2004D0452 — MT — 19.08.2011 — 013.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2004

li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bin-numru tad-dokument C(2004) 1664)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/452/KE)

(ĠU L 202, 7.6.2004, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION DECISION of 25 May 2005 (*)

  L 140

11

3.6.2005

 M2

COMMISSION DECISION of 20 October 2005 (*)

  L 280

16

25.10.2005

 M3

COMMISSION DECISION of 22 June 2006 (*)

  L 172

17

24.6.2006

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Ottubru 2006

  L 287

36

18.10.2006

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta’ Frar 2007

  L 28

23

3.2.2007

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta' April 2007

  L 99

11

14.4.2007

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Ġunju 2007

  L 164

30

26.6.2007

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Ottubru 2007

  L 280

22

24.10.2007

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

  L 13

29

16.1.2008

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Marzu 2008

  L 98

11

10.4.2008

 M11

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Ġunju 2008

  L 192

60

19.7.2008

 M12

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta' Novembru 2008

  L 310

28

21.11.2008

 M13

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Mejju 2009

  L 132

16

29.5.2009

 M14

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-1 ta’ Lulju 2010

  L 169

19

3.7.2010

►M15

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Awwissu 2011

  L 214

19

19.8.2011


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 471  (699/2006)

 C2

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 530  (81/2007)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2004

li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bin-numru tad-dokument C(2004) 1664)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/452/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Kommunitarja ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nruo 831/2002 tas-17 ta' Mejju li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-istatistika komunitarja, rigward l-aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi ( 2 ), bl-intenzjoni li jistgħu jinġibdu konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, għandu l-iskop li jistabilixxi l-kondizzjonijiet taħt liema jista' jiġi awtorizzat l-aċċess għad-data kunfidenzali mibgħut lill-awtorità komunitajra u r-regolamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet komunitarji u dak nazzjonali sabiex tħaffef dan l-aċċess.

(2)

B'mod partikolari erba' fonti importanti ta' statistika, li ġejjin, huma msemmija: Il-Panel tal-Komunità Ewropea tal-Familji (ECHP); l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol (LFS); l-Istħarriġ Komunitarju għall-innovazzjoni (CIS); l-Istħarriġ għat-taħriġ professjonali kontinwu (CVTS).

(3)

Aċċess għad-data kunfidenzali jista' jingħata mill-awtorità komunitarja lir-riċerkaturi ta' universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni superjuri stabbiliti mill-liġi komunitarju jew mill-liġi ta' Stat Membru jew ta'ċentri jew istituzzjonijiet għar-riċerka xjentifika stabbiliti mill-liġi komunitarju jew mill-liġi ta' Stat Membru.

(4)

Biż-żjieda ma' dan u skond l-Artikolu 3(1)(c) ta' dan ir-Regolament, l-aċċess jista' jingħata lir-riċerkaturi ta' aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet oħra wara r-riċeviment ta' l-opinjoni tal-Kumitat tal-kunfidenzalità statistika skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit elenku ta' dawn l-entitajiet wara evalwazzjoni li jitqies numru ta' kondizzjonijiet, bħalma huma l-għan prinċipali ta' l-entità, l-organizzazzjoni interna għar-riċerka, id-dispożizzjonijiet adottati għas-sigurtà u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka.

(6)

Reputazzjoni tajba ta' l-entità jew esperjenzi preċedenti dwar il-produzzjoni ta' riċerki ta' kwalità u t-tixrid tagħhom fil-pubbliku huwa konsiderazzjoni għall-favur ta' l-għotja ta' l-aċċess. Konsiderazzjoni sekondarju huwa jekk l-entità hija entità stabbilita u magħrufa bħala entità awtorevoli fil-qasam partikolari tagħha, forsi minn sponsors, partners jew azzjonisti stimati.

(7)

Ir-riċerka fl-entità għandha ssir f'unit definit tajjeb, mingħajr relazzjonijiet fil-livell organizzativ jew amministrattiv bejn l-oqsma ta' tfassil tal-politika ta' l-entità, u l-unit tar-riċerka għandha tingħaraf bħala unit separat u awtonomu, immexxi minn direttur superjuri li ma għandux responsabbiltà diretta tal-politika jew l-implimentazzjoni ta' l-iskop ta' l-entità.

(8)

Il-kap ta' l-entità għandu jagħti garanziji xierqa li huma meħtieġa dwar aspetti varji, bħalma huma l-impediment ta' l-impjegati ta' l-unit tar-riċerka tat-tixrid ta' tagħrif miksub mid-data mogħti lil kull impjegati barra mill-unit għajr ir-riżultati aggregati u sintetiċi tar-riċerka bl-awtorizzazzjoni tal-kap ta' l-unit tar-riċerka, jew li jiġi assigurat li jkun meqjus bħala offiża dixxiplinarja gravi rikjesta, lill-impjegati ta' l-unit tar-riċerka, minn naħa ta' kull impjegat ta' l-entità għat-tagħrif dwar rekords individwali ta' kull sett ta' data mogħti.

(9)

Huwa meħtieġ li jiġi mgħarraf is-sigurtà fisiku tal-post ta' l-entità u tas-sistemi informatiċi tagħhom; għandhom jingħataw deskrizzjonijiet tal-kustodja tad-data fis-sistemi informatiċi, li jinkludu d-dettalji tal-mod kif aċċess awtorizzat huwa permess u kif aċċess mhux awtorizzat jitwaqqaf u kif is-sistemi huma protteti minn aċċess mhux awtorizzat minn barra mill-entità; għandhom jiġu deskritti wkoll id-dispożizzjonijiet addotati għall-kustodja tad-dokumenti, li jinkludu dokumenti tal-karta, li fihom tagħrif mis-sett tad-data.

(10)

Il-fatt li l-aċċess huwa motivat bl-għanijiet xjentifiċi jimplika li r-riżultati għandhom ikunu aċċessibbli b'xejn u malgħajr għall-komunità xjentifika. L-użu ta' settijiet tad-data għar-rapporti jew skopijiet interni biss huma kontra l-għan tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. Il-politika ta' entità dwar it-tixrid ta' riċerka mill-unit tar-riċerka tagħha għandha tkun politika miftuħa u għaldaqastant tinkorraġixxi l-pubblikazzjoni tagħha fil-letteratura xjentifika rilevanti u għalhekk tagħmel ir-riżultati mir-riċerka aċċessibbli b'xejn fuq il-website ta' l-entità jew website ieħor xieraq.

(11)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) għandu jiġi meqjus bħala entità li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija iktar il-fuq, u għalhekk huwa miżjud ma' l-elenku ta' aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet imsemmika fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(12)

Dan l-elenku għandu jiġi aġġornat kif iktar aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet jiġu meqjusa bħala entitajiet ammissibbli.

(13)

Jibqa' l-fatt li talb speċifiku ta' aċċess imressaq minn dawn l-entitajiet għandhom jiġu ipproċċessati suċċessivament skond ir-regoli u l-proċeduri mniżżla mir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(14)

Il-miżuri mfassla f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-kunfidenzalità statistika.

ADDODTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002, huwa mehmuż fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għall-Istati Membri

▼M15




ANNESS

ORGANI LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTGĦU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DEJTA KUNFIDENZJALI GĦAL SKOPIJIET XJENTIFITIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

University of Cornell (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Department of Political Science, Baruch College, New York City University (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità tal-Analiżi tax-Xogħol, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

University of Tel. Aviv (l-Iżrael)

Il-Bank Dinji

Center of Health and Wellbeing (CHW), Woodrow Wilson School of Public and International Affairs, Princeton Univeristy, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

The University of Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)

Family and Labour Studies Division of Statistics Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku lill-Unità tal-Ġlieda kontra l-Frodi (ESAF), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità ta’ Appoġġ liż-Żona ta’ Riċerka Ewropea (SERA), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Kanada Research Chair, School of Social Science, Atkinson Faculty of Liberal and Professional Studies, York University, Ontario, il-Kanada

University of Illinois at Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika

Rady School of Management, University of California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika

Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques (DARES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika

Eläketurvakeskus (ETK), il-Finlandja

Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des Statistiques (DREES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u r-Riforma tal-Istat, Pariġi, Franza

Duke University (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika

Kansaneläkelaitos (KELA), il-Finlandja

Hebrew University of Jerusalem (HUJI), l-Iżrael

Service public fédéral “Sécurité sociale”/Federale Overheidsdienst “Sociale Zekerheid”, il-Belġju

Sabanci University, Tuzla/Istanbul, it-Turkija

McGill University, Montreal, il-Kanada

Id-Direttorat tas-Servizz Ekonomiku u r-Riformi Strutturali, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità tal-Protezzjoni Soċjali, l-Istrateġija għall-Inklużjoni Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Instituto de Estudios Fiscales (IEF), Madrid, Spanja



( 1 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

( 2 ) ĠU L 133, tat-18.5.2002, pġ 7.