2003R0147 — MT — 17.11.2013 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

tas-27 ta' Jannar 2003

dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

(ĠU L 024, 29.1.2003, p.2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 631/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007

  L 146

1

8.6.2007

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1137/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010

  L 322

2

8.12.2010

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 642/2012 tal-16 ta’ Lulju 2012

  L 187

8

17.7.2012

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 941/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012

  L 282

1

16.10.2012

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 431/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 129

12

14.5.2013

►M6

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M7

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1153/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013

  L 306

1

16.11.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

tas-27 ta' Jannar 2003

dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/960/CFSP ta' l-10 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 1 ),

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Jannar 1992 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 733 (1992), li timponi embargo ġenerali u komplet fuq il-kunsinni kollha ta' armi u apparat militari lis-Somalja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa “l-embargo ta' l-armi”).

(2)

Fid-19 ta' Ġunju 2001 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 1356 (2001), li tippermetti ċerti eżenzjonijiet mill-embargo ta' l-armi.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 1425 (2002), li testendi l-embargo ta' l-armi billi tipprojbixxi l-provvista diretta jew indiretta lis-Somalja ta' parir tekniku, finanzjarju u assistenza oħra, u taħriġ konness ma' attivitajiet militari.

(4)

Ċerti minn dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-iskop tat-Trattat u, għalhekk, notevolment bl-għan li jevitaw distorsjoni tal-kompetizzjoni, leġislazzjoni tal-Komunità hija neċessarja biex timplementa d-deċizjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà sa fejn it-territorju tal-Komunità hu konċernat. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità għandu jitqies li jinkludi t-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

(5)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, u jikoperaw mal-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 733 (1992), b'mod partikolari billi jipprovdulu informazzjoni.

(6)

Vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal sanzjonijiet u l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet xierqa għal dak l-iskop. Huwa, barra dan, mixtieq li sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu imposti fid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li l-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri kontra persuni, entitajiet jew korpi kwalunkwe taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li vvjolaw kwalunkwe disposizzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-Istati Membri fit-twettiq ta' l-awtorità pubblika tagħhom, għandu jkun projbit:

 li jipprovdu finanzjament jew assistenza finanzjarja konnessa ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal konness, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja,

 li jagħtu, jbiegħu, jipprovdu jew jittrasferixxu parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari taħriġ u assistenza konnessi ma' l-immanifattura, manteniment u użu ta' armi u materjal konness ta' kull tip, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

Artikolu 2

Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita.

▼M7

Artikolu 2a

B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websajts stabbiliti fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista’ tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hija tikkunsidra xierqa:

(a) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk tkun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn jew l-użu tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) imsemmija fil-paragrafu 10(b) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2111 (2013) jew għall-użu uniku ta’ Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali li jieħdu miżuri skont il-paragrafu 10(e) tal-UNSCR 2111 (2013);

(b) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsub unikament għas-sostenn tas-sħab strateġiċi tal-AMISOM, jew għall-użu minnhom li joperaw biss taħt il-Kunċett Strateġiku tal-Unjoni Afrikana tal-5 ta’ Jannar 2012 (jew kunċetti strateġiċi sussegwenti tal-Unjoni Afrikana), u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni ma’ AMISOM kif stipulat fil-paragrafu 10 tal-UNSCR 2111 (2013);

(c) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsub unikament għas-sostenn jew l-użu tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fis Somalja kif stipulat fil-paragrafu 10(a) tal-UNSCR 2111 (2013);

(d) l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali pariri, assistenza jew taħriġ huma maħsuba biss għall-fini li jgħinu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà; u

(ii) l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) bid-determinazzjoni li tali pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba biss għall-fini li jgħinu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà, u bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika;

(e) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, ħlief f’dak li għandu x’jaqsam mal-punti stipulati fl-Anness III, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali pariri, assistenza jew taħriġ huma maħsuba biss għall-iżvilupp tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu s-sigurtà għall-poplu tas-Somalja; u

(ii) issir notifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-inqas ħamest ijiem qabel kwalunkwe għoti ta’ pariri, assistenza jew taħriġ maħsuba biss għall-iżvilupp tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, u biex jipprovdu s-sigurtà għall-poplu tas-Somalja, jipprovdu kull informazzjoni rilevanti skont il-paragrafu 16 tal-UNSCR 2111 (2013);

(f) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk ikun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn jew l-użu tal-Missjoni ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja (EUTM).

▼B

Artikolu 3

▼M4

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-:

(a) provvediment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ apparat militari li ma jistax jikkaġuna l-mewt, intenzjonat biss għall-użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, jew ta’ materjal maħsub għal programmi ta’ żvilupp tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, magħmul fil-qafas tal-Proċess ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni,

(b) provvediment ta’ parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma’ dan l-apparat li ma jistax jikkaġuna l-mewt,

▼M5 —————

▼M4

jekk dawn l-attivitajiet ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

▼B

2.  L-Artikolu 1 lanqas m'għandu japplika għal ilbies protettiv, inclużi ġgieget tqal għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lis-Somalja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi ta' komunikazzjoni u ħaddiema umanitarji u għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

3.  L-Artikolu 2 m'għandux jgħodd għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet li l-iskop jew l-effet tagħhom hu li jipromovu attivitajiet li kienu approvati mill-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.

▼M2

Artikolu 3a

1.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 2 ), l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn u mis-Somalja għandhom ikunu soġġetti għall-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2.  Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu tal-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom jiġu rispettati u d-data meħtieġa, għandhom jiġu ddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tad-dwana stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 3 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 4 ).

3.  Barra minn dan, il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 5 ) u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal eżenzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija.

4.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010 d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub bl-użu ta’ dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta’ trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.

5.  Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-elementi addizzjonali meħtieġa, kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjoni tad-dwana kif adatt.

▼M3

Artikolu 3b

1.  Ikunu ipprojbiti:

(a) l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:

(i) ikun joriġina mis-Somalja; jew

(ii) ikun ġie esportat mis-Somalja;

(b) ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;

(c) it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d) il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, it-trasport jew ix-xiri tal-faħam tal-kannol imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); u

(e) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jevitaw il-projbizzjoni fil-punti (a), (b), (c) u (d).

2.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “faħam tal-kannol” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness II.

3.  Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx għax-xiri jew it-trasport tal-faħam tal-kannol li kien ġie esportat mis-Somalja qabel it-22 ta’ Frar 2012.

▼B

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti neċessarji kollha mal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 3(1) għall-iskop ta' implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament fuq il-mizuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jgħodd minkejja kull drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imponuti minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ffirmat jew kuntratt magħmul jew liċenzja jew permess li ingħata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 6a

Il-Kummissjoni għandha temenda ►M3  l-Anness I ◄ abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.

▼B

Artikolu 7

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet biex ikunu imposti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sa l-adozzjoni, fejn neċessarju, ta' kwalunkwe leġislazzjoni għal dan l-iskop, is-sanzjonijiet li jkunu imponuti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura għandhom, fejn japplikaw, ikunu dawk determinati mill-Istati Membri sabiex jattwaw l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tal-Liberja ( 6 ).

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jibdew proċeduri kontra kull persuna naturali jew legali, entità jew korp taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, fil-każijiet ta' vjolazzjoni ta' xi projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament minn l-istess persuna, entità jew korp.

▼M1

Artikolu 7a

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz ta’, websites elenkati ►M3  fl-Anness I ◄ .

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼B

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jgħodd

 fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-atmosfera,

 abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,

 għal kull persuna xi mkien ieħor li hu ċittadin ta' Stat Membru, u

 għal kull persuna legali, entità jew korp li hu inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' l-Istati Membri.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

▼M6

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

▼M3

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M3




ANNESS II



Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem “faħam tal-kannol”

Kodiċi tas-SA

Isem tal-merkanzija

4402

Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le

▼M5




ANNESS III

Lista ta’ oġġetti msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2a

1. Missili surface-to-air, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs);

2. Xkubetti, howitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjon u komponenti ddisinjati apposta għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi ta’ rockets kontra t-tankijiet sparati minn fuq l-ispalla bħal RPGs jew LAWs, granati sparati bl-azzarini, jew lanċaturi tal-granati);

3. Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm;

4. Armi ggwidati kontra t-tankijiet, inklużi Missili Ggwidati Kontra t-Tankijiet (ATGMs) u munizzjon u komponenti mfassla b’mod speċjali għal dawn l-oġġetti;

5. Kargi u mezzi maħsuba għal użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat;

6. Miri tal-armi b’kapaċità għall-viżjoni bil-lejl.



( 1 ) ĠU L 334, tal-11.12.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

( 3 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

( 4 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

( 5 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

( 6 ) ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.