02003R0147 — MT — 13.09.2024 — 014.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (ĠU L 024 29.1.2003, p. 2) |
Emendat bi:
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003
tas-27 ta’ Jannar 2003
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
Artikolu 1
Huma pprojbiti:
il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja,
il-forniment ta’ assistenza teknika relatati ma’ attivitajiet militari, fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.
Artikolu 1a
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista’ jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta’ tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ assistenza;
“finanzjament jew assistenza finanzjarja” tfisser kwalunkwe azzjoni, irrispettivament mill-mezzi partikolari magħżula, li biha l-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kondizzjonalment jew inkondizzjonalment, jiżborżaw jew jimpenjaw ruħhom li jiżborżaw fondi jew riżorsi ekonomiċi tagħhom stess, inklużi, iżda mhux limitatament għal, għotjiet, self, garanziji, rahan, bonds, ittri ta’ kreditu, krediti tal-fornitur, krediti tax-xerrej, avvanzi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u t-tipi kollha ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Il-ħlas kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-prezz miftiehem għal oġġett jew servizz, li jsiru skont il-prattika normali tan-negozju, ma jikkostitwux finanzjament jew assistenza finanzjarja;
“Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont ir-riżoluzzjoni 2713 (2023) dwar Al-Shabaab;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita.
▼M13 —————
Artikolu 3
L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’, jew assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea maħsuba biss għall-appoġġ, jew l-użu minn:
il-Gvern tar-Repubblika Federali tas-Somalja (GFRS), l-Armata Nazzjonali Somala (SNA), l-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence u s-Sigurtà (NISA), il-Forza tal-Pulizija Nazzjonali Somala (SNPF) u l-Korp ta’ Kustodja Somala;
il-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja (UNSOM) u l-Uffiċċju ta’ Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja (UNSOS);
il-missjoni ta’ Tranżizzjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (ATMIS) u l-Pajjiżi li jikkontribwixxu għat-truppi u l-pulizija tagħha, kif ukoll is-sħab strateġiċi tagħha, li joperaw biss taħt l-aħħar Kunċett Strateġiku ta’ Operazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-ATMIS;
l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ appoġġ tal-Unjoni Ewropea, it-Turkija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll kwalunkwe forza oħra tal-Istat, bi ftehim dwar l-istatus tal-forzi jew memorandum ta’ qbil mal-GFRS, dment li jinfurmaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ tali ftehimiet.
B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’, jew assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea maħsuba biss għall-appoġġ ta’, jew l-użu mill-Istati Membri Federali tas-Somalja u gvernijiet reġjonali jew lil kumpaniji privati tas-sigurtà liċenzjati li joperaw fis-Somalja dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fl-Anness IV, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun irċieva notifika mill-GFRS u ma jkunx oġġezzjona għal dik l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol;
fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fl-Anness V, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet irċieva notifika minn qabel mill-GFRS għal finijiet ta’ informazzjoni ħamest ijiem ta’ xogħol minn qabel.
In-notifiki skont il-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu:
id-dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi, il-munizzjon u t-tagħmir militari, inkluż it-tip, il-lott u n-numri tas-serje;
deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità;
id-data u l-post proposti għall-kunsinna; u
l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità intenzjonata għad-destinazzjoni, jew il-post intenzjonat għall-ħażna.
L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja jew assistenza teknika relatata ma’:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ lbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Somalja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-rappreżentanti tal-media, kuntratturi privati tas-sigurtà jew ħaddiema u persunal assoċjat fl-ambitu umanitarju u fil-qasam tal-iżvilupp għall-użu personali tagħhom biss;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali minn Stati Membri, jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;
id-dħul fil-portijiet Somali għal żjarat temporanji ta’ bastimenti li jġorru armi jew tagħmir militari għal finijiet difensivi, dment li tali oġġetti jibqgħu dejjem abbord dawk il-bastimenti.
Artikolu 3a
Artikolu 3b
Ikunu ipprojbiti:
l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:
ikun joriġina mis-Somalja; jew
ikun ġie esportat mis-Somalja;
ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;
it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, it-trasport jew ix-xiri tal-faħam tal-kannol imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); u
il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jevitaw il-projbizzjoni fil-punti (a), (b), (c) u (d).
Artikolu 3c
In-notifiki skont il-paragrafu 3 għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż:
l-iskop tal-użu tal-oġġett(i);
l-utent aħħari;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;
il-kwantità tal-oġġetti(i); u
il-post maħsub għall-ħżin tal-oġġett(i).
Artikolu 4
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti neċessarji kollha mal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 3(1) għall-iskop ta' implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament fuq il-mizuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jgħodd minkejja kull drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imponuti minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ffirmat jew kuntratt magħmul jew liċenzja jew permess li ingħata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6a
Il-Kummissjoni għandha temenda ►M3 l-Anness I ◄ abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.
Artikolu 7
Sa l-adozzjoni, fejn neċessarju, ta' kwalunkwe leġislazzjoni għal dan l-iskop, is-sanzjonijiet li jkunu imponuti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura għandhom, fejn japplikaw, ikunu dawk determinati mill-Istati Membri sabiex jattwaw l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tal-Liberja ( 5 ).
Artikolu 7a
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jgħodd
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner/ansvarlige-myndigheder
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS II
Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem “faħam tal-kannol”
|
Kodiċi tas-SA |
Isem tal-merkanzija |
|
4402 |
Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le |
ANNESS III
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 3c
Tagħmir u apparat, mhux speċifikat bil-partita 3 fl-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK ( 6 ), iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafi 1 u 3. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”“meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma derivati mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 7 ).)
Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkun fihom xi wieħed jew aktar minn dawn:
|
L-isem tas-sustanza |
Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1) |
|
Nitrogliċerina (ħlief meta ppakkjata/ippreparata f’dożi mediċinali individwali) sakemm ma tkunx komposta jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat minn ML8.a. jew ma’ metalli f’forma ta’ trab speċifikati minn ML8.c. tal-Lista Militari Komuni tal-UE |
55-63-0 |
ex 2920 90 70 |
|
Aċidu nitriku |
7697-37-2 |
ex 28 08 |
|
Aċidu sulfuriku |
7664-93-9 |
ex 28 07 |
|
(1)
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura jittieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati mil-leġiżlazzjoni sussegwenti. |
||
ANNESS IV
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a)
Missili mill-art għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADS).
Armi b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, u munizzjon assoċjat. (Dan ma jinkludix tagħmir li jispara r-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs (granati bi propulsjoni ta’ rokit) jew l-LAWs (arma ħafifa ta’ kontra t-tankijiet), azzarin mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati.)
Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm u munizzjon assoċjat.
Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjon u komponenti speċjali ddisinjati għal dawk l-oġġetti.
Kargi u apparat iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari; mini u materjal relatat; u l-fuses.
Strumenti ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni billejl, inklużi dawk termali u infraħomor, u aċċessorji.
Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi, bi ġwienaħ b’ġometrija varjabbli, rotor li jinklina jew bi ġwienaħ li jinklinaw, iddisinjati jew modifikati speċifikament għal użu militari.
“Bastimenti” u vetturi amfibi ddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari. (“Bastiment” tinkludi kwalunkwe vapur, vettura b’effett tal-wiċċ, bastiment ta’ żona ta’ pjan tal-ilma żgħir jew aliskaf u l-buq jew parti tal-buq ta’ bastiment.)
Vetturi tal-ajru għall-ġlied bla ekwipaġġ (elenkati bħala Kategorija IV fir-Reġistru tan-NU ta’ Armi Konvenzjonali).
ANNESS V
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b)
Kull tip ta’ arma b’kalibru sa 12,7 mm, u l-munizzjon assoċjat.
RPG-7s (granati bi propulsjoni ta’ rokit Tip-7), LAWs (armi ħfief kontra t-tankijiet) u azzarin mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, u munizzjon assoċjat.
Strumenti ta’ mira għall-armi.
Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ b’rotors jew ħelikopters iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari.
Korazzi kontra l-balal jew ilbies protettiv, kif ġej: Korazzi kontra l-balal iebsa li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06 ta’ Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.
Vetturi ta’ fuq l-art iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari.
Tagħmir ta’ komunikazzjoni ddisinjat jew immodifikat speċifikament għall-użu militari.
( 1 ) ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.
( 2 ) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1): ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 4 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.
( 5 ) ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
( 7 ) ĠU C 72, 28.2.2023, p. 2.