2004L0022 — MT — 01.12.2009 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2004/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2004

dwar l-istrumenti tal-kejl

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 135, 30.4.2004, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/137/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-10 ta’ Novembru 2009

  L 294

7

11.11.2009




▼B

ID-DIRETTIVA 2004/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2004

dwar l-istrumenti tal-kejl

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Numru ta' strumenti tal-kejl huma koperti b'Direttivi speċifiċi, adottati fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE ta-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet komuni kemm sabiex ikelju l-istrumenti u kemm għall-metodi tal-kontroll metroloġiku ( 4 ). Id-Direttivi speċifiċi li għadda żmienhom teknikment għandhom jiġu mħassra u mibdula b'Direttiva indipendenti li tirrifletti l-ispirtu tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar avviċinament ġdid għall-armonizazzjoni teknika u l-istandards tekniċi ( 5 ).

(2)

L-istrumenti korretti u traċċjabbli tal-kejl jistgħu jintużaw għal varjetà ta' kompiti tal-kejl. Jistgħu jeħtieġu l-użu ta' strumenti tal-kejl ikkontrollat b'mod legali dawk li jirrispondu għall-interes pubbliku, is-saħħa pubblika, is-salvagward u l-ordni, il-protezzjoni ta' l-ambjent u tal-konsumatur, il-liġijiet tal-ġbir tat-taxxi u tad-dazji u tal-kummerċ ġust, li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini direttament u indirettament f'ħafna modi.

(3)

Il-kontroll metroloġiku legali ma għandux iwassal għal xkilijiet għall-moviment ħieles ta' l-istrumenti tal-kejl. Id-disposizzjonijiet interessati għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha u l-prova tal-konformità għandha tiġi aċċettata fil-Komunità kollha.

(4)

Il-kontroll metroloġiku legali jeħtieġ il-konformità nal-ħtiġiet speċifikati tat-twettiq tax-xogħol. Il-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol li l-istrumenti tal-kejl jridu jissodisfaw għandhom jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni. L-istima tal-konformità għandha tipprovdi livell għoli ta' fiduċja.

(5)

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kontroll metroloġiku legali. Meta jiġi stabbilit il-kontroll metroloġiku legali, għandhom jintużaw biss l-istrumenti tal-kejl li jħarsu l-ħtiġet komuni tat-twettiq tax-xogħol.

(6)

Il-prinċipju tal-għażla mdaħħal b'din id-Direttiva, li bih l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk jirregolawx jew le wieħed mill-istrumenti koperti b'din id-Direttiva, għandu jkun jista' japplika biss safejn u sakemm dan ma jikkawżax kompetizzjoni inġusta.

(7)

Ir-responsabbiltajiet tal-fabbrikant sabiex iħares il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva għandhom ikuu ddikjarati b'mod speċifiku.

(8)

It-twettiq tax-xogħol ta' l-istrumenti tal-kejl huwa sensittiv partikolarment għall-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent elettro-menjetiku. L-immunità ta' l-istrumenti tal-kejl mill-interferenza elettro-manjetika tagħmel parti integrali minn din id-Direttiva, u l-ħtiġiet ta' l-immunità tad-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibbilità elettro-manjentika ( 6 ) għalhekk ma għandhomx japplikaw.

(9)

Il-leġislazzjoni Komunitarja għandha tispeċifika l-ħtiġiet essenzali li ma jimpedux il-progres tekniku, preferibbilment il-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol. Id-diposizzjonijiet għalbiex jitneħħew ix-xkilijiet tekniċi għandhom isegwu r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar avviċinament ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u l-istandards tekniċi.

(10)

Sabiex iqisu d-differenzi fil-kondizzjonijiet klimatiċi jew tal-livelli differenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jistgħu japplikaw fil-livell nazzjonali, il-ħtiġet essenzali jistgħu jwasslu għall-ħolqien li jiġu stabbiliti klassijiet ambjentali jew ta' l-eżattezza.

(11)

Sabiex iħaffu l-kompitu tal-prova tal-konformità mal-ħtiġiet essenzali u sabiex jgħinu li tiġi stmata l-konformità, huwa mixtieq li jkun hemm standards armonizzati. Dawn l-istandards armonizzati jitfasslu minn korpi tal-liġijiet privati u għandhom iżommu l-istatus tagħhom ta' testi mhux mandatorji. Għal dan il-fini, il-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENLEC) u l-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) huma magħrufa bħala l-korpi kompetenti sabiex jiġu adottati l-istandards armonizzati skond il-linji gwida ġenerali dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-korpi Ewropej ta' l-Istandardizzazzjoni ffirmati fit-13 ta' Novembru 1984.

(12)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tat-twettiq tax-xogħol tad-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment jistgħu jikkonformaw ukoll, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, mal-ħtiġiet essenzali stabbiliti b'din id-Direttiva. F'dawn il-każijiet, l-użu ta' dawn id-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment jistgħu jkunu alternattiva għall standards armonizzati u, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, jistgħu jwasslu li joħolqu l-preżunzjoni ta' konformità.

(13)

Il-konformità mal-ħtiġiet essenzali stabbiliti b'din id-Direttiva jistgħu jiġu pprovvduti wkoll mill-ispeċifikazzjonijiet li ma jkunux forniti minn standard tekniku Ewropew jew dokument normattiv miftiehem internazzjonalment. L-użu ta' l-istandards tekniċi Ewropej jew ta' dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment għandhom għalhekk ikunu fuq għażla.

(14)

L-istima tal-konformità tas-sub-tagħqid għandha tirrispetta d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Jekk is-sub-tagħqidiet jiġu kkummerċjati b'mod separat u indipendenti minn strument, l-eżerċizzju tal-konformità għandu jiġi midħul għalih b'mod indipendenti mill-istrument interessat.

(15)

L-iktar stat avvanzat fit-teknoloġija tal-kejl huwa bla ħsara għal evoluzzjoni kostanti li tista' twassal għal bidliet fil-ħtiġiet ta' l-istimi tal-konformità. Għalhekk, għal kull kategorija ta' kejl u, meta approprjat, għas-sub-tagħqid, irid ikun hemm proċedura approprjata jew għażla bejn il-proċeduri differenti ta' strettezza ekwivalenti. Il-proċeduri adottati huma kif meħtieġa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 li tirigwarda l-moduli għall-fażijiet differenti tal-proċeduri ta' l-istima tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użi tal-marki “CE”, li huma maħsuba li jridu jintużaw fid-Direttivi ta' l-armonizzazzjoni teknika ( 7 ). Madankollu, jista' jkollhom jsiru derogi għal dawn il-moduli sabiex jirriflettu aspetti speċifiċi tal-kontroll metroloġiku. Għandha ssir disposizzjoni sabiex il-marki “CE” jiġu mwaħħla matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni.

(16)

L-iżvilupp issoktat fit-teknoloġija tal-kejl kif ukoll tħassib espress minn dawk li għadhom sehem dwar iċ-ċertifikazzjoni, jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu żgurati l-proċeduri ta' l-istima konsistenti tal-konformità għall-prodotti industrijali, kif mitluba mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill adottata fl-10 ta' Novembru 2003 ( 8 ).

(17)

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta' l-istrumenti tal-kejl li jġorru l-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(18)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni approprjata sabiex jipprevjienu l-istrumenti li ma jikkonformawx milli jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħal fl-użu. Hija għalhekk meħtieġa l-koperazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-effett ta' dan il-għan mal-Komunità kollha.

(19)

Il-fabbrikanti għandhom jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet li fuqhom kienu ttieħdu d-deċiżjonijiet negattivi rigward il-prodotti tagħhom, u tar-rimedji legali disponibbli għalihom.

(20)

Il-fabbrikanti għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jeżerċitaw id-drittijiet miksuba qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, matul perjodu transitorju raġjonevoli taż-żmien.

(21)

L-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-ħtiġiet approprjati nazzjonali fl-użu ma għandhomx jinterferu mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar “it-tidħil fl-użu”,

(22)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 9 ).

(23)

L-attività tal-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl għandu jinkudi konsultazzjonijiet xierqa mar-rappreżentanti tal-partijiet interessati.

(24)

Id-Direttivi 71/318/KEE, 71/319/KEE, 71/348/KEE, 73/362/KEE, 75/33/KEE, sa fejn jirrigwardaw l-arloġġi ddefiniti fl-Anness MI-001 ta' din id-Direttiva, 75/410/KEE, 76/891/KEE, 77/95/KEE, 77/313/KEE, 78/1031/KEE u 79/830/KEE għandhom għalhekk jiġu mħassra,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

L-iskop

Din id-Direttiva tapplika għall-mezzi u s-sistemi b'funzjoni tal-kejl iddefiniti fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti li jirrigwardaw l-arloġġi ta' l-ilma (MI = 001), l-arloġġi tal-gass u l-mezzi li jaqilbu l-volum (MI-002), l-arloġġi attivi ta' l-enerġija elettrika (MI-003), l-arloġġi tas-sħana (MI-004), is-sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta' kwantitajiet ta' likwidi oħra għajr l-ilma (MI-005), l-istrumenti awtomatiċi tal-kejl (MI-006), it-tassimetri (MI-007), il-miżuri materjali (MI-008), il-miżuri tal-kejl tad-dimensjonijiet (MI-009) u l-analizzaturi tal-gassijiet tat-tubi ta' l-emissjoni (MI-010).

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-użu ta' l-istrumenti tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 1 sabiex ikejlu l-kompiti għal raġunijiet ta' l-interess pubbliku, is-saħħa pubblika, l-ordni pubblika, il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ordnijiet tal-ġbir tat-taxxi u d-dazji u l-kummerċ ġust, li jikkunsidrawh iġġustifikat.

2.  Meta l-Istati Membri ma jistabbilixxux dan l-użu, għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għalihom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

Il-Għan

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet li jridu jissodisfaw il-mezzi u s-sistemi riferiti fl-Artikolu 1 bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu għal dawk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 2(1).

Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika rigward il-ħtiġiet ta' l-immunità elettro-manjetika fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/336/KEE. Id-Direttiva 89/336/KEE tissokta tapplika rigward il-ħtiġiet ta' l-emissjonijiet.

Artikolu 4

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) “strument tal-kejl” ifisser kull mezz jew sistema bil-funzjoni tal-kejl li huma koperti bl-Artikoli 1 u 3;

(b) “sub-tagħqida” tfisser mezz ta' materjal iebes, imsemmi ta' hekk fl-annessi speċifiċi, li jiffunzjona b'mod indipendenti u jagħmel strument tal-kejl flimkien:

 ma' sub-tagħqidiet oħra li magħhom huwa kompatibbli, jew

 ma' strument tal-kejl li magħhom huwa kompatibbli;

(ċ) “kontroll metroloġiku legali” ifisser il-kontroll għall-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp ta' l-applikazzjoni ta' strument tal-kejl, għal raġunijiet ta' interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-igurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-liġijiet għall-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(d) “fabbrikant” ifisser persuna naturali jew legali responsbbli mill-konformità ta' strument tal-kejl ma' din id-Direttiva bil-ħsieb jew li jqiegħdu fis-suq taħt u f'ismu u/jew idaħħlu fl-użu għall-għanijiet tiegħu;

(e) “tqegħid fis-suq” ifisser li jintgħamel disponibbli għall-ewwel daba fil-Komunità strument maħsub għall-utent aħħari, sewwa jekk bi qligħ u sewwa jekk bla ħlas;

(f) “tidħil fl-użu” ifisser l-ewwel użu ta' strument maħsub għall-utent aħħari għall-għanijiet li għalih kien maħsub;

(g) “rappreżentant awtorizzat” ifisser persuna naturali jew legali li huwa stabbilit ġewwa l-Komunità u awtorizzat minn fabbrikant, bil-miktub, sabiex jaġixxi f'ismu għall-kompiti speċifikati fit-tifsira ta' din id-Direttiva;

(h) standard armonizzat” ifisser speċifikazzjoni teknika adottata mis-CEN, is-CENELEC jew l-ETSI, jew konġuntament minn tnejn minn dawn l-orgnizzazzjonijiet jew minn kollha fuq it-talba tal-Kummissjni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-kamp ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjeta ta' l-Informatika ( 10 ) u mħejjija skond il-Linji Gwida Ġenerali miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandards.

(i) “dokument normattiv” ifisser dokument li jkun fih speċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-Organisation Internationale de Métrologie Légale (OIML), bla ħsara għall-proċdura stabbilita fl-Artikolu 16(1).

Artikolu 5

L-applikabbiltà għas-sub-tagħqid

Meta jeżistu annessi speċifiċi, li jistabbilixxi l-ħtiġiet essenzali għas-sub-tagħqid, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mutatis mutandis għal dawn is-sub-tagħqidiet.

Is-sub-tagħqid u l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiġu stmati indipendenement u separatament bil-għan li tiġi stabbilita l-konformità.

Artikolu 6

Il-ħtiġiet essenzali u l-istima tal-konformità

1.  Strument tal-kejl għandu jissodisfa l-ħtiġiet essenzali stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrumenti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu, jekk meħtieġ għall-użu korrett ta' l-istrument, it-tagħrif riferit fl-Anness I jew fl-annessi rilevanti speċifiċi għall-istrument li jridu jiġu pprovvduti fl-ilsien/ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih l-istrument jitqiegħed fis-suq.

2.  Il-konformità ta' strument tal-kejl mal-ħtiġiet essenzali għandha tiġi stmata skond l-Artikolu 9.

Artikolu 7

Il-għoti tal-marka tal-konformità

1.  Il-konformità ta' strument tal-kejl mad-disposizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva għandha tiġi indikata bil-preżenza fuqha tal-marka “CE” u tal-marka supplimetari tal-metroloġija kif speċifikat fl-Artikolu 17.

2.  Il-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jiġu mwaħħla minn, jew fuq ir-responsabblità tal-fabbrikant. Dawn il-marki jistgħu jitwaħħlu ma' l-istrument matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni, jekk iġġustifikati.

3.  It-twaħħil ta' marki fuq strument tal-kejl li x'aktarx iqarrqu lil partijiet terzi rigward it-tisfira u/jew il-għamla tal-marka “CE” għandu jkun ipprojbit. Tista' titwaħħal kull marka oħra fuq l-istrument tal-kejl, sakemm b'daqshekk ma jitnaqqsux il-viżibbiltà u l-leġibbiltà tal-marka “CE”' u l-marka supplimentari tal-metroloġija.

4.  Meta l-istrument tal-kejl ikun bla ħsara għall-miżuri adottati skond Direttivi oħra li jkorpu aspetti oħra li jeħtieġu t-twaħħil tal-marka “CE”, il-marka għandha tindika illi l-istrument fil-kwistjoni huwa wkoll preżunt li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dawn id-Direttivi l-oħra. F'dan il-każ, trid tingħata r-referenza għall-pubblikazzjoni tad-Direttivi msemmija, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fid-dokumenti, l-avviżi jew l-istruzzjonijiet meħtieġa minn dawn id-Direttivi u mill-istrument tal-kejl.

Artikolu 8

It-tqegħid fis-suq u t-tidħil fl-użu

1.  L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet koperti b'din id-Dirtetiva. ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta' kull strumenti tal-kejl li jġorr il-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond l-Artikolu 7.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw illi l-istrumenti tal-kejl jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu jekk jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva biss.

3.  Stat Membru jista' jeħtieġ li strument tal-kejl jissodisfa d-disposizzjonijiet li jirregolaw it-tidħil fl-użu li jkun iġġustifikat bil-kondizzjonijit klimatiċi lokali. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jagħżel il-limiti approprjati tal-temperaturi l-iktar għolja u l-iktar baxxi mit-Tabella 1 ta' l-Anness I u, b'żieda ma' dan, jista' jispeċifika l-kondizzjonijiet ta' l-umdità (il-kondensazzjoni u n-nuqqas tal-kondensazzjoni) u jekk il-post maħsuba ta' l-użu tkunx fil-miftuħ jew magħluqa.

4.  Meta jiġu ddefiniti klassijiet differenti ta' l-eżattezza għal strument tal-kejl:

(a) il-miżuri speċifiċi għall-istrumenti taħt l-intestatura “Tidħil fl-użu” tista' tindika l-klassijiet ta' l-eżattezza li jridu jiġu wżati għal speċifikazzjonijiet speċifiċi.

(b) fil-każijiet l-oħra kollha, Stat Membru jista' jistabbilixxi l-klassijiet ta' l-eżattezza li jridu jintużaw għal applikazzjonijiet speċifiċi ġewwa l-klassijiet iddefiniti, bla ħsara li jiġi permess l-użu tal-klassijiet kollha ta' l-eżattezza fit-territorju tiegħu.

F'kull wieħed miż-żewġ każi taħt il-(a) jew il-(b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta' klassi aħjar ta' eżattezza jekk is-sid hekk jagħżel.

5.  Fil-fieri, l-esibizzjonijiet, id-demostrazzjonijiet, eċċ. kummerċjali, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu li juru l-istrumenti mhux f'konformità ma' din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika biċ-ċar in-nuqqas tal-konformità u n-nuqqas tad-disponibbiltà tat-tqegħid tagħhom fis-suq u/jew it-tidħil tagħhom fl-użu sakemm jinġiebu f'konformità.

Artikolu 9

L-istima tal-konformità

L-istima tal-konformità ta' strument tal-kejl bil-ħtiġiet essenzali rilevanti għandha titwettaq bl-applikazzjoni, fuq il-għażla tal-fabbrikant, ta' waħda mill-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati fl-anness speċifikat għall-istrumenti. Meta approprjat, il-fabbrikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni teknika għall-istrumenti speċifiċi jew il-gruppi ta' l-istrumenti kif iddikjarati fl-Artikolu 10.

Il-moduli ta' l-istima tal-konformità li jagħmlu l-proċeduri huma deskritti fl-Annessi minn A sa H1.

Ir-reġistri u l-korrispondenza li għandhom x'jaqsmu ma' l-istima tal-konformità għandhom jitfasslu fl-ilsien/ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' l-istima tal-Konformità, jew f'ilsien aċċettat minn dan il-korp.

Artikolu 10

Id-dokumentazzjoni teknika

1.  Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel intelliġibbli d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument tal-kejl u għandha tippermetti stima tal-konformità tiegħu mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.  Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun iddettaljata b'mod suffiċjenti għalbiex tiżgura:

 id-definizzjoni tal-karatteristiċi metroloġiċi,

 ir-riproduċibbiltà tat-twettiq tax-xogħol metroloġiku ta' l-istrumenti prodotti meta aġġustati kif jixraq bl-użu approprjat tal-mezzi maħsuba, u

 l-integrità ta' l-istrument.

3.  Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi safejn u sakemm rilevanti għall-istima u l-identifikazzjoni tat-tip u/jew l-istrument:

(a) deskrizzjoni ġenerali ta' l-istrument;

(b) disinn konċettwali u t-tpinġijiet u l-pjani tal-fabbrikazzjoni tal-komponenti, tas-sub-tagħqid, taċ-ċirkwiti, eċċ.;

(ċ) il-proċeduri tal-fabbrikazzjoni sabiex jiżguraw produzzjoni konsistenti;

(d) jekk japplikaw, deskrizzjoni tal-mezzi elettroniċi bi tpinġijiet, dijagrammi, dijagrammi tal-moviment tal-loġika u tagħrif ġenerali dwar is-software li jispjega l-karatteristiċi u l-ħidma tagħhom;

(e) id-deskrizzjonijiet u l-ispjegi meħtieġa sabiex jinftiehmu l-paragrafi (b), (ċ) u (d), inkluża l-ħidma ta' l-istrument;

(f) lista ta' l-istandards u/jew id-dokumenti normattivi riferiti fl-Artikolu 13, applikat fl-intier tiegħu jew f'parti minnu;

(g) id-dekrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzali meta ma jkunux ġew applikati l-istandards u/jew id-dokumenti normattivi riferiti fl-Artikolu 13;

(h) ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinni, l-eżamijiet, eċċ.;

(i) ir-riżultati tat-testijiet approprjati, meta meħtieġa, sabiex juru illi t-tip u/jew l-istrumenti jikkonformaw ma':

 il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva skond kondizzjonijiet iddikjarati rrattati tal-ħidma u skond id-disturbanzi ambjentali speċifikati,

 l-ispeċifikazzjonijiet tad-durabbiltà għall-arloġġi tal-gass, ta' l-ilma u tas-sħana kif ukoll għal likwidi oħra għajr l-ilma.

(j) iċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip “EC” jew iċ-ċertifikati ta' l-eżami tad-disinn “EC” rigward l-istrumenti li jkun fihom partijiet identiċi għal dawk fid-disinn.

4.  Il-fabbrikant għandu jispeċifika meta kienu applikati s-siġilli u l-għoti tal-marki.

5.  Il-fabbrikant għandu jindika l-kondizzjonijiet għall-kompatibbiltà ma' l-interfaces u s-sub-tagħqidiet, meta rilevanti.

Artikolu 11

In-Notifika

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-korpi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jkunu nnominaw sabiex iwettqu l-kompiti li jappartjienu għall-moduli ta' l-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9, flimkien man-numri ta' l-identifikazzjoni mogħtija lilhom mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-kwalità/jiet ta' l-istrument tal-kejl li għalih kull korp kien innominat u, b'żieda ma' dawn, meta rilevanti, il-klassijiet ta' l-eżattezza ta' l-istrument, il-firxa tal-kejl, it-teknoloġija tal-kejl u kull karatteristika oħra ta' l-istrument li tillimita l-iskop tan-notifika.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 12 għan-nomina ta' dawn il-korpi. Il-korpi li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards armonizzati rilevanti, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu preżunti li jilħqu l-kriterji korrispondenti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta' dawn l-istandards nazzjonali.

Jekk Stat Membru ma jkunx daħħal il-leġislazzjoni għall-kompiti msemmija skond l-Artikolu 2, għandu jżomm id-dritt li jonnomina u jinnotifika korp għall-kompiti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-istrument.

3.  Stat Membru li jkun innotifika korp għandu:

 jiżgura illi l-korp jissokta jissodisfa l-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 12,

 jirtira din in-notifika jekk isib illi l-korp ma jissodisfax dawn il-kriterji iktar.

Għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan l-irtirar.

4.  Kull wieħed mill-korpi li jrid jiġi nnotifikat għandu jingħata numru ta' l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-korpi nnotifikati, flimkien mat-tagħrif rigward l-iskop tan-notifika riferita fil-paragrafu 1, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ, u għandha tiżgura illi l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 12

Il-kriterji li jridu jiġu ssodisfatti mill-korpi nnominati

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin għan-nomina tal-korpi skond l-Artikolu 11(1).

1. Il-korp, id-direttur u l-personal tiegħu involuti fil-kompiti ta' l-istima tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur jew l-utent ta' l-istrumenti tal-kejl li jispezzjonaw, u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' wieħed minnhom. B'żieda ma' dan, ma jistgħux ikunu involuti direttament fid-disinn, il-fabbrikazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew il-manutenzjoni ta' l-istrumenti, u lanqas ma jirrappreżentaw lill-partijiet imħaddħla f'dawn l-attivitajiet. Il-kriterju preċedenti ma għandu, madankollu, jipprekludi fl-ebda manjiera l-possibbiltà ta' l-iskambji tat-tagħrif tekniku bejn il-fabbrikant u l-korp għall-għanijiet ta' l-istima tal-konformità.

2. Il-korp, id-direttur u l-pesonal tiegħu involuti fil-kompiti ta' l-istima tal-konformità għandhom ikunu ħielsa mill-pressjonijiet u t-tħajjir kollha, b'mod partikolari t-tħajjir finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-istima tagħhom tal-konformità, b'mod speċjali minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' l-istimi.

3. L-istima tal-konformità għandha titwettaq bil-ogħla livell ta' integrità professjonali u l-kompetenza mitluba fil-kamp tal-metroloġija. Jekk il-korp jissubkontratta kompiti speċifiċi, għandu l-ewwel jiżgura illi s-sub-kuntrattur jissodisfa l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari ta' dan l-Artikolu. Il-korp għandu jżomm id-dokumenti rilevanti li jistmaw il-kwalifiki tas-sub-kuntrattur u x-xogħol imwettaq minnu skond din id-Direttiva għad-disposizzjoni ta' l-awtorità notifikatur.

4. Il-korp għandu jkollu l-kapabbiltà li jwettaq il-kompiti kollha ta' l-istima tal-konformità li għalihom ikun ġie nnominat, sewwa jekk dawn il-kompiti jitwettqu mill-korp innifsu u sewwa jekk f'ismu jew fuq ir-responsabbiltà tiegħu. Għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu il-personal meħtieġ u għandu jkollu aċċess għall-faċilitajiet meħtieġa sabiex iwettaq f'manjiera xierqa l-kompiti tekniċi u amministrattivi involuti fl-istima tal-konformità.

5. Il-personal tal-korp għandu jkollu:

 taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-kompiti kollha ta' l-istima tal-konformità li għalihom il-korp kien innominat,

 għerf sodisfaċenti dwar ir-regoli li jirregolaw il-kompiti li jwettaq, u esperjenza adegwata ta' dawn il-kompiti,

 il-ħila mitluba sabiex ifasslu ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti li juru li twettqu l-kompiti.

6. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korp, tad-direttur u tal-persunal tiegħu. Il-ħlas tal-korp ma għandux jiddependi mir-riżultati tal-kompiti li jwettaq. Il-ħlas tad-direttur u tal-peronal tal-korp ma għandhomx jiddependu min-numri ta' kompiti mwettqa jew mir-riżultati ta' dawn il-kompiti.

7. Il-korp għandu jidħol f'assigurazzjoni ta' lijabbiltà ċivili jekk il-lijabbiltà ċivili tiegħu ma tkunx koperta mill-Istat Membru interessat skond il-liġijiet nazzjonali.

8. Id-direttur u l-personal tal-korp għandhom ikunu marbuta li josservaw is-segreteza professjonali rigward it-tagħrif kollu miksub fit-twettiq tax-xogħol fid-dmirijiet tagħhom skond din id-Direttiva għajr rigward l-awtorità ta' l-Istat Membru li jkun innomina lill-korp.

Artikolu 13

L-istandards armonizzati u d-dokumenti normattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti ta' strument tal-kejl li jkkonforma ma' l-elementi ta' l-istandards nazzjonali li jimplimentaw l-istandard Ewropew armonizzat li jikkorrispondi ma' dawn l-elementi ta' dan l-istandard Ewropew armonizzat li r-riferimenti fir-rigward tiegħu ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

Meta strument tal-kejl jikkonforma ma' parti biss ta' l-elementi ta' l-istandard nazzjonali riferiti fl-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali li jikkorispondu ma' l-elementi ta' l-istandard nazzjonali li magħhom jikkonforma l-istrument.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riferimenti għall-istandards nazzjonali riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.

2.  L-Isatati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Annes I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti rigward strument tal-kejl li jikkonforma mal-partijiet korrispondenti tad-dokumenti normattivi u tal-listi riferiti fl-Artikolu 16(1)(a), li r-riferimenti fir-rigward tiegħu kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

Meta strument tal-kejl jikkonforma ma' parti biss tad-dokument normattiv riferit fl-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali li jikkorrispondi ma' l-elementi normattivi li magħhom jikkonforma l-istrument.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riferimenti għad-dokument normattiv riferit fl-ewwel sub-paragrafu.

3.  Fabbrikant jista' jagħżel li juża kull soluzzjoni teknika li tikkonforma mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Annes I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010). B'żieda ma' dan, sabiex jibbenefika mill-preżunzjoni tal-konformità, il-fabbrikant irid japplika b'mod korrett is-soluzzjonijiet imsemmija jew fl-istandards Ewropej armonizzati rilevanti, jew fil-partijiet korrispondenti tad-dokumenti u l-listi normattivi riferiti fil-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mat-testijiet approprjati msemmija fil-punt (i) ta' l-Artikolu 10 jekk il-programm korrispondenti tat-testijiet ikun ġie mwettaq skond id-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 jekk ir-riżultati tat-testijiet jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet essenzali.

Artikolu 14

Il-Kumitat Permanenti

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw illi l-istandard Ewopew armonizzat riferit fl-Artikolu 13(1) ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-materja quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dan l-għemil. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ jew le li tirtita r-riferimenti għall-istandards nazzjonali milli jiġu ppubblikati skond it-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 13(1).

Artikolu 15

Il-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼M2

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼M2 —————

▼B

5.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi t-tagħrif rilevanti dwar il-miżuri previsti, kif riferit fl-Artikolu 16, jintgħamel disponibbli għall-partijiet interessati fiż-żmien mistħoqq.

Artikolu 16

Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl

1.  Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha, il-Kummisjoni, hija u taġixxi kond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(2), tista' tieħu kull miżura approprjata għalbiex:

(a) tidentifika d-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML, u, f'lista, tindika l-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom toħloq preżunzjoni tal-konformità mal-ħtiġiet essenzali korrispondenti ta' din id-Direttiva;

(b) tippubblika r-referenzi għad-dokumentri normattivi u l-lista riferita fil-punt (a) fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

▼M2

2.  Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010) fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) żbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet) u l-klassijiet ta' eżattezza;

(b) kondizzjonijiet operattivi valutati;

(ċ) valuri kritiċi ta' bidla;

(d) disturbi.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

▼B

3.  Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li dokument normattiv li r-referenzi għalih ikunu ġww ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ, skond il-paragrafu 1(b), ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċiifi għall-istrumenti, dan l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-materja quddien il-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl, filwaqt li jagħtu raġunijiet għal dan l-għemil.

Il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(2), għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk huwiex meħtieġ jew le li jiġu rtirati r-referenzi għad-dokument normattiv interessat milli jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jikkonsultaw lill-partijiet interessati fil-livell nazzjonali dwar ix-xogħol ta' l-OIML li jkollu x'jaqsam ma' din id-Direttiva.

Artikolu 17

Il-għoti tal-marki

1.  Il-għoti tal-marki “CE” riferit fl-Artikolu 7 jikkonsisti mis-simbolu “CE” skond id-disinn stabbilit fil-paragrafu I.B(d) ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/465/KEE. Il-marki “CE” għandhom ikunu mill-inqas 5 mm għolja.

2.  Il-għoti tal-marki supplimentarji jikkonsisti fl-ittra kapital “M” u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena tat-twaħħil tagħhom, imdawra b'rettangolu. Il-għoli tar-rettangolu għandu jkun egwali għall-għoli tal-marka “CE”. Il-għoti tal-marka supplimentari tal-metroloġija għandu jiġi segwit minnufih bil-għoti tal-marka “CE”.

3.  In-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat interessat riferit fl-Artikolu 11, jekk stabbilit bil-proċedura ta' l-istima tal-konformità, għandu jsegwi l-għoti tal-marka “CE” u l-marka suplimentari tal-metroloġija.

4.  Meta strument tal-kejl jikkonsisti minn sett ta' mezzi, mhux sub-tagħqid, li jaħdmu flimkien, il-marki għandhom jitwaħħlu fuq il-mez prinċipali tal-mezz.

Meta strument tal-kejl ikun żgħir wisq jew sensittiv iżżejjed biex iġorr il-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija, il-marki għandhom jinġarru mill-pakkeġġjar, jekk ikun hemm minnu, u mid-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa b'din id-Direttiva.

5.  Il-għoti tal-marka “CE” u tal-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom ikunu li ma jitħassrux. In-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat interessat għandu jkun li ma jitħassarx jew jinqered minnu nnifsu mat-tneħħija. Il-għoti kollu tal-marki għandu jkun viżibbli jew aċċessibbli bla xkiel.

Artikolu 18

Is-sorveljnza tas-suq u l-koperazzjoni amministrattiva

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw illi l-istrumenti tal-kejl li jkunu bla ħsara għall-kontroll metroloġiku legali imma li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet applikabbli ta' din id-Direttiva la jistgħu jitqiegħdu fis-suq u lanqas jiddaħħlu fl-użu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom li jwettqu s-sorveljanza tas-suq.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw:

 it-tagħrif li jirrigwarda safejn u sakemm li l-istrumenti li jeżaminaw jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u r-riżultati ta' dawn l-eżamijiet;

 iċ-ċertifikat tat-tip “CE” u ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinji u l-annessi ta' magħhom maħruġa mill-korpi nnotifikati kif ukoll, iż-żidiet, l-emendi u l-irtirar li jkollhom x'jaqsmu maċ-ċertifikati diġà maħruġa;

 l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa mill-korpi nnotifikati, kif ukoll it-tagħrif dwar is-sistemi tal-kwalità rrifjutati jew irtirati;

 ir-rapporti tal-valutazzjoni stabbiliti mill-korpi nnotifikati meta mitluba minn awtoritajiet oħra.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif kollu meħtieġ li jkollu x'jaqsam maċ-ċertifikati u ma' l-approvazzjonijiet tas-sistemi tal-kwalità jintgħamel disponibbli lill-kopi li jkunu nnotifikaw.

4.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni liema awtoritajiet kompetenti jkun innomina għal dan l-iskambju tat-tagħrif.

Artikolu 19

Il-klawsola ta' salvagward

1.  Meta Stat Membru jistabbilixxi illi l-istrumenti kollha jew il-partijiet tagħhom ta' mudell partikolari li jġorru l-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzali li jkollhom x'jaqsmu mat-twettiq tax-xogħol metroloġiku ddikjarat f'din id-Direttiva, meta stallati b'mod korrett u wżati skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex jirtira dawn l-istrumenti mis-suq, jipprojibixxi jew jirrestrinġi li jitqiegħdu iktar fis-suq, jew jipprojbixxi jew jirrestrinġi li jintużaw iktar.

Meta jkun qiegħed jiddeċiedi dwar dawn il-miżuri, l-Istat Membru għandu jqis in-natura sistematika jew inċidentali tan-nuqqas tal-konformità. Meta l-Istat Membru jkun stabbilixxa illi n-nuqqas tal-konformità jkun ta' natura sistematika, għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, fejn indika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati malajr kemm jista' jkun.

(a) Jekk il-Kummissjoni ssib illi l-miżuri meħuda mill-Istat Membru interessat huma ġġustifikati, għandha tgħarraf minnufih b'dawn lill-Istat Membru, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni xierqa kontra kull persuna li tkun waħħlet il-marki u għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Jekk in-nuqqas tal-konformità jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-istandards jew fid-dokumenti normattivi, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsula lill-partijiet interessati, tressaq il-materja malajr kemm jista jkun quddiem il-Kumitat approprjat riferit fl-Artikoli 14 u 15.

(b) Jekk il-Kummissjoni ssib illi l-miżuri meħuda mill-Istat Membru interessat mhumiex iġġustifikati, għandha tgħarraf minnufih b'dawn lill-Istat Membru, kif ukoll lill-fabbrikant interessat jew lir-rappreżentat awtorizzat tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-Istati Membri jinżammu mgħarrfa bil-progress u bir-riżultat tal-proċedura.

Artikolu 20

Il-marki mwaħħla mhux kif mistħoqq

1.  Meta Stat Membru jistabbilixxi illi l-għoti tal-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija jkunu ġew imwaħħla mhux kif mistħoqq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandhom ikunu obbligati li:

 jagħmlu lill-istrument jikkonforma rigward dawk id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-għoti tal-marka “CE” u l-marka supplimentari tal-metroloġija mhux koperti bl-Artikolu 19(1) u

 li jtemmu l-kontravenzjoni skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

2.  (b) Jekk jippersisti l-ksur deskritt hawn fuq, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' l-istrument fil-kwistjoni jew li jiżgura illi jiġi rtirat mis-suq jew li jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-użu iktar tiegħu skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19.

Artikolu 21

Id-deċiżjonijiet li jinvolvu l-irtirar jew ir-restrizzjoni

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tinvolvi l-irtirar mis-suq ta' strument tal-kejl, jew li tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew it-tidħil fl-użu ta' strument, għandha tiddikjara b'mod eżatt ir-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti interessata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa bir-rimedji legali disponibbli għaliha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru interessat u fil-limiti taż-żmien li għalihom dawn ir-rimedji jkunu soġġetti.

Artikolu 22

It-tħassir

Id-Direttivi li ġejjin għandhom jiġu mħassra mit-30 ta' Ottubru 2006 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23:

 id-Direttiva tal-Kunsill 71/318/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-gass ( 11 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 71/319/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-likwidi għajr l-ilma ( 12 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 71/348/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-likwidi għajr l-ilma ( 13 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 73/362/KEE tad-19 ta' Novembru 1973 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-kejl tat-tul ( 14 ),

 id-Direttiva 75/33/KEE tas-17 ta' Diċembru 1974 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi ta' l-ilma kiesaħ, kif jirrigwarda l-arloġġi ddefiniti fl-Anness MI-001 ma' din id-Direttiva ( 15 ),

 id-Direttiva 75/410/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1975 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-magni ta' l-użin kontinwu tat-totalizzazzjoni ( 16 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 76/891/KEE ta' l-4 ta' Novembru 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi ta' l-enerġija elettrika ( 17 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 77/95/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tassimetri ( 18 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 77/313/KEE tal-5 ta' April 1977 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-kejl tal-likwidi għajr l-ilma ( 19 ),

 id-Direttiva 78/1031/KEE tal-5 ta' Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-magni li jiċċekkjaw l-użin u li jiggradaw il-piż ( 20 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 79/830/KEE tal-11 ta' Settembru 1979 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-misħum ( 21 ),

Artikolu 23

Disposizzjonijiet transitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 8(2), l-Istati Membri għandhom jippermettu, sabiex ikejlu kompiti li għalihom stabbilew l-użu ta' strument tal-kejl ikkontrollat legalment, it-tqegħid fis-suq u t-tidħil fl-użu ta' l-istrumenti tal-kejl li jissodisfaw ir-regoli li jkunu japplikaw qabel it-30 ta' Ottubru 2006 sakemm tiskadi l-validità ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' dawn l-istrumenti tal-kejl jew, fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip valida b'mod indefinit, għall-perjodu massimu taż-żmien ta' għaxar snin mit-30 ta' Ottubru 2006.

▼M1

Għall-fini ta' dan il-perijodu ta' transizzjoni, il-valuri monetarji għall-Bulgarija u għar-Rumanija skond il-punt 4.8.1 tal-Kapitolu IV ta' l-Anness għad-Direttiva 71/348/KEE għandhom jiġu stabbiliti għal:

1 стотинка (1 stotinka)

1 new leu.

▼B

Artikolu 24

It-Trasposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-30 ta' April 2006. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stbbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mit-30 ta' Ottubru 2006.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva.

Artikolu 25

Il-klawsola tar-reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni li tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011 dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq, fost ħwejjeġ oħra, il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, u, meta approprjat, jissottomettu proposta għall-emendi.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta jekk il-proċeduri ta' l-istima tal-konformità għall-prodotti industrijali humiex applikati kif jixraq u, meta approprjat, tipproponi emendi sabiex tiżgura ċertifikazzjoni konsistenti.

Artikolu 26

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

IL-ĦTIĠIJIET ESSENZALI

Strument tal-kejl għandu jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni metroloġika sabiex kull parti affettwata jkun jista' jkollha fiduċja fir-riżultat tal-kejl, u għandu jiġi ddisinjat u ffabbrikat għal livell għoli tal-kwalità rigward it-teknoloġija tal-kejl u s-sigurtà ta' l-informazzjoni tal-kejl.

Il-ħtiġiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-istrumenti tal-kejl huma ddikjarati hawn taħt u huma ssupplimentati, meta approprjati, bil-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istrumenti fl-Annessi mill-MI-001sal-MI-010 li jipperovdu iktar dettal dwar ċerti aspetti tal-ħtiġiet ġenerali.

Is-soluzzjonijiet adottati fis-segwiment tal-ħtiġiet għandhom iqisu l-użu maħsub ta' l-istrument u kull użu ħażin previst tiegħu.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Miżurand”Il-miżurand huwa l-kwantità partikolari bla ħsara għall-kejl.

“Kwantità ta' influwenza”Kwantità ta' influwenza hija kwantità li mhux miżurand imma taffettwa r-riżultat tal-kejl.

“Kondizzjonijiet Irrarati tal-Ħidma”Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma huma l-valuri għall-miżurand u l-kwantitajiet ta' l-influwenza li flimkien jagħmlu l-kondizzjonijiet normali tax-xogħol ta' strument.

“Disturbanza”Kwantità ta' l-influwenza li jkollha valur ġewwa l-limiti speċifikati fil-ħtieġa approprjata imma ‘l barra mill-kondizzjonijiet speċifikati irratati tal-ħidma ta' l-istrument tal-kejl. Kwantità ta' l-influwenza hija distrubanza jekk għal din il-kwantità ta' influwenza ma jkunux speċifikati l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma.

“Valur kritiku tal-bidla”Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-valur li fih il-bidla fir-riżultat tal-kejl hija kkunsidrata mhux mixtieqa.

“Kejl tal-materjali”Kejl tal-materjali huwa mezz maħsub biex jirriproduċi jew iforni f'manjiera permanenti matul l-użu tiegħu valur magħruf jew iktar ta' kwantità mogħtija.

“Bejgħ dirett”

Transazzjoni kummerċjali hija bejgħ dirett jekk:

 ir-riżultat tal-kejl iservi bħala l-bażi tal-prezz li jrid jitħallas; u

 mill-inqas waħda mill-partijiet involuti fit-transazzjoni li jkollha x'taqsam mal-kejl hija l-konsumatur jew kull parti oħra li teħtieġ livell simili ta' protezzjoni; u

 il-partijiet kollha fit-transazzjoni jaċċettaw ir-riżultat tal-kejl f'dak il-ħin u post.

“Ambjenti klimatiċi”Ambjenti klimatiċi huma l-kondizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-istrument tal-kejl. Għalbiex id-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri jitlaħħqu magħhom, ġiet iddefinita firxa ta' temperaturi.

“Utilità”Utilità hija meqjusa bħala fornitur ta' l-elettriku, tal-gass, tas-sħana jew ta' l-ilma.

ĦTIĠIJIET

1.   L-Iżbalji Permessi

1.1.

Taħt il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma u fl-assenza ta' disturbanza, l-iżball tal-kejl ma għandux jaqbeż il-valur massimu permissibbli għall-iżball (ŻMP) kif stabbilit fil-ħtiġiet approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Għajr jekk iddikjarat xorta oħra fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti, iż-ŻMP huwa espress bħala valur bilaterali tad-devjazzjoni mill-valur veru tal-kejl.

1.2.

Taħt il-kondizzonijiet irratati tal-ħidma u fil-preżenza ta' disturbanza, il-ħtieġa tat-twettiq tax-xogħol għandha tkun kif stabbilita fil-ħtiġiet approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Meta l-istrument ikun maħsub għalbiex jintuża f'kamp elettro-manjetiku speċifikat permanenti u kontinwu, it-twettiq permess tax-xogħol matul it-test immodulat ta' l-amplitudni tal-kamp elettro-manjetiku irradjat għandu jkun ġewwa ż-ŻMP.

1.3.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-ambjenti klimatiċi, mekkaniċi u elettro-manjetiċi li fihom l-istrument ikun maħsub li jiġi wżat, il-forniment ta' l-enerġija u kwantitajiet oħra ta' l-influwenza li x'aktarx jaffettwaw l-eżattezza tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet stabbiliti fl-annessi approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

1.3.1.   L-ambjenti klimatiċi

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-limitu ta' fuq tat-temperatura u l-limitu ta' isfel tat-temperatura minn kull wieħed mill-valuri fit-Tabella 1 għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-Annessi minn MI-001 sa MI-010, u jindika jekk l-istrument hux iddisinjat sabiex jikkondensa jew ma jikkondensax l-umdità kif ukoll il-post maħsuba għall-istrument, jiġifieri fil-miftuħ jew magħluq.



Tabella 1

 

Il-Limiti tat-Temperatura

Il-Limitu ta' fuq tat-temperatura

30°Ċ

40°Ċ

55°Ċ

70°Ċ

Il-Limitu ta' isfel tat-temperatura

50°Ċ

-10°Ċ

-25°Ċ

-40°Ċ

1.3.2.

(a) L-ambjenti mekkaniċi huma kklasifikati fi klassijiet minn MI sa M3 kif deskritti hawn taħt.

Il-MI

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-lokazzjonijiet b'vibrazzjonijiet u xokkijiet ta' sinifikat baxx, p.e. għall-istrumenti mwaħħla ma' strutturi ħfief bla ħsara għall-vibrazzonijiet u x-xokkijiet negliġibbli trasmessi mill-attivitajiet tal-kolpi tar-riħ u taċ-ċaqliq ta' l-imniezel, it-tisbit tal-bibien, eċċ.

Il-M2

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'vibrazzjonijiet u xokkijiet sinifikanti jew ta' livelli għolja, p.e. trasmessi mill-makkinarji u minn vetturi għaddejja fil-qrib jew imissu ma' magni tqal, ċineg trasportaturi, eċċ.

Il-M3

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postijiet fejn il-livell tal-vibrazzjonijiet u tax-xokkijiet huwa għoli jew għoli ħafna, p.e. għall-istrumenti mmuntati direttament fuq il-magni, iċ-ċineg trasportaturi, eċċ.

(b) Il-kwantitajiet ta' l-influwenza li ġejjin għandom jiġu kkunsidrati f'relazzjoni ma' l-ambjenti mekkaniċi:

 Il-vibrazzjoni:

 Ix-xokk mekkaniku.

1.3.3.

(a) L-ambjenti elettro-manjetiċi huma kklassifikati fil-klassijiet E1, E2 u E3 kif deskritti hawn taħt, għajr jekk stabbilit xorta oħra fl-annessi approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Il-E1

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'disturbanzi elettro-manjetiċi li jikkorrispondu ma' dawk li x'aktarx ikunu jinsabu fil-bini residenzali, kummerċjali u ta' industriji ħfief.

Il-E2

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'disturbanzi elettro-manjetiċi li jikkorrispondu ma' dawk li x'aktarx ikunu jinsabu fil-bini industrijali.

Il-E3

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti forniti mill-batterija ta' vettura. Dawn l-istrumenti għandhom jikkonformaw mal-ħtriġiet ta' l-E2 u mal-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:

 it-tnaqqis fil-voltaġġ ikkawżat mill-għoti ta' l-enerġija taċ-ċirkwiti tat-tqabbid tal-magna tal-kombustjoni interna,

 it-transjenti tal-fqigħ tat-tagħbijiet li jiġru fl-eventwalità li batterija skarigata tiġi konnessa waqt li l-magna tkun taħdem.

(b) il-kwantitajiet li ġejjin ta' l-influwenza għandhom jiġu kkunsidati f'relazzjoni ma' l-ambjenti elettro-manjetiċi:

 L-interruzzjonijiet fil-voltaġġ,

 It-tnaqqis qasir tal-voltaġġ,

 It-transjenti tal-voltaġġ fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali,

 L-iskarigi elettro-statiċi,

 Radio frequency electromagnetic fields,

 Il-firxiet elettro-manjetiċi tal-frekwenzi tar-radjo,

 Firxiet elettro-manjetiċi tal-frekwenzi tar-radjo fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali,

 Iż-żieda f'daqqa fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali.

1.3.4.

Kwantitajiet oħra ta' l-influwenza li jridu jiġu kkunsidrati, meta approprjati, huma:

 Il-varjazzjoni fil-voltaġġ,

 Il-varjazzjoni fil-frekwenza fil-fili ewliena,

 Il-firxiet manjetiċi tal-frekwenza ta' l-enerġija,

 Kull kwantità oħra li x'aktarx tinfluwenza f'manjiera sinifikanti l-eżattezza ta' l-istrument.

1.4.

Meta jkunu qegħdin jitwettqu t-testijiet kif previsti f'din id-Direttiva, japplikaw il-paragrafi li ġejjin:

1.4.1.   Ir-regoli bażiċi għat-testijiet u kif jiġu stabbiliti l-iżbalji

Il-ħtiġiet essenzali speċifikati fil-1.1 u l-1.2 għandhom jiġu vverifikati għal kull waħda mill-kwantitajiet ta' l-influwenza. Għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-anness approprjat speċifiku għall-istrumenti, dawn il-ħtiġiet essenzali japplikaw meta tiġi applikata kull waħda mill-kwantitajiet ta' l-influwenza u l-effett tagħha jiġi vvalutat separatament, filwaqt li l-kwantitajiet l-oħra kollha ta' l-influwenza jinżammu relattivament kostanti fil-valur tagħhom tar-riferiment.

Għandhom jitwettqu testijiet metroloġiċi matul jew wara l-applikazzjoni tal-kwantità ta' l-influwenza, tkun liema tkun il-kondizzjoni li tikkorrispondi ma' l-istatus normali tal-ħidma ta' l-istrument meta din il-kwantità ta' l-influwenza x'aktrx li tiġri.

1.4.2.   L-umdità ta' mad-dwar

 Skond l-ambjent klimatiku li jkun qiegħed jopera li fih l-istrument ikun maħsub li jintuża, jistgħu jkunu approprjati jew test fi-sod ta' l-istat niedi tas-sħana (li ma jikkondensax) jew it-test ċikliku tas-sħana niedja (li jikkondensa).

 It-test ċikliku tas-sħana niedja huwa approprjat meta l-kondensazzjoni hija importanti jew meta l-penetrazzjoni tal-fwar trid tiġi aċċellerata bl-effett tat-teħid tan-nifs. Fil-kondizzonijiet meta l-umdità li ma tikkondensax hija fattur, huwa approprjat l-istat fis-sod tas-sħana niedja.

2.   Il-kapaċità tar-riproduzzjoni

L-applikazzjoni ta' l-istess miżurand f'post differenti jew minn utent differenti, filwaqt li l-kondizzjonijiet l-oħra kollha jibqgħu l-itess, għandha tirriżulta fil-qbil mill-qrib ta' kejlijiet suċċessivi. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

3.   Il-kapaċità tat-tennija

L-applikazzjoni ta l-istess miżurand taħt l-istess kondizzonijiet ta' kejl għandha tirriżulta fi qbil mill-qrib ma' kejlijiet suċċesivi. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

4.   Id-diskriminazzjoni u s-sensittività

Strument tal-kejl għandu jkun sensittiv biżżejjed u l-għatba tad-diskriminazzjoni għandha tkun baxxa biżżejjed għall-kompitu maħsub tal-kejl.

5.   It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat sabiex iżomm stabbiltà adegwata tal-karatteristiċi tiegħu metroloġiċi fuq perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, sakemm ikun stallat kif xieraq, miżmum u wżat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant meta jkun fil-kondizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun maħsub.

6.   Il-fiduċja

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat li jnaqqas kemm jista' jkun l-effett ta' difett li jwassal għal riżultat mhux eżatt tal-kejl, għajr jekk tkun ovvja l-preżenza ta' dan id-difett.

7.   Kemm jixraq

7.1.

Strument tal-kejl ma għandu jkollu l-ebda karatteristika li x'aktarx tiffaċilita l-użu frawdolenti, billi l-possibbiltajiet ta' l-użu ħażin għandhom ikunu minimi.

7.2.

Strument tal-kejl għandu jkun jixraq l-użu maħsub għalih filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet prattiċi tax-xogħol u ma għandux ma jirrispondix b'mod raġjonevoli għad-domandi ta' l-utent sabiex jikeb riżultat korrett tal-kejl.

7.3.

L-iżbalji ta' strument tal-kejl ta' l-utilitajiet f'mixi jew kurrenti barra mill-firxa kkontrollata ma għandhomx ikunu ppreġudikati b'mod mhux mistħoqq

7.4.

Meta strument tal-kejl ikun iddisinjat għall-kejl tal-valuri tal-miżurand li jkunu kostanti matul iż-żmien, l-istrument tal-kejl ma għandux ikun sensittiv għal ċaqliqiet żgħar tal-miżurand, jew għandu jieħu l-azzjoni approprjata.

7.5.

Strumnet tal-kejl għandu jkun ta' saħħa u l-materjali tal-kostruzzjoni tiegħu għandhom ikunu xierqa għall-kondizzjonijit li fihom ikun maħsub li jintuża.

7.6.

Strument tal-kejl għandu jiġi ddisinjat hekk li jippermetti l-kontroll tal-kompiti tal-kejl wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq u mdaħħal fl-użu. Jekk meħtieġa, tagħmir speċjali jew software għal dan il-kontroll għandhom ikunu parti minn dan l-istrument. Il-proċedura tat-testijiet għandha tiġi deskritta fil-manwal tal-ħidma.

Meta strument tal-kejl ikollu assoċjat miegħu software li jipprovdi funzjonijiet oħra minbarra l-funzjoni tal-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jkun jista' jiġi identifikat u ma għandux ikun influenzat b'mod mhux ammissibbli mis-software assoċjat.

8.   Il-protezzjoni kontra l-korruzzjoni

8.1.

Il-karatteristiċi metroloġiċi ta' strument tal-kejl ma għandhomx inkunu influwenzati b'mod mhux ammissibbli mill-konnessjoni tiegħu ma' mezz ieħor, minn kull karatteristika tal-mezz innifsu ikkonnettjat jew minn kull mezz remot li jikkomunika ma' l-istrument tal-kejl.

8.2.

Għandu jiġi ddisinjat komponent tal-hardware li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi sabiex ikun jista' jiġi magħmul fis-sigurtà. Il-miżuri tas-sigurtà previsti għandhom jipprovdu x-xiehda ta' intervent.

8.3.

Is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jiġi identifikat bħala ta' hekk u għandu jiġi żgurat.

L-identifikazzjoni tas-software għandha tiġi pprovvduta bla xkiel mill-istrument tal-kejl.

Għandha tkun disponibbli x-xiehda għal perjodu raġjonevoli taż-żmien.

8.4.

L-informazzjoni dwar il-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi tal-kejl u l-parametri metroloġiċi importanti maħżuna jew trasmessi għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew maħsuba.

8.5.

Rigward l-istrumenti tal-kejl ta' l-utilitajiet il-wiri tal-kwantità totali fornita jew il-wiri li minnhom tista' jiġi dderivata l-kwantità totali fornita, li riferiment totali jew parzjali tagħhom huwa l-bażi għall-ħlas, ma għandux ikun jista' jiġi ffissat mill-ġdid matul l-użu.

9.   It-tagħrif li jrid jinġarr mill-istrument u li jrid akkumpanjah

9.1.

Strument tal-kejl għandu jkollu fuqu l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

 il-marka jew l-isem tal-fabbrikant;

 it-tagħrif rigward l-eżattezza tiegħu,

flimkien, meta japplika:

 it-tagħrif rigward il-kondizzjoniiet ta' l-użu'measuring capacity;

 il-kapaċita tal-kejl;

 il-firxa tal-kejl:

 il-għoti tal-marki ta' identità;

 in-numru taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” jew iċ-ċertifikat tad-disinn “CE”;

 it-tagħrif dwar jekk il-mezzi addizzjonali li jipprovdu r-riżultati jikkonformawx jew le mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-kontroll metroloġiku legali.

9.2.

Strumen ta' dimensjonijiet żgair iżżejjed jew ta' komposizzjoni sensittiva żżejjed sabiex jippermettulu jġorr it-tagħrif rilevanti għandu jkollu mmarkat kif xieraq il-pakkeġġjar tiegħu, jekk ikollu minnu, u d-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa mid-disposizzjoniiet ta' din id-Direttiva.

9.3.

L-istrument għandu jkun akkumpanjat bit-tagħrif dwar il-ħidma tiegħu, għajr jekk is-sempliċità ta' l-istrument tal-kejl tagħmel dan mhux meħtieġ. It-tagħrif għandu jinftiehem bla xkiel u, meta rilevanti, għandu jinkludi:

 il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

 il-klassijiet ambjentali mekkaniċi u elettro-manjetiċi;

 il-limiti ta' fuq u ta' isfel tat-temnperatura, sewwa jekk tkun possibbli l-kondensazzjoni u sewwa jekk le, u sewwa jekk il-post ikun fil-miftuħ jew magħluq;

 l-istruzzjonijiet għall-istallazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswijiet u l-aġġustamenti permissibbli;

 l-istruzzonijiet għall-ħidma korretta u kull kondizzjoni speċjali ta' l-użu;

 il-kondizzjonijiet kompatibbli ma' l-interfaces, is-sub-tagħqidiet jew l-istrumenti tal-kejl.

9.4.

Il-gruppi ta' strumenti identiċi tal-kejl użati fl-istess post jew użati għall-kejl ta' l-utilitajiet mhux bil-fors jeħtieġu manwali individwali ta' l-istruzzjonijiet.

9.5.

Għajr jekk speċifikat xorta oħra f'anness speċifiku għall-istrumenti, l-intervall fl-iskala għal valur imkejjel għandu jkun fil-għamla ta' 1×10n, 2×10n, or 5×10n, fejn il-n hija numru sħiħ jew żero. L-unità tal-kejl jew is-simbolu tiegħu għandhom jintwerew qrib il-valur numeriku.

9.6.

Kejl tal-materjali għandu jkun immarkat b'valur jew skala numerika, akkumpanjat bl-unità tal-kejl użat.

9.7.

L-unitajiet tal-kejl użati u s-simboli tagħhom għandhom ikunu skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-unitajiet tal-kejl u s-simboli tagħhom.

9.8.

Il-marki u l-iskrizzjonijiet kollha meħtieġa taħt kull ħtieġa għandhom ikunu ċari, li ma jistgħux jitħassru, mhux ambigwi u li ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

10.   L-indikazzjoni tar-riżultat

10.1.

L-indikazzjoni tar-riżultat għandha tkun permezz tal-wiri jew ta' kopja iebsa.

10.2.

L-indikazzjoni ta' kull riżultat għandha tkun ċara u mhux ambigwa u akkumpanjata b'dawk il-marki u skrizzjonijiet meħtieġa sabiex jgħarrfu lill-utent bis-sinifikat tar-riżultat. Għandu jkun permess il-qari bla xkiel tar-riżultat ippreżentat taħt kondizzjonijiet normali ta' l-użu. Jistgħu jiġu murija indikazzjonijiet addizzjonali sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu konfużi ma' l-indikazzjonijiet metroloġiċi kkontrollati.

10.3.

Fil-każ ta' kopja iebsa, l-istampatura jew ir-reġistrazzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jinqraw bla xkiel u ma jkunux jistgħu jitħassru.

10.4.

Strument tal-kejl għal transazzjonijiet kummerċjali diretti tal-bejgħ għandu jkun iddisinjati li jippreżenta r-riżultat tal-kejl liż-żewġ partijiet fit-transazzjoni meta stallat kif maħsub. Meta kritiku fil-każ ta' kull bejgħ dirett, kull biljett ipprovvdut lill-konsumatur b'mezz anċillari li ma jikkonformax mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva għandu jġorr tagħrif restritttiv approprjat.

10.5.

Sewwa jekk strument tal-kejl maħsub għall-għanijiet tal-kejl ta' l-utilitajiet ikun jista' jinqara mill-bogħod u sewwa jekk le, għandu f'kull każ ikun imgħammar b'wiri kkontrollat metroloġikament aċċessibbi għall-konsumatur mingħajr għodda. IDak li inqara f'dan il-wiri huwa r-riżultat tal-kejl li jservi bħala l-bażi għall-prezz li jrid jitħallas.

11.   Iktar proċessar ta' l-informazzjoni sabiex tiġi konkluża t-transazzjoni kummerċjali

11.1.

Strument tal-kejl għajr strument li jkejjel l-utilitajiet għandu jirreġistra b'mezz għat-tul taż-żmien ir-riżultat tal-kejl akkumpanjat bit-tagħrif sabiex jidentifika t-transazzjoni partikolari, meta:

 il-kejl ma jerġax itenni ruħu; u

 l-istrument tal-kejl ikun normalment maħsub sabiex jintuża fin-nuqqas ta' waħda mill-partijiet li jikkummerċjaw.

11.2.

B'żieda ma' dan, għandha tkun disponibbli prova għat-tul taż-żmien tar-riżultat tal-kejl u tagħrif sabiex jidentifika t-transazzjoni fuq it-talba u mal-waqt li fihom jiġi konkluż il-kejl.

12.   Il-valutazzjoni tal-konformità

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat hekk li jippermetti valutazzjoni fil-pront tal-konformità mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.




ANNESS A

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u tiżgura u tiddikjra illi l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw il-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti din l-istima, għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument.

3.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument.

4.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati bil-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE” u l-marka metroloġika supplimentari ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal strument mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3 u 5.2 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit ġewwa l-Komunità u meta ma jkollux rappreżentant awtorizzat, l-obbligi li jinsabu fil-paragrafi 3 u 5.2 għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-persuna li jqiegħed l-istrument fis-suq.




ANNESS A1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MAT-TESTIJIET MINN KORP INNOTIFIKAT

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mat-testijiet tal-prodott minn korp innotifikat” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjra illi l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw il-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti din l-istima, għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument.

3.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument.

4.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati bil-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.

Korp innotifikat, magħżul mill-fabbrikant, għandu jwettaq kontrolli fuq il-prodotti jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli approprjati taż-żmien stabbiliti minnu, sabiex jivverifikaw il-kwalità tal-kontrolli interni tal-prodott, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika ta' l-istrumenti u l-kwalità tal-produzzjoni. Għandu jipi eżaminat kampjun adegwat tal-prodotti finali, meħud mill-korp innotifikat qabel it-tqegħid fis-suq, u għandhom jitwettqu t-testijiet approprjati kif identifikati bid-dokument/i rilevanti riferit/i fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalwenti sabiex jiċċekkjaw il-konformità ta' l-istumentri mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

F'dawk il-każijiet meta numru rilevanti ta' strumenti fil-kampjun ma jikkonformawx ma' livell aċċettabbli tal-kwalità, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri approprjati.

6.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 5, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

6.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal strument mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

7.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3 u 6.2 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit ġewwa l-Komunità u meta ma jkollux rappreżentant awtorizzat, l-obbligi li jinsabu fil-paragrafi 3 u 6.2 għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-persuna li jqiegħed l-istrument fis-suq.




ANNESS B

L-EŻAMI TAT-TIP

1.

“L-eżami tat-tip” huwa l-parti mill-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha korp innominat jeżamina d-disinn tekniku ta' strument tal-kejl u jiżgura u jiddikjara illi d-disinn tekniku jilħaq il-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Eżami tat-tip jista' jitwettaq fil-waħda u l-oħra taż-żewġ manjieri li ġejjin: Il-korp innotifikat jiddeċiedi fuq il-manjiera approprjata u l-kampjuni meħtieġa:

(a) l-eżami ta' kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, ta' l-istrument komplet tal-kejl;

(b) l-eżami tal-kampjuni, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, ta' parti kritika jew iktar ta' l-istrument tal-kejl, flimkien ma' l-istima ta' l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-partijiet l-oħra ta' l-istrument tal-kejl permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni teknika u x-xiehda ta' appoġġ riferita fil-paragrafu 3;

(ċ) l-istima ta' l-adegwatezza tad-disinn tekniku ta' l-istrument tal-kejl permezz ta' eżami tad-dokuentazzjoni teknika u x-xiehda ta' appoġġ riferita fil-paragrafu 3, mingħajr l-eżami ta' kampjun.

3.

L-applikazzjoni għal eżami tat-tip għandha tiġi ddepożitata mill-fabbrikant tiegħu għand korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u jekk l-applikazzjoni tkun iddepożitata mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, l-isem u l-indirizz tiegħu b'żieda ma' dan;

 dikjarazzjoni bil-miktub illi ma tkunx ġiet iddepożitata l-istess applikazzjoni għand kull korp ieħor innotifikat;

 id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti għal din l-istima, għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument;

 il-kampjuni, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, kif meħtieġa mill-korp innotifikat;

 ix-xiehda ta' appoġġ għall-inadegwatezza tad-disinn tekniku ta' dawk il-partijiet ta' l-istrument tal-kejl li għalihom ma huma meħtieġa l-ebda kampjuni. Din x-xiehda ta' appoġġ għandha ssemmi kull dokument rilevanti li jkun ġie applikat, b'mod partikolari meta d-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13 ma jkunux ġew applikati għal kollox, u għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju approprjat tal-fabbrikant, jew minn laboratorju ieħor tat-testijiet f'ismu u fuq ir-responsabbiltàa tiegħu.

4.

Il-korp innotifikat għandu:

Rigward il-kampjuni:

4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika illi l-kampjuni ġew iffabbrikati f'konformità magħha u jidentifika l-elementi li jkunu ġew iddisinjati skond id-disposizzjonijiet rilevanti tad-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, kik ukoll l-elementi li kienu ġew iddisinjati mingħajr ma ġew applikati d-disposizzjonijiet ta' dawn id-dokumenti;

4.2. iwettaq l-eżami u t-testijiet approprjati, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jiċċekkja jekk, meta l-fabbriant ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fid-dokumentri rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, dawn kienu ġew applikati b'mod korrett;

4.3. iwettaq l-eżami u t-testijiet approprjati, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jiċċekkja jekk, meta l-fabbrikant ikun għażel li ma japplikax is-soluzzjonijiet fid-dokumentri rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, is-soluzzjonijiet adottati mill-fabbrikant jissodisfaw il-ħtiġiet essenzali korrispondenti ta' din id-Direttiva;

4.4. jaqbel ma' l-applikant dwar il-post fejn l-eżamijiet u t-testijiet għandhom jiġu mwettqa.

Rigward il-partijiet l-oħra ta' l-istrument tal-kejl:

4.5. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u x-xiehda ta' appoġġ sabiex jistma l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-partijiet l-oħra ta' l-istrument tal-kejl.

Rigward il-proċess tal-fabbrikazzjoni:

4.6. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika sabiex jiżgura li l-fabbrikant għandu mezzi adegwati sabiex jiżgura produzzjoni konsistenti.

5.1.

Il-korp innotifikat għandu jfassal rapport tal-valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet midħula għalihom skond il-paragrafu 4 u r-riżultti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(8), il-korp innotifikat għandu jirrilaxxja l-kontenut ta' dan ir-rapport, fl-intier tiegħu jew f'parti minnu, bi ftehim mal-fabbrikant biss.

5.2.

Meta d-disinn tekniku jissodisfa l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għall-istrument tal-kejl, il-korp innotifikat għandu joħroġ certifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” lill-fabbrikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk approprjat, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, il-konklużjonijiet ta' l-eżami, il-kondizzjonijiet (jekk ikun hemm minnhom) għall-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikzzjoni ta' l-istrument. Iċ-ċertifikat jista jkollu anness jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat u l-annessi ta' miegħu għandu jkun fihom it-tagħrif rilevanti kollu għall-valutazzjoni tal-konformità u tal-kontroll ġewwa s-servizz. B'mod partikolari, sabiex jiġi permess li tiġi vvalutata l-validità ta' l-istrumenti ffabbrikati skond it-tip eżaminat rigward l-abbiltà tat-tennija tat-twettiq tax-xogħol metroloġiku tagħhom, meta jkunu aġġustati kif xieraq bl-użu tal-mezzi approprjati, il-kontenut għandu jinkludi:

 il-karatteristiċi metroloġiċi tat-tip ta' strument;

 il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrità ta' l-istrumenti (is-siġillar, l-identifikazzjoni tas-software, eċċ.);

 it-tagħrif dwar l-elementi l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-istrumenti u sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità viżwali esterna tagħhom mat-tip;

 jekk approprjat, kull tagħrif speċifiku meħtieġ sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi ta' l-istrumenti ffabbrikati;

 fil-każ ta' sub-tagħqida, it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiżgura l-kompatibbiltà mas-sub-tgħqidiet l-oħra jew l-istrumenti tal-kejl.

Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-validità ta' għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu, u jista' jiġġedded għal perjodi sossegwenti taż-żmien ta' għaxar snin kull darba.

5.3.

Il-korp innotifikat għandu jistabbilixxi rapport tal-valutazzjoni f'dan irrigwrd u jżommu għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru li jkun innominah.

6.

Il-fabbrikant għandu jgħarraf lill-korp innotifikat li jżomm id-dolumentazzjoni teknika li tirrigwarda ċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” bil-modifiki kollha ta' l-istrument li jistgħu jaffettwaw il-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet essenzali jew mal-kondizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-modifiki jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-għamla ta' żieda maċ-ċertrifikat oriġinali ta' l-eżami tat-tip “CE”.

7.

Kull wieħed mill-korpi nnotifikati għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bi:

 iċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tat-tip “CE” u l-annessi maħruġa;

 iż-żidiet u l-emendi li għandhom x'jaqsmu maċ-ċertifikati diġà maħruġa.

Kull korp innotifikat għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li jkun innominah bl-irtirar ta' ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE”.

Il-korp innotifikat għandu jżomm l-inkartament tekniku inkluża d-dokumentazzjoni ssottomessa mill-fabbrikant għal perjodu taż-żmien sat-tmiem tal-validità taċ-ċertifikat,

8.

Il-fabbrikant għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE”, l-annessi ta' miegħu u ż-żidiet bid-dokumentazzjoni teknika għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument tal-kejl.

9.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant jista' jiddepożita l-applikazzjoni riferita fil-paragrafu 3 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-paragrafi 6 u 8. Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit ġewwa l-Komunitajiet u meta ma jkollux rappreżentant awtorizzat, l-obbligu li jagħmel id-dokumentazzjoni teknika disponibbli fuq talba għandu jkun ir-responsabbiltà tal-persuna nnominata mill-fabbrikant.




ANNESS Ċ

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP IMSEJSA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip imsejsa fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna” hija l-parti ta' proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl interessati huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u bil-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

3.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE” u l-marka metroloġika supplimentari ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jkun f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

3.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-strumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-istrument mudell li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

4.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3.2 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit ġewwa l-Komunità u meta ma jkollux rappreżentant awtorizzat, l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3.2 għandu jkun ir-responsabbilàa tal-persuna li jqiegħed l-istrument fis-suq.




ANNESS Ċ1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP IMSEJSA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MAT-TESTIJIET MINN KORP INNOTIFIKAT

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip imsejsa fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mat-testijiet tal-prodotti minn korp innotifikat” hija l-parti ta' proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl interessati huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

3.

Korp innotifikat, magħżul mill-fabbrikant, għandu jwettaq kontrolli tal-prodotti jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli approprjati taż-żmien stabbiliti minnu, sabiex jivverifika il-kwalità tal-kontrolli tal-prodott intern, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika ta' l-istrumenti u l-kwalitàà tal-produzzjoni. Għandu jipi eżaminat kampjun adegwat tal-prodotti finali, meħud mill-korp innotifikat qabel it-tqegħid fis-suq, u għandhom jitwettqu t-testijiet approprjati kif identifikati bid-dokument/i rilevanti riferit/i fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalwenti sabiex jiċċekkjaw il-konformità tal-prodott mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

F'dawk il-każijiet meta numru rilevanti ta' strumenti fil-kampjun ma jikkonformawx ma' livell aċċetabbli tal-kwalità, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri approprjati.

4.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jkun f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertrifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

4.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritjaiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

5.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu filparagrafi 4.2 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit ġewwa l-Komunità u meta ma jkollux rappreżentant awtorizzat, l-obbligu msemmi fil-paragrafu 4.2 għandu jkun ir-responsabbiltà tal-persuna li jqiegħed l-istrument fis-suq.




ANNESS D

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP IMSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip imsejsa fuq l-assigurazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni” hija l-parti ta' proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl interessati huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjon tal-prodott finali u t-testijiet ta' l-istrument tal-kejl interessat kif speċifikat fil-paragrafu 3 u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 4.

3.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni biex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertrifikatta' l-eżami tat-tip “CE”.

3.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżmi tat-tip “CE” u l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġistri tal-kwalità.

Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltà u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

 il-metodi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-fabbrikazzjoni, tal-kontroll tal-kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità li jridu jintużaw;

 l-eżamijiet u t-testijiet li jridu jitwettqu qabel, matul u wara l-fabbrikazzjoni, u l-frekwenza li bihom iridu jitwettqu;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi sabiex tiġi mmonitprjata l-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodotti u l-ħidma effettiva ta-sistema tal-kwalità.

3.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubblikati r-riferimenti għalih.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrument, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

3.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

4.1.

Il-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

4.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon għall-postjiet tal-fabbrikazzjoni, l-ispezzjon, it-testijiet u l-ħażna, u għandu jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.

4.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżgura illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

4.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jkun f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.2.

Dikjarazzjoni tal-konformiàa titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dokumentazzjoni riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 3.1;

 il-bidla riferita fil-paragrafu 3.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat riferiti fil-paragrafi 3.5, 4.3 u 4.4.

7.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel diponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalità.

8.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu filparagrafi 3.1, 3.5, 5.2 u 6 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS D1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjra illi l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw il-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti għal din l-istima, għandha tkopri d-disinn u l-ħidma ta' l-istrument.

3.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument.

4.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjon tal-prodott finali u t-testijiet ta' l-istrument tal-kejl interessat kif speċifikat fil-paragrafu 5 u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 6.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni sabiex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika riferita fil-paragrafu 2,

5.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġistri tal-kwalità.

Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltà u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

 il-metodi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-fabbrikazzjoni, tal-kontroll tal-kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità li jridu jintużaw;

 l-eżamijiet u t-testijiet li jridu jitwettqa qabel, matul u wara l-fabbrikazzjoni, u l-frekwenza li bihom iridu jitwettqu;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodotti u l-ħidma effettiva ta-sistema tal-kwalità.

5.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 5.2.

Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondentri ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubblikati r-riferimenti għalih.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrumenti, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

5.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

5.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf perjodikament lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità b'kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 5.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

6.1.

Il-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

6.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon fil-postjiet tal-fabbrikazzjoni, l-ispezzjon, it-testijiet u l-ħażna, u għandu jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika riferita fil-paragrafu 2;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.

6.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżguraw illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

6.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

7.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 5.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

7.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

8.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dikjarazzjoni riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 5.1;

 il-bidla riferita fil-paragrafu 5.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat riferiti fil-paragrafi 5.5, 6.3 u 6.4.

9.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel diponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalità.

10.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3, 5.1, 5.5, 7.2 u 8 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS E

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP IMSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI TA' L-ISPEZZJON U T-TESTIJIET TAL-PRODOTT FINALI

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip imsejsa fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott finali” hija l-parti ta' proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl interessati huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfaw il-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità kif speċifikat fil-paragrafu 3 għall-ispezzjon u t-testijiet tal-prodott finali ta' l-istrument tal-kejl interessat u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 4.

3.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni biex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopji taċ-ċertifikatta' l-eżami tat-tip “CE”.

3.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżmi tat-tip “CE” u l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġistri tal-kwalità.

Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltà u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

 l-eżaminiet u t-testijiet li jridu jitwettqu wara l-fabbrikazzjoni;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi biex jimmonitorjaw il-ħidma effettiva tas-sistema tal-kwalità.

3.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġijiet riferiti fil-paragrafu 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondentri ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubbilati r-riferimenti għalih.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrumenit, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

3.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

4.1.

Il-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

4.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon fil-postjiet ta' l-ispezzjon, tat-testijiet u tal-ħażna, u għandu jipprovdilu t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.

4.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżguraw illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

4.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbilta tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jkun f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertrifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-istrument mudell li għalih kienet imfassla. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq.

Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar mili għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal-mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dokumntazzjoni riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 3.1;

 il-bidla riferita fil-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 3.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma riferiti fis-subparagrafu finali tal-paragrafi 3.5, il-paragrafu 4.3 u l-paragrafu 4.4.

7.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel diponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalità.

8.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3.1, 3.5, 5.2 u 6 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS E1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI TAL-KWALITÀ TA' L-ISPEZZJON U T-TESTIJIET TAL-PRODOTT FINALI

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-ispezzjon u t-testijiet tal-prodott finali” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjra illi l-istrumenti tal-kejl interessati huma f'konformità mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti din l-istima, għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument.

3.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument.

4.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità għall-ispezzjon tal-prodott finali u t-testijiet ta' l-istrument tal-kejl interessat kif speċifikat fil-paragrafu 5 u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 6.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni biex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika riferita fil-paragrafu 2,

5.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtriġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġistri tal-kwalità.

Din id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltà u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

 l-eżaminiet u t-testijiet li jridu jitwettqu wara l-fabbrikazzjoni;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi biex jimmonitorjaw il-ħidma effettiva tas-sistema tal-kwalità.

5.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġijiet riferiti fil-paragrafu 5.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondentri ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubbilati r-riferimenti għalih.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrumenti, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

5.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

5.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 5.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

6.1.

Il-għan huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

6.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon fil-postjiet ta' l-ispezzjon, tat-testijiet u tal-ħażna, u għandu jipprovdilu t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika riferita fil-paragrafu 2;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.

6.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżguraw illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

6.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

7.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 5.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

7.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

8.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dikjarazzjoni riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 5.1;

 il-bidla riferita fil-paragrafu 5.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat riferiti filparagrafi 5.5, 6.3 u 6.4.

9.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel disponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalità.

10.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3, 5.1, 5.5, 7.2 u 8 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS F

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAT-TIP IMSEJSA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip imsejsa fuq il-verifika tal-prodott” hija l-parti ta' proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl li kienu ġew issoġġettati għad-disposizzjonijiet tal-paagrafu 3 huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati bit-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u bil-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

3.

Korp innotifikat magħżul mill-fabbrikant għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet approprjati, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità ta' l-istrumenti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” u l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-eżamijiet u t-testijiet sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi jridu jitwettqu, bil-għażla tal-fabbrikant, jew b'eżami u t-testijiet ta' kull strument kif speċifikat fil-paragrafu 4, jew bl-eżami u t-testijiet ta' l-istrumenti fuq bażi statistika kif speċifikat fil-paragrafu 5.

4.

Il-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi bl-eżami u t-testijiet ta' kull strument

4.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u jiġu mwettqa t-testijiet approprjati kif iddikjarat fid-dokumenti rilevani riferiti fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalenti, sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-ħtiġiet approprjati li japplikaw għalihom. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

4.2.

Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità rigward l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa, u għandu jwaħħal in-numru ta' l-identità tiegħu ma' kull strument approvat jew imġiegħel li jitwaħħal fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-fabbrikant għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjon mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara ċ-ċertifikazzjoni ta' l-istrument.

5.

Il-verifika statistika tal-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi

5.1.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-produzzjoni jiżgura l-omoġenjita ta' kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-istrumenti tiegħu għall-verifika fil-għamla ta' lottijiet omoġenji.

5.2.

Għandu jittieħed kampjun mingħajr għażla minn wieħed mil-lottijiet skond il-ħtiġiet tl-paragrafu 5.3. L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u jiġu mwettqa t-testijiet approprjati kif iddikjarat fid-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalenti, sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-ħtiġiet metroloġiċi li japplikaw għalihom. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

5.3.

Il-proċedura statistika għandha tissodisfa il-ħtiġiet li ġejjin:

Il-kontroll statistiku jrid ikun imsejjes fuq l-attributi. Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni għandha tiżgura:

 livell tal-kwalità li jikkorrisponda ma' probabbiltà ta' l-aċċettazzjoni ta' 95 % b'nuqqas tal-konformità ta' inqas minn 1 %;

 limitu tal-kwalità li jikkorrisponda ma' probabbiltà ta' l-aċċettazzjoni ta' 5 % b'nuqqas tal-konformità ta' inqas minn 7 %;

5.4.

Jekk lott jiġi aċċettat, jiġu approvati l-istrumenti kollha, għajr dawk l-istrumenti mill-kampjun li jkunu nstabu li ma jissodisfawx it-testijiet.

Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità rigward l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa, u għandu jwaħħal in-numru ta' l-identità tiegħu ma' kull strument approvat jew iġiegħel li jitwaħħal fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-fabbrikant għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjon mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara ċ-ċertifikazzjoni ta' l-istrument.

5.5.

Jekk lott ma jiġix aċċettat, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri approprjati sabiex jipprevjieni t-tqegħid ta' dan il-lott fis-suq.

Fl-eventwalità ta' rifjut spiss tal-lottijiet, il-korp innotifikat jista' jissospendi l-verifika statistika u jieħu l-miżuri approprjati.

6.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE” u l-marka metroloġika supplimentari ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jkun f'konformità mat-tip approvat u jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

6.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

Jekk il-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3 jaqbel, il-fabbrikant għandu jwaħħal ukoll in-numru ta' l-identifikazzjoni ma' l-istrumenti tal-kejl fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat.

7.

Il-fabbrikant jista', jekk il-korp innotifikat jaqbel u fuq ir-responsabbilità tiegħu, iwaħħal in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat ma' l-istrumenti tal-kejl matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni.

8.

L-obbligi tal-fabbrikant jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għajr għall-obbligu riferit fil-paragrafi 2 u 5.1.




ANNESS F1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq il-verifika tal-prodott” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl li kienu ssoġġettat għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5 huma f'konformità mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumetazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti din l-istima, għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument.

3.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument.

4.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati bil-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.

Korp innotifikat magħżul mill-fabbrikant għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet approprjati, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-eżamijiet u t-testijiet sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi jridu jitwettqu, bil-għażla tal-fabbrikant, jew b'eżami u t-testijiet ta' kull strument kif speċifikat fil-paragrafu 6, jew bl-eżami u t-testijiet ta' l-istrumenti fuq bażi statistika kif speċifikat fil-paragrafu 7.

6.

Il-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi bl-eżami u t-testijiet ta' ull strument

6.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u jiġu mwettqa t-testijiet approprjati, kif iddikjarat fid-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet approprjati li japplikaw għalihom. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

6.2.

Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità rigward l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa, u għandu jwaħħal in-numru ta' l-identità tiegħu ma' kull strument approvat jew iġiegħel li jitwaħħal fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-fabbrikant għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjon mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara ċ-ċertifikazzjoni ta' l-istrument.

7.

Il-verifika statistika tal-konformità mal-ħtiġiet metroloġiċi

7.1.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-produzzjoni jiżgura l-omoġenjita ta' kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-istrumenti tiegħu għall-verifika fil-għamla ta' lottijiet omoġenji.

7.2.

Għandu jittieħed kampjun mingħajr għażla minn wieħed mil-lottijiet skond il-ħtiġiet tal-paragrafu 7.3. L-istrumenti kollha fil-kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u jiġu mwettqa t-testijiet approprjati kif iddikjarat fid-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet metroloġiċi u jiġi stabbilit jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

7.3.

Il-proċedura statistika għandha tissodisfa il-ħtiġiet li ġejjin:

Il-kontroll statistiku jrid ikun imsejjes fuq l-attributi. Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni għandha tiżguraw illi:

 livell tal-kwalità li jikkorrisponda ma' probabbiltà ta' l-aċċettazzjoni ta' 95 % b'nuqqas tal-konformità ta' inqas minn 1 %;

 limitu tal-kwalità li jikkorrisponda ma' probabbiltà ta' l-aċċettazzjoni ta' 5 % b'nuqqas tal-konformità ta' inqas minn 7 %;

7.4.

Jekk lott jiġi aċċettat, jiġu approvati l-istrumenti kollha, għajr dawk l-istrumentri mill-kampjun li jkunu nstabu li ma jissodisfawx it-testijiet.

Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità rigward l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa, u għandu jwaħħal in-numru ta' l-identità tiegħu ma' kull strument approvat jew iġiegħel li jitwaħħal fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-fabbrikant għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjon mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara ċ-ċertifikazzjoni ta' l-istrument.

7.5.

Jekk lott ma jiġix aċċettat, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri approprjati sabiex jipprevjieni t-tqegħid ta' dan il-lott fis-suq. Fl-eventwalità ta' rifjut spiss tal-lottijiet, il-korp innotifikat jista' jissospendi l-verifika statistika u jieħu l-miżuri approprjati.

8.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE” u l-marka metroloġika supplimentari ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

8.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

Jekk il-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 5 jaqbel, il-fabbrikant għandu jwaħħal ukoll in-numru ta' l-identifikazzjoni ma' l-istrumenti tal-kejl fuq ir-responabbiltà tal-korp innotifikat.

9.

Il-fabbrikant jista, jekk il-korp innotifikat jaqbel u fuq ir-responsabbilità tiegħu, iwaħħal in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat ma' l-istrumenti tal-kejl matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni.

10.

L-obbligi tal-fabbrikant jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għajr għall-obbligu riferit fil-paragrafi 4 u 7.1.




ANNESS G

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ IL-VERIFIKA TA' L-UNITÀ

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq il-verifika ta' l-unità” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi strumenti tal-kejl li kien ġie issoġġettat għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4, huwa f'konformità mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta l-Artikolu 10 u jagħmilha disponibbli lill-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva u għandha, safejn u sakemm rilevanti għal din l-istima, tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument.

Il-fabbrikant għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin.

3.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-istrument iffabbrikat mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

4.

Korp innotifikat magħżul mill-fabbrikant għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet approprjati kif iddikjarati fid-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, jew it-testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva, jew iġegħilhom jitwettqu. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu.

Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità rigward l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa, u għandu jwaħħal in-numru ta' l-identità tiegħu ma' l-istrument approvat jew iġiegħel li jitwaħħal fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-fabbrikant għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjon mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara ċ-ċertifikazzjoni ta' l-istrument.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 4, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.2.

Għandha titfassal dikjarazzjoni tal-konformità u tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-istrument. Għandha tidentifika l-istrument li għalih kienet imfassla.

Għandha tiġi formita kopja tad-dikjarazzjoni ma' l-istrument tal-kejl.

6.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 2 u 4.2 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS H

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq l-assikurazoni sħiħa tal-kwalità” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjra illi l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw il-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità għad-disinn, il-produzzjoni, l-ispezzjon tal-prodott finali u t-testijiet ta' l-istrument tal-kejl interessat kif speċifikat fil-paragrafu 3 u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 4.

3.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni biex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità.

3.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġitsri tal-kwalità. Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tad-disinn u tal-prodott;

 l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inlużi l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta ma jridux jiġu applikati fis-sħiħ id-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, il-mezzi li jridu jintużaw sabiex jiżguraw illi jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għall-istrumenti;

 il-kontroll tad-disinn u l-modi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-verifika tad-disinn li jridu jiġu wżati meta jkunu qegħdin jiġu ddisinjati l-istrument li jappartjienu għall-kategorija koperta ta' l-istrumenti;

 il-metodi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-fabbrikazzjoni, tal-kontroll tal-kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità korrispondenti li jridu jintużaw;

 l-eżaminiet u t-testijiet li jridu jitwettqu qabel, matul u wara l-fabbrikazzjoni, u l-frekwenza tagħhom;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-kwalità meħtieġa tad-disinn meħtieġ u tal-kwalità tal-prodotti u l-ħidma effettiva tas-sistema tal-kwalità.

3.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondentri ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubbilati r-riferimenti għalih.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrumenti, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

3.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

4.1.

Il-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi lii joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

4.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon fil-postjiet tal-fabbrikazzjoni, l-ispezzjon, it-testijiet u l-ħażna, u għandu jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema tal-kwalità, bħalma huma r-riżultati ta' l-analiżijiet, tal-kalkolu, tat-testijiet, eċċ.;

 ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tal-fabbrikazzjoni tas-sistema tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiċii tal-personal interessat, eċċ.

4.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżguraw illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

4.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika illi s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

5.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

5.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal strument mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-istrument mudell li għalih kienet imfassla.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalitàà riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 3.1;

 il-bidla riferita fil-paragrafu 3.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat riferiti fil-paragrafi 3.5, 4.3 u 4.4.

7.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel disponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalitàà.

8.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3.1, 3.5, 5.2 u 6 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS H1

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEJSA FUQ L-ASSIKURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ FLIMKIEN MA' L-EŻAMI TAD-DISINN

1.

Id-“dikjarazzjoni tal-konformità msejsa fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità flimkien ma' l-eżami tad-disinn” hija l-proċedura ta' l-istima tal-konformità li biha l-fabbrikant iwettaq l-obbligi stabbiliti f'dan l-Anness u jiżgura u jiddikjara illi l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw il-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva.

2.

Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema approvata tal-kwalità għad-disinn, il-produzzjoni, l-ispezzjon tal-prodott finali u t-testijiet ta' l-istrument tal-kejl interessat kif speċifikat fil-paragrafu 3 u għandu jkun bla ħsara għas-sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafu 5. L-adegwatezza tad-disinn tekniku ta' l-istrument tal-kejl għandha tkun ġiet eżaminata skond id-disposizzjonijiet ta-paragrafu 4.

3.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni biex tiġi stmata s-sistema tal-kwalità ma' korp innotifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista ta' l-istrumenti;

 id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità.

3.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-istrumenti mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, il-pjani, il-manwali u r-reġistri tal-kwalità. Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata dwar:

 il-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tal-ġestjoni rigward il-kwalità tad-disinn u tal-prodott;

 l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inlużi l-istandards, li jridu jiġu pplikati u, meta ma jridux jiġu applikati fis-sħiħ id-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13, il-mezzi li jridu jintużaw sabiex jiżguraw illi jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għall-istrumenti;

 il-kontroll tad-disinn u l-modi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-verifika tad-disinn li jridu jiġu wżati meta jkunu qegħdin jiġu ddisinjati l-istrument li jappartjienu għall-kategorija koperta ta' l-istrumenti;

 il-metodi tat-teknika, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-fabbrikazzjoni, il-kontroll tal-kwalità u l-assigurazzjoni tal-kwalità korrispondenti li jridu jintużaw;

 l-eżamijiet u t-testijiet li jridu jkunu twettqu qabel, matul u wara l-fabbrikazzjoni, u l-frekwenza li bihom iridu jitwettqu;

 ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u l-informazzjoni tat-testijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti tal-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.;

 il-mezzi sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-kwalità meħtieġa tad-disinn meħtieġ u tal-kwalità tal-prodotti u l-ħidma effettiva tas-sistema tal-kwalità.

3.3.

Il-korp innotifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità sabiex jistabbilixxi jekk tilħaqx il-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet rigward sistema tal-kwalità li tikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta' l-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard rilevanti armonizzat, mill-mument li jiġu ppubblikati r-riferimenti għalih fil-Ġurnal Uffiċjali.

B'żieda ma' dan sabiex jesperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-verifika għandu jippossjiedi l-esperjenza approprjata fil-kamp rilevanti tal-metroloġija u tat-teknoloġija ta' l-istrumenti, u għerf dwar il-ħtiġiet li japplikaw għal din id-Direttiva. Il-proċedura tal-valutazzjoni għandha tinkludi viżta ta' spezzjon lill-fond tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnofikata lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

3.4.

Il-fabbrikant għandu jindaħal li jwettaq l-obbigi li joħorġu mis-sistema tal-kwalità kif approvati u li jżommha hekk li tissokta adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-fabbrikant għandu jżomm imgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula tal-kwalità tridx tissokta tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 3.2 jew jekk tkunx meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-fabbrikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni rraġjonata ta' l-istima.

3.6.

Kull korp innotifikat għandu jagħmel diponibbli perjodikament lill-Istati Membri li nnominawh il-lista ta' l-approvazzonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irrifjutati, u għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li nnominah bl-irtirar ta' approvazzjoni ta' sistema tal-kwalità.

4.1.

Il-fabbrikant għandu jiddepożita applikazzjoni għall-eżami tad-disinn għand il-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3.1.

4.2.

L-applikazzjoni għandha tgħin sabiex jinftiehmu d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument u għandha tgħin l-istima tal-konformità mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva. Din għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant;

 dikjarazzjoni bil-miktub illi ma tkunx ġiet iddepożitata l-istess aplikazzjoni għand korp ieħor innotifikat;

 id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 10. Id-dokumentazzjoni għandha tgħin l-istima tal-konformità ta' l-istrument mal-ħtiġiet approprijati ta' din id-Direttiva. Safejn u sakemm tkun rilevanti għal din l-istima, għandha tkopri d-disinn u l-ħidma ta' l-istrument;

 ix-xiehda ta' appoġġ rigward l-adegwatezza tad-disinn tekniku. Din ix-xiehda għandha ssemmi kull dokument rilevanti li jkun ġie applikat, b'mod partikolari meta d-dokumenti rilevanti riferiti fl-Artikolu 13 ma jkunux ġew applikati għal kollox, u għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju approprjat tal-fabbrikant, jew minn laboratorju ieħor tat-testijiet f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu.

4.3.

Il-korp innotifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni, u meta d-disinn jissodisfa d-disposizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għall-istrument tal-kejl, għandu joħroġ certifikat ta' l-eżami tat-tip “CE” lill-fabbrikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, il-konklużjonijiet ta' l-eżami, kull kondizzjoni tal-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' l-istrument approvat.

4.3.1.

Il-partijiet kollha rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandhom jiġu mehmuża maċ-ċertifikat.

4.3.2.

Iċ-ċertifikat jew l-annessi ta' miegħu għandu jkun fihom it-tagħrif rilevanti kollu għall-valutazzjoni tal-konformità u l-kontroll ġewwa s-servizz. Għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-konformità ta' l-istrumenti ffabbrikati mad-disinn eżaminat rigward l-abbiltà tat-tennija tat-twettiq tax-xogħol metroloġiku tagħhom, meta jkunu aġġustati kif xieraq bl-użu tal-mezzi approprjati, inklużi:

 il-karatteristiċi metroloġiċi tad-disinn ta' l-istrument;

 il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrità ta' l-istrumenti (is-siġillar, l-identifikazzjoni tas-software…);

 it-tagħrif dwar l-elementi l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-istrumenti u sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità viżwali esterna tagħhom mad-disinn;

 jekk approprjat, kull tagħrif speċifiku meħtieġ sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi ta' l-istrumenti ffabbrikati;

 fil-każ ta' sub-tagħqida, it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiżgura l-kompatibbiltà mas-sub-tgħqidiet l-oħra jew l-istrumenti tal-kejl.

4.3.3.

Il-korp innotifikat għandu jistabbilixxi rapport tal-valutazzjoni f'dan ir-rigwrd u jżommu għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru li jkun innominah. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(8), il-korp innotifikat għandu jirrilaxxja l-kontenut ta' dan ir-rapport, fl-intier tiegħu jew f'parti minnu, bi ftehim mal-fabbrikant biss.

Iċ-ċertifikat għandu jkollu validità għal għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu, u jista' jiġġedded għal perjodi sossegwenti taż-żmien ta' għaxar snin kull darba.

Jekk il-fabbrikant jiġi mċaħħad ċertifikat ta' eżami tad-disinn, il-korp innotifikat għandu jipprovdi raġunijiet iddettaljati għaċ-ċaħda.

4.4.

Il-fabbrikant għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn “EC” imgħarraf b'kull modifika fundamentali lid-disinn approvat. Il-modifiki għad-disinn approvat iridu jirċievu approvazzjoni addizzjonali mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami għad-disinn “EC” meta dawn il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzali ta' din id-Direttiva, il-kondizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat jew il-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jintuża l-istrument. Din l-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-għamla ta' żieda maċ-ċertrifikat oriġinali ta' l-eżami tad-disinn “EC”.

4.5.

Kull wieħed mill-korpi nnotifikati għandu jagħmel disponibbli lill-Istat Membru li nnominah:

 iċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinn “EC” u l-annessi maħruġa;

 iż-żidiet u l-emendi li għandhom x'jaqsmu maċ-ċertifikati maħruġa.

Kull korp innotifikat għandu jgħarraf minnufih lill-Istat Membru li jkun innominah bl-irtirar ta' ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn “EC”.

4.6.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn “EC”, l-annessi ta' miegħu u ż-żidiet bid-dokumentazzjoni teknika għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument tal-kejl.

Meta la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti ġewwa l-Komunitajiet, l-obbligu li d-dokumentazzjoni teknika tintgħamel disponibbli fuq talba għandu jkun ir-responsabbiltà tal-persuna nnominata mill-fabbrikant.

5.1.

Il-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura illi l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata tal-kwalità.

5.2.

Il-fabbrikant għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għal għanijiet ta' spezzjon għall-postjiet tad-disinn, l-ispezzjon, it-testijiet u l-ħażna, u għandu jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

 ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema tal-kwalità, bħalma huma r-riżultati ta' l-analiżijiet, tal-kalkoli, tat-testijiet, eċċ.;

 ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tal-fabbrikazzjoni tas-sistema tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiċi tal-personal interessat, eċċ.

5.3.

Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżguraw illi l-fabbrikant iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-fabbrikant.

5.4.

B'żieda ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżti mhux imħabbra lill-fabbrikant. Matul dawn il-viżti, il-korp innotifikat jista', jekk meħtieġ, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iġegħilhom jitwettqu, sabiex jivverifika illi s-sistema tal-kwalità tkun qiegħda tiffunzjona b'mod korrett. Għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżta u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

6.1.

Il-fabbrikant għandu jwaħħal il-marka “CE”, il-marka metroloġika supplimentari u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-paragrafu 3.1, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, ma' kull strument tal-kejl li jissodisfa l-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

6.2.

Dikjarazzjoni tal-konformità titfassal għal wieħed mill-istrumenti mudell u għandha tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument. Għandha tidentifika l-mudell ta' l-istrument li għalih kienet imfassla u għandha ssemmi n-numru taċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn.

Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tiġi formita ma' kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jitqiegħed fis-suq. Madankollu, din il-ħtieġa tista' tiġi interpretata li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f'dawk il-każijiet meta numru kbir ta' l-istrumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

7.

Il-fabbrikant għandu jżomm, għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie ffabbrikat l-aħħar strument:

 id-dokumentazzjonii riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 3.1;

 il-bidla riferita fil-paragrafu 3.5, kif approvata;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp innotifikat riferiti fil-paragrafi 3.5, 5.3 u 5.4.

8.

L-obbligi tal-fabbrikant li jinsabu fil-paragrafi 3.1, 3.5, 6.2 u 7 jistgħu jiġu mwettqa, f'ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.




ANNESS MI-001

L-ARLOĠĠI TA' L-ILMA

Il-ħtiġjiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi ta' l-ilma maħsuba li jkejlu volumi ta' ilma nadif, kieaħ jew imsaħħan fl-użu residenzali, kummerċjali jew l-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Arloġġ ta' l-Ilma”Strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u juri l-volum ta' l-ilma f'kondizzjonijiet tal-metraġġ li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux ta' l-elettriku f'sinjal elettriku.

“Rata minima tal-mixi” (Q1)L-iktar rata baxxa tal-mixi li biha l-arloġġ ta' l-ilma jipprovdi indikazzjonijiet li jissodisfaw il-ħiġiet li jirrigardaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMPijiet).

“Rata transitorja tal-mixi” (Q2)Ir-rata transitorja tal-mixi hija l-valur tar-rata tal-mixi li tiġri bejn ir-rati tal-mixi permanenti u minimi, li fiha l-firxa tar-rata tal-mixi titqassam f'żewġ żoni, “iż-żona ta' fuq” u “żona ta' isfel”. Kull żona għandha ż-ŻMP karatteristiku.

“Rata permanenti tal-mixi” (Q3)L-ogħla rata tal-mixi li fiha l-arloġġ ta' l-ilma jaħdem f'manjiera sodisfaċenti skond il-kondizzjonijiet normali ta' l-użu, jiġifieri taħt kondizzjonijiet sodi jew intermittenti tal-mixi.

“Rata ta' tagħbija żejda tal-mixi” (Q4)Ir-rata ta' tagħbija żejda tal-mixi hija l-ogħla rata tal-mixi f'manjiera sodisfaċenti għal perjodu qasir taż-żmien mingħajr deterjorazzjoni.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għall-istrumnent, b'mod partikolari;

1.

Il-firxa tar-rata tal-mixi ta' l-ilma.

Il-valuri talfirxa tar-rata talmixi ta' l-ilma għandhom iwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

Q3/Q1 > = 10

Q2/Q1 = 1,6

Q4/Q3 = 1,25

Għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-proporzjoni ta' Q2/Q1 jista' jkun: 1,5, 2,5, 4 jew 6,3.

2.

Il-firxa tat-temperatura ta' l-ilma.

Il-valuri tal-firxa tat-temperatura ta' l-ilma għandhom iwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

minn 0,1o sa mill inqas 30oĊ, jew

minn 30oĊ sa mill-inqas 90oĊ.

L-arloġġ jista' jiġi ddisinjat sabiex jaħdem fuq iż-żewġ firxiet.

3.

Il-pressa relattiva ta' l-ilma, meta l-firxa tkun minn 0,3 bar sa mill-inqas 10 bar fil-Q3.

4.

Għall-provvista ta' l-ilma: il-valur nominali tal-provvista tal-voltaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

L-IŻBALL MASSIMU PERMISSIBBLI (ŻMP)

5.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv, fuq il-volumi kkunsinnati bir-rati tal-mixi bejn ir-rata transitorja tal-mixi (Q2) (inkluża) u r-rata tat-tagħbija żejda tal-mixi (Q4) huwa ta':

2 % għall-ilma li jkollu temperatura ta' > = 30oC,

3 % għall-ilma li jkollu temperatura ta' > = 30oC.

6.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv, fuq il-volumi kkunsinnati bir-rati tal-mixi bejn ir-rata minima tal-mixi (Q1) (inkluża) u r-rata transitorja tal-mixi (Q2) (eskluża) huwa ta' 5 % għall-ilma li jkollu kull temperatura.

▼M3

6a.

Il-miter ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

L-effett pemissibbli tad-disturbanzi

7.1.   L-immunità elettro-manjetika

7.1.1.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika fuq arloġġ ta' l-ilma għandu jkun illi:

 il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fit-8.1.4, jew

 l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl ikun hekk illi ma jistax jiġi interpetat bħala riżultat validu, bħal varjazzjoni momentarja li ma tistax tiġi interpretata, immemorizzata jew trasmessa bħala riżultat tal-kejl.

7.1.2.

Wara li jgħaddi minn disturbanza elettro-majetika, l-arloġġ ta' l-ilma għandu:

 jirkupra hekk li jaħdem ġewwa ż-ŻMP, u

 ikollu ssalvagwardati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

 jippermetti l-irkupru ta' l-infomazzjoni kollha dwar il-kejl eżatt qabel id-disturbanza.

7.1.3.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-iżgħar miż-żewġ valuri li ġejjin:

 il-volum li jikkorrispondi ma' nofs il-kobor taż-ŻMP fiż-żona ta' fuq tal-volum imkejjel;

 il-volum li jikkorrispondi maż-ŻMP għall-volum li jikkorrispondi għal minuta tar-rata tal-mixi Q3.

7.2.   It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Wara li jkun ġie mwettaq test approprjat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

7.2.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż:

 it-3 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q1 inkluż u l-Q2 inkluż;

 il-1,5 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inkluż u l-Q4 inkluż.

7.2.2.

L-iżball ta' l-indikazzjoni fil-volum imkejjel bl-arloġġ wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol ma għandux jaqbeż:

 il-± 6 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q1 inkluż u l-Q2 inkluż;

 il-± 2,5 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inlkuż u l-Q4 inkluż għall-arloġġi ta' l-ilma maħsuba sabiex ikejlu l-ilma f'temperatura ta' bejn iż-0,1oĊ u t-30oĊ,

 il-± 3,5 % tal-volum imkjjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inlkuż u l-Q4 inkluż għall-arloġġi ta' l-ilma maħsuba sabiex ikejlu l-ilma f'temperatura a' bejn it-30oĊ u d-90oĊ.

Kemm jixraq

8.1.

L-arloġġ għandu jkun jista' jiġi stallat sabiex jaħdem f'kull pożizzjoni għajr jekk immarkat xorta oħra.

8.2.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika jekk l-arloġġ hux iddisinjat biex ikejjel il-mixi bil-maqlub. F'dan il-każ, il-volum tal-mixi bil-maqlub għandu jew jitnaqqas mill-volum akkumulat jew jiġi rreġistrat b'mod separat. L-istess ŻMP għandu japplika kemm għall-mixi bil-quddiem u kemm għall-mixi bil-maqlub.

L-arloġġi ta' l-ilma mhux iddisinjati għalbiex ikejlu l-mixi bil-maqlub għandhom jew jipprevjienu l-mixi bil-maqlub jew għandhom ikunu jistgħu jistgħu jifilħu għall-mixi bil-maqlub mingħajr ebda deterjorazzjoni jew bidla fil-proprjetajiet metroloġiċi.

L-Unitajiet tal-Kejl

9.

Il-volum imkejjel bl-arloġġ għandu jiġi muri f'metri kubi.

It-Tidħil fl-Użu

10.

L-Istat Membru għandu jiżgura illi l-ħtiġet taħt il-1, it-2 u t-3 jiġu stabbiliti mid-distributur jew mill-persuna nnominata sabiex tistalla l-aloġġ, hekk li l-arloġġ ikun approprjat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista' jiġi previst.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITA

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.




ANNESS MI-002

L-ARLOĠĠI TAL-GASS U L-MEZZI TAL-KONVERŻJONI TAL-VOLUM

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-gass u l-mezzi tal-konverżjoni tal-volum iddefiniti hawn taħt, maħsuba għall-użu fid-djar, kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Arloġġ tal-gass”Strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u turi l-kwantità tal-karburant tal-gass (il-volum jew il-massa) li tkun għaddiet minnu.

“Mezz tal-konverżjoni”Mezz imwaħħal ma' arloġġ tal-gass li jaqleb awtomatikament il-kwantità mkejla f'kondizzjonijiet ta' kejl bl-arloġġ fi kwantità fil-kondizzjoni bażika,

“Rata minima tal-mixi”(Qmin): L-iktar rata baxxa tal-mixi li biha l-arloġġ tal-gass jipprovdi indikazzjonijiet li jissodisfaw il-ħiġiet li jirrigardaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMPijiet).

“Rata massima tal-mixi”(Qmass): L-iktar rata għolja tal-mixi li biha l-arloġġ tal-gass jipprovdi indikazzonijiet li jissodisfaw il-ħtiġiet li jirrigardaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMPijiet).

“Ir-Rata transitorja tal-mixi” (Qt)Ir-rata transitorja tal-mixi hija r-rata tal-mixi li tiġri bejn ir-rati massimi u minimi tal-mixi, li fiha l-firxa tar-rata tal-mixi titqassam f'żewġ żoni, “iż-żona ta' fuq” u “żona ta' isfel”. Kull żona għandha ż-ŻMP laratteristiku.

“Rata ta' tagħbija żejda tal-mixi” (Qr)Ir-rata ta' tagħbija żejda tal-mixi hija l-ogħla rata tal-mixi li fiha l-arloġġ jaħdem għal perjodu qasir taż-żmien mingħajr deterjorazzjoni.

“Kondizzjonijiet bażi”Il-kodizzjonjoniet speċifikati li għalihom tiġi maqluba l-kwantità mkejla tal-fluwidu.

L-EWWEL PARTI -   IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI - L-ARLOĠĠI TAL-GASS

1.   Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma ta' l-istrumnent tal-gass, filwaqt li jitqiesu;

1.1.

Il-firxa tar-rata tal-mixi tal-gass għandha twettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:



Il-Klassi,

Il-Qmax/Qmin

Il-Qmax/Qt

Il-Qr/Qmax

1,5

≥150

≥10

1,2

1,0

≥20

≥5

1,2

1.2.

Il-firxa tat-temperatura tal-gass, b'firxa minima ta' 40°Ċ.

1.3.

Il-kondizzjonijiet relatati mal-karburant/gass

L-arloġġ tal-gass għandu jiġi ddisinjat għal firxa ta' gassijiet u għandu jforni l-pressa tal-pajjiż tad-destinazzjoni. B'mod partikolari, il-fabbrikant għandu:

 il-familja jew il-grupp tal-gassijiet;

 il-pressa massima tal-ħidma.

1.4.

Firxa ta' temperatura minima ta' 50°Ċ għall-ambjent klimatiku.

1.5.

Il-valur nominali tal-provvista tal-voltaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

2.   L-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMPijiet)

2.1.   L-arloġġ tal-gass li jindika l-volum tal-kondizzjonijiet jew tal-massa tal-kejl bl-arloġġ.



Tabella 1

Il-Klassi,

1,5

1,0

Il-Q min = il-Q = il-Qt

3 %

2 %

Il-Qt = il-Q = il-Q max

1,5 %

1 %

▼M3

Il-miter tal-gass ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

2.2.

Rigward arloġġ tal-gass bil-konverżjoni tat-temperaturi, li jindika biss il-volum maqlub, iż-ŻMP ta' l-arloġġ jiġi miżjud b'0,5 % fil-firxa ta' 30°Ċ li testendi simmatrikament madwar it-temperatura speċifikata mill-fabbrikant li tkun qiegħda bejn il-15°Ċ u l-25°Ċ. ‘Il barra minn din il-firxa, hija permessa żieda ta' 0,5 % f'kull wieħed mill-intervalli ta' 10°Ċ.

3.   L-effett permissibbli tad-disturbanzi

3.1.   L-immunità elettro-manjetika

3.1.1.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika fuq arloġġ tal-gass jew mezz tal-konverżjoni tal-volum għandu jkun hekk illi:

 il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fit-3.1.3, jew

 l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl ikun hekk illi ma jistax jiġi interpetat bħala riżultat validu, bħal varjazzjoni momentarja li ma tistax tiġi interpretata, immemorizzata jew trasmessa bħala riżultat tal-kejl.

3.1.2.

Wara li jgħaddi minn disturbanza elettro-majetika, l-arloġġ tal-gass għandu:

 jirkupra hekk li jaħdem ġewwa ż-ŻMP, u

 ikollu ssalvagwardati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

 jippermetti l-irkupru a' l-infomazzjoni kollha dwar il-kejl eżatt qabel id-disturbanza.

3.1.3.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-iżgħar miż-żewġ valuri li ġejjin:

 il-kwantità li tikkorrispondi ma' nofs il-kobor taż-ŻMP fiż-żona ta' fuq tal-volum imkejjel;

 il-kwantità li tikkorrispondi maż-ŻMP għall-volum li jikkorrispondi għal minuta tar-rata massima tal-mixi,

3.2.   L-effett tad-disturbanzi tal-mixi ‘il fuq mal-kurrent u/jew ‘l isfel mal-kurrent

Skond il-kondizzjonijiet ta' l-istallazzjoni speċifikati mill-fabbrikant, l-effett tad-disturbanzi tal-mixi ma għandux jaqbeż it-terz taż-ŻMP.

4.   It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Wara li jkun ġie mwettaq test approprjat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

4.1.   L-arloġġi tal-Klassi 1,5

4.1.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum jaħdem meta pparagunata mar-riżultat tal-kejl inizjali għar-rati tal-mixi fil-firxa minn Qt sa Q max ma għandhiex taqbeż ir-riżultat tal-kejl b'iktar minn 2 %.

4.1.2.

L-iżball ta' l-indikazzjoni wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol ma għandux jaqbeż id-darbtejn taż-ŻMP fil-paragrafu 2.

4.2.   L-arloġġi tal-Klassi 1,0

4.2.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż it-terz taż-ŻMP fil-paragrafu 2.

4.2.2.

L-iżball ta' l-indikazzjni wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol ma għandux jaqbeż ż-ŻMP fil-paragrafu 2.

5.   Kemm jixraq

5.1.

Arloġġ tal-gass imħaddem mill-fili ewliena (AC jew DC) għandu jkun ippovvdut b'mezz ta' provvista ta' l-emerġenza ta' l-enerġija jew b'mezzi oħra sabiex jiżguraw illi l-funzjonijiet kollha tal-kejl jiġu ssalvagwardati matul nuqqas tas-sors prinċipali ta' l-enerġija.

5.2.

Sors iddedikat ta' l-enerġija għandu jkollu t-tul tal-ħajja ta' mill-inqas 5 snin. Wara 90 % tal-ħajja tiegħu, għandha tintwera twissija approprjata.

5.3.

Mezz ta' l-indikazzjonijiet għandu jkollu numru biżżejjed ta' ċifri sabiex jiżgura illi l-kwantità li tkun għaddiet matul 8 000 siegħa bil-Q max ma terġax lura għaċ-ċifri tal-valur tagħhom tal-bidu.

5.4.

L-arloġġ tal-gass għandu jkun jista' jiġi stallat sabiex jaħdem f'kull pożizzjoni ddikjarata mill-fabbrikant fl-istruzzjonijiet tiegħu ta' l-istallazzjoni.

5.5.

L-arloġġ tal-gass għandu jkollu element tat-testijiet, li għandu jgħin li jitwettqu t-testijiet fi żmien raġjonevoli.

5.6.

L-arloġġ tal-gass għandu jirrispetta ż-ŻMP f'kull direzzjoni tal-mixi jew f'direzzjoni waħda biss immarkati biċ-ċar.

6.   L-Unitajiet

Il-kwantita mkejla bl-arloġġ għandha tiġi murija f'metri kubi jew f'kilogrammi.

IT-TIENI PARTI -   IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI - IL-MEZZI TAL-KONVERŻJONI TAL-VOLUM

Il-mezz tal-konverżjoni tal-volum jikkostitwixxi sub-tagħqida skond id-definizzjoni tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4.

Rigward mezz tal-konverżjoni tal-volum, għandhom japplikaw il-ħtiġiet essenzali għall-arloġġ tal-gass, jekk japplikaw. B'żieda ma' dan, għandhom japplikaw il-ħtiġiet li ġejjin:

7.   Il-kondizzjonijiet bażi għall-kwantitajiet maqluba

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet bażi għall-kwantitajiet maqluba.

8.   IŻ-ŻMP

 0,5 % f'temperatura ta' l-ambjent ta' 20°Ċ ± 3°Ċ, umdità ta' l-ambjent ta' 60 % ± 15 %, valuri nominali tal-provvista ta' l-enerġija:

 0,7 % għall-mezzi tal-konverżjoni tat-temperatura f'kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

 0,1 % għall-mezzi l-oħra tal-konverżjoni f'kondizzjonijiet irratati tal-ħidma.

Nota:

Ma jitqiesx l-iżball ta' l-arloġġ tal-gass.

▼M3

It-tagħmir tal-konverżjoni tal-volumi ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

9.   Kemm jixraq

9.1.

Mezz elettroniku tal-konverżjoni għandu jkun jista' jinduna meta jkun jaħdem ‘il barra mill-firxa/iet tiegħu tal-ħidma ddikjarata/i mill-fabbrikant għall-parametri li huma rilevanti għall-eżattezza tal-kejl. F'dan il-każ, il-mezz tal-konverżjoni jrid jieqaf milli jintegra l-kwantità maqluba, u jista' jitotalizza b'mod separat il-kwantitàà maqluba għaż-żmien li jkun qiegħed aħdem ‘il barra mill-firxa/iet tal-ħidma.

9.2.

Mezz elettroniku tal-konverżjoni għandu jkun jista' juri l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kejl mingħajr tagħmir addizzjonali.

IT-TIELET PARTI -   IT-TIDĦIL FL-UŻU U L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

IT-TIDĦIL FL-UŻU

10.

(a) Meta l-Istat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq permezz ta' kull arloġġ tal-Klassi 1 1,5, u permezz ta' l-arloġġi tal-Klassi 1,0 li jkollhom proprozjon ta' Q max/Q min egwali għal 150 jew ikbar.u

(b) Meta Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew ta l-industriji ż-żgħar, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b'kull arloġġ tal-Klassi 1,5.

(ċ) Rigward il-ħtiġiet skond il-paragrafi 1,2 u 1,3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-proprjetajiet jiġu stabbiliti mid-distributur jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tistalla l-arloġġ, hekk li l-arloġġ ikun approprjat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista' jiġi previst.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITA

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.




ANNESS MI-003

L-ARLOĠĠI TA' L-ENERĠIJA ELETTRIKA ATTIVA

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi ta' l-enerġija elettrika attiva maħsuba għall-użu fid-djar, kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

Nota:

L-arloġġi ta' l-enerġija elettrika jistgħu jintużaw f'għaqda mat-trasformaturi esterni ta' l-istrumenti, jiddependi mill-metodu tat-teknika applikat. Madankollu, dan l-Anness ikopri biss l-arloġġi ta' l-enerġija elettrika u mhux it-trasformaturi ta' l-istrumenti.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ attiv ta' l-enerġija elettrika huwa mezz li jkejjel l-enerġija elettrika attiva kkunsmata f'ċirkwit.

I

=

il-kurrent elettriku għaddej minn ġo l-arloġġ;

In

=

il-kurrent speċifikat tar-riferiment li għalih l-arloġġ imħaddem mit-trasformatur ikun ġie ddisinjat;

Ist

=

il-valur ta' l-I l-iktar baxx iddikjarat li fih l-arloġġ jirreġistra l-enerġija elettrika attiva fil-fattur ta' l-enerġija ta' l-unità (l-arloġġi poli-fażjiet b'tagħbija bbilanċjata);

Imin

=

il-valur ta' l-I li ‘l fuq minnu l-iżball ikun qiegħed ġewwa l-iżbalji massimi permisibbli (iż-ŻMPijiet) (l-arloġġi poli-fażijiet b'tagħbija bbilanċjata)

Itr

=

il valur ta' l-I li ‘l fuq minnu l-iżball ikun qiegħed ġewwa l-iżgħar ŻMP li jikkorrispondi ma' l-indiċi tal-klassi ta' l-arloġġ;

Imax

=

il-valur massimu għall-I li għalih l-iżball ikun qiegħed ġewwa ż-ŻMP;

U

=

il-voltaġġ ta' l-elettriku fornit lill-arloġġ;

Un

=

il-voltaġġ speċifikat tar-riferiment;

f

=

il-frekwenza tal-voltaġġ ta' l-elettriku fornit lill-arloġġ;

fn

=

il-frekwnza speċifikata tar-riferiment;

PF

=

fattur ta' l-enerġija = co φ il-cosine tad-differenza tal-fażi φ bejn il-I u l-U.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

1.   Accuracy

Il-preċiżjoniIl-fabbrikant għandu jispeċifika l-indiċi tal-klassi ta' l-arloġġ. L-indiċijiet tal-klassi huma ddefiniti bħala: Il-Klassi A, B u Ċ.

2.   Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma ta' l-arloġġ, b'mod partikolari:

Il-valuri tal-f n, U n, I n, I st, I min, I tr u I max li japplikaw għall-arloġġ. Rigward il-valuri speċifikati tal-kurrent, l-arloġġ għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 1;



Tabella 1

 

Il-Klassi A

Il-Klassi B

Il-Klassi Ċ

Għall-arloġġi kkonnettjati direttament

L-Ist

≤ 0,05 l-Itr

≤ 0,04 l-Itr

≤ 0,04 l-Itr

L-Imin

≤ 0,5 l-Itr

≤ 0,5 l-Itr

≤ 0,3 l-Itr

L-Imax

≥ 50 l-Itr

≥ 50 l-Itr

≥ 50 l-Itr

Għall-arloġġi mħaddma bit-trasformatur

L-Ist

≤ 0,06 l-Itr

≤ 0,04 l-Itr

≤ 0,02 l-Itr

L-Imin

≤ 0,4 l-Itr

≤ 0,2 l-Itr (1)

≤ 0,2 l-Itr

‘il-Ġewwa

= 20 l-Itr

= 20 l-Itr

= 20 l-Itr

L-Imax

≥ 1,2 ‘il Ġewwa,

≥ 1,2 ‘il Ġewwa,

≥ 1,2 ‘il Ġewwa,

(1)   Għall-arloġġi elettro-mekkaniċi tal-Klassi B għandu japplika Imin = 0,4 - I tr.

Il-firxiet tal-voltaġġ, il-frekwenza u l-fattur ta' l-enerġija li ġo fihom l-arloġġ għandu jissodisfa l-ħtiġiet taż-ŻMP huma speċifikati fit-Tabella 2. Dawn il-firxiet għandhom jagħrfu l-karatteristiċi tipiċi ta' l-elettriku fornit mis-sistemi pubbliċi tad-distribuzzjoni.

Il-firxiet tal-voltaġġ u tal-frekwenza għandhom ikunu mill-inqas:

0,9. U n = = U = = 1,1. U n

0,98. f n = = f = = 1,02. f n

il-firxa tal-fattur ta' l-enerġija mill-inqas cosö = 0,5 induttiva sa cosö = 0,8 kapaċitattiva.

3.   Iż-ŻMPijiet

L-effetti tal-miżurandi varji u l-kwantitajiet ta' l-influwenza (a, b, ċ, …) jiġu vvalutati separatament, bil-miżurandi u l-kwantitajiet ta' l-influwenza l-oħra kollha jiġu miżmum kostanti fil-valuri tagħhom tar-riferiment. L-iżball tal-kejl, li ma għandux jaqbeż iż-ŻMP iddikjarat fit-Tabella 2, jiġi kkalkolat bħala:

image

Meta l-arloġġ ikun qiegħed jaħdem b'kurrent ta' tagħbija li tvarja, l-iżbalji perċentwali ma għandhomx jaqbżu l-limiti mogħtija fit-Tabella 2.



Tabella 2

Iż-ŻMPijiet fil-perċentwali fil-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma u l-livelli ddefiniti ta' kurrenti tat-tagħbija u t-temperatura tal-ħidma

 

Il-Temperaturi tal-ħidma

Il-Temperaturi tal-ħidma

Il-Temperaturi tal-ħidma

Il-Temperaturi tal-ħidma

Il-Klassi ta' l-Arloġġ

+ 5°Ċ … + 30°Ċ

- 10°Ċ … + 5°Ċ

jew

+ 30°Ċ … + 40°Ċ

- 25°Ċ … - 10°Ċ

jew

+ 40°Ċ … + 55°Ċ

- 40°Ċ … - 25°Ċ

jew

+ 55°Ċ … + 70°Ċ

A

B

Ċ

A

B

Ċ

A

B

Ċ

A

B

C

L-arloġġ ta' fażi waħdiena; l-arloġġ tal-poli-fażijiet jekk ikun qiegħed jaħdem b'tagħbijiet ibbilanċjati

Imin = I < Itr

3,5

2

1

5

2,5

1,3

7

3,5

1,7

9

4

2

Itr = I = Imax

3,5

2

0,7

4,5

2,5

1

7

3,5

1,3

9

4

1,5

L-arloġġ poli-fażi jekk ikun qiegħed jaħdem b'tagħbija tal-faħi waħdiena

I tr = I = I max ara l-ċċezzjoni ta' hawn taħt

4

2,5

1

5

3

1,3

7

4

1,7

9

4,5

2

Għall-arloġġi elettro-mekkaniċi tal-poli-fażijiet, il-firxa tal-kurrent għat-tagħbija tal-fażi waħdiena hija llimitata għal 5I tr = I = I max

Għall-arloġġi elettro-mekkaniċi tal-poli-fażijiet, il-firxa tal-kurrent għat-tagħbija tal-fażi waħdiena hija llimitata għal 5I tr = I = I max Meta arloġġ jaħdem f'firxiet differenti tat-temperatura, għandhom japplikaw il-valuri rilevanti taż-ŻMP.

▼M3

Il-miter ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

4.   L-effett pemissibbli tad-disturbanzi

4.1.   Ġenerali

Billi l-arloġġi ta' l-enerġija elettrika huma kkonnettjati direttament mal-provvista tal-fili ewliena, u bħala kurrent mill-fili huwa wkoll wieħed mill-miżurandi, jintuża ambjent elettro-manjetiku speċjali għall-arloġġi li jkejlu l-elettriku.

L-arloġġ għandu jikkonforma ma' l-ambjent E2 elettro-manjetiku u l-ħtiġiet addizzjonali fil-4.2 u 4.3.

L-ambjent elettro-manjetiku u l-effetti permissibbli jirriflettu s-sitwazzjoni li jeżistu disturbanzi għat-tul taż-żmien li ma għandhomx jaffettwaw l-eżattezza iktar lil hemm mill-valuri kritiċi tal-bidla u d-disturbanzi transjenti, li jistgħu jikkawżaw degradazzjoni temporanja jew telf tal-funzjoni jew tat-twettiq tax-xogħol imma li minnhom l-arloġġ għandu jirkupra u ma għandux jaffettwa l-eżattezza lil hemm mill-valuri kritiċi tal-bidla.

Meta jkun hemm riskju għoli previst minħabba l-beraq jew meta n-networks tal-forniment fil-għoli jkunu predominanti, il-karatteristiċi metroloġiċi ta' l-istrument għandhom jiġu protetti.

4.2.   L-effett tad-disturbanzi għat-tul taż-żmien



Tabella 3

Il-valuri kitiċi ta' bidla għat-tul taż-żmien

Id-Disturbanza

Il-Valuri kritiċi tal-bidla f'perċentwali għall-arloġġi tal-Klassi

A

B

Ċ

Is-Sekwenza tal-fażi maqluba

1,5

1,5

0,3

L-Iżbilanċ tal-voltaġġ (japplika biss għall-arloġi tal-poli-fażijiet)

4

2

1

Il-Kontenut armoniku fiċ-ċirkwiti tal-kurrent (1)

1

0,8

0,5

Id-DC u l-armonika fiċ-ċirkwiti tal-kurrent (1)

6

3

1,5

Faqgħat transjenti bil-ħeffa

6

4

2

Il-Kampjiet manjetiċi; il-kamp elettro-manjetiku HF (RF irradjat); id-disturbanzi kondotti mdaħħla bil-kampijiet tal-frekwenza tar-radjo; u l-immunità tal-Mewġ Oxxilatorju

3

2

1

(1)   Fil-każ ta' l-arloġġi elettro-mekkaniċi ta' l-elettriku, ma huma ddefiniti l-ebda valuri kritiċi tal-bidla għall-kontenut armoniku fiċ-ċirkwiti tal-kurrent u għad-DC u l-armonika fiċ-ċikwit tal-kurrent.

4.3.   L-effett permissibbli tal-fenomena elettro-manjetika transjenti

4.3.1.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika fuq arloġġ ta' l-enerġija elettrika għandu jkun hekk illi matul u imedjatament wara disturbanza

 kull ħruġ maħsub sabiex jittestja l-eżattezza ta' l-arloġġ ma jipproduċix tektik regolari jew sinjali li jikkorrispondu għal enerġija ta' iktar mill-valur kritiku tal-bidla

u fi żmien raġjonevoli wara d-disturbanza l-arloġġ għandu

 jirkupra sabiex jaħdem ġewwa l-limiti taż-ŻMP, u

 ikollu ssalvagwardati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

 jippermetti l-irkupru ta' l-informazzjoni kollha preżenti qabel id-disturbanza, u

 ma jindikax bidla fl-enerġija rreġistrata ta' iktar mill-valur kritiku tal-bidla.

Il-valur kritiku tal-bidla f'KWh huwa m. U n . I max . 10-6

(fejn il-m huwa n-numru ta' l-elementi tal-kejl ta' l-arloġġ, l-Un f'Volt u l-I max f'Amperes).

4.3.2.

Għall-kurrent żejjed, il-valur kritiku tal-bidla huwa 1,5 %.

5.   Kemm jixraq

5.1.

Taħt il-votaġġ irratat tal-ħidma, l-iżball pożittiv ta' l-arloġġ ma għandux jaqbeż il-10 %.

5.2.

Il-wiri ta' l-enerġija totali għandu jkollu numru biżżejjed ta' ċifri sabiex jiġi żgurat illi meta l-arloġġ jitħaddem għal 4 000 siegħa bit-tagħbija sħiħa (l-I = l-I max, il-U = l-U n u l-PF = 1) l-indikazzjoni ma terġax lura għall-valur inizjali tagħha u ma għandhiex tkun tista' tiġi rranġata matul l-użu.

5.3.

Fl-eventwalità tat-telf ta' l-elettriku fiċ-ċirkwit, l-ammont ta' l-eneġija elettrika mkejla għandha tissokta tkun disponibbli għall-qari matul perjodu ta' mill-inqas 4 xhur.

5.4.

Il-ħidma mingħajr tagħbija

Meta l-voltaġġ jiġi applikat mingħajr ma jgħaddi kurrent fiċ-ċirkwitu tal-kurrent (iċ-ċirkwitu għandu jkun ċirkwitu miftuħ), l-arloġġ ma għandu jirreġistra enerġija fl-ebda voltaġġ bejn iż-0,8 U n u l-1,1 U n.

5.5.

Il-bidu tat-tħaddim (l-istartjar)

L-arloġġ għandu jibda u jissokta jirreġistra fi U n, PF = 1 (arloġġ poli-fażijiet b'tgħbijiet ibbilanċjati) u kurrent li jkun egwali għall-I st.

6.   L-Unitajiet

L-enerġija elettrika mkejla għandha tiġi murija f'kilowatt-sigħat jew f'megawatt-sigħat.

7.   It-Tidħil fl-Użu

(b) Meta Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b'kull arloġġ tal-Klassi A. Għal għanijiet speċifiċi, l-Istat Membru huwa awtorizzat li jeħtieġ kull arloġġ tal-Klassi B.

(b) Meta Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew ta l-industriji ħfief, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b'kull arloġġ tal-Klassi B. Għal għanijiet speċifiċi, l-Istat Membru huwa awtorizzat li jeħtieġ kull arloġġ tal-Klassi Ċ.

(ċ) L-Istat Membru għandu jiżgura illi l-firxa tal-kurrent li trid tiġi stabbilita mid-distributur jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tistalla l-arloġġ, hekk li l-arloġġ ikun approprjat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista' jiġi previst.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.




ANNESS MI-004

L-ARLOĠĠI TAS-SĦANA

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tas-sħana, maħsuba għall-użu fid-djar, kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ tas-sħana huwa strument iddisinjat għalbiex ikejjel is-sħana li, f'ċirkwit ta' l-iskambju tas-sħana, tingħata minn likwidu msejjaħ il-likwidu li jagħti s-sħana.

Arloġġ tas-sħana huwa jew strument komplet jew strument magħqud li jikkonsisti minn sub-tagħqidiet, sensur tal-mixi tal-kurrent, par sensuri tat-temperatura, u kalkolatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 4Ib), jew għaqda tagħhom

θ

=

it-temperatura tal-likwidu li jagħti s-sħana;

θin

=

il-valur ta' l-θ fil-post tad-dħul taċ-ċirkwit ta' l-iskambju tas-sħana;

θout

=

l-valur ta' l-θ fil-post tal-ħruġ taċ-ċirkwit ta' l-iskambju tas-sħana;

θ

=

id-differenza fit-temperatura θin – θout bi Δθ ≥ = 0;

θmax

=

il-limitu ta' fuq ta' l- θgħall-arloġġ tas-sħana sabiex jiffunzjona b'mod korrett ġewwa ż-ŻMPijiet;

θmin

=

il-limitu ta' isfel ta' l-θ għall-arloġġ tas-sħana sabiex jiffunzjona b'mod korrett ġewwa ż-ŻMPijiet;

θmax

=

il-limitu ta' fuq ta' l-θ għall-arloġġ tas-sħana sabiex jiffunzjona b'mod korrett ġewwa ż-ŻMPijiet;

θmin

=

il-limitu ta' isfel ta' l-θ għall-arloġġ tas-sħana sabiex jiffunzjona b'mod korrett ġewwa ż-ŻMPijiet;

q

=

ir-rata tal-mixi tal-likwidu li jagħti s-sħana;

qs

=

l-ogħla valur tal-q li hu permess għal perjodi qosra taż-żmien sabiex l-arloġġ tas-sħana jiffunzjona b'mod korrett;

qp

=

l-ogħla valur tal-q li hu permess b'mod permanenti sabiex l-arloġġ tas-sħana jiffunzjona b'mod korrett;

qi

=

l-iktar valur baxx tal-q li hu permess sabiex l-arloġġ tas-sħana jiffunzjona b'mod korrett;

P

=

il-qawwa termali ta' l-iskambju tas-sħana;

Ps

=

il-limitu ta' fuq tal-P li hu permess sabiex l-arloġġ tas-sħana jiffunzjona b'mod korrett.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

1.   Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-valuri tal-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għandhom jiġu speċifikati mill-fabbrikant kif ġej:

1.1.

Għat-temperatura tal-likwidu: θmax, θmin,

 għad-differenzi fit-temperatura: θmax, θmin,

 bla ħsara għar-restrizzjonijiet li ġejjin: θmaxmin = 10; θmin = 3 K jew 5 K jew 10 K.

1.2.

Għall-pressa tal-likwidu: Il-pressa interna pożittiva massima li jista' jiflaħ l-arloġġ tas-sħana b'mod permenenti fil-limitu ta' fuq tat-temperatura,

1.3.

Għar-rati tal-mixi tal-likwidu: qs, qp, qi, meta l-valuri tal-qp u l-qi ikunu bla ħsara għar-restrizzjoni li ġejja: qp/qi > = 10.

1.4.

Għall-qawwa termali: P s.

2.   Il-klassjiet ta' l-eżattezza

Huma ddefiniti l-klassijiet ta' l-eżattezza li ġejjin għall-arloġġi tas-sħana: 1, 2, 3.

3.   Iż-ŻMPijiet applikabbli għall-arloġġi kkompletati tas-sħana

L-iżbalji massimi permissibbli relattivi li japplikaw għal arloġġ tas-sħana kkompletat, espressi fil-perċentwal tal-valur veru għal kull klassi ta' eżattezza, huma:

 Għall-Klassi 1: E = E f + E t + E c, bil-E f, il-E t, il-E c skond il-paragrafi minn 7.1 a 7.3.

 Għall-Klassi 2: E = E f + E t + E c, bil-E f, il- E t, il-E c skond il-paragrafi minn 7.1 a 7.3.

 Għall-Klassi 3: E = E f + E t + E c, bil-E f, il- E t, il-E c skond il-paragrafi minn 7.1 a 7.3.

▼M3

Il-miter sħiħ tas-sħana ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

4.   L-influwenzi permissibbli għad-disturbanzi elettro-manjetiċi

4.1.

L-istrument ma għandux jiġi influwenzat bil-kampjiet manjetiċi statiċi u bil-kampijiet elettro-mnjetiċi fil-frekwenza tal-fili ewliena.

4.2.

L-influwenza ta' disturbanza elettro-manjetika għandha tkun hekk illi l-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif stabbilit fil-ħtieġa 4.3 jew l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl tkun hekk illi ma tistax tiġi interpretata bħala riżultat validu.

4.3.

Il-valur kritiku tal-bidla għal arloġġ tas-sħana kkompletat huwa egwali għall-valur assolut taż-ŻMP li japplika għal dan l-arloġġ tas-sħana (ara l-paragrafu 3).

5.   It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Wara li jkun ġie mwettaq test approprjat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

5.1.

Is-sensuri tal-mixi tal-kurrent Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż il-valur kritiku tal-bidla.

5.2.

Is-sensuri tat-temperatura: Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż iż-0,1oĊ.

6.   L-iskrizzonijiet fuq arloġġ tas-sħana

 Il-klassi ta' l-eżattezza

 Il-limiti tar-rta tal-mixi

 Il-limiti tat-temperatura

 Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

 Il-post ta' l-istallazzjoni tas-sensur tal-mixi: il-mixi jew it-treġġigħ lura

 L-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-mixi

7.   Is-Sub-tagħqidiet

Id-disposizzjonijiet tas-sub-tagħqidiet jistgħu japplikaw għas-sub-tagħqidiet iffabbrikati mill-istess fabbrikanti jew fabbrikanti differenti. Meta arloġġ tas-sħana jikkonsisti minn sub-agħqidiet, il-ħtiġiet essenzali għall-arloġġ tas-sħana japplikaw għas-sub-tagħqidiet bħala rilevanti. B'żieda ma' dan, japplikaw dawn li ġejjin:

7.1.

Iż-ŻMP relattiv tas-sensur tal-mixi, espress f'%, għall-klassijiet ta' l-eżattezza:

 Il-Klassi 1: E f = (1 + 0,01 q p/q), imma mhux iktar minn 5 %,

 Il-Klassi 2: E f = (2 + 0,02 q p/q), imma mhux iktar minn 5 %,

 Il-Klassi 3: E f = (3 + 0,05 q p/q), imma mhux iktar minn 5 %,

fejn l-iżball E f jirrelata l-valur indikat mal-valur vrru tar-relazzjoni bejn is-sinjal tal-ħruġ tas-sensur tal-mixi u l-massa jew il-volum.

7.2.

Iż-ŻMP relattiv tal-par sensuri tat-temperatura, espress f''%:

  E t = (0,5 + 3 ·Δθ min /Δθ),

fejn l-iżball Et jirrelata l-valur indikat mal-valur veru tar-relazzjoni bejn il-ħruġ tal-par sensur tat-temperatura u d-differenza fit-temperatura.

7.3.

Iż-ŻMP relattiv tal-kalkolatur, espress f'%:

  E c = (0,5 + θmin/θ),

fejn l-iżball E c jirrelata l-valur tas-sħana indikata

7.4.

Il-valur kritiku tal-bidla għas-sub tagħqid ta' arloġġ tas-sħana huwa egwali għall-valur assolut rispettiv taż-ŻMP li japplika għal dan is-sub-tagħqid (ara l-paragrafi 7.1, 7.2 jew 7.3).

7.5.



L-iskrizzjonijiet fuq is-sub-tagħqidiet

Snímač průtoku:

Třída přesnosti

Is-sensur tal-mixi tal-kurrent

Il-klassi ta' l-eżattezza

Il-limiti tar-rata tal-mixi

Il-limiti tat-temperatura

Il-fattur nominali ta' l-arloġġ (p.e. litri/tektika regolari) jew is-sinjal korrispondenti tal-ħruġ

L-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-mixi (tal-kurrent)

Il-par sensuri tat-temperatura:

L-identifikazzjoni tat-tip (p.e. Pt 100)

Il-limiti tat-temperatura

Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

Il-Kalkolatur:

It-tip tas-sensuri tat-temperatura

— Il-limiti tat-temperatura

— Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

— Il-fattur nominali ta' l-arloġġ (p.e. litri/tektika regolari) jew is-sinjal korrispondenti tad-dħul li jkun ġej mis-sensur tal-mixi

— Il-post ta' l-istallazzjoni tas-sensur tal-mixi: il-mixi jew it-treġġigħ lura

IT-TIDĦIL FL-UŻU

8.

(a) Meta Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b'kull arloġġ tal-Klassi 3.

(b) Meta Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew ta l-industriji l-ħfief, huwa awtorizzati li jeħtieġ kull arloġġ tal-Klassi 2.

(ċ) Rigward il-ħtiġiet skond il-paragrafi minn 1.1 sa 1.4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-proprjetajiet jiġu stabbiliti mid-distributur jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tistalla l-arloġġ, hekk li l-arloġġ ikun approprjat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista' jiġi previst.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.




ANNESS MI-005

IS-SISTEMI TAL-KEJL GĦALL-KEJL KONTINWU U DINAMIKU TA' KWANTITAJIET TA' LIKWIDI GĦAJR L-ILMA

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għas-sistemi tal-kejl maħsuba għall-kejl kontinwu u dinamiku ta' kwantitajiet oħra (volumi jew mases) ta' likwidi għajr l-ilma. Jekk appoprjat, it-termini “volum u L” f'dan l-Anness jistgħu jinqraw: “massa kg”.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Arloġġ”Strument iddisinjat sabiex ikejjel kontinwament, jimmemorizza u juri l-kwantità tal-kondizzjonijiet tal-metraġġ ta' likwidu li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux ta' l-elettriku f'sinjal elettriku f'kondwit magħluq, iċċarġjat għal kollox.

“Kalkolatur”Parti minn arloġġ li jirċievi sinjali tal-ħruġ mit-trasduċent/i tal-kejl u possibbilment, minn strumenti assoċjati tal-kejl u juri r-riżultati tal-kejl.

“Strument assoċjat tal-kejl”Strument ikkonnettjat mal-kalkolatur għalbiex ikejjel ċerti kwantitajiet li huma karatteristiċi għal-likwidu bil-ħsieb li jagħmel korrezzjoni jew konverżjoni.

“Mezz tal-Konverżjoni/Qlib”

Parti minn kalkolatur li billi jqis il-karatterisiċi tal-likwidu (it-temperatura, id-densità, eċċ.) mkejjel bl-użu ta' strumenti assoċjati tal-kejl, jew maħżuna f'memorja, jaqleb awtomatikament:

 il-volum tal-likwidu mkejjel f'kondizzjonijiet tal-metraġġ f'volum f'kondizzjonijiet u/jew f'massa bażi, jew

 il-massa tal-likwidu mkejla f'kondizzjonijiet tal-metraġġ f'volum f'kondizzjonijiet bażi/jew f'volum f'kondizzjonijiet bażi

Nota:

Mezz tal-konverżjoni jinkludi l-istrumenti rilevanti assoċjati tal-kejl.

“Kondizzjonijiet bażi”Il-kondizzjonjoniet speċifikati li għalihom tiġi maqluba l-kwantità mkejla tal-likwidu f'kondizzjonijiet tal-metraġġ.

“Sistema tal-Kejl”Sistema li jkun fiha l-istrument innifsu u l-mezzi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kejl korrett jew maħsuba sabiex tiffaċilita l-ħidmiet tal-kejl.

“Distributrur awtomatiku tal-karburanti”Sistema tal-kejl maħsuba sabiex tagħti l-karburant mill-ġdid lill-vetturi bil-magna, dgħajjes żgħar u vetturi żgħar ta' l-ajru.

“Arranġament bil-għemil tsl-perduna nfisha li tużah”rranġament li jippermetti lill-utent li juża sistema tal-kejl bil-għan li jiksrb likwidu għall-użu tiegħu nnifsu.

“Mezz bil-għemil tal-persuna nfisha li tużah”Mezz speċifiku li huwa parti minn arranġament tal-għemil tal-persuna nfisha li tużah u li jippermetti sistema jew iktar tal-kejl li jwettqu xogħol f'dan l-arranġament tal-għemil tal-persuna li tużah.

“Kwantità minima mkejla” (MMQ)L-iżgħar kwantità ta' likwidu li għaliha l-kejl huwa aċċettabbli metroloġikament għas-sistema tal-kejl.

“Indikazzjoni diretta”

L-indikazzjoni, jew skond il-volum jew skond il-massa, li tikkorrispondi mal-kejl u li l-arloġġ ikun kapaċi jkejjel fiżikament.

Nota:

L-indikazzjoni diretta tista tiġi maqluba fi kwantità speċifika oħra bl-użu ta' mezz tal-konverżjoni.

“Li jista'/ma jistax jiġi interrott”Sistema tal-kejl hija kkunsidrata li tista'/ma tistax tiġi interrotta meta l-mixi tal-likwidu ikun jista'/ma jistax jiġi mwaqqaf bla xkiel u nil-ħeffa.

“Firxa tar-rata tal-mixi”Il-firxa bejn ir-rata minima tal-mixi (Qmin) u r-rata massima tal-mixi (Qmax).

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

1.   Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għall-istrument, b'mod partikolari;

1.1.

Il-firxa tar-rata tal-mixi

Il-firxa tar-rata tal-mixi hija bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) il-firxa tar-rata tal-mixi ta' sistema tal-kejl għandha tkun ġewwa l-firxa tar-rata tal-mixi ta' kull wieħed mill-elementi tagħha, b'mod patikolai l-arloġġ.

(ii) is-sistma ta' l-arloġġ u tal-kejl:



Tabella 1

Is-Sistema speċifika tal-kejl

Il-Karatteristika tal-likwidu

Il-proporzjon minimu tal-Qmax: Qmin

Id-Distribuuri awtomatiċi tal-karburanti

Mhux Gassijiet illikwifati

10: 1

Il-Gassijiet illikwifati

5: 1

Is-Sistema tal-kejl

Il-Likwidi Krijoġeniċi

5: 1

Is-Sistemi tal-kejl fuq il-linja tal-pajpijiet u s-sistemi għat-tagħbija tal-bastimenti

Il-Likwidi kollha

Xierqa għall-użu

Is-Sistemi l-oħra kollha tal-kejl

Il-Likwidi kollha

4: 1

1.2.

Il-proprjetajiet tal-likwidu li jrid jiġi mkejjel mill-istrumenti billi jiġi speċifikat l-isem jew it-tip tal-likwidu jew il-karatteristiċi rilevanti tiegħu, per eżempju:

 Il-firxa tat-temperatura;

 Il-firxa tal-pressa;

 Il-firxa tad-densità;

 Il-firxa tal-viskożitàa.

1.3.

Il-valur nominali tal-provvista tal-voltaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

1.4.

Il-kondizzjonijiet bażi għall-kwantitajiet maqluba.

Nota:

Il-paragrafu 1.4 huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jeħtieġu l-użu ta' temperatura jew ta' 15°Ċ skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta' Ottibru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali ( 22 ) jew, rigward iż-żjut it-tqal tal-karburanti, il-LPG u l-metan, temperatura oħra skond l-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva.

2.   Il-klassifika ta' l-eżattezza u l-iżbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet)

2.1.

Għal kwantitajiet daqs jew iktar minn 2 litri, iż-ŻMP fuq l-indikazzjonijiet huwa:



Tabella 2

 

Il-Klassi ta' l-Eżattezza

 

0,3

0,5

1,0

1,5

2,5

Is-Sistemi tal-Kejl (A)

0,3%

0,5%

1,0%

1,5%

2,5%

L-Arloġġi (B)

0,2%

0,3%

0,6%

1,0%

1,5%

2.2.

Għal kwantitajiet inqas minn 2 litri, iż-ŻMP fuq l-indikazzjonijiet huwa:



Tabella 3

il-Volum Imkejjel V

Iż-ŻMP

V < 0,1 L

4 × il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 0.1 L

0,1 L = V < 0,2 L

4 × il-valur fit-Tabella 2

0,2 L = V < 0,4 L

2 × il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 0,4 L

0,4 L = V < 1 L

2 × il-valur fit-Tabella 2

1 L = V < 2 L

Il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 2 L

2.3.

Madankollu, tkun xi tkun il-kwantità mkejla, il-kobor taż-ŻMP huwa mogħti mill-ikbar miż-żewġ valuri li ġejjin:

 il-valur assolut taż-ŻMP mogħti fit-Tabella 2 jew it-Tabella 3,

 il-valur assolut taż-ŻMP għall-kwantità minima mkejla (Emin).

2.4.1.

Għal kwantitajiet minimi mkejla ikbar minn jew egwali għal 2 litri, japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Il-Kondizzjoni 1

L-Emin għandu jwettaq il-kondizzoni: Emin > = 2 R, fejn il-R hija l-iżgħar intervall fl-iskala tal-mezz ta' l-indikazzjoni.

Il-Kondizzjoni 2

L-Emin jingħata bil-formola: Emin = (2MMQ) × (A/100), fejn:

 il-MMQ huwa l-kwantità minima mkejla,

 il-A hija l-valur numeriku speċifikat fil-linja A tat-Tabella 2.

2.4.2.

Għal kwantitajiet minimi mkejla ta' inqas minn żewġ litri, tapplika l-kondizzjoni 1 imsemmija hawn fuq u l-Emin ikun darbtejn il-valur speċifikat fit-Tabella 3, u rrelatat mal-linja A tat-Tabella 2.

2.5.

L-indikazzjoni kkonvertita

Fil-każ ta' indikazzjoni kkonvertita, iż-ŻMPijiet huma bħal fil-linja A tat-Tabella 2.

2.6.

Il-mezzi tal-konverżjoni

Iż-ŻMPijiet fuq l-indikazzjonijiet ikkonvertiti minħabba mezz tal-konverżjoni huma egwali għal ± (A - B), fejn il-A u l-B huma l-valuri speċifikati fit-Tabella 2.

Il-patijiet tal-mezzi tal-konverżjoni jistgħu jiġu ttestjati separatament

(a)  Il-Kalkolatur

Iż-ŻMPijiet fuq il-kwantitajiet ta' l-indikazzjonijiet likwidi li japplikaw għall-kalkolu, pożittiv jew negattiv, huma egwali għal wieħed minn għaxra taż-ŻMPijiet kif iddefiniti fil-linja A tat-Tabella 2.

(b)  L-istrumenti assoċjati tal-kejl

L-istrumenti assoċjati tal-kejl għandu jkollhom eżattezza mill-inqas tajba daqs il-valuri fil-Tabella 4:



Tabella 4

Iż-ŻMP fuq il-Kejlijiet

Il-Klassijiet ta' l-eżattezza fuq is-sistema tal-kejl

0,3

0,5

1,0

1,5

2,5

It-Temperatura

± 0,3 °C

± 0,5 °C

± 1,0 °C

Il-Pressa

Inqas minn 1 MPa: ± 50 kPa

minn 1 sa 4 MPa: ± 5 %

fuq 4 MPa: ± 200 kPa

Id-Densità

± 1 kg/m3

± 2 kg/m3

± 5 kg/m3

Dawn il-valuri japplikaw għall-indikazzjoni tal-kwantitajiet karatteristiċi tal-likwidu muri bil-mezz tal-konverżjoni.

(ċ)  L-eżattezza sabiex tiġi kkalkolata l-funzjoni

Iż-ŻMP għall-kalkolu ta' kull waħda mill-kwanitajiet karatteristiċi tal-likwidu, pożittivi jew negattivi, huwa egwali għal tnejn minn ħamsa tal-valur iffissat fil-(b).

2.7.

Il-ħtieġa (a) fil-paragrafu 2.6 tapplika għal kull kalkolu u mhux għall-konverżjoni biss.

▼M3

2.8.

Is-sistema tal-kejl ma għandhiex tisfrutta ż-ŻMP jew tivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti.

▼B

3.   L-effett massimu pemissibbli tad-disturbanzi

3.1.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika fuq sistema tal-kejl għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

 il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fit-3.2, jew

 l-indikazzjoni tae-riżultat tal-kejl turi varjazzjoni momentarja li ma tistx tiġi interpretata, immemorizzata jew tramessa bħala riżultat tal-kejl. Barra minn hekk, fil-każ ta' sistema li ma tiġix interrotta, dan jista' jfisser ukoll l-impossibbiltà li jitwettaq kull kejl, jew

 il-bidla fir-riżultat tal-kejl tkun ikbar mill-valur kritiku tal-bidla, u f'dan il-każ is-sistema tal-kejl għandha tippermetti l-irkupru tar-riżultat tal-kejl eżatt qabel ma jiġri l-valur kritiku tal-kejl u jkun qata' l-mixi.

3.2.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa ikbar minn ŻMP/5 għal kwantità partikolari mkejla jew Emin.

4.   It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Wara test approprjat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, għandu jiġu sodisfatt il-kriterju li ġej:

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test ta' kemm idum tajjeb għax-xogħol, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż il-valur għall-arloġġi speċifikti fil-linja B tat-Tabella 2.

5.   Kemm jixraq

5.1.

Għal kull kwantità mkejla li jkollha x'taqsam ma' l-istess kejl, l-indikazzjoni ppovvduta b'mezzi varji ma għandhiex tiddevja waħda minn oħra b'iktar minn intervall wieħed fl-iskala meta l-mezzi jkollhom l-istess intervall. Fil-każ meta l-mezzi jkollhom intervalli differenti fl-iskala, id-devjazzjoni ma għandhiex tkun iktar minn dik ta' l-ikbar intervall fl-iskala.

Madankollu, fil-każ ta' arranġament li tal-għemil mill-persuna nfisha l-intervalli fl-iskala tal-mezz prinċipali ta' l-indikazzjoni fuq is-sistema tal-kejl u l-intervalli fl-iskala tal-mezz tal-għemil mill-persuna nfisha għandu jkun l-istess u r-riżultati tal-kejl ma għandhomx jiddevjaw wieħed mill-ieħor.

5.2.

Ma għandux ikun possibbli li tiġi ddevjata l-kwantità mkejla fil-kondizzjoni normali ta' l-użu għajr jekk tkun apparenti fil-pront.

5.3.

Kull perċentwal ta' arja jew gass li ma jistax kiġi miksuf bla xkiel fil-likwidu ma għandux iwassal għal varjazzjoni ta' l-iżball ikbar minn:

 0,5 % għal likwidi oħra għajr il-likwidi li jistgħu jinxtorbu u għal-likwidi ta' viskożità li ma taqbiżx il-1 mPa.s, jew

 1 % għal-likwidi li jistgħu jinxtorbu u għal-likwidi ta' viskożità li taqeż il-1 mPa.s.

Madankollu, il-varjazzjoni permessa qatt ma għandha tkun iżgħar minn 1 % tal-MMQ. Dan il-valur japplika fil-każ ta' vojt fl-arja jew fil-gass.

5.4.

L-istrumenti għall-bejgħ dirett

5.4.1.

Sistema tal-kejl għall-bejgħ dirett għandha tiġi pprovvduta bil-mezzi għalbiex jiġi rranġat mill-ġdid il-wiri għaż-żero.

Ma għandux ikun possibbli li tiġi ddevjata l-kwantità mkejla.

5.4.2.

Il-wiri tal-kwantità li fuqha tkun imsejsa t-transazzjonit għandu jkun permanenti sakemm il-partijiet kollha fit-transazzjoni jkunu aċċettaw ir-riżultat tal-kejl.

5.4.3.

Is-sistemi tal-kejl għall-bejgħ dirett għandhom ikunu li ma jistgħux jiġu interrotti.

5.4.4.

Kull perċentwal ta' arja jew gass fil-likwidu ma għandux iwassal għal varjazzjoni ta' l-iżball ikbar mill-valuri speċifikati fil-paragrafu 5.3.

5.5.

Id-Distribuuri awtomatiċi tal-karburanti

5.5.1.

Il-wiri fuq id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti ma għandux ikun jista' jiġi rranġat mill-ġdid għaż-żero matul il-kejl.

5.5.2.

Il-bidu ta' kull kejl ġdid għandu jiġi inibit sakemm il-wiri jkun ġie rranġat mill-ġdid għaż-żero.

5.5.3.

Meta sistema tal-kejl tiġi mgħammra bil-wiri tal-prezz, id-differenza bejn il-prezz indikat u l-prezz ikkalkolat mill-prezz ta' l-unità u l-kwantità indikata ma għandhomx jaqbżu l-prezz li jikkorrispondi għall-Emin. Madankollu din id-differenza ma għandiex tkun inqas mill-iżgħar valur monetarju.

6.   In-nuqqas tal-provvediment fil-provvista ta' l-enerġija

Sistema tal-kejl għandha tiġi pprovvduta jew b'mezz ta' emerġenza għall-provvista ta' l-enerpija li tissalvagwarda l-funzjonijiet kollha tal-kejl matul in-nuqqas tal-povvediment tal-provvista prinċipali ta' l-enerġija jew tkun imgħmmra b'mezzi għalbiex isalvaw u juru l-informazzjoni preżenti sabiex tippermetti l-konklużjoni tat-transazzjoni fil-progress u b'mezzi għalbiex iwaqqfu l-mixi fil-mument tan-nuqqas tal-falliment tal-mezz tal-provvista prinċipali ta' l-enerġija.

7.   It-Tidħil fl-Użu



Tabella 5

Il-Klassi ta' l-Eżattezza

Il-Tipi tas-Sistemi tal-Kejl

0,3

Is-Sistemi tal-kejl fuq linja ta' pajpijiet

0,5

Is-Sistemi kollha tal-kejl jekk ma jkunu iddikjarati mkien ieħor b'mod differenti f'din it-Tabella, b'mod partikolari:

— id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti (mhux tal-gassijiet illikwefati)

— is-sistemi tal-kejl fuq il-vetturi tankijiet għal-likwidi ta' viskożità baxxa (< 20 mPa.s)

— is-sistemi tal-kejl għat-tagħbija (il-ħatt) tal-bastimenti u l-ferroviji u l-vetturi tat-triq tankijiet (1)

— is-sistemi tal-kejl tal-ħalib

— is-sistemi tal-kejl għall-għoti mill-ġdid tal-karburant lill-vetturi ta' l-ajru

1,0

Sistemi tal-kejl għall-gassijiet illikwfati taħt il-pressa mkejla f'temperaturi egwali għal jew ogħla minn – 10°Ċ

Sistemi tal-kejl normalment fil-klassi 0,3 jew 0,5 9 imma wżati għal-likwidi

— li t-tempertura tagħhom hija inqas minn – 10°Ċ jew ogħla minn 50°Ċ

— li l-viskożità dinamika tagħhom hija ogħla minn 1 000mPa.s

— li r-rata massima tal-mixi tagħhom mhix ogħla minn 20 L/h

1,5

Is-sistemi tal-kejl għad-dijossidu tal-karbonju

llikwefat, Sistemi tal-kejl għall-gassijiet illikwefati taħt il-pressa f'temperaura taħt -10°Ċ (għajr għal-likwidi krijoġeniċi)

2,5

sistemi tal-kejl għal-likwidi krijoġeniċi (b'temperaturi taħt il-–153°Ċ

(1)   Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu sistemi tal-kejl ta' l-eżattezza tal-klassi 0,3 jew 0,5 użati biex jiġbru t-taxxi tad-dazji fuq iż-żjut minerali meta jgħabbu/jħottu l-bastimenti u l-vetturi tankijiet fuq il-ferroviji jew tat-triq.

Nota:

Madankollu, il-fabbrikanet jista' jispeċifika eżattezza aħjar għal ċerti tipi ta' sistema tal-kejl.

8.   L-unitajiet tal-kejl

Il-kwantità mkejla bl-arloġġ għandha tiġi murija f'millilitri, ċentimetri kubi, litri, metri kubi, grammi, kilogrammi jew tunnellati metriċi.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1 jew G.




ANNESS MI-006

L-ISTRUMENTI AWTOMATIĊI TAL-KEJL

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għas-sistemi awtomatiċi tal-kejl, iddefiniti hawn taħt, maħsuba għalbiex jistabbilixxu l-massa ta' korp bl-użu ta' l-azzjoni tal-gravità ta' dan il-korp.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Strument awtomatiku tal-kejl”Strument li jistabbilixxi l-massa ta' prodott mingħajr l-intervent ta' operatur u jsegwi programm stabbilit minn qabel tal-proċess awtomatiku karatteristiku għall-istrument.

“Miżien tal-qabda awtomatiku”Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi l-massa ta' tagħbijiet diskreti magħquda flimkien minn qabel (per eżempju pre-pakkeġġi) jew it-tagħbijiet waħdiena ta' materjal mhux marbut.

“Miżien li jiċċekkja l-qabda awtomatikament”Miżien li jiżen awtomatikament li jissuddividi l-oġġetti ta' massa differenti f'żewġ sub-gruppi jew iktar skond il-valur tad-differenza tal-massa tagħhom u punt iffissat nominali.

“Tikkettjatur tal-piż”Miżien tal-qabda awtomatiku li jagħti t-tikketti lil oġġetti individwali bil-valur tal-piż.

“Tikkettjatur tal-piż/prezz”Miżien tal-qabda awtomatiku li jagħti t-tikketti lil oġġetti individwali bil-valur tal-piż u tagħrif dwar il-prezz.

“Strument tal-mili awtomatiku gravimetriku”Strument awtomatiku tal-kejl li jimla l-kontenituri b'massa stabbilita minn qabel u virtwalment kostanti tal-prodott minn massa.

“Totalizzatur diskontinwu” (miżien li jittotalizza bil-qabża)Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi l-massa ta' prodott bil-massa billi jaqsamha f'tagħbijiet diskreti. Il-massa ta' kull tagħbija diskreta tiġi stabbilita f'sekwenza u ttotalizzata. Kull tagħbija diskreta tiġi mbagħad ikkunsinnata lill-massa.

“Totalizzatur kontinwu”Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi b'mod kontinwu l-massa ta' prodott bil-massa fuq ċinga trasportatur, mingħajr is-suddiviżjoni sistematika tal-prodott u mingħajr ma jinterrompi l-moviment taċ-ċinga trasportatur.

“Miżien pont tal-ferroviji”Strument awtomatiku tal-kejl li jkollu riċevitur tat-tagħbija inklussivi l-binarji tal-ferrovija sabiex iġorr il-vetturi tal-ferroviji.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

Il-KAPITOLU I -   Il-ħtiġiet komuni għat-tipi kollha ta' l-istrumenti awtomatiċi tal-kejl

1.   Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għall-istrumnent kif ġej;

1.1.

Għall-miżurand:

Il-firxa tal-kejl fil-kapaċità massima u minima tiegħu.

1.2.

Għall-kwantitajiet ta' influwenza tal-provvista ta' l-elettriku

Fil-każ tal-provvista tal-voltaġġ AC

:

il-provvista nominali tal-voltaġġ AC, jew il-limiti tal-voltaġġ AC.

Fil-każ tal-provvista tal-voltaġġ DC

:

il-provvista nominali u minima tal-voltaġġ DC, jew il-limiti tal-voltaġġ DC.

1.3.

Għall-kwntitajiet ta' influwenza mekkanika jew klimatika

Il-firxa minima tat-temperatura hija ta' 30oĊ għajr jekk speċifikat xorta oħra fil-kapitoli li ġejjin ta' dan l-Anness.

Il-klassijiet mekkaniċi ambjentali skond il-paragrafu 1.3.2 ta' l-Anness I ma japplikawx. Għall-istrumenti li jintużaw taħt tensjoni speċjali mekkanika, p..e. l-istrumenti inkorporati fil-vetturi, il-fabbrikant għandu jiddefinixxi l-kondizzjonijiet mekkaniċi ta' l-użu.

1.4.

Għal kwantitajiet oħra ta' influwenza (jekk japplikaw)

Ir-rata/i tal-ħidma.

Il-karatteristiċi tal-prodott/i li jrid/u jiġi miżun/a,

2.   L-effett permissibbli tad-disturbanzi - L-ambjent elettro-manjetiku

Il-ħtiġet tat-twettiq tax-xogħol u l-valur kritiku tal-bidla huma mogħtija fil-Kapitolu rilevanti f'dan l-Anness għal kull tip ta' strument.

3.   Kemm jixraq

3.1.

Għandhom jiġu pprovvduti mezzi sabiex jillimitaw il-mejl, it-tagħbija u r-rata tal-ħidma hekk illi l-iżbalji massimi permissibbli (ż-ŻMPijiet) ma jinqabżux fil-ħidma normali.

3.2.

Għandu jiġi pprovvdut materjal adegwat tat-tqandil sabiex jgħin lill-istrument jirrispetta ż-ŻMPijiet matul il-ħidma normali.

3.3.

Kull interface tal-kontroll ta' l-operatur għandu jkun ċar u effettiv.

3.4.

L-integrità tal-wiri (meta preżenti) għandha tkun tista' tiġi vverifikata mill-operatur.

3.5.

Għandha tiġi pprovvduta l-kapabbiltà tal-fissar fiż-żero sabiex tgħin lill-istrument jirrispetta ż-ŻMPijiet matul il-ħidma normali.

3.6.

Kull riżultat ‘il barra mill-firxa ta' l-istrument għandu jiġi identifikat bħala ta' hekk, meta tkun possibbli kopja stampata.

4.   L-istima tal-konformità

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

Għas-sistemi mekkaniċi:

B + D jew B + E jew B + F jew D1 jew F1 jew G jew H1.

Għall-istrumenti elettro-mekkaniċi

B + D jew B + E jew B + F jew G jew H1.

Għas-sistemi elettroniċi jew is-sistemi li jkun fihom is-software:

B + D jew B + FD jew G jew H1.

Il-KAPITOLU II -   L-Imwieżen tal-qabda awtomatiċi

1.   Il-Klassijiet ta' l-Eżattezza

1.1.

L-istrumentri jiġu mqassma f'kategoriji primarji ddisinjati minn:

X jew Y

kif speċifikati mill-fabbrikant.

1.2.

Dawn il-kategoriji primarji jiġu mqassma f'erba' klassijiet iktar ta' “eżattezza”

XI, XII, XIII & XIV

u

Y(I), Y(II), Y(a) & Y(b)

li għandhom ikunu speċifikati mill-fabbrikant.

2.   L-istrumenti tal-Kategorija X

2.1.

Il-Kategorija X tapplika għall-istrumentri wżati għalbiex jiċċekkjaw il-pre-pakkeġġi magħmula skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mili skond il-volum ta' ċerti likwidi ppakkeġġjati minn qabel ( 23 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 dwat it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mili skond il-piż jew il-volum ta' ċerti prodotti ppakkeġġjati minn qabel ( 24 ) li japplikaw għall-pre-pakkeġġi.

2.2.

Il-klassijiet ta' l-eżattezza huma ssupplimentati b'fattur (x) illi jikkwantifika d-devjazzjoni standard massima permissibbli kif speċifikat fil-paragrafu 4.3.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-fattur (x), fejn il-(x) = = 2 u fil-għamla × 10k, 2 × 10k jew 5 × 10k, fejn il-k hija numru sħiħ negattiv jew żero.

3.   L-istrumenti tal-Kategorija Y

Il-Kategorija Y tapplika għall-imwieżen awtomatiċi l-oħra kollha tal-qabda.

4.   IŻ-ŻMP

4.1.   L-iżball medju tal-Kategorija X/iż-ŻMP ta' l-istrumenti tal-Kategorija Y



Tabella 1

m eIt-Tagħbija Netta () f'intervalli fl-iskala tal-verifika ()

L-Iżball medju massimu permissibbli

L-Iżball massimu permissibbli

XI

Y(I)

XII.

Y(II)

XIII.

Y(a)

XIV.

Y(b)

X

Y

0 < m = 50 000

0 < m = 5 000

0 < m = 500

0 < m = 50

± 0,5.e

± 1.e

50 000 < m = 200 000

5 000 < m = 20 000

500 < m = 2 000

50 < m = 200

± 1,0.e

± 1,5.e

200 000 < m

20 000 < m = 100 000

2 000 < m = 10 000

200 < m = 1 000

± 1,5.e

± 2.e

4.2.   Id-devjazzjoni standard

Il-valur massimu permissibbli għad-devjazzjoni standard ta' strument tal-Klassi X (x) huwa r-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-fattur (x) bil-valur fit-Tabella 2 ta' hawn taħt



Tabella 2

il-Tagħbija Netta (m)

Id-devjazzjoni standard massima permissibbli għall-Klassi X(1)

m = 50 g

0,48 %

50 g < m = 100 g

0,24 g

100 g < m = 200 g

0,24 %

200 g < m = 300 g

0,48 g

300 g < m = 500 g

0,16 %

500 g < m = 1 000 g

0,8 g

1 000 g < m = 10 000 g

0,08 %

10 000 g < m = 15 000 g

8 g

15 000 g < m

0,053 %

Għall-Klassi XI u XII għandu jkun inqas minn 1.

Għall-Klassi XIII ma għandux ikun iktar minn 1.

Għall-Klassi XIV (x) għandu jkun iktar minn 1.

4.3.   L-intervall ta' liskala tal-verifika - strumenti ta' intervall waħdieni



Tabella 3

Il-klassjiet ta' l-eżattezza

L-Intervall fl-iskala tal-verifika

n Max/eIn-Numru ta' l-intervalli fl-iskala tal-verifika =

 
 

Il-Kontenut

Il-Massimu

XI

Y(I)

0,001 g = e

50 000

XII

Y(II)

0,001 g = e = 0,05 g

100

100 000

0,1 g = e

5 000

100 000

XIII

Y(a)

0,1 g = e = 2 g

100

10 000

5 g = e

500

10 000

XIV

Y(b)

5 g = e

100

1 000

4.4.   L-intervall fl-iskala tal-verifika - strumenti ta' multi-intervalli



Tabella 4

Il-klassjiet ta' l-eżattezza

L-Intervall fl-iskala tal-verifika

n Max/eIn-Numru ta' l-intervalli fl-iskala tal-verifika =

 
 

Il-Valur massimu (1)

n = Max i /e(i+1)

Il-valur massimu

n = Maxi/ei

XI

Y(I)

0,001 g = ei

50 000

XII

Y(II)

0,001 g = ei

5 000

100 000

0,001 g = ei

5 000

100 000

XIII

Y(a)

0,001 g = ei

500

10 000

XIV

Y(b)

5 g = ei

50

1 000

(1)   Għall-i = r tapplika l-kolonna korrispondenti tat-Tabella 3 bil-e mibdula b' er.

Fejn

il-i = 1, 2,… r

il-i = il-firxa parzjali ta' l-użin

r = in-numru totali tal-firxiet parzjali

5.   Il-Firxa tal-Kejl

Meta tiġi peċifikata firxa tal-kejl għall-istrumenti tal-Klassi Y, il-fabbrikant għandu jqis illi l-kapaċità minima ma għandhiex tkun inqas minn:

għalll-Klass Y(I)

:

100 e

għall-Klass Y(II)

:

20 e għal 0,001 g = e = 0,05 g, u 50 e for 0,1 g = e

għall-Klassi Y(a)

:

20 e

għall-Klassi Y(b)

:

10 e

L-imwieżen użati għall-gradazzjoni, p.e. l-imwieżen postali u dawk li jiżnu l-irmixk

:

5 e

6.   Il-fissar dinamiku

6.1.

Il-faċilità dinamika tal-fissar għandha taħdem ġewwa firxa ta' tagħbija speċifikata mill-fabbrikant.

6.2.

Meta mwaħħla, faċilità dinamika tal-fissar li tikkumpensa għall-effetti dinamiċi tat-tagħbija tiċċaqlaq għandha tiġi inibita milli taħdem ‘il barra mill-firxa tat-tagħbija, u għandha tkun tista' tiġi mqiegħda fiż-żgur.

7.   It-Twettiq tax-Xogħol Taħt Id-Disturbanza tal-Fatturi ta' Influwnza U Elettro-manjetiċi

7.1.

Iż-ŻMPijiet minħabba l-fatturi ta' l-influwenza huma:

7.1.1.

Għall-istrumenti tal-Kategorija X:

 Għall-ħidma awtomatika, kif speċifikat fit-Tabelli 1 u 2,

 Għall-użin statiku f'ħidma mhux awtomatika, kif speċifikat fit-Tabella 1.

7.1.2.

Għall-istrumenti tal-Kategorija Y:

 Għal kull tagħbija f'ħidma awtomatika, kif speċifikat fit-Tabella 1,

 Għall-użin statiku f'ħidma mhux awtomatika, kif speċifikat fit-Tabella 1 għall-Kategorija X.

7.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba disturbanza huwa intervall wieħed fl-iskala tal-verifika.

7.3.

Il-firxa tat-temperatura;

 Għall-Klassi XI u Y(I) il-firxa minima hija ta' 5oĊ,

 Għall-Klassi XII u Y(II) il-firxa minima hija ta' 15oĊ,

Il-KAPITOLU III -   L-Istrumenti Awtomatiċi Gravimetriċi tal-Mili

1.   Il-klassjiet ta' l-eżattezza

1.1.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika kemm il-klassi tar-riferiment rigward l-eżattezza Ref(x) u l-klassi/jiet operattiva/i ta' l-eżattezza X(x).

1.2.

Tip ta' strument jiġi ddeżinjat klassi tar-riferiment dwar l-eżattezza Ref(x), li tikkorispondi ma' l-aħjar eżattezza possibbli għall-istrumenti tat-tip. Wara li jiġu stallati, l-istrumenti individwali jiġu ddeżinjati għal klassi operattiva jew iktar ta' l-eżattezza X(x), wara li jitqiesu l-prodotti speċifiċi li jridu jintiżnu. Il-fattur tad-deżinenza tal-klassi għandu jkun = = 2, u fil-għamla × 10k, 2 × 10k jew 5 × 10k, fejn il-k hija numru sħiħ negattiv jew żero.

1.3.

Il-klassi tar-riferiment rigward l-eżattezza Ref(x) tapplika għal tagħbijiet statiċi.

1.4.

Għall-klassi operattiva ta' l-eżattezza X(x), il-X huwa reġim li għandu x'jaqsam mal-piż tat-tagħbija u l-(x) huwa l-moltiplikatur għall-limiti ta' l-iżbalji speċifikati għall-Klassi X(1) fit-2.2.

2.   Ż-ŻMP

2.1.   L-iżball fl-użin statiku

2.1.1.

Għat-tagħbijiet statiċi taħt kondizzjonijiet irratati tal-ħidma, iż-ŻMP għall-klassi tar-riferiment rigward l-eżattezza Ref(x), għandu jkun ta' 312 tad-devjazzjoni massima permissibbli mill-medja ta' kull waħda mill-mili; kif speċifikat fit-Tabella 5; immoltiplikat bil-fattur tal-klassi tad-deżinenza (x).

2.1.2.

Għall-istrumenti fejn il-mili jintgħamel minn iktar minn tagħbija waħda (p.e. imwieżen ta' għaqda kumulattiva jew selettiva) iż-ŻMP għat-tagħbijiet statiċi għandu jkun l-eżatteza meħtieġa għall-mili kif speċifikat fit-2.2 (jiġifieri, mhux is-somma tad-devjazzoni massima permissibbli għat-tagħbijiet individwali).

2.2.   Id-devjazzjoni mill-mili medju



Tabella 5

Il-Valur tal-massa, m (g), tal-mili

Id-devjazzjoni massima permissibbli ta' kull aħda mill-mili mill-medja għall-Klassi X(1)

m < 50

7,2 %

50 < m = 100

3.6 g

100 < m = 200

3,6 %

200 < m = 300

7,2 g

300 < m = 500

2,4 %

500 < m = 1 000

12 g

1 000 < m = 10 000

1,2 %

10 000 < m = 15 000

1ċ20 g

15 000 < m

0,8 %

Nota:

Id-devjazzjoni kkalkolata għal kull waħda mill-mili mill-medju tista' tiġi aġġustata sabiex tqis l-effett tad-daqs tal-partikola tal-materjal.

2.3.   L-iżball għall-valur iffissat minn qabel (l-iżball tal-fissar)

Għall-istrumenti fejn ikun possibbli li jiġi ffisat użin tal-mili bil-quddiem; id-differenza massima bejn il-valur iffissat bil-quddiem u l-massa medja tal-mili ma għandux jaqbeż id-devjazzjoni massima permissibbli għal kull wieħed mill-mili mill-medju, kif speċifikat fit-Tabella 5.

3.   It-Twettiq tax-Xogħol Taħt id-Distrubanza tal-Fattur ta' l-Influwnza U Elettro-manjetiċi

3.1.

Iż-ŻMP minħabba l-fatturi ta' l-influwenza għandu jkun kif speċifikati fil-paragrafu 2.1.

3.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba disturbanza huwa bidla ta' l-indikazzjoni statika tal-piż egwali għaż-ŻMP kif speċifikat fil-paragrafu 2.1 ikkalkolat għall-mili minimu rratat, jew bidla li tagħti effett ekwivalenti fuq il-mili fil-każ ta' strumenti fejn il-mili jikkonsisti minn tagħbijiet multipli. Il-valur kritiku kkalkolat tal-bidla għandu jitneħħielu x-xtur sa' l-intervall għoli li jmiss ta' l-iskala (d).

3.3.

Il-fabbriknt għandu jispeċifika l-valur tal-nili minimu rratat.

Il-KAPITOLU IV -   It-totalizzaturi diskontinwi

1.   Il-Klassijiet ta' l-Eżattezza

L-istrumenti huma mqassa f'erba' klassijiet ta' l-eżattezza kif ġej: 0,2, 0,5, 1, 2.

2.   Iż-ŻMPijiet



Tabella 6

Il-Llassi ta' l-eżattezza

Iż-ŻMP tat-tagħbija ttotalizzata

0,2

± 0,10 %

0,5

± 0,25 %

1

± 0,50 %

2

± 1,00 %

3.   L-intervall ta' l-iskala tat-totalizzazzjoni

L-intervall ta' l-iskala tat-totalizzazzjoni (dt) għandu jkun fil-firxa ta':

0,01 % Max = dt = 0,2 % Max

4.   It-tagħbija Minima Ttotalizzata (Σ min)

It-tagħbija minima ttotalizzata (Σ min) ma għandhiex tkun inqas mit-tagħbija li fiha ż-ŻMP huwa egwali għall-intervall ta' l-iskala tat-totalizazzjoni (dt) u mhux inqas mit-tagħbija minima kif speċifikata mill-fabbrikant.

5.   Il-Fissar taż-Żero

L-istrumenti li ma jiżnux it-tara wara l-iskarigu għandu jkollhom mezz li jiffissa ż-żero. Għandha tiġi inibita ż-żero jekk l-indikazzjoni tvarja bi:

 1 dt fuq l-istrumenti b'mezz awtomatiku li jiffissa ż-żero;

 0,5 dt fuq l-istrumenti b'mezz semi-awtomatiku jew mhux awtomatiku li jiffissa ż-żero.

6.   L-interface ta' l-operatur

L-aġġustamenti ta' l-opertur u l-funzjoni tal-fissar mill-ġdid għandhom jiġu inibiti mill-ħidma awtomatika.

7.   Il-kopja stampata

Għandu jiġi inibit il-fissar mill-ġdid tat-total fuq l-istrument imgħammar b'kopja stampata sakemm jiġi stampat it-total. Il-kopja stampata tat-total għandha ssir jekk tiġi interrotta l-ħidma awtomatika.

8.   It-twettiq tax-xogħol taħt id-disturbanzi tal-fatturi ta' influwnza u d-disturbanzi elettro-manjetiċi

8.1.

Iż-ŻMPijiet minħabba l-fatturi ta' l-influwenza għandhom ikunu kif speċifikati fit-Tabella 7.



Tabella 7

It-Tagħbija (m) f'intervalli ta' l-iskala tat-totalizzazzjoni (dt)

Iż-ŻMP

0 < m = 500

± 0,5 dt

500 < m = 2 000

± 1,0 dt

2 000 < m = 10 000

± 1,5 dt

8.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba disturbanza huwa intervall wieħed ta' l-iskala tat-totalizzazzjoni għal kull indikazzjoni ta' wżin u ta' kull total maħżun.

Il-KAPITOLU V -   It-totalizzaturi kontinwi

1.   Il-klassjiet ta' l-eżattezza

L-istrumenti huma mqassma fi tliet klassijiet ta' l-eżattezza kif ġej: 0,5, 1, 2.

2.   Il-Firxa tal-Kejl

2.1.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-firxa tal-kejl, il-proporzjon bejn it-tagħbija minima netta fuq l-unità ta' l-użin u l-kapaċità massima, u t-tagħbija minima ttotalizzata.

2.2.

It-tagħbija minima ttotalizzata Σmin ma għandhiex tkun inqas minn

800 d għall-Klassi 0,5,

400 d għall-Klassi 1,

200 d għall-Klassi 2.

Fejn id-d hija l-intervall ta' l-iskala tal-mezz tat-totalizzazzjoni ġenerali.

3.   IŻ-ŻMP



Tabella 8

Il-Klassi ta' l-eżattezza

Iż-ŻMP għat-tagħbija ttotalizzata

0,5

± 0,25 %

1

± 0,5 %

2

± 1,0 %

4.   Il-veloċità taċ-ċinga

Il-veloċità taċ-ċinga għandha tiġi speċifikata mill-fabbrikant. Għall-imwieżen taċ-ċineg ta' veloċità waħdiena, u għall-imwieżen taċ-ċineg b'veloċità varjabbli li jkollhom kontroll manwali tal-fissar tal-veloċità, il-veloċità ma għandhiex tvarja b'iktar minn 5 % tal-valur nominali. Il-prodott ma għandux iklollu veloċità differenti mill-veloċità taċ-ċinga.

5.   General Totalisation Device

Il-Mezz Ġenerali tat-Totalizzatur

Ma għandux ikun possibbli

6.   It-twettiq tax-xogħol taħt id-disturbanzi tal-fatturi ta' influwnza u d-disturbanzi elettro-manjetiċi

6.1.

Iż-ŻMP minħabba l-fattur ta' l-influwenza, għal tagħbija ta' mhux inqas mill-Σ min, għandu jkun 0,7 darbiet il-valur approprjat speċifikat fit-Tabella 8 bit-tneħħija tax-xtur sa l-eqreb intervall ta' l-iskala tat-totalizzazzjoni (d).

6.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba disturbanza għandu jkun 0,7 darbiet il-valur approprjat speċifikat fit-Tabella 8, għal tagħbija egwali għall-Σ min, għall-klassi ddeżinjata għall-miżien taċ-ċinga; bix-xtur imneħħija sa l-intervall ogħla li jkun imiss fl-iskala tat-totalizzazzjoni(d).

Il-KAPITOLU VI -   Il-pontijiet ta' l-imwieżen tal-qabda awtomatiċi tal-binarji tal-ferroviji

1.   Il-klassjiet ta' l-eżattezza

L-istrumenti huma mqassa f'erba' klassijiet ta' l-eżattezza kif ġej:

0,2, 0,5, 1, 2.

2.   IŻ-ŻMP

2.1.

Iż-ŻMPijiet sabiex jiżnu waqt iċ-ċaqliq vagun waħdieni jew tren sħiħ huma murija fit-Tabella 9.



Tabella 9

Il-Klassi ta' l-eżattezza

Iż-ŻMP

0,2

± 0,1 %

0,5

± 0,25 %

1

± 0,5 %

2

± 1,0 %

2.2.

Iż-ŻMPijiet għall-piż tal-vaguni imgħaqqda jew mhux imgħaqqda jintiżnu waqt iċ-ċaqliq għandu jkun wieħed mill-valuri li ġejjin, liema minnhom ikun l-ikbar:

 il-valur ikkalkolat skond it-Tabella 9, bix-xtur imneħħija sa l-eqreb intervall ta' l-iskala;

 il-valur ikkalkolat skond it-Tabella 9, bix-xtur imneħħija sa l-eqreb intervall ta' l-iskala għal piż ekwivalenti għal 35 % tal-piż massimu tl-vagun (kif iskritt fuq il-għoti tal-marki deskrittivi);

 intervall wieħed ta' l-iskala (d).

2.3.

Iż-ŻMPijiet għall-piż tat-tren waqt iċ-ċaqliq għandu jkun wieħed mill-valuri li ġejjin, liema minnhom ikun l-ikbar:

 il-valur ikkalkolat skond it-Tabella 9, bix-xtur imneħħija sa l-eqreb intervall ta' l-iskala;

 il-valur ikkalkolat skond it-Tabella 9, għall-piż ta' vagun wieħed egwali għal 35 % tal-piż massimu tal-vagun (kif iskritt fuq il-għoti tal-marki deskrittivi) immoltiplikat bin-numru tal-vaguni tar-riferiment (li ma jaqbżux il-10) fit-tren, u bix-xtur imneħħija sa l-eqreb intervall ta' l-iskala;

 intervall wieħed ta' l-iskala (d) għal kull vagun fit-tren, imma li ma jaqbiżx il-10 d.

2.4.

Meta jkunu qegħdin jintiżnu l-vaguni mgħaqqda; l-iżbalji ta' mhux iktar minn 10 % tar-riżultati ta' l-użin meħuda minn passaġġ jew iktar tat-tren jistgħu jaqbżu ż-ŻMP approprjat mogħti fil-paragrafu 2.2, imma ma għandux jaqbeż darbtejn iż-ŻMP.

3.   L-intervall ta' l-iskala (d)

Ir-relazzjoni bejn il-klassi ta' l-eżattezza u l-intervall ta' l-iskala għandha tkun kif speċifikat fit-Tabella 10.



Tabella 10

Il-Klassi ta' l-eżattezza

L-intervall ta' l-iskala (d)

0,2

d = 50 kg

0,5

d = 100 kg

1

d = 200 kg

2

d = 500 kg

4.   Il-firxa tal-kejl

4.1.

Il-kapaċità minima ma għandhiex tkun inqas mnn 1 t, u mhux ikbar mill-valur tar-riżultat tal-piż minimu tal-vagun imqassam bin-numru ta' l-użinijiet parjali.

4.2.

Il-piż minimu tal-vagun ma għandux ikun inqas minn 50 d.

5.   It-twettiq tax-xogħol taħt id-disturbanzi tal-fattur ta' l-influwnza u d-disturbanzi elettro-manjetiċi

5.1.

Iż-ŻMP minħabba fattur ta' l-influwenza għandu jkun kif speċifikat fit-Tabella 11.



Tabella 11

It-Tagħbija (m) f'intervalli ta' l-iskala tal-verifika (d)

Iż-ŻMP

0 < m = 500

± 0,5 d

500 < m = 2 000

± 1,0 d

2 000 < m = 10 000

± 1,5 d

5.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba disturbanza huwa intervall wieħed fl-iskala.




ANNESS MI-007

IT-TASSIMETRI

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan l-Anness japplikaw għat-tassimetri.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Tassimetru”:

Mezz li jaħdem flimkien mal-ġeneratur ta' sinjal ( 25 ) sabiex jagħmel strument tal-kejl.

Dan il-mezz ikejjel it-tul taż-żmien, jikkalkola d-distnza fuq il-bażi ta' sinjal imwassal bil-ġeneratur tas-sinal tad-distanza. B'żieda ma' dan, jikkalkola u juri n-noll li jrid jitħallas għal vjaġġ fuq il-bażi tad-distanza kkalkolata u/jew it-tul taż-żmien imkejjal tal-vjaġġ.

“Noll”:

L-ammont totali tal-flus mistħoqq għal vjaġġ imsejjes fuq piż inizjali ffissat għall-kiri u/jew it-tul u/jew iż-żmien tal-vjaġġ. In-noll ma jinkludix impost supplimentari għal servizzi extra.

“Veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor”:

Il-valur tal-veloċità misjub bit-tqassim tal-valur tat-tariffa tal-ħin bil-valur tat-tariffa tad-distanza.

“Mod normali tal-kalkolu bil-mod S” (l-applikazzjoni waħdiena tat-tariffa):

Il-kalkolu tan-noll imsejjes fuq l-applikazzjoni tat-tariffa taż-żmien taħt il-veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor u l-applikazzjoni tat-tariffa tad-distanza “il fuq mill-veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor.”

“Mod normali tal-kalkolu bil-mod D” (l-applikazzjoni doppja tat-tariffa):

Il-kalkolu tan-noll imsejjes fuq l-applikazzjoni simultanja tat-tariffa taż-żmien u t-tariffa tad-distanza fuq il-vjaġġ kollu.

“Pposizzjoni tal-ħidma”

Il-modi differenti li fihom tassimetru jwettaq il-partijiet differenti tal-funzjonament tiegħu. Il-posizzjonijiet tal-ħidma jingħarfu bl-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Għall-Kiri”

:

Il-pożizzjoni tal-ħidma li fiha l-kalkolu tan-noll jiġi ddiżabbiltat

“Mikri”

:

Il-pożizzjoni tal-ħidma li fiha jsir il-kalkolu tan-noll fuq il-bażi ta' impost inizjali possibbli u tariffa tad-distanza koperta u/jew taż-żmien tal-vjaġġ

“Imwaqqaf”

:

Il-pożizzjoni tal-ħidma li fiha jiġi indikat in-noll mistħoqq għall-vjaġġ u jiġi ddiżabbiltat il-kalkolu tan-noll imsejjes fuq iż-żmien.

IL-ĦTIĠIET TAD-DISINN

1.

It-tassimetru għandu jkun iddisinjat sabiex jikkalkola d-distanza u jkejjel it-tul taż-żmien tal-vjaġġ.

2.

It-tassimetru għandu jkun iddisinjat sabiex jikkalkola u juri n-noll, li jiżdied fi skaluni egwali għar-riżoluzzjoni ffissata mill-Istat Membru fil-pożizzjoni tal-ħidma “Mikri”. It-tassimetru għandu jkun iddisinjat ukoll sabiex juri l-valur finali tal-vjaġġ fil-pożizzjoni tal-ħidma “Imwaqqaf”.

3.

Tassimetru għandu jkun jista' japplika l-modi S u D tal-kalkolu normali. Għandu jkun possibbli li jagħżel bejn dawn il-modi tal-kalkolu b'arranġament fiż-żgur.

4.

Tassimetru għandu jkun jista' jforni l-informazzjoni li ġejja permezz ta' interface/s approprjat/i fiż-żgur:

 il-pożizzjoni tal-ħidma:

 “Għall-Kiri”, “Mikri” jew “Imwaqqaf”;

 l-informazzjoni tat-totalizzatur skond il-paragrafu 15.1;

 tagħrif ġenerali: il-kostanti tal-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza, id-data ta' meta jiġi żgurat, l-identifikatur tat-taxi, iż-żmien reali, l-indikazzjoni tat-tariffa;

 it-tagħrif dwar in-noll għal vjaġġ; it-total impost, in-noll, il-kalkolu tan-noll, l-impost supplimentari, id-data, iż-żmien tal-bidu, iż-żmien tat-tmiem, id-distanza vvjaġġata;

 it-tagħrif dwar it-tariffa/i: il-parametri tat-tariffa/i.

Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' teħtieġ ċerti mezzi sabiex tiġi kkonnettjata ma' l-interface/s ta' tassimetru. Meta jkun meħtieġ dan il-mezz; għandu jkun possibbli, b'arranġament fiż-żgur, li tiġi inibita awtomatikament il-ħidma tat-tassimetru għar-raġunijiet tan-nuqqas tal-preżenza jew il-funzjonament mhux proprju tal-mezz meħtieġ.

5.

Jekk rilevanti, għandu jkun possibbli li tassimetru jiġi aġġustat għall-kostanti tal-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza li miegħu jrid jiġi kkonnettjat u jiżgura l-aġġustament.

IL-KONDIZZJONIJIET IRRATATI TAL-ĦIDMA

6.1.

Il-klassi mekkanika ambjentali li tapplika hija l-M3.

6.2.

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għall-istrument, b'mod partikolari;

 firxa minima tat-temperatura ta' 80oĊ għall-ambjent klimatiku;

 il-limiti tal-provvista ta' l-enerġija DC li għaliha l-istrument kien iddisinjat.

L-IŻBALJI MASSIMI PERMISSIBBLI (iż-ŻMPijiet)

7.

Iż-ŻMP, bl-esklużjoni ta' kull żball minħabba l-applikazzjoni tat-tassimetru f'taxi, huma:

 Għaż-żmien li jkun għadda: ± 0,1 %

 il-valur minimu tal-ŻMP: 0,2s;

 Għad-distanza vvjaġġata: ± 0,2 %

 il-valur minimu taż-ŻMP: 4 m;

 Għall-kalkolu tan-noll: ± 0,1 %

 il-minimu, inkluż it-tneħħija tax-xtur: li jikkorrispondi maċ-ċifra l-inqas sinifikanti ta' l-indikazzjoni tan-noll.

L-EFFETT PERMISSIBBLI TAD-DISTURBANZI

8.   L-immunità elettro-manjetika

8.1.

Il-Klassi elettro-manjetika li tapplika hija l-E3.

8.2.

Iż-ŻMP stabbilit fil-paragrafu 7 għandu jiġi rrispettat ukoll fil-preżenza ta' disturbanza elettro-manjetika.

IN-NUQQAS TAL-PROVVEDIMENRT FIL-PROVVISTA TA' L-ENERĠIJA

9.

Fil-każ ta' tnaqqis fil-provvista tal-voltaġġ sa valur taħt il-limitu ta' isfel tal-ħidma kif speċifikat mill-fabbrikant, it-tassimetru għandu:

 jissokta jaħdem b'mod korrett jew jibda l-funzjonament korrett tiegħu mill-ġdid mingħajr it-telf ta' l-informazzjoni disponibbli qabel ma jaqa' l-voltaġġ jekk il-waqgħa tal-voltaġġ tkun temporanja, jiġifieri qabel ma titqabbad il-magna.

 iħassar kejl eżistenti u jirritorna għall-pożizzjoni “Għall-Kiri” jekk il-waqgħa tal-voltaġġ tkun għal perjodu itwal taż-żmien.

ĦTIĠIET OĦRA

10.

Il-kondizzjonijiet rigward il-kompatibbiltà bejn it-tassiimetru u l-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza għandhom jiġu speċifikati mill-fabbrikant tat-tassimetru.

11.

Jekk ikun hemm impost supplimentari għal servizz extra, imdaħħal mis-sewwieq bil-kmand manwali, dan għandu jiġi eskluż min-noll muri. Madankollu, f'dan il-każ, tassimetru jista' juri temporanjament il-valur tan-noll blżimpost supplimentari inkluż.

12.

Jekk in-noll jiġi kkalkolat skond il-mod D tal-kalkolu, tassimetru jista' jkollu mod addizzjonali tal-wiri li fih jiġu murija biss id-distanza u t-tul taż-żmien totali tal-vjaġġ fiż-żmien reali.

13.

Il-valuri kollha murija lill-passiġġier għandhom ikunu identifikati kif jixraq. Dawn il-valuri kif ukoll l-identifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu jistgħu jinqraw biċ-ċar f'kondizzjonijiet ta' bin-nhar u ta' bil-lejl.

14.1.

Jekk in-noll li jrid jitħallas jew il-miżuri li jridu jittieħdu kontra l-użu frawdolenti jistgħu jiġu affettwati mill-għażla tal-funzjonalità minn fissar ipprogrammat minn qabel jew mill-arranġament liberu ta' l-informazzjoni, għandu jkun possibbli li l-istrument jiġi żgurat u jiddaħħlu l-arranġamenti u l-informazzjoni.

14.2.

Il-possibbiltajiet ta' l-assigurazzjoni disponibbli f'tassimetru għandhom ikunu hekk illi tkun possibbli s-sigurezza separata ta' l-arranġamenti.

14.3.

Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 8.3 ta' l-Anness I japplikaw ukoll għat-tariffi.

15.1.

Tassimetru għandu jiġi mgħammar b'totalizzaturi li ma jistgħus jiġu rranġati mill-gdid għar-regoli kollha li ġejjin:

 Id-distanza totali vvjaġġata mit-taxi;

 Id-distanza totali vvjaġġata meta mikrija;

 In-numru totali tal-kirjiet;

 L-ammonti totali tal-flus impost bħala supplimenti;

 L-ammont totali tal-flus impost bħala noll,

Il-valuri ttotalizzati għandhom jinkludu l-valuri ffrankati skond il-paragrafu 9 fuq il-kondizzjonijiet tat-telf tal-provvista ta' l-enerġija.

15.2.

Jekk jiġi skonnettjat mill-enerġija, tassimetru għandu jippermetti l-valuri ttotalizzati li jiġu maħżuna għal sena bil-għan li jinqraw il-valuri mit-tassimetru għal medju ieħor.

15.3.

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jipprevjienu l-wiri tal-valuri ttotalizati milli jintużaw sabiex iqarrqu lill-passiġġieri.

16.

Il-bidla awtomatka tat-tariffi hija permessa minħabba:

 id-distanza tal-vjaġġ;

 duration of the trip;

 it-tul taż-żmien tal-vjaġġ;

 il-ħin tal-jum;

 id-data;

 il-jum tal-ġimgħa.

17.

Jekk il-proprjetajiet tat-taxi huma importanti għall-korrettezza tat-tassimetru, it-tassimetru għandu jipprovdi l-mezzi sabiex jiżgura l-konnessjoni tat-tassimetru mat-taxi li fiha jkun istallat.

18.

Għall-għan tat-testijiet wara l-istallazzjoni, it-tassimetru għandu jkun imgħammar bil-possibbiltà li jittestja separatament l-eżattezza tal-kejl tal-ħin u tad-distanza u l-eżattezza tal-kalkolu.

19.

Tassimetru u l-istruzzjonijiet ta' istallazzjoni tiegħu speċifikati mill-fabbrikant għandhom ikunu hekk illi, jekk stallat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, jiġu esklużi b'mod suffiċjenti l-bidliet frawdolenti tas-sinjal tal-kejl li jirrappreżenta d-distanza vvjaġġata.

20.

Il-ħtieġa ġenerali essenzali li tittratta l-użu frawdolenti għandha tiġi mwettqa hekk illi jiġu protetti l-interessi tal-klijent, ta' min iħaddem lis-sewwieq u ta' l-awtoritajiet fiskali.

21.

Tassimetru għandu jkun iddisinjat hekk illi jista' jirrispetta ż-ŻMPijiet mingħajr aġġustament matul perjodu taż-żmien ta' sena ta' l-użu normali.

22.

It-tassimetru għandu jkun imgħmmar b'arloġġ tal-ħin reali li permezz tiegħu jinżammu l-ħin tal-jum u d-data fejn il-wieħed jew it-tnejn jistgħu jintużaw għal bidla awtomatika tat-tariffi. Il-ħtriġiet ta' l-arloġġ tal-ħin reali huma:

 Iż-żamma tal-ħin għandu jkollha eżattezza ta' 0,02 %;

 Il-possibbiltà tal-korrezzjoni ta' l-arloġġ ma għandhiex tkun iktar minn 2 minuti fil-ġimgħa, Il-korrezzjoni għall-ħin tas-sajf u l-ħin tax-xitwa għandha titwettaq b'mod awtomatiku;

 Għandha tiġi pprevenuta l-korrezzjoni, awtomatika jew manwali, matul vjaġġ.

23.

Il-valuri tad-distanza vvjaġġata u tal-ħin li jgħaddi, meta murija jew stampati skond din id-Direttiva, għandhom jużaw l-unitajet li ġejjin:

Id-distanza vvjaġġata:

 fir-Renju Unit u l-Irlanda: sad-data li trid triġi ffissata mill-Istati Membri skond l-Artikolu (1)(b) tad-Direttiva 80/181/KEE: il-kilometrei jew il-mili;

 fl-Istati Membri l-oħra kollha: il-kilometri.

Il-Ħin imgħoddi:

 is-sekondi, il-minuti jew is-sigħat, kif jista' jixraq, filwaqt li tinżamm fil-moħħ ir-riżoluzzjoni meħtieġa u l-ħtieġa li jiġu pprevenuti n-nuqqasijiet tal-fehim.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.




ANNESS MI-008

IL-KEJL MATERJALI

Il-KAPITOLU I   - Il-kejl matejrali tal-tul

Il-ħtiġiet essenzali rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan il-kapitolu, japplikaw għall-kejl materjali tat-tul, iddefiniti hawn taħt. Madankollu, il-ħtieġa li tiġi formita kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tista' tiġi interpretata bħala li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għal kull wieħed mill-istrumenti individwali.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Kejl materjali tat-tul”Strument li jkun fih il-marki ta' skala li d-distanzi tiegħu jingħataw f'unitajiet legali tat-tul.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

Il-Kondizzjonijiet tar-Riferiment

1.1.

Għat-tejpijiet tal-kejl egwali għal ħames metri jew ikbar, l-iżbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet) iridu jiġu sodisfatti meta jiġu applikati qawwa trattiva ta' ħamsin newton jew valuri oħra tal-qawwa kif speċifikati mill-fabbrikant u mmarkati kif jixraq fuq it-tejp tal-kejl, jew fil-każ li jkun jinħtieġ kejl riġidu jew semi-riġidu.

1.2.

It-temperatura tar-riferiment hija 20oĊ għajr jekk speċifikat xorta oħra mill-fabbrikant u mmarkata fuq il-kejl kif jixraq.

Iż-ŻMPijiet

2.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv f'mm, bejn żewġ marki mhux konsekuttivi ta' l-iskala huwa (a + bL), fejn:

 il-L huwa l-valur tat-tul bix-xur imneħħija sal-metru sħiħ li jkun imiss; u

 il-a u l-b huma mogħtija fit-Tabella ta' hawn taħt.

Meta intervall terminali ikun ikkonfinat minn wiċċ, jiġi miżjud iż-ŻMP għal kull distanza li tibda minn dan il-punt bil-valur ta' ċ mogħti fit-Tabella 1.



Tabella 1

Il-Klassi ta' l-Eżattezza

a (mm)

(b)

ċ (mm)

I

0,1

0,1

0,1

II

0,3

0,2

0,2

III.

0,6

0,4

0,3

D — klassi speċjali għat-tejpijiet tal-kejl tal-għads (1)

Sa u jinkludu 30 m (2)

1,5

żero

żero

S — klassi speċjali għat-tejpijiet li jorbtu t-tankijiet

Għal kull tul ta' 30 m meta t-tejp ikun sostnut fuq wiċċ ċatt

1,5

żero

żero

(1)   Japplika għall-għaqdiet tal-piż tat-tejp/għads.

(2)   Jekk it-tul nominali tat-tejp jaqbeż it-30 m, għandu jiġi permess 0,75 mm għal kull 30 m tat-tul tat-tejp.

It-tejpijiet tal-għads jistgħu jkunu wkoll tal-Klassijiet I jew II u f'dan il-każ kull tul bejn żewġ marki ta' l-iskala, li waħda minnhom tkun fuq iċ-ċomba tal-għads u l-oħra fuq it-tejp, iż-ŻMP huwa ta' ± 0,6 mm meta l-applikazzjoni tal-formola tagħti valur ta' inqas minn 0.6 mm.

Iż-ŻMP għat tul bejn marki konsekuttivi ta' l-iskala, u d-differenza massima permissibbli bejn żewġ intervalli konsekuttivi, huma mogħtija fit-Tabella 2 ta' hawn taħt.



Tabella 2

It-Tul i ta' l-intervall

Iż-ŻMP jew id-differenza f'millimetri skond il-klassi ta' l-eżattezza

I

II

III.

i = 1 mm

0,1

0,2

0,3

1 mm < i = 1 ċm

0,2

0,4

0,6

Meta riga tkun tat-tip li tintena, il-minkeb għandu jkun hekk illi ma jikkawża l-ebda żbalji supplimentarji għal dawk ta' hawn fuq, li jaqbżu: iż-0,3 mm għall-Klassi II u ż-0,5 mm għall-Klassi III.

Il-Materjali

3.1.

Il-materjali wżati għall-kejl tal-materjali għandhom ikunu hekk illi l-varjazzjonijiet fit-tul minħabba l-eskursjonijiet tat-temperatura sa ± 8oĊ dwar it-temperatura tar-riferiment ma jaqbżux iż-ŻMP. Dan ma japplikax għall-kejl tal-Klassi S u l-Klassi D meta l-fabbrikant ikun beħsiebu li għandhom jiġu applikati korrezjonijiet għall-espansjoni termika rigward il-qari osservat meta meħtieġ.

3.2.

Il-kejl magħmul minn materjal li l-qisien tiegħu jista' jvarja materjalment meta ssoġġettat għal firxa wiesgħa ta' umdità relattiva, jista' jiġi inkluż biss fil-Klassijiet II jew III.

Il-marki

4.

Il-valur nominali għandu jiġi mmarkat fuq il-kejl. L-iskali millimetriċi għandhom jiġu nnumerati għal kull ċentimetru u l-kejl b'intervalli ta' iktar minn 2 ċm fuq l-iskala għandu jkollu l-marki kollha ta' l-iskala nnumerati.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H jew G.

Il-KAPITOLU II   - Il-kejl li jaqdi l-kapaċità

Il-ħtiġiet essenzali rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati f'dan il-kapitolu, japplikaw għall-kejl li jaqdi l-kapaċità ddefiniti hawn taħt. Madankollu, il-ħtieġa li tiġi formita kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-konformita tista' tiġi interpretata bħala li tapplika għal lott jew kunsinna iktar milli għal kull wieħed mill-istrumenti individwali. Ukoll, ma għandhiex tapplika l-ħtieġa li l-istrument iġorr it-tagħrif rigward l-eżattezza tiegħu.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Kejl li jaqdi l-kapaċità”Kejl tal-kapaċità (bħal kejl ta' tazza tax-xorb, ta' buqar jew ta' ħolqa) iddisinjat sabiex jistabbilixxi volum speċifiku ta' likwidu (għajr prodott farmaċewtiku) li jinbigħ għall-konsum fil-pront.

“Kejl lineari”Kejl li jservi kapaċità mmarkata b'linja sabiex jindika kapaċità nominali.

“Kejl sax-xifer”Kejl li jservi kapaċità li l-volum tiegħu tal-kapaċità huwa egwali għall-kapaċità nominali.

“Kejl tat-trasferiment”Kejl li jservi kapaċità li minnu jkun maħsub li l-likwidu jitferragħ qabel il-konsum.

“Kapaċità”Il-kapaċità hija l-volum intern għall-kejl sax-xifer jew il-volum intern sal-marka tal-mili tal-kejlijiet lineari

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

1.   Il-Kondizzjonijiet tar-Riferiment

1.1.

It-Temperatura: it-temperatura tar-riferiment għall-kejl tal-kapaċità hija 20oĊ.

1.2.

Il-pożizzjoni għall-indikazzjoni korretta: wieqfa mingħajr appoġġ fuq wiċċ invell.

2.   Iż-ŻMPijiet



Tabella 1

 

Lineari

Sax-Xifer

Il-Kejl tat-trasferiment

 
 

< 100 ml

± 2 ml

– 0

+ 4 ml

= 100 ml

± 3 %

– 0

+ 6 %

Il-Kejl li jaqdi

 
 

< 200 ml

± 5 %

– 0

+ 10 %

= 200 ml

± 5 ml + 2,5 %

– 0

+ 10 ml + 5 %

3.   Il-Materjali

Il-kejl li jaqdi l-kapaċità għandu jkun ta' materjal riġidu biżżejjed u stabbli fil-qisien għalbiex iżomm il-kapaċità ġewwa ż-ŻMP.

4.   Il-għamla

4.1.

Il-kejl tat-trasferiment għandu jkun iddisinjat hekk illi bidla fil-kontenut egwali għaż-ŻMP tikkawża bidla fil-livell ta' mill-inqas 2 mm mix-xifer jew mill-marka tal-mili.

4.2.

Kejl tat-trasferiment għandu jkun iddisinjat hekk illi ma jiġix impedut skarigu mill-likwidu li jkun qiegħed jitkejjel.

5.   Il-marki

5.1.

Il-kapaċità nominali ddikjarata għandha tiġi mmarkata biċ-ċar u mingħajr ma tista' titħassar fuq il-kejl.

5.2.

Il-kejl li jaqdi l-kapaċità jista' jiġi mmarkat ukoll b'sa tliet kapaċitajiet ċari u li jistgħu jingħarfu minn xulxin, li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jwassal għal-konfużjoni bejniethom.

5.3.

Il-marki kollha tal-mili għandhom ikunu ċari u jtulu biżżejjed fiż-żmien sabiex jiġguraw illi ż-ŻMPijiet ma jinqabżux waqt l-użu.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

A1 jew F1 jew D1 jew E1 jew B + E jew B + D jew H.




ANNESS MI-009

L-ISTRUMENTI LI JKEJLU L-QISIEN

Il-ħtiġiet essenzali rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformitàà elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-istrumenti tal-kejl tal-qisien tat-tipi ddefiniti hawn taħt.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Strument li jkejjel it-tul”Strument li jkejjel it-tul iservi sabiex jistabbilixxi t-tul tal-materjali tat-tip tal-ħbula (p.e. it tessuti, il-faxex, iċ-ċwiemi) matul il-moviment tal-għalf tal-prodott li jrid jitkejjel.

“Strumenti li jkejlu l-firxa”Strument li jkejjel il-firxa jservi sabiex jistabbilixxi l-firxa ta' l-oġġetti ta' għamla irregolari, p.e. il-ġild.

“Strumenti tal-kejl multi-dimensjonali”Strument tal-kejl multi-dimensjonali li jservi sabiex jistabbilixxi it-tul tat-truf (it-tul, il-għoli, il-wisa') ta' l-iżgħar solidu rettangolari mdawwar mill-parallogrammi kontenuti fi prodott.

KAPITROLU I   - Il-ħtiġiet komuni għall-istrumenti kollha tal-kejl multi-dimensjonali

L-immunita elettro-manjetika

1.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika fuq strument tal-kejl multi-dimensjonali għandu jkun hekk illi:

 il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fil-paragrafu 2.3; jew

 ikun impossibbli li jitwettaq kull kejl; jew

 jeżistu varjazzjonijiet monetarji fil-kejl li ma jistgħux jiġu interpretati, immemorizzati jew tramessi bħala riżultat tal-kejl; jew

 jeżistu varjazzjonijiet severi biżżejjed fir-riżultat tal-kejl sabiex jiġu nnotati minn dawk kollha interessati fir-riżultat tal-kejl.

2.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa egwali għal intervall wieħed fl-iskala.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

Għall-istrumenti mekkaniċi jew elettro-mekkaniċi

F1 jew E1 jew D1 jew B + F jew B + E jew B + D jew H jew H1 jew G.

Għall-istrumenti elettroniċi jew is-sistemi li jkun fihom is-software:

B + F jew B + D jew H1 jew G.

Il-KAPITOLU II   - L-istrumenti li jkejlu t-tul

Il-karatteristiċi tal-prodott li jrid jitkejjel

1.

It-tessuti huma kkaratterizzati bil-fattur K tal-karatterizzazzjoni. Dan il-fattur iqis kemm jiġġebbed it-tessut u l-firxa tal-qawwa għal kull unità tal-prodott imkejjel u huwa ddefinit bil-formola li ġejja:

K

=

ε (GA + 2,2 N/m2), fejn

l- ε huwa l-elongazzjoni relattiva ta' kampjun tad-drapp wiesa' 1 mm fil-qawwa tensili ta' 10 N,

G A huwa l-qawwa tal-piż għal kull firxa ta' unità għall-kampjun tad-drpp N/m 2.

Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim

2.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet u l-fattur K, meta japplikaw, ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-fabbrikant. Il-firxiet tal-fattur K huma mogħtija fit-Tabella 1:



Tabella 1

Il-Grupp

Il-Firxa tal-K

Il-Prodott

I

0 < K < 2 × 10-2N/m2

jiġġebbed ftit

II

2 × 10-2 N/m2 < K < 8 ×10-2 N/m2

jiġġebbed medju

III

8 × 10-2 N/m2 < K < 24 ×10-2 N/m2

jiġġebbed ħafna

IV

24 × 10-2 N/m2 < K

jiġġebbed ħafna ħafna

2.2.

Meta l-oġġett imkejjel ma jiġix ittrasportat mill-istrument tal-kejl, il-veloċità tiegħu trid tkun ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-fabbrikant.

2.3.

Jekk ir-riżultat tal-kejl jiddependi mill-ħxuna, il-kondizzjoni tal-wiċċ u l-kwalità tal-kunsinna (p.e. minn roll kbir jew minn munzell), il-limitazzonijiet korrispondenti jiġu speċifikati mill-fabbrikant.

Iż-ŻMPijiet

3.   L-Istrument



Tabella 2

Il-Klassi ta' l-eżattezza

Iż-ŻMP

I

0,125 %, imma mhux inqas minn 0,005 L m

II

0,25 %, imma mhux inqas minn 0,01 L m

III

0,05 %, imma mhux inqas minn 0,02 L m

Fejn il-Lm huwa t-tul minimu li jista' jitkejjel, jiġifieri l-iżgħar tul speċifikat mill-fabbrikant li għalih l-istrument ikun maħsub li jrid jintuża.

Il-valur tat-tul veru tat-tipi differenti ta' materjali għandu jitkejjel bl-użu ta' l-istrumenti xierqa (p.e. it-tejpijiet talkejl tat-tul). B'hekk, il-materjal li jkun sejjer jitkejjel għandu jiġi mifrux dritt u mingħajr tiġbid fuq qiegħ xieraq (p.e. mejda xierqa).

Ħtiġiet oħra

4.

L-istrumentri jridu jiżguraw illi l-prodott jitkejjel mingħajr tiġbid skond il-kapaċità tat-tiġbid li għaliha l-istrument ikun iddisinjat.

Il-KAPITOLU III   - L-istrumenti li jkejlu l-firxa

Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim

1.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-fabbrikant.

1.2.   Il-Kondizzjoni tal-prodott

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-limitazzjonijiet ta' l-istrumenti minħabba l-veloċità, u l-ħxuna tal-kondizzjonijiet tal-wiċċ jekk rilevanti, tal-prodott,

Iż-ŻMPijiet

2.   L-Istrument

Iż-ŻMP huwa 1,0 %, imma mhux inqas minn 1 dm 2.

Ħtiġijiet oħra

3.   Il-Preżentazzjoni tal-prodott

Fil-każ li l-prodott jinġibed lura jew jitwaqqaf, ma għandux ikun possibbli li jkun hemm żball tal-kejl jew il-wiri jrid jiġi mneħħi.

4.   L-intervall ta' l-iskala

L-istrumenti jrid ikollhom intervall fl-ikala ta' 1,0 dm 2. B'żieda ma' dan, irid ikun possibbli li jkun hemm intervall ta' l-iskala ta 0,01 dm 2 għall-għanijiet tat-testijiet.

Il-KAPITOLU IV   - L-istrumenti tal-kejl multi-dimensjonali

Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim

1.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-fabbrikant.

1.2.   Id-dimensjoni minima

Il-limitu ta' isfel tad-dimensjoni minima għall-valuri kollha ta' l-intervall ta' l-iskala huwa mogħti fit-Tabella 1.



Tabella 1

L-Intervall ta' l-iskala (d)

Id-dimensjoni minima (min)

(il-limitu ta' isfel)

d = 20 ċm

10 d

2 ċm < d = 10 ċm

20 d

10 ċm < d

50 d

1.3.   Il-veloċità tal-prodott

Il-veloċità trid tkun ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-fabbrikant.

IŻ-ŻMP

2.   L-Istrument

Iż-ŻMO huwa ± 1,0 d.




ANNESS MI-010

L-ANALIZZATURI TAL-GASSIJIET MIT-TUBI TA' L-EMISSJONI

Il-ħtiġiet rilevanti ta' l-Anness I, il-ħtiġiet speċifiċi ta' dan l-Anness u l-proċeduri ta' l-istima tal-konformita elenkati f'dan l-Anness, japplikaw għall-analizzaturi tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni iddefiniti hawn taħt, maħsuba għall-ispezzjon u l-manutenzjoni professjonali tal-vetturi bil-magna fl-użu.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Analizzatur tal-gasijiet mit-tubi ta' l-emissjoni” :

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni huwa strument tal-kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-frazzjonijiet tal-volum ta' komponenti speċifikati tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni tal-magna ta' vettura bil-magna li taqbad bil-berqa fil-livell ta' l-umdità tal-kampjun analizzat.

Dawn il-komponenti tal-gassijiet huma l-monossidu tal-karbonju (CO), id-dijossidu tal-karbonju (CO2), l-ossiġenu (O2) u l-idrokarboni (HC)

Il-kontenut ta' l-idrokarboni jrid jiġi espress bħala konċentrazzjoni ta' l-n-ekżsan (C6H14), imkejjel bil-metodi tat-teknika ta' l-assorbiment qrib l-infra red.

Il-frazzjonijiet tal-volum tal-komponenti tal-gassijiet jiġu espressi bħala perċentwal (% vol) għall-CO, il-CO2 u l-O2 u f'partijiet kull miljun (ppm vol).

Barra minn hekk analizzatur tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni jikkalkola l-valur tal-lambda mill-frazzjonijiet tal-volum tal-komponenti tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni.

“Lambda” : Il-lambda hija valur mingħajr dimensjonijiet rappreżentattiv ta' l-effikaċja tal-ħruq f'magna f'termini tal-proprozjon ta' l-arja/karburant fil-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni. Tiġi stabbilita b'formola standardizzata tar-riferiment.

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

Il-Klassijiet ta' l-Istrumenti

1.

Qegħdin jiġu ddefiniti żewġ klassijiet (0 u 1) għall-analizzaturi tal-gassijiet tat-tubi ta' l-emissjoni. Il-firxiet minimi rilevanti tal-kejl għal dawn il-klasijiet huma murija fit-Tabella 1.



Tabella 1

Il-klassijiet u l-firxiet tal-kejl

Il-Parametru

Il-Klassijiet 0 u I

Il-Frazzjon tal-CO

minn 0 sa 5 % vol

Il-Frazzjon tal-CO2

minn 0 sa 16 % vol

Il-Frazzjon tal-HC

minn 0 sa 2 000ppm vol

Il-Frazzjon ta' l-O2

minn 0 sa 21 % vol

λ

(minn 0,8 sa 1,2)

Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

2.

Il-valuri tal-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma għandhom jiġu speċifikati mill-fabbrikant kif ġej:

2.1.

Għall-kwantitajiet ta' influwenza klimatika jew mekkanika:

 Firxa minima tat-temperatura ta' 35oĊ għall-ambjent klimatiku;

 Il-klassi mekkanika ambjentali li tapplika hija l-M1.

2.2.

Għall-kwantitajiet ta' influwenza ta' l-enerġija l-elettrika:

 Il-firxa tal-voltaġġ u tal-frekwenza għall-provvista tal-voltaġġ AC;

 Il-limiti tal-provvista tal-voltaġġ DC.

2.3.

Għall-pressjoni ta' mad-dwar:

 Il-valuri minimi u massimi tal-pressjoni tal-mad-dwar huma għaż-żewġ klassijiet: p min = 860 hPa, p max > = 1 060hPa.

3.

Iż-ŻMPijiet huma ddefiniti kif ġej:

3.1.

Għal kull wieħed mill-frazzjonijiet imkejla, il-valur massimu permess għall-iżball taħt kondizzjonijiet irratati tal-ħidma skond il-paragafu 1.1. ta' l-Anness I huwa ikbar miż-żewġ valuri murija fit-Tabella 2. Il-valuri assoluti huma espressi fi % vol jew ppm vol, il-valuri perċentwali huma perċentwal tal-valur veru.



Tabella 2

L-MPEs

Il-Parametru

Il-Klassi 0

Il-Klassi I

Il-Frazzjon tal-CO

± 0,03 % vol

± 5 %

± 0,06 % vol

± 5 %

Il-Frazzjon tal-CO2

± 0,5 % vol

± 5 %

± 0,5 % vol

± 5 %

Il-Frazzjon tal-HC

± 10 ppm vol

± 5 %

± 12 ppm vol

± 5 %

Il-Frazzjon ta' l-O2

± 0,1 % vol

± 5 %

± 0,1 % vol

± 5 %

3.2.

Iż-ŻMP fuq il-kalkolu tal-lambda huwa 0,3 %. Il-valur veru konvenzjonali huwa kkalkolat skond il-formola ddefinita fil-punt 5.3.7.3 ta' l-Anness I mad-Direttiva 98/69/KE tal-Parlamentr Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu kontra l-inkwinament ta' l-arja mill-emissjonijiet mill-vetturi bil-magna u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ( 26 ).

Għal dan il-għan, il-valuri murija mill-istrument jintużaw għall-kalkolu.

L-effett pemissibbli tad-disturbanzi

4.

Għal kull waħda mill-frazzjonijiet tal-volum imkejla bl-istrument, il-valur kritiku tal-bidla huwa egwali għaż-ŻMP għall-parametru interessat.

5.

L-effett ta' disturbanza elettro-manjetika għandu jkun hekk illi:

 jew il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla stabbilit fil-paragrafy 4;

 jew il-preżentazzjoni tar-riżultat tal-kejl tkun hekk illi ma tistax tittieħed bħala riżultat validu.

Ħtiġijiet oħra

6.

Ir-riżoluzzjoni għandha tkun egwali għal jew ta' ordni waħda tal-kobor ogħla mill-valuri murija fit-Tabella 3.



Tabella 3

Ir-riżoluzzjoni

 

Il-CO

Il-CO2

Il-O2

Il-HC

Il-Klassi 0 u l-Klassi I

0,01 % vol

0,1 % vol

 (1)

ppm vol

(1)   0,01 % vol għall-valuri tal-miżurand taħt l-4 % jew egwali għalih, inkella 0.1 % vol.

Il-valur tal-lambda għandu jiġi muri b'riżoluzzjoni ta' 0,001.

7.

Id-devjazzjoni standard għal 20 kejl ma għandiex tkun ikbar minn terz tal-modulu taż-ŻMP għal kull wieħed mill-frazzjonijiet tal-volum tal-gassijiet applikabbli.

8.

Sabiex jitkeju l-CO, il-CO2 u l-HC, l-istrument, inkluża s-sistema speċifikata tat-tqandil tal-gassijiet. iridu jindikaw 95 % tal-valur finali kif stabbilit bil-gassijiet tal-kalibrazzjoni fi żmien 15-il sekonda wara l-bidla minn gas b'kontenut żero, p.e. l-arja pura. Sabiex jitkejjel l-O2, l-istrument taħt kondizzjonijiet simili jrid jindika valur li jiddifferixxi b'inqas mon 0,1 % vol miż-żero fi żmien 60 sekonda wara l-bidla minn arja pura għal ġass ħieles mill-ossiġenu.

9.

Il-komponenti fil-gass mit-tubi ta' l-emissjoni, għajr il-komponenti li l-valuri tagħhom huma bla ħsara għall-kejl, ma għandhomx jaffettwaw ir-riżultati tal-kejl b'iktar min-nofs il-modulu taż-ŻMPijiet meta dawn il-komponenti jkunu preżenti fil-frazzjoniet li ġejjin tal-volum massimu:

6 % vol CO,

16 % vol CO2,

10 % vol O2,

5 % vol H2,

0,3 % vol NO,

2 000 ppm vol HC (bħala n-ekżan)

fwar ta' l-ilma sas-saturazzjoni.

10.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni għandu jkollu l-faċilità ta' aġġustament li tipprovdi l-ħidmiet għall-fissar fuq iż-żero, il-kalibrazzjoni tal-gass u l-aġġustament intern. Il-faċilità ta' l-aġġustament għall-fissar fuq iż-żero u l-aġġustament intern għandhom ikunu awtomatiċi.

11.

Għall-faċilitajiet awtomatiċi jew semi-awtomatiċi ta' l-aġġustament, l-istrument ma għandux ikun kapaċi jieħu kejl sakemm ma jkunux saru l-aġġustamenti.

12.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubu ta' l-emissjoni għandu jikxef il-fdalijiet idrokarbonji fis-sistema tat-tqandil tal-gassijiet. Ma għandux ikun possibbli li jitwettaq kejl jekk il-fdalijiet idrokarbonji, preżenti qabel kull kejl, jaqbżu l-20 ppm vol.

13.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni għandu jkollu mezz sabiex jagħraf b'mod awtomatiku kull nuqqas ta' funzjonament tas-sensur tal-kanal ta' l0-ossiġenu minħabba t-taħsir bl-użu jew qasma fil-linja tal-konnessjoni.

14.

Jekk l-analizzatur tal-gassijiet mit-tubi ta' l-emissjoni jkun kapaċi jaħdem b'karburanti differenti (p.e. bil-petrol jew bil-gass illikwefat), għandu jkun hemm il-possibbiltà li jingħażlu koeffiċjenti xierqa għall-kalkolu tal-lambda mingħajr ambigwità li tirrigwarda l-formola approprjata.

L-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9 li l-fabbrikant ikun jista' jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.



( 1 ) ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 1 u

ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 368.

( 2 ) ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 4.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2001 (ĠU C 65 E, ta' l-14.3.2002, p.34). Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 (ĠU C 252 E, tal-21.10.2003, p. 1) u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 200 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2004.

( 4 ) ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 5 ) ĠU C 136, ta' l-4.6.1985, p. 1.

( 6 ) ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 7 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

( 8 ) ĠU C 282, tal-25.11.2003, p. 3.

( 9 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 10 ) ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

( 11 ) ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 21. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 82/623/KE (ĠU L. 252, tas-27.8.1982, p. 5).

( 12 ) ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 32.

( 13 ) ĠU L 239, tal-25.10.1971, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

( 14 ) ĠU L 335, tal-5.12.1973, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/146/KEE (ĠU L. 54, tat-23.2.1985, p. 29).

( 15 ) ĠU L 14, tal-20.1.1975, p. 1.

( 16 ) ĠU L 183, ta' l-14.7.1975, p. 25.

( 17 ) ĠU L 336, ta' l-4.12.1976, p. 30.

( 18 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 59.

( 19 ) ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 18. Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 82/625/KEE, (ĠU L 252, tas-27.8.1982, p. 10).

( 20 ) ĠU L 364, tas-27.12.1978, p. 1.

( 21 ) ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 1.

( 22 ) ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 1. Direttiva abolita bid-Direttiva 2003/96/KE (ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 51).

( 23 ) ĠU L 42, tal-15.2.1975, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/676/KEE (ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 18).

( 24 ) ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

( 25 ) Il-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza huwa barra mill-iskop ta' din id-Direttiva.

( 26 ) ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 17.