2003R2336 — MT — 01.02.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 (ĠU L 346, 31.12.2003, p.19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 |
L 150 |
7 |
10.6.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 |
L 23 |
28 |
27.1.2010 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2336/2003
tat-30 ta' Diċembru 2003
li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol ta' oriġini agrikola
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 tat-8 ta' April 2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil alkoħol ta' oriġini agrikola(1), u partikolarment it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 3 ( 1 ), l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 11 miġjuba fih,
Billi:|
(1) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi l-bilanċ ta' alkoħol fil-Komunità provvdut fl-Artikolu 3 ( 2 ) tar-Regolament (KE) Nru 670/2003 u biex ikollha ħarsa fil-qosor ta' l-iżvilupp tas-sengħa, l-Istati Membri għandhom jibgħatu regolarment lill-Kummissjoni, f'format standard, fatti magħrufa (data) dwar il-kwantitajiet ta' alkoħol prodotti, importati, esportati u mormija/meqruda, u dwar il-ħażniet miżmuma fl-aħħar tas-sena tas-suq u l-produzzjoni stmata. |
|
(2) |
Etil alkoħol ta' oriġini mhux agrikola jista', għal ċertu użu, jintuża bħala sostitut għal alkoħol ta' orġini agrikola. Bħala riżultat il-bilanċ tal-Komunità għandu jinkorpora wkoll dan it-tip ta' prodott. |
|
(3) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jimmonitorjaw żviluppi fil-kummerċ fuq bażi permanenti biex jippermettu evalwazzjoni aħjar ta' l-iżvilupp tas-suq. Għal dan il-għan, għandhom isiru disposizzjonijiet għal ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni. Rapporti dwar il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa għandhom jiġu sottomessi kull ġimgħa. |
|
(4) |
Il-perjodu ta' validità ta' liċenzi għandu jiġi preskritt waqt li jitqies l-użu u temmiet ta' l-iżmna għat-twassil prattikati fil-kummerċ internazzjonali. |
|
(5) |
Bi qbil ma' l-Artikolu 4 ( 3 ) tar-Regolament (KE) Nru 670/2003, liċenzi jridu jinħarġu bla ħsara għad-depożitu ta' sigurta li hija sekwestrata kollha jew parti minnha jekk l-importazzjoni mhijiex imwettqa, jew hiija mwettqa biss parzjalment. L-ammont ta' dik is-sigurtà għandu għalhekk jiġi preskritt. |
|
(6) |
Minbarra jekk ikun provvdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta' l-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 4 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jippreskrivi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' sigurtajiet għall-prodotti agrikoli ( 5 ) għandhom japplikaw għall-liċenzi ta' importazzjoni u s-sigurtajiet provvduti f'dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2541/84 ta' l-4 ta' Settembru 1984 li jiffissa ħlas dovut ta' kontrobilanċ fuq l-importazzjoni fl-Istati Membri l-oħra ta' l-etil alkoħol ta' oriġini agrikola prodott fi Franza ( 6 ) għadda ż-żmien minn fuqu u għalhekk għandu jitħassar. |
|
(8) |
Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolment huma b'mod koformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-ISKOP
Artikolu 1
Skop
Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-bilanċ ta' l-etil alkol fil-Komunità u s-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni provvduti fir-Regolament (KE) Nru 670/2003.
KAPITOLU II
BILANĊ FIL-KOMUNITÀ
Artikolu 2
Stabbilizzazzjoni ta' bilanċ fil-Komunità
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-bilanċ ta' etil alkoħol fil-Komunità li jkopri s-sena kalendarja preċedenti sa' l-aktar tard il-31 ta' Marzu ta' kull sena. Il-bilanċ, li jikkontjeni tagħrif dwar is-suq ta' l-alkoħol fil-livell tal-Komunità, għandu jiġi preżentat lill-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Inbid bi qbil mal-format dikjarat fl-Anness I ma' dan u għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Tagħrif dwar etil alkoħol ta' oriġini agrikola
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, l-aktar tard sa l-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti, it-tagħrif li ġej dwar l-alkoħol ta' oriġini agrikola riferit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 670/2003:
(a) importazzjonijiet kull tliet xhur minn pajjiżi terzi mqassma skont il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u skont l-oriġini, identifikati permezz tal-kodiċijiet fin-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistiċi esterni tal-kummerċ tal-Komunità preskritti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002 ( 7 ), soġġett għat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament;
(b) esportazzjonijiet kull tliet xhur lejn pajjiżi terzi, inklużi kwalunkwe esportazzjonijiet ta' alkoħol mhux ta' oriġini agrikola, soġġett għat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament;
(c) produzzjoni kull tliet xhur, imqassma skont il-prodott li minnu ġie prodott l-akoħol;
(d) il-volum li sar użu minnu fil-kwart preċedenti, imqassam skont is-setturi tal-użu;
(e) stokkijiet miżmuma mill-produtturi tal-alkoħol f'pajjiżhom fi tmiem kull sena;
(f) produzzjoni stmata għas-sena li tkun għaddejja, darbtejn fis-sena, qabel it-28 ta' Frar u l-31 ta' Awwissu rispettivament;
Għall-għanijiet ta' punt (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, rimi/qerda għandha tfisser it-trasferiment ta' l-etil alkoħol minn produttur jew importatur ta' l-alkoħol bil-ħsieb tal-proċessar jew l-ippakkjar tiegħu.
Iċ-ċifri mgħarrfa għandhom jiġu espressi f'ettolitri ta' alkoħol pur.
L-Istati Membri jsitgħu jipprovdu għal skemi ta' dikjarazzjoni biex jiżguraw il-ġbir tat-tagħrif riferit f'punti (ċ), (d), (e) u (f) ta' l-ewwel sottoparagrafu.
Artikolu 4
Tagħrif dwar alkoħol ta' oriġini mhux agrikola
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, l-aktar tard sa l-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti, it-tagħrif li ġej dwar l-alkoħol ta' oriġini mhux agrikola riferit fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 670/2003:
(a) produzzjoni ta' kull kwart tas-sena mqassma skond alkoħol sintetiku u tipi oħra ta' alkol fejn applikabbli;
(b) importazzjonijiet kull tliet xhur minn pajjiżi terzi;
(c) importazzjonijiet kull tliet xhur lejn pajjiżi terzi;
(d) il-volum mormi/meqrud matul il-kwart tas-sena preċedenti, mqassam skond alkoħol sintetiku u tipi oħra ta' l-alkoħol fejn applikabbli;
(e) ħażniet miżmuma minn produtturi ta' l-alkoħol fl-aħħar tas-sena, mqassma skond alkol sintetiku u tipi oħra ta' l-alkoħol fejn applikabbli.
Għall-għanijiet ta' punt (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, “volum mormi/meqrud” għandu jfisser il-kwantitajiet ta' alkoħol mibjugħa fis-suq tal-Komunità mill-industrija ta' produzzjoni.
Iċ-ċifri notifikati għandhom jiġu espressi f'ettolitri ta' alkoħol pur.
KAPITOLU III
LIĊENZI TA' IMPORTAZZJONI
Artikolu 5
Ħruġ ta' liċenzi
1. Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 ( 8 ). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2220/85 ( 9 ) għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 376/2008].
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu japplika għal-liċenzi riferiti f'dan il-Kapitolu.
3. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għal alkoħol ta' oriġini agrikola għandhom jiġu markati f'kaxxa 8 ma' l-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini. Il-kaxxa “ta' bil fors: iva” trid tiġi ticked. Fuq talba ta' l-applikant, l-amministrazzjoni li ħarġet il-liċenza tista' tbiddel il-pajjiż ta' oriġini, darba biss, b'pajjiż ieħor.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-prezz ta' importazzjoni (CIF) ta' l-alkoħol irid jiġi indikat f'kaxxa 20.
▼M1 —————
Artikolu 7
Notifikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' liċenzi ta' importazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull nhar ta' Ħamis, jew fl-ewwel jum tax-xogħol ta' wara jekk il-Ħamis tkun festa pubblika, il-kwantitajiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 670/2003 għal liema liċenzi ta' importazzjoni jkunu nħarġu matul il-ġimgħa ta' qabel mqassma skond il-kodiċi tan-Nomenklatura Kombinata u skond il-pajjiż ta' oriġini.
2. Jekk Stat Membru jqis li hemm ir-riskju li l-kwantitajiet għal liema liċenzi ta' importazzjoni jkunu ntalbu f'dak l-Istat Membru ifixklu s-suq dak l-Istat Membru għandu immedjatament jgħarraf lill-Kummissjoni u jagħti l-kwantitajiet skond it-tipi ta' prodott konċernat. Il-Kummissjoni għandha tażamina s-sitwazzjoni u għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra biha..
▼M1 —————
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 10 ).
In-notifiki kollha għandhom jinkludu d-dikjarazzjonijiet żero.
In-notifiki msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 għandhom isiru biss fuq talba tal-Kummissjoni, indirizzati lill-Istati Membri permezz tas-sistema informatika li jkun hemm implimentata.
Artikolu 10
Ir-Revoka
Ir-Regolament (KEE) Nru 2541/84 huwa hawnhekk imħassar.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2004.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
▼M2 —————
ANNESS III
ANNESS IV
ANNESS V
ANNESS VI
ANNESS VII
▼M2 —————
( 1 ) ĠU L 97, tal-15.4.2003, pġ. 6.
( 2 ) ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 325/2003 (ĠU L 47, tal-21.2.2003, pġ. 21).
( 3 ) ĠU L 205, tat-3.8.1985, pġ. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1932/1999 (ĠU L 240, ta’ l-10.9.1999, pġ. 11).
( 4 ) ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 325/2003 (ĠU L 47, tal-21.2.2003, pġ. 21).
( 5 ) ĠU L 205, tat-3.8.1985, pġ. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1932/1999 (ĠU L 240, ta’ l-10.9.1999, pġ. 11).
( 6 ) ĠU L 238, tas-6.9.1984, pġ. 16. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3826/85 (ĠU L 371, tal-13.11.1998, pġ. 1).
( 7 ) ĠU L 269, 5.10.2002, p. 6.
( 8 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
( 9 ) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
( 10 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.