2004D0292 — MT — 19.07.2005 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Marzu 2004

dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 1282)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/292/KE)

(ĠU L 094, 31.3.2004, p.63)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta' Frar 2005

  L 39

53

11.2.2005

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-14 ta’ Lulju 2005

  L 187

29

19.7.2005




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Marzu 2004

dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 1282)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/292/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 1 ), u l-aktar l-Artikli 37 u 37a miġjuba fiha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-verifiki veterinarji u żootekniċi li jgħoddu għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jkun komplut is-suq intern ( 2 ), u l-aktar l-Artiklu 20(3) tiegħua,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 fuq il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji ta’ l-importazzjoni (il-proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE ( 3 ), u l-aktar l-Artiklu 12 tiegħua,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398 tad-19 ta’ Lulju 1991, dwar ix-xibka kompjuterizzata li tgħaqqad lill-awtoritajiet veterinarji (Animo) ( 4 ), tiddefinixxi l-prinċipji li jirregolaw ix-xibka ta’ komunikazzjoni li tgħaqqad l-unitajiet veterinarji li hemm imniżżla fid-Deċiżjoni 2002/459/KE ( 5 ).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE ( 6 ) tistabbilixxi li għandha tiġi żviluppata s-sistema kompjuterizzata Traces li tkun tista’ tintegra l-ħidmiet tas-sistemi Animo u Shift f’arkitettura waħda.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE tal-25 ta’ Settembru 1992, li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ta’ lqugħ Animo u l-Istati Membri ( 7 ), tistabbilixxi li l-kuntratti li jsiru bejn l-Istati Membri u ċ-ċentru ta’ lqugħ Animo se jintemmu fil-31 ta’ Marzu 2004. Għalhekk, dik id-data għandha sservi bħala l-bidu tas-sistema Traces u b’hekk ikun evitat li l-kuntratti joqogħdu jiġġeddu.

(4)

Uħud mill-Istati Membri ma jistgħux jużaw is-sistema Traces mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, i.e. l-1 ta’ April 2004, minħabba li dawn għadhom mhumiex lesti li jaqilbu mis-sistema Animo għat-Traces. Għalhekk, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal perjodu transitorju biex dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu bil-proċess tagħhom biex jaqilbu għas-sistema Traces.

(5)

Id-Deċizjoni 92/486/KEE għandha tiġi emendata biex il-kuntratti bejn dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan il-perjodu transitorju u ċ-ċentru ta’ lqugħ Animo jkunu jistgħu jiġġeddu.

(6)

Il-kuntratti bejn iċ-ċentru ta’ lqugħ Animo u l-postijiet ta’ spezzjoni territorjali li jinsabu fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja li hemm imniżżla fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li tintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni ta’, u l-kontroll veterinarju fuq, annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità ( 8 ), għandhom ikunu addattati biex iqisu t-tneħħija skedata ta’ dawk il-postijiet ta’ spezzjoni territorjali minħabba s-sħubija ta’ l-Istati Membri l-ġodda.

(7)

Biex l-ewwel grupp ta’ Stati Membri li jkunu se jaqilbu għas-sistema Traces ikunu jistgħu jaġġustaw ruħhom għaliha, it-tħaddim tas-sistema l-ġdida għandha tiddaħħal fi stadji differenti, waqt li jkun żgurat li kif appena din tiġi introdotta, il-livell ta’ tagħrif ikun l-istess bħal dak miksub mis-sistema Animo.

(8)

It-tagħrif kollu li jkun jinsab fid-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 9 ) għall-prodotti, fid-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 282/2004 għall-annimali, kif ukoll fiċ-ċertifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju, kif armonizzati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 10 ), għandu jgħaddi permezz tas-sistema Traces.

(9)

Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artiklu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjn għandhom jgħoddu:

(a) “Animo”: ix-xibka kompjuterizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji, li hemm imsemmi fid-Deċiżjoni 91/398/KEE;

(b) “Traces”: is-sistema veterinarja kompjuterizzata u integrata li hemm imsemmija fid-Deċiżjoni 2003/24/KE.

Artiklu 2

L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema Traces mill-1 ta’ April 2004 u għandhom jieqfu mill-jibagħtu messaġġi bis-sistema Animo minn dik id-data stess.

Artiklu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif li ġej jiddaħħal fis-sistema Traces mill-1 ta’ April 2004:

(a) Il-Parti I taċ-ċertifikati dwar il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali u ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali li għalihom ir-regoli jkunu jeħtieġu avviż minn qabel;

(b) Id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għall-annimali li jkunu qed jidħlu fi Stat Membru u maħsuba biex imorru fi Stat Membru ieħor, u

(ċ) Id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għal prodotti li jkunu fi transitu fil-Komunità u għal prodotti li jiddaħħlu taħt il-proċeduri msemmija fl-Artikli 8, 12(4) u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

▼M1

2.  L-Istati Membri jħarsu li dawn l-elementi jitniżżlu fi TRACES mill-31 ta' Diċembru 2004:

a) il-partijiet I u II taċ-ċertifikati tas-saħħa marbutin ma' l-iskambji kif ukoll tal-Parti II waqt it-twettiq ta' kontroll;

b) id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għall-annimali kollha mdaħħla fil-Komunità;

c) id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għal-lottijiet irrifjutati kif ukoll għall-prodotti kollha suġġetti għall-proċeduri partikolari skond id-Direttiva 97/78/KE:

i) il-proċedura ta' monitoraġġ speċifiku ta' l-Artikolu 8(4),

ii) il-proċedura ta' transizzjoni minn pajjiż terz għal ieħor ta' l-Artikolu 11(1),

iii) il-proċedura ta' trasferiment lejn żoni ħielsa, mingħajr taxxi jew taxxi tad-dwana ta' l-Artikolu 12(1),

iv) il-proċedura ta' provvisti b'mezzi ta' trasport marittimu ta' l-Artikolu 13(1),

v) il-proċedura ta' importazzjoni mill-ġdid ta' prodotti ta' oriġini Komunitarji ta' l-Artikolu 15(1).

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, punt c), l-Istati Membri jħarsu li dawn id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għal kull prodott imdaħħal fil-Komunità ikun xi jkun it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali, jitniżżel f'TRACES mit- ►M2  31 ta' Diċembru 2005 ◄ .

▼B

Artiklu 4

Fil-leġislazzjoni tal-Komunità kull referenza li ssir għall-Animo għandha titqies bħala referenza għas-sistema Traces b’effett minn:

(a) l-1 ta’ April 2004 għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlux użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 5;

(b) il-31 ta’ Diċembru 2004 għal dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 5.

Artiklu 5

B’deroga mill-Artiklu 2, l-Istati Membri jistgħu, jekk ikunu jridu, jintroduċu s-sistema Traces sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004. F’dak il-każ, dawn għandhom jestendu l-kuntratti tagħhom maċ-ċentru ta’ lqugħ Animo. Huma għandhom jawtorizzaw ukoll liċ-ċentru ta’ lqugħ Animo biex dan jipprovdi lill-Kummissjoni b’kopja tl-messaġġi kollha li huma jibagħtu.

Artiklu 6

Fl-Artiklu 2a tad-Deċiżjoni 92/486/KE, il-paragrafu 8 li ġej għandu jiżdied:

“8.  L-awtoritajiet koordinaturi f’dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 5 tad-Deċiżjoni 2004/292/EC ( 11 ) għandhom jiżguraw li l-kuntratti msemmija fl-Artiklu 1 ta’ din id-Deċiżjoni jittawlu għal perjodu bejn l-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004, ħlief fil-każ ta’ dawk il-postijiet ta’ spezzjoni territorjali li hemm imniżżla fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 282/2004, li għalihom il-perjodu għandu jkun bejn l-1 ta’ April 2004 sat-30 ta’ April 2004.

Dwar dan il-paragrafu, dawn il-piżijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

 EUR 290 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni territorjali).

 EUR 32 għal kull post ta’ spezzjoni territorjali li hemm imniżżla fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 282/2004.”

Artiklu 7

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa applikazzjoni tat-TI biex tkun tista’ tirkupra messaġġi li jkunu ntbagħtu mill-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fis-sistema Animo u tintegrahom fis-sistema Traces.

Għal dan l-iżvilupp dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fis-sistema Animo, il-Kummissjoni għandha tingħata s-somma ta’ Ewro 48 000.

Artiklu 8

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/572/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 16).

( 2 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

( 3 ) ĠU L 243, tal-25.08.1992, p. 27. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 95/1/KE (ĠU L 1, ta’ l-1.1.1995, p. 113).

( 4 ) ĠU L 221, tad-9.8.91, p. 30.

( 5 ) ĠU L 159, tas-17.6.2002, p. 27. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/831/KEE (ĠU L 313, tat-28.11.2003, p. 61).

( 6 ) ĠU L 8, ta' l-14.1.3, p. 44.

( 7 ) ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/236/KE (ĠU L 87, ta’ l-4.4.2003, p. 12).

( 8 ) ĠU L 49, tad-19.2.4, p. 11.

( 9 ) ĠU L 21, tat-28.1.4, p. 11.

( 10 ) ĠU L 94, tal-31.3.4, p. 44.

( 11 ) ĠU L 94, tal-31.3.4, p. 63.