2003R0147 — MT — 09.06.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

tas-27 ta' Jannar 2003

dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

(ĠU L 024, 29.1.2003, p.2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 631/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007

  L 146

1

8.6.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

tas-27 ta' Jannar 2003

dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/960/CFSP ta' l-10 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 1 ),

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Jannar 1992 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 733 (1992), li timponi embargo ġenerali u komplet fuq il-kunsinni kollha ta' armi u apparat militari lis-Somalja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa “l-embargo ta' l-armi”).

(2)

Fid-19 ta' Ġunju 2001 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 1356 (2001), li tippermetti ċerti eżenzjonijiet mill-embargo ta' l-armi.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2002 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni 1425 (2002), li testendi l-embargo ta' l-armi billi tipprojbixxi l-provvista diretta jew indiretta lis-Somalja ta' parir tekniku, finanzjarju u assistenza oħra, u taħriġ konness ma' attivitajiet militari.

(4)

Ċerti minn dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-iskop tat-Trattat u, għalhekk, notevolment bl-għan li jevitaw distorsjoni tal-kompetizzjoni, leġislazzjoni tal-Komunità hija neċessarja biex timplementa d-deċizjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà sa fejn it-territorju tal-Komunità hu konċernat. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità għandu jitqies li jinkludi t-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

(5)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, u jikoperaw mal-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 733 (1992), b'mod partikolari billi jipprovdulu informazzjoni.

(6)

Vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal sanzjonijiet u l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet xierqa għal dak l-iskop. Huwa, barra dan, mixtieq li sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu imposti fid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li l-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri kontra persuni, entitajiet jew korpi kwalunkwe taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li vvjolaw kwalunkwe disposizzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-Istati Membri fit-twettiq ta' l-awtorità pubblika tagħhom, għandu jkun projbit:

 li jipprovdu finanzjament jew assistenza finanzjarja konnessa ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal konness, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja,

 li jagħtu, jbiegħu, jipprovdu jew jittrasferixxu parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma' attivitajiet militari, fosthom b'mod partikolari taħriġ u assistenza konnessi ma' l-immanifattura, manteniment u użu ta' armi u materjal konness ta' kull tip, direttament jew indirettament ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

Artikolu 2

Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita.

▼M1

Artikolu 2a

B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websites elenkati fl-Anness, fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit min jipprovdi s-servizz, tista’ tawtorizza, taħt tali kondizzjonijiet li hija tqis adatti:

(a) l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, konsulenza teknika, assistenza jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, jekk hija tkun iddeterminat li tali finanzjament, konsulenza, assistenza jew tagħmir huma intiżi biss għas-sostenn jew użu tal-missjoni AMISOM msemmija fil-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1744 (2007);

(b) l-għoti ta’ konsulenza teknika, assistenza jew tagħmir tekniku relatat ma’ attivitajiet militari, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(i) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali konsulenza, assistenza jew tagħmir huma intiżi biss għall-iskop li jiġi megħjun l-izvilupp ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà, konsistenti mal-proċess politiku espost fil-paragrafi 1, 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni 1744 (2007); u

(ii) l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 751 (1992) bid-determinazzjoni li tali konsulenza, assistenza jew tagħmir huma intiżi biss għall-iskop li jiġi megħjun l-izvilupp ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà, konsistenti mal-proċess politiku espost fil-paragrafi 1, 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni 1744 (2007) u bl-intenzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat ma oġġezzjonax għal dik l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika.

▼B

Artikolu 3

1.  L-Artikolu 1 m'għandux jgħodd għal:

 provvediment ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' apparat militari li ma jistax jikkaġuna l-mewt, intenzjonat biss għall-użu umanitarju jew ta' protezzjoni, jew ta' materjal maħsub għal programmi ta' żvilupp ta' l-istituzzjoni ta' l-Unjoni, tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, magħmul fil-qafas tal-Proċess ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni,

 provvediment ta' parir tekniku, assistenza jew taħriġ konness ma' dan l-apparat li ma jistax jikkaġuna il-mewt,

jekk dawn l-attivitajiet ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.  L-Artikolu 1 lanqas m'għandu japplika għal ilbies protettiv, inclużi ġgieget tqal għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lis-Somalja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi ta' komunikazzjoni u ħaddiema umanitarji u għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

3.  L-Artikolu 2 m'għandux jgħodd għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet li l-iskop jew l-effet tagħhom hu li jipromovu attivitajiet li kienu approvati mill-Kumitat stabbilit minn paragrafu 11 ta' Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti neċessarji kollha mal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 3(1) għall-iskop ta' implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament fuq il-mizuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jgħodd minkejja kull drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imponuti minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ffirmat jew kuntratt magħmul jew liċenzja jew permess li ingħata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 6a

Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.

▼B

Artikolu 7

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet biex ikunu imposti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sa l-adozzjoni, fejn neċessarju, ta' kwalunkwe leġislazzjoni għal dan l-iskop, is-sanzjonijiet li jkunu imponuti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura għandhom, fejn japplikaw, ikunu dawk determinati mill-Istati Membri sabiex jattwaw l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tal-Liberja ( 2 ).

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jibdew proċeduri kontra kull persuna naturali jew legali, entità jew korp taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, fil-każijiet ta' vjolazzjoni ta' xi projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament minn l-istess persuna, entità jew korp.

▼M1

Artikolu 7a

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz ta’, websites elenkati fl-Anness.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼B

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jgħodd

 fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-atmosfera,

 abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,

 għal kull persuna xi mkien ieħor li hu ċittadin ta' Stat Membru, u

 għal kull persuna legali, entità jew korp li hu inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' l-Istati Membri.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

Websites għal informazzjoni dwar awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 2a u 7a u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: (32 2) 295 55 85, 299 11 76

Fax: (32 2) 299 08 73



( 1 ) ĠU L 334, tal-11.12.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.