) l-isem u l-indirizz u t-tip ta’ xogħol tad-dententur,

(d) l-ispeċi tal-annimali;

(e) it-tip ta’ produzzjoni;

▼M4

(f) ir-riżultat tal-inventarju tal-annimali stipulat fl-Artikolu 7(2), u d-data meta twettaq dan l-inventarju, għajr fl-Istati Membri fejn il-bażi ta’ dejta kompjuterizzata ċċentralizzata jkollha l-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali ta’ kull annimal miżmum fi stabbiliment.

▼M3

(g) taqsima tad-data riservata għall-awtorità kompetenti li fiha hija tkun tista’ tniżżel tagħrif dwar is-saħħa tal-annimali, pereżempju restrizzjonijiet ta’ moviment, l-istatus u xi tagħrif rilevanti ieħor fil-kuntest tal-programmi Komunitarji jew nazzjonali.

2. Bi qbil mal-Artikolu 8, għandu jkun kemm dħul fid-database għal kull moviment separat tal-annimali.

Id-dħul għandu jinkludi mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a) l-għadd tal-annimali spostati;

(b) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-tluq;

(ċ) id-data tat-tluq;

(d) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tal-wasla;

(e) id-data tal-wasla.



( 1 ) L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Novembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU C 208, tat-3.9.2003, p. 32.

( 3 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

( 4 ) ĠU L 268, 24.09.91, p. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 16, tat-22.1.1996, p. 3).

( 5 ) ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adezzjoni 1994.

( 6 ) ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

( 7 ) ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2002 (ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13).

( 8 ) ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1.

( 9 ) ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.

( 10 ) ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 23.

( 11 ) ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1.

( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 13 ) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

( 14 ) ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1.

( 15 ) ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.”

(

16



l-Awstrija

AT

040

il-Belġju

BE

056

il-Bulgarija

BG

100

▼M7

Il-Kroazja

HR

191

▼M3

Ċipru

CY

196

ir-Repubblika Ċeka

CZ

203

id-Danimarka

DK

208

l-Estonja

EE

233

il-Finlandja

FI

246

Franza

FR

250

il-Ġermanja

DE

276

il-Greċja

EL

300

l-Ungerija

HU

348

l-Irlanda

IE

372

l-Italja

IT

380

il-Latvja

LV

428

il-Litwanja

LT

440

il-Lussemburgu

LU

442

Malta

MT

470

l-Olanda

NL

528

il-Polonja

PL

616

il-Portugall

PT

620

ir-Rumanija

RO

642

is-Slovakkja

SK

703

is-Slovenja

SI

705

Spanja

ES

724

l-Iżvezja

SE

752

ir-Renju Unit

UK

826

( 17 ) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.