02003R0147 — MT — 09.07.2019 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ĠU L 024 29.1.2003, p. 2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 631/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 |
L 146 |
1 |
8.6.2007 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1137/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 |
L 322 |
2 |
8.12.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 642/2012 tal-16 ta’ Lulju 2012 |
L 187 |
8 |
17.7.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 941/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012 |
L 282 |
1 |
16.10.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 431/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 129 |
12 |
14.5.2013 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1153/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 |
L 306 |
1 |
16.11.2013 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 478/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 |
L 138 |
1 |
13.5.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019 |
L 182 |
33 |
8.7.2019 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003
tas-27 ta' Jannar 2003
dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-Istati Membri fit-twettiq ta' l-awtorità pubblika tagħhom, għandu jkun projbit:
— li jipprovdu finanzjament jew assistenza finanzjarja konnessa ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal konness, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja,
— li jagħtu, jbiegħu, jipprovdu jew jittrasferixxu parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari taħriġ u assistenza konnessi ma' l-immanifattura, manteniment u użu ta' armi u materjal konness ta' kull tip, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.
Artikolu 2
Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita.
Artikolu 2a
B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websajts stabbiliti fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista’ tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hija tikkunsidra xierqa:
(a) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk tkun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn jew l-użu tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) imsemmija fil-paragrafu 10(b) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2111 (2013) jew għall-użu uniku ta’ Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali li jieħdu miżuri skont il-paragrafu 10(e) tal-UNSCR 2111 (2013);
(b) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsub unikament għas-sostenn tas-sħab strateġiċi tal-AMISOM, jew għall-użu minnhom li joperaw biss taħt il-Kunċett Strateġiku tal-Unjoni Afrikana tal-5 ta’ Jannar 2012 (jew kunċetti strateġiċi sussegwenti tal-Unjoni Afrikana), u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni ma’ AMISOM kif stipulat fil-paragrafu 10 tal-UNSCR 2111 (2013);
(c) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsub unikament għas-sostenn jew l-użu tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fis Somalja kif stipulat fil-paragrafu 10(a) tal-UNSCR 2111 (2013);
(d) l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali pariri, assistenza jew taħriġ huma maħsuba biss għall-fini li jgħinu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà; u
(ii) l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) bid-determinazzjoni li tali pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba biss għall-fini li jgħinu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà, u bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika;
(e) l-għoti ta' finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ relatat ma' attivitajiet militari, ħlief f'dak li għandu x'jaqsam mal-punti stipulati fl-Anness III, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, parir tekniku, għajnuna jew taħriġ huma maħsuba biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja; u
(ii) tkun saret notifika lill-Kumitat stabbilit b'paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Gvern Federali tas-Somalja jew, b'mod alternattiv, mill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-finanzjament, l-għajnuna finanzjarja, il-pariri tekniċi, l-għajnuna jew it-taħriġ, minn tal-inqas ħamest ijiem bil-quddiem ta' kull għotja ta' tali finanzjament, għajnuna finazjarja, parir tekniku, għajnuna jew taħriġ intenzjonati biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, skont il-paragrafi 3 u 4 tal-UNSCR 2142 (2014) u l-paragrafu 16 tal-UNSCR 2111 (2013);
(f) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn jew l-użu tal-Missjoni ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja (EUTM).
Artikolu 3
1. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-:
(a) provvediment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ apparat militari li ma jistax jikkaġuna l-mewt, intenzjonat biss għall-użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, jew ta’ materjal maħsub għal programmi ta’ żvilupp tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, magħmul fil-qafas tal-Proċess ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni,
(b) provvediment ta’ parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma’ dan l-apparat li ma jistax jikkaġuna l-mewt,
▼M5 —————
jekk dawn l-attivitajiet ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
2. L-Artikolu 1 lanqas m'għandu japplika għal ilbies protettiv, inclużi ġgieget tqal għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lis-Somalja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi ta' komunikazzjoni u ħaddiema umanitarji u għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
3. L-Artikolu 2 m'għandux jgħodd għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet li l-iskop jew l-effet tagħhom hu li jipromovu attivitajiet li kienu approvati mill-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.
Artikolu 3a
1. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 1 ), l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn u mis-Somalja għandhom ikunu soġġetti għall-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.
2. Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu tal-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom jiġu rispettati u d-data meħtieġa, għandhom jiġu ddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tad-dwana stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 3 ).
3. Barra minn dan, il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal eżenzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2010 d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub bl-użu ta’ dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta’ trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.
5. Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-elementi addizzjonali meħtieġa, kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjoni tad-dwana kif adatt.
Artikolu 3b
1. Ikunu ipprojbiti:
(a) l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:
(i) ikun joriġina mis-Somalja; jew
(ii) ikun ġie esportat mis-Somalja;
(b) ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;
(c) it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;
(d) il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, it-trasport jew ix-xiri tal-faħam tal-kannol imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); u
(e) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jevitaw il-projbizzjoni fil-punti (a), (b), (c) u (d).
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “faħam tal-kannol” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness II.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx għax-xiri jew it-trasport tal-faħam tal-kannol li kien ġie esportat mis-Somalja qabel it-22 ta’ Frar 2012.
Artikolu 4
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti neċessarji kollha mal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 3(1) għall-iskop ta' implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament fuq il-mizuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jgħodd minkejja kull drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imponuti minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ffirmat jew kuntratt magħmul jew liċenzja jew permess li ingħata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6a
Il-Kummissjoni għandha temenda ►M3 l-Anness I ◄ abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.
Artikolu 7
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet biex ikunu imposti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Sa l-adozzjoni, fejn neċessarju, ta' kwalunkwe leġislazzjoni għal dan l-iskop, is-sanzjonijiet li jkunu imponuti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura għandhom, fejn japplikaw, ikunu dawk determinati mill-Istati Membri sabiex jattwaw l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tal-Liberja ( 5 ).
2. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jibdew proċeduri kontra kull persuna naturali jew legali, entità jew korp taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, fil-każijiet ta' vjolazzjoni ta' xi projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament minn l-istess persuna, entità jew korp.
Artikolu 7a
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz ta’, websites elenkati ►M3 fl-Anness I ◄ .
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jgħodd
— fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-atmosfera,
— abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,
— għal kull persuna xi mkien ieħor li hu ċittadin ta' Stat Membru, u
— għal kull persuna legali, entità jew korp li hu inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' l-Istati Membri.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS II
Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem “faħam tal-kannol”
|
Kodiċi tas-SA |
Isem tal-merkanzija |
|
4402 |
Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le |
ANNESS III
Lista ta’ oġġetti msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2a
1. Missili surface-to-air, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs);
2. Xkubetti, howitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjon u komponenti ddisinjati apposta għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi ta’ rockets kontra t-tankijiet sparati minn fuq l-ispalla bħal RPGs jew LAWs, granati sparati bl-azzarini, jew lanċaturi tal-granati);
3. Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm;
4. Armi ggwidati kontra t-tankijiet, inklużi Missili Ggwidati Kontra t-Tankijiet (ATGMs) u munizzjon u komponenti mfassla b’mod speċjali għal dawn l-oġġetti;
5. Kargi u mezzi maħsuba għal użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat;
6. Miri tal-armi b’kapaċità għall-viżjoni bil-lejl.
( 1 ) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
( 2 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
( 3 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
( 4 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.
( 5 ) ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.