2003R0527 — MT — 01.01.2007 — 004.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EC) Nru 527/2003 tas-17 ta’ Marzu 2003 (ĠU L 078, 25.3.2003, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1776/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 |
L 260 |
1 |
11.10.2003 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2067/2004 tat-22 ta' Novembru 2004 |
L 358 |
1 |
3.12.2004 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1912/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 |
L 307 |
1 |
25.11.2005 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 519/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 |
L 123 |
1 |
12.5.2007 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EC) Nru 527/2003
tas-17 ta’ Marzu 2003
li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 1 ) u partikolarment l-Artikolu 45(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 joffri l-possibbiltà ta’ l-adozzjoni ta’ derogi għal prodotti mportati li jkunu għaddew minn prattiċi oenoloġiċi li ma humhiex awtorizzati bir-regoli tal-Komunità. |
(2) |
Inbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu suġġetti għal aċidifikazzjoni bl-aċidu maliku, prattika oenoloġika li ma hix awtorizzata bir-regoli tal-Komunità. |
(3) |
Bħal issa għaddejin negozjati bejn il-Komunità, irrapreżentata mill-Kummissjoni, u l-Arġentina, dwar ftehim fuq il-kummerċ fl-inbid. Dawn jinvolvu partikolarment il-proċessi eonoloġiċi rispettivi taż-żewġ Partijiet u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(4) |
Bil-għan li jkun assigurat il-progress bla xkiel ta’ dan in-negozjati, deroga li tippermetti ż-żieda ta’ l-aċidu maliku ma nbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina w importati fil-Komunità għandhom ikunu awtorizzati fuq bażi transizzjonali sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jirriżulta min-negozjati msemmija hawn fuq, imma mhux aktar mit-30 ta’ Settembru 2003. |
(5) |
La darba l-inbid ta’ l-Arġentina li fih l-aċidu maliku diġa jinsab fit-territorju tal-Komunità, l-applikazzjoni ta’ deroga għal dawn l-inbejjed għandha tkun estiża, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Bħala deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi NM 2204 10, 2204 21, 2204 29 u 2204 30 10 u derivati minn għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina li miegħu l-aċidu maliku jkun ġie miżjud matul l-operazzjonijiet tal-manifattura b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu offruti jew ikkonsenjati għal konsum dirett uman fil-Komunità.
Madankollu, din l-awtorità għandha tkun valida biss sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li ntlaħaq fit-taħditiet ma’ l-Arġentina rigward ftehim fil-kummerċ ta’ l-inbid li jinvolvi metodi oenoloġiċi partikolari u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u mhux aktar tard mit- ►M4 31 ta’ Diċembru 2008 ◄ .
Din l-awtorizzazzjoni għandha wkoll tkopri l-inbejjed ta’ l-Arġenta referuti f’dan il-paragrafu li huma mportati fil-Komunità sa mill-1 ta’ Jannar 2001.
2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu li joffru jew li jikkonsenjaw għal konsum dirett uman l-inbid derivat mill-għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiż fuq il-bażi li l-aċidu maliku jista jkun ġie miżjud miegħu.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10).