02004D0003 — MT — 01.01.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/3/KE)

(ĠU L 002 6.1.2004, p. 47)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta’ Frar 2014

  L 56

16

26.2.2014

►M2

ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2113 tas-16 ta’ Diċembru 2020

  L 427

21

17.12.2020




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/3/KE)



▼M1

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I huma awtorizzati, rigward il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa fir-reġjuni elenkati ħdejn isimhom fil-kolonna 2 tal-Anness I, li jirrestrinġu s-suq tal-patata taż-żerriegħa għal patata taż-żerriegħa bażika kif ġej:

(a) 

fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u fil-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE ( 1 ), jew

(ii) 

il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE;

(b) 

fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u l-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE,

(ii) 

il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE, jew

(iii) 

il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad E tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 3(a)(ii)-(v) u l-punt 3(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE.

▼B

L-Artikolu 2

L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema permanenti ta’ stħarriġ regolari mfassla biex tkun assigurata konformità konsistenti mal-kondizzjonijiet li jirregolaw awtorizzazzjoni u għandhom jippreparaw rapporti. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dik is-sistema.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1 għandha tkun irtirata hekk kif ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet miġjuba fiha ma jibqgħux aktar osservati.

Artikolu 4

Deċiżjoni Nru 93/231/KEE ġiet sostitwita.

Ir-referenzi magħmulha għad-deċiżjoni mħassra in-kwistjoni għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu moqrija b’konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2




ANNESS I



Stat Membru (1)

Reġjun

Il-Ġermanja

— Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

— Gemeinde Groß Lüsewitz

— Ortsteile Lindenhof und Pentz der Gemeinde Metschow

— Gemeinden Böhlendorf, Breesen, Langsdorf sowie Ortsteil Grammow der Gemeinde Grammow

— Gemeinden Hohenbrünzow, Hohenmocker, Ortsteil Ganschendorf der Gemeinde Sarow sowie Ortsteil Leistenow der Gemeinde Utzedel

— Gemeinden Ranzin, Lüssow und Gribow

— Gemeinde Pelsin

L-Irlanda

It-territorju kollu

Il-Portugall

Azores (iż-żoni b’altitudni ta’ iktar minn 300 m)

Il-Finlandja

Il-muniċipalitajiet ta’ Liminka u Tyrnävä

Ir-Renju Unit (1)

L-Irlanda ta’ Fuq

(1)   

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

▼B




L-ANNESS II

Deċiżjoni abrogata u l-emendi suċċessivi tagħha



Deċiżjoni Nru 93/231/KEE

ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11

Deċiżjoni Nru 95/21/KE

ĠU L 28, tas-7.2.1995, p. 13

Deċiżjoni Nru 95/76/KE

ĠU L 60, tat-18.3.1995, p. 31

Deċiżjoni Nru 96/332/KE

ĠU L 127, tal-25.5.1996, p. 31

Deċiżjoni Nru 2003/242/KE

ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 24




L-ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni



Deċiżjoni Nru 93/231/KEE

Din id-Deċiżjoni

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Anness

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness III



( 1 ) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 32).