2004D0558 — MT — 07.07.2016 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Lulju 2004

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri

(innotifikata fid-doċument bin-numru C(2002) 2104

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/558/KE)

(ĠU L 249 23.7.2004, p. 20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2007/584/KE tal-21 ta’ Awwissu 2007

  L 219

37

24.8.2007

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/233/KE tas-17 ta’ Marzu 2008

  L 76

56

19.3.2008

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/433/UE tal-5 ta’ Awwissu 2010

  L 205

7

6.8.2010

 M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/674/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011

  L 268

17

13.10.2011

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/90/UE tal-14 ta’ Frar 2014

  L 46

10

18.2.2014

 M6

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/703/UE tat-8 ta' Ottubru 2014

  L 294

43

10.10.2014

 M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/250 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Frar 2015

  L 41

43

17.2.2015

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1765 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Settembru 2015

  L 257

44

2.10.2015

►M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2278 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Diċembru 2015

  L 322

55

8.12.2015

►M10

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1101 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Lulju 2016

  L 182

51

7.7.2016




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Lulju 2004

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri

(innotifikata fid-doċument bin-numru C(2002) 2104

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/558/KE)



Artikolu 1

Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri mniżżlin fl-ewwel kolonna tat-tabella f'Anness 1 għall-kontroll u l-qerda ta' l-infezzjoni bil-herpesvirus bovin ta' l-ewwel tip (BHV1), minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “rinotrakeite bovina infettiva” jew “IBR”, fir-reġjuni ta' dawn l-Istati Membri speċifikati fit-tieni kolonna tat-tabella f'Anness 1 huma approvati.

Artikolu 2

1.  Annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li m'humiex imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri jew reġjuni tagħhom imniżżlin f'Anness I, għandhom jissodisfaw mill-inqas dawn il-garanziji addizzjonali li ġejjin:

a) għandhom jiġu minn azjenda fejn, skond informazzjoni uffiċjali, m'hemm ebda evidenza klinika jew patoloġika ta' rinotrakeite bovina infettiva rreġistrata fl-aħħar 12-il xahar;

b) huma kellhom ikunu iżolati f'faċilità approvata mill-awtorità kompetenti għal 30 jum immedjatament qabel il-moviment u l-annimali bovini kollha fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom jibqgħu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' rinotrakeite bovina infettiva tul dak il-perjodu;

ċ) huma u l-annimali bovini kollha l-oħra fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom ikunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm, meħuda mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għas-sejbien ta' dawn l-anti-korpi li ġejjin:

i) fil-każ ta' annimali bovini mlaqqmin, anti-korpi kontra l-gE‐glikoproteina tal-BHV1, jew

ii) fil-każ ta' annimali bovini li m'humiex mlaqqmin, anti-korpi kontra l- BHV1 kollu.

2.  Permezz ta' deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ lejn azjendi fir-reġjuni mniżżlin f'Anness I ta' annimali bovini li jikkonformaw ma' mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin:

a) l-annimali joriġinaw fi Stat Membru mniżżel f'Anness I u jiġu minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 li jissodisfaw mill-inqas il-bżonnijiet imniżżlin f'Anness III,

b) l-annimali huma maħsubin għall-produzzjoni tal-laħam u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

i) l-annimali

 joriġinaw minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 kif imfissra f'Anness III, jew

 twieldu minn annimali li kienu mlaqqmin jew f'intervalli regolari mlaqqmin mill-ġdid, jew

 kienu f'intervalli regolari mlaqqmin u mlaqqmin mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur b'vaċċin mingħajr il-gE, jew

 kienu assoġġettati fl-Istat Membru ta' l-oriġini b'riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-anti-korpi kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 (ċ) li sar fuq kampjun tad-demm meħud sa 14-il ġurnata qabel id-dispaċċ, u

▼M3

ii) huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa inqas lejn stabbiliment bi status BHV1 mhux magħruf fl-Istat Membru tad-destinazzjoni elenkat fl-Anness I, fejn skont il-programm nazzjonali approvat ta’ qerda (“approved national eradication programme”) l-annimali kollha huma msemmna ġewwa, u li minnha jistgħu biss jiġu trasportati għall-biċċerija;

▼B

ċ) l-annimali joriġinaw minn azjenda fejn l-annimali bovini kollha ikbar minn 15-il xahar fl-età fl-azjenda huma mlaqqmin u regolarment imlaqqmin mill-ġdid u l-annimali kollha ikbar minn 9 xhur fl-azjenda kienu assoġġettati b'riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-anti-korpi kontra l-gE-glikoproteina tal-BHV1 f'intervalli ta' mhux iktar minn 12-il xahar u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 (ċ) (i) fuq kampjuni tad-demm meħudin matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ;

d) l-annimali joriġinaw minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 kif imfisser f'Anness III li jinsabu fi Stat Membru fejn ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda li bilfors għandha tkun notifikata u li fejn f'żona f'raġġ ta' 5 km madwar l-azjenda ma kienx hemm evidenza klinika jew patoloġika ta' l-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 (ċ) fuq kampjun tad-demm meħud matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ.

3.  Annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness I għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni jew lejn ċentru ta' assemblea approvat minn fejn għandhom jitneħħew f'konformità ma' l-Artikolu 7, it-tieni indent, tad-Direttiva 64/432/KEE għall-biċċerija biex jinqatlu.

▼M9

4.  Fil-punt II.3.3. tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 1 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lill-annimali bovini kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu indikati l-Artikolu, il-paragrafu u n-numri tal-punti x-xierqa ta' din id-Deċiżjoni fl-ispazji korrispondenti li jkollhom jimtlew f'dak il-waqt.

▼B

Artikolu 3

1.  L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri u reġjuni ta' dawn li huma ħielsa mir-rinotrakeite bovina infettiva u mniżżlin f'Anness II, għandhom jilħqu l-garanziji addizzjonali li ġejjin:

a) għandhom jikkonformaw mal-garanziji addizzjonali li għalihom hemm provvediment f'Artikolu 2 (1) (a) u (b);

b) huma u l-annimali bovini l-oħra kollha fl-istess faċilità ta' iżolament li hemm referenza għalihom f'Artikolu 2 (1) (b) riedu jkunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm meħudin mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu;

ċ) ma kellhomx ikunu mlaqqmin kontra r-rinotrakeite bovina infettiva.

2.  L-annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn minbarra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness II għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni biex jinqatlu f'konformità ma' l-Artikolu 7, l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa, tad-Direttiva 64/432/KEE.

▼M9

3.  Fil-punt II. 3.3. tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 1 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lill-annimali bovini kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu indikati l-Artikolu, il-paragrafu u n-numri tal-punti x-xierqa ta' din id-Deċiżjoni fl-ispazji korrispondenti li jkollhom jimtlew f'dak il-waqt.

▼M3

4.  Permezz ta’ deroga għall-paragrafu 1 (a) u (b), l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tawtorizza l-introduzzjoni ta’ annimali bovini maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam fi stabbiliment ħieles mill-BHV1 kif definit fl-Anness III (“BHV1- stabbiliment ħieles”) li jkun jinsab f’reġjun ta’ Stat Membru elenkat fl-Anness II skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-annimali ma jridux ikunu ġew imlaqqma kontra l-BHV1 u joriġinaw fi stabbilimenti jew baqgħu mit-twelid fi stabbilimenti ħielsa mill-BHV1.

(b) l-annimali huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa aktar baxx;

(c) għal mill-inqas 30 jum immedjatament qabel id-dispaċċ, jew mit-twelid meta l-annimali għandhom inqas minn 30 jum, l-annimali baqgħu fl-istabbiliment ta’ oriġini, jew ġo faċilità ta’ iżolament approvata mill-awtorità kompetenti, li tinsab fi Stat Membru li fih ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda notifikabbli b’mod obbligatorju u li f’żona ta’ raġġ ta’ 5 km madwar l-istabbiliment jew il-faċilità ta’ iżolament ma kien hemm l-ebda evidenza klinika jew patoloġika tal-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum;

(d) l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 fil-każ li l-annimali joriġinaw minn merħla mlaqqma kontra l-BHV1, jew fil-każijiet l-oħra kollha ta’ BHV1 kollu imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 7 ijiem mid-dispaċċ mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (c);

(e) dwar l-istabbiliment ta’ destinazzjoni ħieles mill-BHV1 l-annimali kollha huma msemmna ġewwa u jitneħħew biss meta jkunu se jiġu trasportati għall-biċċerija;

(f) l-annimali msemmija fil-punt (d) huma suġġetti għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra il-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 21 sa 28 jum wara l-wasla fl-istabbiliment imsemmi msemmija fil-punt (e)

(i) b’riżultat negattiv f’kull każ, jew

(ii) l-istatus ta’ ħieles mill-BHV1 tal-istabbiliment jibqa’ sospiż sakemm l-annimali infettati jinqatlu fi żmien inqas minn 45 jum wara l-wasla fl-istabbiliment, u

 jew l-annimali f’kuntatt dirett mal-annimali infettati irreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

 l-annimali li kellhom spazju ta’ arja komuni ma’ annimali infettati rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

 l-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

 l-istatus ta’ ħielsa mill-BHV1 hu mogħti lura skont il-punt 4 tal-Anness III.

5.  L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tar-reġjuni elenkati fl-Anness II li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 huma implimentati u d-data tal-applikazzjoni maħsuba.

▼B

Artikolu 4

L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li joriġinaw minn Stat Membru jew reġjun ta' dan li huwa mniżżel f'Anness II u li huma destinati għal Stat Membru jew reġjun ta' dan imniżżel f'Annessi I jew II għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 2 (1) (a).

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test seroloġiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (ċ) (ii) u fl-Artikolu 3 (1) (b) għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu huma standardizzati kontra s-serum li huwa pożittiv qawwi, dak pożittiv dgħajjef u dak negattiv addottati bħala standards internazzjonali ta' l-OIE għat-testijiet tal-BHV1.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2004/215/KE hija revokata.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M10




ANNESS I



Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Hamburg

Schleswig-Holstein

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja:

Düsseldorf

Cologne

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento




ANNESS II



Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Baden-Württemberg

Il-Bavarja

Berlin

Brandenburg

Bremen

Hesse

Is-Sassonja t'Isfel

Mecklenburg- Pomeranja tal-Punent

Rhineland-Palatinate

Saarland

Is-Sassonja

Is-Sassonja-Anhalt

Thüringen

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja

Arnsberg

Detmold

Münster

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

▼M1




ANNESS III

Impriżi ħielsa mill-BHV1

1.

Impriża li żżomm l-annimali bovini għandha tiġi kkunsidrata bħala ħielsa mill-infezzjoni tal-BHV1 jekk din tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipolati f’dan l-Anness.

1.1.

Ma ġie rreġistrat l-ebda suspett ta’ infezzjoni tal-BHV1 għall-impriża matul l-aħħar sitt xhur u l-annimali bovini kollha fl-impriża huma ħielsa mis-sintomi kliniċi li huma indikattivi ta’ l-infezzjoni tal-BHV1.

L-impriża u kull mergħa jew post fil-qrib, indipendentament minn min hu s-sid, li jifformaw parti ta’ impriża jew entità epidemjoloġika, għandhom ikunu separati effettivament minn kull mergħa jew post ta’ stat inferjuri ta’ BHV1, permezz ta’ konfini naturali jew fiżiċi li jipprevjenu effettivament il-kuntatt dirett bejn l-annimali ta’ stat sanitarju differenti.

1.2.

L-annimali bovini biss minn impriżi li jinsabu ġewwa Stati Membri jew ġewwa reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II jew minn impriżi li huma ħielsa minn BHV1 ġew introdotti u l-ebda wieħed mill-annimali bovini fl-impriża ma jkunu ġew f’kuntatt ma’ l-impriżi li jinsabu fl-Istati Membri jew fir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness II jew minn impriżi li huma ħielsa mill-BHV1.

1.3.

L-annimali bovini femminili huma inseminati biss bl-isperma bovina prodotta bi qbil mad-Direttiva 88/407/KEE, jew li kellhom kuntatt ma’ barrin minn impriżi li jinsabu fl-Istati Membri jew fir-reġjuni tagħhom fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jew minn impriżi li huma ħielsa minn BHV1.

1.4.

Jiġu applikati ta’ l-anqas wieħed mir-reġimi ta’ kontroll li ġejjin fuq l-impriża:

1.4.1. investigazzjoni seroloġika għall-ankorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn żewġ kampjuni wieħed ta’ demm, li jittieħed b’intervall ta’ ħames sa seba’ xhur mill-annimali bovini femminili kollha li huma ta’ età ogħla minn disa’ xhur, u minn kull annimali bovin maskili li huma ta’ età ogħla minn disa’ xhur li jintużaw jew li huma intenzjonati għal skop ta’ riproduzzjoni;

1.4.2. investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn:

 żewġ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu b’interval ta’ ħames sa seba’ xhur minn kull animal bovin femminili li jkun qed jipproduċi l-ħalib, individwalment jew permezz ta’ ġabra ta’ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu minn mhux aktar minn ħames annimali; kif ukoll

 żewġ kampjuni ta’ demm, li jittieħdu b’intervall ta’ ħames sa seba’ xhur mill-annimali bovini femminili kollha li mhux qed jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn disa’ xhur, u minn kull animal bovin maskili ta’ età ogħla minn disa’ xhur li jintużaw jew li huma maħsuba għal raġunijiet ta’ riproduzzjoni;

1.4.3. fil-każ ta’ farms tal-ħalib li fihom mhux inqas minn 30 % ta’ l-annimali bovini huma annimali bovini femminili li qed jipproduċu l-ħalib, investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn:

 tliet kampjuni ta’ ħalib miġbura b’intervall ta’ mhux inqas minn tliet xhur minn ammont kbir ta’ ħalib ta’ mhux iktar minn 50 annimal bovin femminili li jipproduċu l-ħalib, skond l-ispeċifikazzjoni tat-test użat, kif ukoll

 kampjun wieħed individwali ta’ demm, li jittieħed mill-annimali bovini femminili kollha li mhux jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn disa’ xhur, u minn kull animal bovin maskili ta’ età ogħla minn disa’ xhur li jintużaw jew li huma maħsuba għal raġunijiet ta’ riproduzzjoni;

1.4.4. l-annimali bovini kollha li jinsabu fl-impriża li joriġinaw minn impriżi li jinsabu fl-Istati Membri jew f’reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II jew minn impriżi li huma ħielsa mill-BHV1.

2.

L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li żżomm annimali bovini għandu jinżamm hekk jekk:

2.1. il-kondizzjonijiet tal-punti 1.1 sa 1.4 jibqgħu japplikaw, kif ukoll

2.2. jiġu applikati ta’ l-anqas wieħed mir-reġimi ta’ kontroll li ġejjin fuq l-impriża fi żmien perijodu ta’ 12-il xahar:

2.2.1. investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn kampjun individwali wieħed ta’ demm meħud mill-annimali bovini kollha ta’ età ogħla minn 24 xahar;

2.2.2. investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn:

 kampjun individwali wieħed ta’ ħalib meħud mill-annimali bovini femminili kollha le qed jipproduċu l-ħalib, individwalment jew minn ġabra ta’ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu minn mhux iktar minn ħames annimali; kif ukoll

 kampjun wieħed individwali ta’ demm, li jittieħed mill-annimali bovini femminili kollha li mhux jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn 24 xahar, u minn kull annimal bovin maskili ta’ età ogħla minn 24 xahar;

2.2.3. fil-każ ta’ farms tal-ħalib li fihom mhux inqas minn 30 % ta’ l-annimali bovini huma annimali bovini femminili li qed ireddgħu, investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn:

 żewġ kampjuni ta’ ħalib miġbura b’intervall ta’ tlieta sa 12-il xahar minn ammont kbir ta’ ħalib ta’ mhux iktar minn 50 annimal bovin femminili li qed jipproduċi l-ħalib, skond l-ispeċifikazzjoni tat-test użat; kif ukoll

 kampjun wieħed individwali ta’ demm, li jittieħed mill-annimali bovini femminili kollha li mhux qed jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn 24 xahar, u minn kull annimal bovin maskili ta’ età ogħla minn 24 xahar.

3.

L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li jkollha l-annimali bovini għandu jiġi sospiż fil-każ li matul l-investigazzjonijiet li jissemmew fil-punti 2.2.1 sa 2.2.3 annimal ikun irreaġġixxa b’riżultat pożittiv fit-test għall-antikorpi kontra l-BHV1.

4.

L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li ġiet sospiża skond il-punt 3, għandu jingħata lura biss wara investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1, li tingħata bidu mhux iktar kmieni minn 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimali seropożittivi, tkun saret flimkien b’riżultati negattivi f’kull każ għal mhux inqas minn:

 żewġ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu b’interval ta’ mhux inqas minn xahrejn minn kull annimal bovin femminili li jkun qed jipproduċi l-ħalib, individwalment jew permezz ta’ ġabra ta’ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu minn mhux iktar minn ħames annimali; kif ukoll

 żewġ kampjuni ta’ demm, li jittieħdu b’intervall ta’ mhux inqas minn tliet xhur minn kull animal bovin femminili li mhux qed jipproduċi l-ħalib, u minn kull animal bovin maskili.

Nota:

(a) Fejn issir referenza f’dan l-Anness għat-test seroloġiku għall-osservanza ta’ l-antikorpi kontra l-BHV1, il-prinċipji stipolati fl-Artikolu 2(1)(c) li huma relatati ma’ l-istat tal-vaċċinazzjoni ta’ l-annimali ttestjati għandhom japplikaw.

(b) Id-daqs tal-ġabra tal-kampjuni tal-ħalib li tissemma fl-Anness, jista’ jiġi adattat skond l-evidenza dokumentata li t-test ikun taħt iċ-ċirkostanzi kollha ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum sensittiv biżżejjed li josserva reazzjoni dgħajfa pożittiva waħda tad-daqs li jkun ġie adattat.