2004D1003 — MT — 01.01.2016 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/3/KE)

(ĠU L 002 6.1.2004, p. 47)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta’ Frar 2014

  L 56

16

26.2.2014




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/3/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ ( 1 ), kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2003/61/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) taghha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Ġermanja, l-Irlanda, l-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/231/KEE tat-30 ta’ Marzu 1993 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar stretti kontra ċerti mard barra dawk previsti fl-Anness I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE ( 3 ) ġiet emendata sostanzjalment ħafna drabi ( 4 ). Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalita id-Deċiżjoni msemmija għandha tkun kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 2002/56/KE stabbiliet tolleranzi fir-rigward ta’ ċerti organizmi ta’ ħsara.

(3)

Id-Direttiva 2002/56/KE xorta waħda tippermetti Stati Membri li jissoġġettaw il-patata taż-żriegħ tal-produzzjoni lokali tagħhom għal kondizzjonijiet li huma aktar rigorużi.

(4)

L-Irlanda għat-territorju kollu tagħha, l-Ġermnaja, l-Fillandja, u r-Renju Unit fir-rigward ta’ ċerti partijiet tat-territorji tagħhom u l-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni), jixtiequ li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/56/KE fir-rigward ta’ ċerti organiżmi li jidhru partikolarment perikolużi għal uċuħ tal-patata f’dawk ir-reġjuni.

(5)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Direttiva 93/17/KEE ( 5 ), stabbiliet gradi ta’ patata taż-żriegħ bażika għall-Komunita, flimkien mal-kundizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet applikabbli għal gradi bħal dawn. Il-patata taż-żriegħ li tappartjeni għal gradi bħal dawn għandha tkun kunsidrata xierqa għall-bejgħ fit-territorji ta’ Stati Membri li għandhom ikunu awtorizzati skond l-Artikolu 17(2) ta’ Direttiva 2002/56/KE.

(6)

Minn paragun tal-miżuri meħuda fl-Irlanda, għat-territorju tagħha kollu, fil-Ġermanja, fil-Fillandja, u fir-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorji tagħhom, u fil-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni) fir-rigward tal-produzzjoni lokali tagħhom ta’ patata taż-żriegħ u l-gradi KE tal-Komunita ta’ patata taż-żriegħ bażika, wieħed jista’ jassumi li:

 “KE grad 1” jissodisfa kondizzjonijiet aktar stretti,

 “KE grad 2” huwa ekwivalenti għal produzzjoni lokali maħsuba għal patata taż-żriegħ, u

 “KE grad 3” huwa ekwivalenti għal produzzjoni lokali maħsubha għal produzzjoni ta’ patata.

(7)

L-Irlanda, għat-territorju tagħha kollu, l-Ġermanja, l-Fillandja u r-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorji tagħhom, u l-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni), għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jirrestrinġu l-bejħ ta’ patata taż-żriegħ biss għall-gradi ta’ patata bażika tal-Komunità kif stabbilit permezz tad-Direttiva 93/17/KEE.

(8)

Awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip hi konformi ma’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-IStati Membri skond ir-regoli komuni fuq is-saħħa ta’ pjanti stabbiliti permezz ta’ Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunita ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunita ( 6 ), kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE ( 7 ).

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Żerriegħa u Materjal ta’ Tkattir għal Agrikoltura, Ortikultura u Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I huma awtorizzati, rigward il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa fir-reġjuni elenkati ħdejn isimhom fil-kolonna 2 tal-Anness I, li jirrestrinġu s-suq tal-patata taż-żerriegħa għal patata taż-żerriegħa bażika kif ġej:

(a) fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u fil-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE ( 8 ), jew

(ii) il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE;

(b) fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u l-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE,

(ii) il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE, jew

(iii) il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad E tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 3(a)(ii)-(v) u l-punt 3(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE.

▼B

L-Artikolu 2

L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema permanenti ta’ stħarriġ regolari mfassla biex tkun assigurata konformità konsistenti mal-kondizzjonijiet li jirregolaw awtorizzazzjoni u għandhom jippreparaw rapporti. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dik is-sistema.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1 għandha tkun irtirata hekk kif ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet miġjuba fiha ma jibqgħux aktar osservati.

Artikolu 4

Deċiżjoni Nru 93/231/KEE ġiet sostitwita.

Ir-referenzi magħmulha għad-deċiżjoni mħassra in-kwistjoni għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu moqrija b’konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I



Stat Membru

Reġjun

Il-ĠERMANJA

Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

— Gemeinde Groß Lüsewitz

— Ortsteile Lindenhof und Pentz der Gemeinde Metschow

— Gemeinden Böhlendorf, Breesen, Langsdorf sowie Ortsteil Grammow der Gemeinde Grammow

— Gemeinden Hohenbrünzow, Hohenmocker, Ortsteil Ganschendorf der Gemeinde Sarow sowie Ortsteil Leistenow der Gemeinde Utzedel

— Gemeinden Ranzin, Lüssow und Gribow

— Gemeinde Pelsin

L-IRLANDA

It-territorju intier

Il-PORTUGALL

Azores (żoni 'l fuq minn 300 m għoli mill-baħar (altitudni))

Il-FILLANDJA

Muniċipalitajiet ta' Liminka u Tyrnävä

Ir-RENJU UNIT

— Cumbria,

— Northumberland (Ingilterra)

— L-Irlanda ta’ Fuq, L-ISkozja




L-ANNESS II

Deċiżjoni abrogata u l-emendi suċċessivi tagħha



Deċiżjoni Nru 93/231/KEE

ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11

Deċiżjoni Nru 95/21/KE

ĠU L 28, tas-7.2.1995, p. 13

Deċiżjoni Nru 95/76/KE

ĠU L 60, tat-18.3.1995, p. 31

Deċiżjoni Nru 96/332/KE

ĠU L 127, tal-25.5.1996, p. 31

Deċiżjoni Nru 2003/242/KE

ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 24




L-ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni



Deċiżjoni Nru 93/231/KEE

Din id-Deċiżjoni

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Anness

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness III



( 1 ) ĠU L 193, 20.07.02, p. 60.

( 2 ) ĠU L 165, 03.07.03, p. 23.

( 3 ) ĠU L 106, 30.04.93, p. 11.

( 4 ) Ara l-Anness II.

( 5 ) ĠU L 106, 30.04.93, p. 7.

( 6 ) ĠU L 169, 10.07.00, p. 1.

( 7 ) ĠU L 138, 05.06.03, p. 47.

( 8 ) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 32).