02003L0096 — MT — 10.01.2023 — 003.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283 31.10.2003, p. 51) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 157 |
87 |
30.4.2004 |
||
|
L 157 |
100 |
30.4.2004 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/552 tas-6 ta' April 2018 |
L 91 |
27 |
9.4.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2521 tal-20 ta’ Diċembru 2022 |
L 326 |
57 |
21.12.2022 |
|
Ikkoreġuta bi:
|
Rettifika, ĠU L 90328, 3.6.2024, p. 1 (tal-Kunsill 2003/96/KE) |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/96/KE
tas-27 ta' Ottubru 2003
li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku
(Test b'relevanza ma' ŻEE)
Artikolu 1
Stati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku skond din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-terminiloġija “prodotti ta' enerġija” għandha tapplika għall-prodotti:
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 1507 sa 1518 , jekk dawn il-prodotti se jintużaw bħala karburant li jsaħħan u karburant tal-karozzi;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701 , 2702 u 2704 sa 2715 ;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2901 u 2902 ;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2905 11 00 , li ma għandhomx oriġini sintetika, jekk dawn se jintużaw bħala karburant li jsaħħan u karburant tal-karozzi;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 3403 ;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 3811 ;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM 3817 ;
li huma deskritti taħt Kodiċi NM ►M3 3824 99 86 , 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93 , 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90 ◄ bħala karburant li jsaħħan u karburant tal-karozzi.
Din id-Direttiva tapplika ukoll għal:
Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull prodott li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat bħala karburant tal-karozzi, jew bħala addittiv jew sustanza miżjuda fil-karburanti tal-karozzi, għandu jiġi intaxxat bl-istess rata tal-karburant tal-karozzi.
Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull idrokarbonju ieħor, minbarra l-pit, li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat biex isaħħan għandu jiġi intaxxat b'rata ekwivalenti ta' prodott ta' enerġija.
Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
tassazzjoni tal-ħruġ tas-sħana u t-tassazzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 4401 sa 4402 ;
l-użu kif imniżżel hawn taħt ta' prodotti ta' enerġija u elettriku:
Għandha tittieħed deċiżjoni biex taġġorna darba kull sena il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda fuq prodotti msemmija f'din id-Direttiva skon dil-proċedura mniżżla fl-Artikolu 27. Id-deċizzjoni ma għandhiex tirriżulta f'tibdil fir-rati minimi tat-taxxa li japplikaw f'din id-Direttiva jew għaż-żieda jew tneħħija ta' prodotti ta' enerġija jew elettriku.
Artikolu 3
Referenzi għad-Direttiva 92/12/KEE għal “żjut minerali” u “taxxa tas-Sisa”, jekk kemm-il darba tapplika għal żjut minerali, għandha tiġi interpretata li tkopri il-prodotti ta' enerġija kollha, elettriku u taxxi indiretti nazzjonali li hemm riferenza għalihom rispettivament f'L-Artikoli 2 u 4(2) ta' din id-Direttiva.
Artikolu 4
Artikolu 5
Jekk kemm-il darba dawn jirrispettaw il-livelli minimi ta' tasazzjoni kif preskritti minn din id-Direttiva u li huma kompatibbli mal-liġi tal-Kummunità, rati differenti ta' tassazzjoni jistgħu jiġu applikati minn Stati Membri, taħt kontoll fiskali, fil-każijiet li ġejjin:
Artikolu 6
Stati Membri għandhom ikunu liberi li jpoġġu fis-seħħ l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis fil-livell ta' tassazzjoni kif preskritti minn din id-Direttiva, jew:
direttament,
u permezz ta' rata li tvarja,
ukoll
permezz ta' rifużjoni kollha jew parti ta' l-ammont ta' tassazzjoni.
Artikolu 7
Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta il-Parlament Ewropew, għandu, fuq il-bażi ta' rapport u proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi fuq il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli fuq in-nafta għall-perjodu ieħor li jibda mill-1 ta' Jannar 2013.
“Nafta kummerċjali użata bħala propellant” għandha tfisser nafta użata bħala propellant għall-skopijiet kif imniżżla hawn taħt:
il-ġarr ta' oġġetti għall-kiri jew għar-rigal, jew għall-persuna stess, permezz ta' karozzi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq li l-piż massimu permissibli huwa ta' mhux inqas minn 7,5 tunnellati;
il-ġarr ta' passiġġieri, kemm permezz ta' servizz regolari jew okkażjonali, permezz ta' vettura fil-kategorija M2 jew kategorija M3, kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-aprossimazzjoni tal-liġijiet ta' Stati Membri li jsemmu it-tip approvat ta' karozzi u l-karrijiet tagħhom ( 3 ).
Artikolu 8
Dan l-Artikolu għandu japplika għall-skopijiet industrijali u kummerċjali kif imsemmija hawn taħt:
xogħol agrikolu, ortikulturali jew pixxikulturali, u fil-foresti;
magni stazzjonarji;
impjant u makkinarju użati fil-kostruzzjoni, inġinerija ċivili u xogħlijiet pubbliċi;
vetturi intenzjonati għall-użu mhux fuq triq pubblika jew li għadhom ma ngħatawx permess biex jintużaw l-iktar fi triq pubblika.
Artikolu 9
Artikolu 10
Artikolu 11
L-attivitajiet ekonomiċi ikopru l-attivitajiet kollha ta' produtturi, negozjanti u persuni li jfornu servizzi li jinkludu xogħol fil-minjieri u attività agrikulturali u attività professjonali.
Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u istituzzjonijiet oħra immexxija mill-liġi pubblika ma għandhomx jiġu kkonsidrati bħala entitajiet kummerċjali fil-każ ta' attivitajiet u operazzjonijiet li huma jieħdu ħsieb bħala awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, meta huma ikunu okkupati f'dawn l-attivitajiet u operazzjonijiet, huma għandhom jiġu kkonsidrati bħala negozju fil-każ ta' dawn l-attivitajiet jew operazzjonijiet u li f'każ li ma jkunux ikkonsidrati bħala negozju dan jista' jwassal għal tfixkil sostanzjali fil-kompetizzjoni.
Artikolu 12
Artikolu 13
Artikolu 14
Barra d-disposizzjonijiet ġenerali kif imniżżla f”Direttiva 92/12/KEE fuq użijiet eżenti ta' prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b'kondizzjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta' dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:
prodotti ta' enerġija u elettriku użati biex jipproduċu elettriku u elettriku użat biex iżomm il-produzzjoni ta' l-elettriku. Madankollu, Stati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta' politika dwar l-ambjent, jissotomettu dawn il-prodotti għall-tassazzjoni mingħajr ma joqgħodu jirrispettaw il-livelli minimi ta' tassazzjoni kif imniżżla f'din id-Direttiva. F'każ bħal dan, it-tassazzjoni ta'dawn il-prodotti ma għandhiex tiġi ikkonsidrata sabiex tissodisfa il-livell minimu ta' tassazzjoni fuq l-elettriku kif imniżżel fl-Artikolu 10;
prodotti ta' enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta' navigazzjoni bl-ajru barra minn safar b'mod privat u għall-divertiment.
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva “safar privat u għall-divertiment” għandu jfisser l-użu ta' ajruplan minn sidu jew il-persuna naturali jew ġuridika li jgawdi mill-użu tiegħu permezz ta' kiri jew mezzi oħra, għall-skopijiet oħra mhux kummerċjali u b'mod partikolari dak li ma għandux jaqsam ma ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti jew fornitura ta' servizzi bil-ħlas jew għall-iskopijiet ta' awtoritajiet pubbliċi.
Stati Membri jistgħu jillimitaw l-iskop ta' din l-eżenzjoni għall-provvisti ta' karburant tal-jet (Kodiċi NM 2710 19 21 );
prodotti ta' enerġija forniti għall-użu ta' karburant għall-skopijiet ta' navigazzjoni fl-ibħra ġewwa l-Komunità(tinkludi s-sajd), barra minn dgħajjes għall-użu privat jew għall-divertiment, u elettriku magħmul abbord xi dgħajsa.
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva “dgħajsa għall-użu privat jew għall-divertiment” għandha tfisser kull dgħajsa użata mis-sid tagħha jew il-persuna naturali jew ġuridika li tgawdi mill-użu tagħha permezz ta' kiri jew mezzi oħra, għall-skopijiet oħra mhux kummerċjali u b'mod partikolari dak li ma għandux jaqsam ma' ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti jew fornitura ta' servizzi bil-ħlas jew għall-iskopijiet ta' awtoritajiet pubbliċi.
Artikolu 15
Mingħajr preġudizzju għall-provissjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri jistgħu japlikaw taħt kontroll fiskali l-eżenzjonijiet jew tnaqqis kollu jew parti minnu fil-livell ta' tassazzjoni għal:
prodotti taxxabli użati taħt kontroll fiskali fil-qasam ta' proġetti pilota għall-żvilupp teknoloġiku ta' iktar prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew dawk li għandhom “jaqsmu ma” karburanti minn riżorsi renovabbli;
elettriku:
prodotti ta' enerġija u elettriku użati għall-ġenerazzjoni ta' sħana u kapaċità kkombinati;
elettriku magħmul minn ġenerazzjoni ta' sħana u kapaċità kkombinati, jekk kemm-il darba il-ġeneraturi kkombinati ma jagħmlux ħsara lil ambjent. Stati Membri jistgħu japplikaw definizzjonijiet nazzjonali ta' “ma jagħmlux ħsara lil ambjent” (jew effiċjenza għolja) koġenerazzjoni tal-produzzjoni sa ma l-Kunsill, fuq il-bażi ta' rapport u proposta mill-Kummissjoni, unanimament jadotta definizzjoni komuni;
prodotti ta' enerġija u elettriku użati għall-ġarr ta' oġġetti u passiġġiera bil-ferrovija, metro, tramm u karozza tal-linja li taħdem bl-elettriku;
prodotti ta' enerġija forniti għall-użu bħala karburant għall-navigazzjoni f'baħar ġewwa l-pajjiż (tinkludi s-sajd) barra minn dgħajsa għall-użu privat jew għall-divertiment u elettriku magħmul abbord xi dgħajsa;
Gass naturali fi Stati Membri fejn is-sehem ta'gass naturali fil-konsum finali ta' enerġija kien inqas minn 15 % fl-2000;
L-eżenzjonijiet totali jew parzjali jistgħu japplikaw għall-perjodu massimu ta' għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jew sakemm is-sehem nazzjonali ta' gass naturali fil-konsum finali ta' enerġija jilħaq il-25 %, liema wieħed jiġi qabel. Madankollu, hekk kif is-sehem nazzjonali ta' gass naturali fil-konsum finali ta' enerġija jilħaq l-20 %, l-Istati Membri konċernati għandhom japplikaw b'mod strett livell ta' tassazzjoni pożittiva, li għandha tiżdied kull sena biex b'hekk tintlaħaq għall-inqas ir-rata sa l-aħħar tal-perjodu msemmi iktar ‘il fuq.
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet totali jew parzjali jew tnaqqis għall-gass naturali seperatament għall-Irlanda ta' Fuq;
l-elettriku, gass naturali, faħam u karburanti solidi użati għad-djar u/jew minn organizzazzjonijiet rikonnuxuti bħala karitatevoli mill-Istati Membri konċernati. Fil-każ ta' organizzazzjonijiet karitatevoli, Stati Membri jistgħu jillimitaw l-eżenzjoni jew tnaqqis għall-użu għall-iskop ta' attivitajiet mhux kummerċjali. Fejn isir użu doppju, it-tassazzjoni għandha tiġi applikata f'proporzjon ma' kull tip ta' użu. Jekk xi użu huwa bla valur, jista' jiġi trattat bħala nil;
gass naturali u LPG użati bħala propellant;
karburanti tal-karozzi użati fil-qasam tal-manifattura, żvilupp, ittestjar u manteniment ta' ajruplani u bastimenti;
karburanti tal-karozzi użati għall-tħammil tal-ħama f'kanali navigabbli jew fil-portijiet;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2705 użati sabiex isaħħnu.
Fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta' Jannar 2008 jeżamina jekk il-possibilità li tiġi applikata livell ta' tassazzjoni sa zero tiġix mneħħija.
Artikolu 16
Stati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, japplikaw xi eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta' tassazzjoni taħt kontroll fiskali fuq prodotti taxxabli li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 fejn dawn il-prodotti ikunu magħmula minn, jew ikollhom, wieħed jew iktar minn dawn il-prodotti li ġejjin:
Stati Membri jistgħu ukoll japplikaw taxxa mnaqqsa ta' tassazzjoni taħt kontroll fiskali fuq il-prodotti taxxabli li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 fejn dawn il-prodotti għandhom kontenut ta' ilma (Kodiċi NM 2201 u ►M3 2853 90 10 ◄ ).
“Bijomass” għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta' prodotti, skart u fdalijiet ta' l-agrikultura (u tinkludi sustanzi veġetali u ta' l-annimali), forestrija u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta' skart industrijali u muniċipali.
Il-livelli ta' tassazzjoni li jiġu applikati mill-Istati Membri fuq il-prodotti magħmula minn jew li għandhom kontenut ta' prodotti riferuti fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu inqas mill-livelli minimi speċifikati fl-Artikolu 4.
Bħala parti minn program multiannwali awtorizzat minn xi awtorità amministrattiva qabel il-31 ta' Diċembru 2012, Stati Membri jistgħu japplikaw l-eżenzjoni jew tnaqqis taħt paragrafu 1 wara il-31 ta' Diċembru 2012 u sa l-aħħar tal-programm multiannwali. Dan il-perjodu ma jistax jiġi mġedded.
Artikolu 17
Jekk kemm-il darba il-livelli minimi ta' tassazzjoni preskritti f'din id-Direttiva ikunu rispettati fuq livell ġenerali għal kull negozju, Stati membri jistgħu japplikaw tnaqqis fit-taxxa fuq il-konsum ta' prodotti ta' enerġija użati sabiex isaħħnu jew għall-skopijiet skond l-Artikolu 8(2)(b) u (ċ) u fuq l-elettriku fil-każijiet li ġejjin:
favur negozju konċentrat fl-enerġija
fejn ikun hemm ftehim milħuq bl-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, jew fejn skemi ta' permessi negozzjabbli jew arranġamenti ekwivalenti ikunu implimentati, jekk kemm-il darba iwasslu biex jintlaħqu l-oġġettivi dwar protezzjoni ambjentali jew titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija.
Artikolu 18
Suġġetta għall-reviżjoni minn qabel mill-Kunsill, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2006 jew fid-data speċifikata f'Annex II.
Ir-Repubblika tal-Portugal tista' tapplika perjodu transitorju sa 1 ta' Jannar 2009 biex taġġusta il-livell nazzjonali tiegħu ta' tassazzjoni fuq nafta użata bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 u sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330. Sal-31 ta' Diċembru 2009, tista' tiġi applikata ukoll rata differenti fuq użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant, jekk kemm-il darba dan ma jirriżultax f'tassazzjoni inqas minn EUR 272 kull 1 000 l u li il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni li ġew fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 ma jiġux imnaqqsa. Mill-1 ta' Jannar 2010 sa l-1 ta' Jannar 2012, tista' tiġi applikata rata differenti fuq użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant, jekk kemm-il darba dan ma jirriżultax f'tassazzjoni inqas minn EUR 302 kull 1 000 l u li il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni li ġew fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 ma jiġux imnaqqsa. Ir-rata differenzali fuq l-użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant tista' tiġi applikata ukoll għal takxis sa l-1 ta' Jannar 2012. Dwar l-Artikolu 7(3)(a), jista' japplika, sa l-1 ta' Jannar 2008, tagħbija massima permissibli ta' mhux inqas minn 3,5 tunnellati fid-definizzjoni ta' għanijiet kummerċjali.
Ir-Repubblika tal-Portugal tista' tapplika eżenzjonijiet totali jew parzjali fil-livell ta' tassazzjoni ta' l-elettriku sa l-1 ta' Jannar 2010.
Ir-Repubblika Ellenika tista' tapplika perjodu transitorju sa l-1 ta' Jannar 2010 biex jaqleb is-sistema kurrenti ta' tassazzjoni tad-dħul ta' l-elettriku f'sistema ta' tassazzjoni tal-ħruġ u biex jintlaħaq il-livell minimu ġdid ta' tassazzjoni fuq il-petrol.
Ir-Repubblika Ellenika tista' tapplika perjodu transitorju sa l-1 ta' Jannar 2010 biex taġġusta il-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq nafta użata bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330. Sal-31 ta' Diċembru 2009, tista' tiġi applikata ukoll rata differenzata fuq użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant, jekk kemm-il darba dan ma jirriżultax f'tassazzjoni inqas minn EUR 264 kull 1 000 l u li il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni li ġew fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 ma jiġux imnaqqsa. Mill-1 ta' Jannar 2010 sa l-1 ta' Jannar 2012, tista' tiġi applikata rata differenzata fuq użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant, jekk kemm il-darba dan ma jirriżultax f'tassazzjoni inqas minn EUR 302 kull1 000 l u li il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni li ġew fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 ma jiġux imnaqqsa. Ir-rata differenzali fuq l-użu kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant tista' tiġi applikata ukoll għall-takxis sa l-1 ta' Jannar 2012. Dwar l-Artikolu 7(3)(a), jista' japplika, sa l-1 ta' Jannar 2008, tagħbija massima permissibli ta' mhux inqas minn 3,5 tunnellati fid-definizzjoni ta' għanijiet kummerċjali.
Ir-Repubblika Franċiża tista' tapplika għall-perjodu transitorju sa l-1 ta' Jannar 2009 biex tadatta is-sistema preżenti tagħha fuq l-elettriku għad-disposizzjonijiet mniżżla f'din id-Direttiva. Waqt dan il-perjodu, il-livell ta' medja globali tat-tassazzjoni lokali u preżenti fuq l-elettriku għandha tiġi kkonsidrata biex tara jekk ir-rati minimi mniżżla f'din id-Direttiva humiex rispettati.
L-Artikolu 18a
Bla ħsara għal rivista minn qabel mill-Kunsill, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006 jew fid-data speċifikata fl-Anness III.
Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.
Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika eżenzjoni totali mit-tassazzjoni tal-ġebel tafli taż-żejt sa l-1 ta Jannar 2009. Sa l-1 ta' Jannar 2013, tista' barra minn hekk tapplika rata mnaqqsa fil-livell tat-tassazzjoni tal-ġebel tafli taż-żejt, sakemm dan ma jirriżultax f'tassazzjoni iktar baxxa minn 50 % tar-rata minimua Komunitarja rilevanti mill-1 ta' Jannar 2011.
Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzzjonli tagħha tat-tassazzjoni fuq il-ġebel tafli taż-żejt użat għal-għanijiet distrettwali tas-sħana għal-livell minimu tat-tassazzjoni.
Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannart 2010 għalbiex taqleb is-sistema korrenti tagħha ta' input ta' tassazzjoni fuq l-eletriku għal sistema ta' tassazzjoni fuq l-output ta' l-elettriku.
Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2011 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madakollu l-livell tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb ma jisatax ikun inqas minn 287 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta Mejju 2004 u mhux inqas minn 323 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.
Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant użat għal-għanijiet distrettwali tas-sħana għal-livell minimu tat-tassazzjoni.
Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq l-elettriku ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.
Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.
Ir-Repubblika tal-Lituwanja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2011 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madankollu l-livell tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb ma jistax ikun inqas minn 287 EUR gal kull 1 000 litru mill-1 ta Mejju 2004 u mhux inqas minn 323 EUR gal kull 1 000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.
Ir-Repubblika ta' Malta tista tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju wżati bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 330 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madankollu, l-livelli tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju ma għandhomx ikunu inqas minn 245 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.
Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb u fuq il-petrol biċ-ċomb għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livelli tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb u fuq il-petrol biċ-ċomb ma għandhomx ikunu inqas minn 287 EUR għal kull 1 000 litru u 337 EUR għal kull 1 000 litru rispettivament mill-1 ta Mejju 2004.
Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-gass naturali wżat bħala karburant tas-sħana għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, ir-rati effettivi tat-taxxa applikati għall-gass naturali ma għandhomx ikunu inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta Jannar 2007.
Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-karburant solidu għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, ir-rati effettivi tat-taxxa applikati għall-gass naturali ma għandhomx ikunu inqas minn 50 % tar-rati minimi omunitarji rilevanti mill-1 ta Jannar 2007.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass użat bħala propellant għal-livell minimu l-ġdid ta' 302 EUR għal kull 1 000 litru u sa l-1 ta' Jannar 2012 sabiex jilħaq it-330 EUR. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass ma għandux ikun inqas minn 245 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn 274 EUR għal kull 1 000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2008 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 15-il EUR għal kull 1 000 kg. Madankllu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant ma għandux ikun inqas minn 13-il EUR għal kull 1 000 kg mill-1 ta Mejju 2004.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2012 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2012 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk użati għall-għanijiet oħra tas-sħana għajr is-sħana distrettwali għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista', sa l-1 ta' Jannar 2008, tapplika eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet totali jew parzjali għaż-żejt tal-gass użat bħala karburant tas-sħana fl-iskejjel, l-iskejjel tan-nuna (nursery) u utilitajiet oħra pubbliċi, rigward l-attivitjiet jew it-transazzjonijiet li fihom jindaħlu bħala awtoritajiet pubbliċi.
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2006 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku fil-qafas Komunitarju.
Ir-Repubblika Slovakka tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-karburanti solidi għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq il-karburant solidu ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.
Article 18b
Ir-Repubblika ta' Ċipru tista' tapplika perijodu ta' transizzjoni sa l-1 Jannar 2010 biex taġġusta l-livelli minimi ta' tassazzjoni tagħha fuq petrol bla ċomb użat bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 359 għal kull 1000 l. Madankollu, il-livell ta' tassazzjoni fuq petrol bla ċomb użat bħala propellant m'għandux ikun inqas minn EUR 287 għal kull 1000 l mill-1 Mejju 2004.
Artikolu 19
Stat Membru li jixtieq jintroduċi din il-miżura għandu jinforma il-Kummissjoni u għandu ukoll jipprovdi lil Kummissjoni bl-informazzjoni kollha relevanti u neċessarja.
Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba, u tieħu in konsiderazzjoni, inter alia, l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern, il-ħtieġa li tassigura kompetizzjoni ġusta u politiki tal-Komunità dwar saħħa, ambjent, enerġija u trasport.
Fi żmien tliet xhur milli tirċievi l-informazzjoni kollha relevanti u neċessarja, il-Kummissjoni għandha jew tippreżenta proposta għall-awtorizzazzjoni ta' miżura ta' dan it-tip mill-Kunsill jew, inkella, tinforma lill-Kunsill bir-raġunijiet għala ma għamlitx proposta għall-awtorizzazzjoni ta' miżura ta' dan it-tip.
Artikolu 20
Il-prodotti ta' enerġija li ġejjin biss għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' kontroll u moviment tad-Direttiva 92/12/KEE:
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 1507 sa 1518 , jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala karburant li jsaħħan jew karburant tal-karozzi;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2707 10 , 2707 20 , 2707 30 u 2707 50 ;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM ►M3 2710 12 sa 2710 19 68 u 2710 20 sa 2710 20 39 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)) ◄ . Madankollu, għal dawk il-prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM ►M3 2710 12 21 ◄ , ►M3 2710 12 25 ◄ u ►M3 2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)) ◄ , id- disposizzjonijiet ta' kontroll u moviment għandhom japplikaw biss għall-movimenti ta' volum kbir u kummerċjali;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2711 (ħlief 2711 11 , 2711 21 u 2711 29 );
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2901 10 ;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2902 20 , 2902 30 , 2902 41 , 2902 42 , 2902 43 u 2902 44 ;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2905 11 00 , li mhumiex ta' oriġini sintetika, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala karburant li jsaħħan jew karburant tal-karozzi;
prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM ►M3 3824 99 86 , 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93 , 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90 ◄ jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala karburant li jsaħħan jew karburant tal-karozzi.
Artikolu 21
Minkejja l-ewwel subparagrafu, Stati Membri għandhom id-dritt li jiddeterminaw l-att li jwassal għal ħlas, fil-każ fejn ma jkunx hemm konnessjonijiet bejn il-linji tal-pajpijiet tal-gass tagħhom u dawk ta' Stati Membri oħra.
Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess għandha tiġi kkonsidrata bħala distributur. Minkejja l-Artikolu 14(1)(a), Stati Membri jistgħu jeżentaw produtturi żgħar ta' l-elettriku jekk kemm-il darba huma jintaxxaw il-prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' dik l-elettriku.
Bl-għan li japplikaw l-Artikoli 5 u 6 ta' Direttiva 92/12/KEE, faħam, kokk u faħam artab kannella għandhom ikunu suġġetti għall-tassazzjoni u għandha ssir pagabbli meta ssir il-fornitura mill-kumpaniji, li għandhom ikunu reġistrati għal dan il-għan mill-awtoritajiet relevanti. Dawk l-awtoritajiet jistgħu iħallu lill-produttur, negozjant, importatur jew rappreżentat fiskali biex tissostitwixxi il-kumpanija reġistrata għall-obbligi fiskali imposti fuqha. It-taxxa għandha ssir u tinġabar skond il-proċeduri mniżżla minn kull Stat Membru.
Stati Membri jistgħu ma jittrattawx bħala “produzzjoni ta' prodotti ta' enerġija”:
operazzjonijiet li f'waqthom kwantitajiet żgħar ta' prodotti ta' enerġija jinkisbu inċidentalment;
operazzjonijiet li permezz tagħhom min qed juża xi prodott ta' enerġija jagħmel l-użu tiegħu mill-ġdid possibli fl-impriża tiegħu jekk kemm-il darba it-tassazzjoni li tkun diga' mħallsa fuq dan il-prodott ma tkunx inqas mit-tassazzjoni li tkun dovuta jekk il-prodott ta' enerġija li reġa' ġie użat kien mill-ġdid suġġett għat-tassazzjoni;
operazzjoni li tikkonsisti f'taħlit, barra minn stabbiliment ta' produzzjoni jew tax warehouse, prodotti ta' enerġija ma prodotti oħra ta' enerġija jew materjali oħra, jekk kemm-il darba:
it-tassazzjoni fuq il-komponenti kienet imħallsa minn qabel; u
l-ammont imħallas ma huwiex inqas mill-ammont ta' taxxa li tkun dovuta fuq u t-taħlita.
Il-kondizzjoni taħt (i) ma għandhiex tapplika fejn it-taħlita tkun eżentata għal xi użu speċifiku.
Artikolu 22
Meta r-rati ta' tassazzjoni jinbidlu, stokks ta' prodotti ta' enerġija li jkunu diġa' rilaxxati għall-konsum tista' tkun suġġetta għall-żieda jew tnaqqis fit-taxxa.
Artikolu 23
Stati Membri jistgħu jagħmlu rifużjoni ta' l-ammonti ta' tassazzjoni li jkunu diġa' mħallsa fuq prodotti ta' enerġija kkontaminati jew mħallta aċċidentalment li jintbagħtu lura lil xi tax warehouse għal riċiklaġġ.
Artikolu 24
Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu,
Artikolu 25
Artikolu 26
L-informazzjoni provduta lil Kummissjoni buq il-bażi ta' din id-Direttiva ma tħollx lil Stati Membri mill-obligi ta' notifikazzjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.
Artikolu 27
Il-perjodu imniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 28
Artikolu 29
Il-Kunsill, li jaġixxi fuq il-bażi ta' xi rapport u, fejn xieraq, xi proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina perjodikament l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis u l-livelli minimi ta' tassazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva, jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta il-miżuri neċessarji. Ir-rapport mill-Kummissjoni u l-konsiderazzjoni tal-Kunsill għandhom jaraw l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern, il-valur propju tal-livelli minimi ta' tassazzjoni u l-oġġettivi wiesgħa tat-Trattat.
Artikolu 30
Minkejja l-Artikolu 28(2), Direttivi 92/81/KEE u 92/82/KEE għandhom jiġu mneħħija mill-31 ta' Diċembru 2003.
Referenzi għal direttivi mħassra għandhom jinftiehmu referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 31
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Tabella A. – Livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli fuq karburanti tal-karozzi
|
|
fl-1 ta' Jannar 2004. |
fl-1 ta' Jannar 2010. |
|
Petrol biċ-ċomb (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM ►M3 2710 12 31 ◄ , ►M3 2710 12 51 ◄ u ►M3 2710 12 59 ◄ |
421 |
421 |
|
Petrol bla ċomb (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM ►M3 2710 12 31 ◄ , ►M3 2710 12 41 ◄ , ►M3 2710 12 45 ◄ u ►M3 2710 12 49 ◄ |
359 |
359 |
|
Nafta (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM ►M3 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19 ◄ |
302 |
330 |
|
Pitrolju (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM 2710 19 21 u 2710 19 25 |
302 |
330 |
|
LPG (bl-euro kull 1 000 kg) Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 |
125 |
125 |
|
Gass Naturali (bl-euro kull gigajoule gross valur kalorifiku) Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 |
2,6 |
2,6 |
Tabella B. – Livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli fuq karburanti tal-karozzi użati għall-iskop kif imniżżel fl-Artikolu 8(2)
|
Nafta (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM ►M3 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19 ◄ |
21 |
|
Pitrolju (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM 2710 19 21 u 2710 19 25 |
21 |
|
LPG (bl-euro kull 1 000 kg) Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 |
41 |
|
Gass Naturali (bl-euro kull gigajoule gross valur kalorifiku) Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 |
0,3 |
Tabella C. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli fuq karburanti li jsaħħnu u elettriku
|
|
Użu għan-negozju |
►C1 Użu mhux għan-negozju ◄ |
|
Nafta (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM ►M3 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19 ◄ |
21 |
21 |
|
Żejt tqil għall-magni (bl-euro kull 1 000 kg) Kodiċi NM ►M3 2710 19 62 sa 2710 19 68 u 2710 20 31 sa 2710 20 39 ◄ |
15 |
15 |
|
Pitrolju (bl-euro kull 1 000 l) Kodiċi NM 2710 19 21 u 2710 19 25 |
0 |
0 |
|
LPG (bl-euro kull 1 000 kg) Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 |
0 |
0 |
|
Gass naturali (bl-euro kull gigajoule gross valur kalorifiku) Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 |
0,15 |
0,3 |
|
Faħam u kokk (bl-euro kull gigajoule gross valur kalorifiku) Kodiċi NM 2701 , 2702 u 2704 |
0,15 |
0,3 |
|
Elettriku (bl-euro kull MWh) Kodiċi NM 2716 |
0,5 |
1,0 |
ANNESS II
Rati mnaqqsa ta' tassazzjoni u eżenzjonijiet minn tassazzjoni ta' dan it-tip riferuti fl-Artikolu 18(1)
1. BELĠJU:
2. DANIMARKA:
3. ĠERMANJA:
4. GREĊJA:
5. SPANJA:
6. FRANZA:
7. IRLANDA:
8. ITALJA:
9. LUSSEMBRGU:
10. OLANDA
11. AWSTRIJA:
12. PORTUGAL:
13. FINLANDA:
14. ŻVEZJA:
15. INGILTERRA:
L-ANNESS III
Ir-rati mnaqqsa tat-tassazzjon u l-eżenzjnjiet minn din it-tassazzjoni riferiti fl-Artkolu 18a(1):
Il-Latvija
Il-Lituwanja
L-Ungerija
Malta
Il-Polonja
( 1 ) ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar amendat mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) No 29/2002 (ĠU L 6, ta' l-10.1.2002, p. 3).
( 2 ) ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.
( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.