2003L0091 — MT — 22.07.2011 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE

tas-6 ta’ Ottubru 2003

li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)

(ĠU L 254, 8.10.2003, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Diċembru 2006

  L 343

82

8.12.2006

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007

  L 195

33

27.7.2007

 M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Awwissu 2008

  L 219

55

14.8.2008

 M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009

  L 202

29

4.8.2009

 M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010

  L 169

7

3.7.2010

►M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/68/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-1 ta’ Lulju 2011

  L 175

17

2.7.2011




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE

tas-6 ta’ Ottubru 2003

li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħaxix ( 1 ), kif ġie emend minn Direttiva 2003/61/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/168/KEE ta’l-14 ta’ April 1972 tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti ta’ħaxix ( 3 ), kif ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE ( 4 ) tistabbilixxi, wara li tikkonsidra l-aċċettazzjoni uffiċjali tat-tipi differenti fil-katalgi ta’l-Istati Membri, l-karatteristiċi li għandhom jiġu meqjusa bħala minimu mill-eżami ta’ speċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet..

(2)

Linji gwida ta’ prova rigward il-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet differenti li ġew stabbiliti mill-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjeta tal-pjanti ( 5 ), kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 ( 6 ), rigward ċerti speċi.

(3)

Linji gwida ta’ prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti jeżistu fuq il-livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta’prova.

(4)

Id-Direttiva 72/168/KEE ġiet emendata minn Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’ prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet ta’ l-Istati Membri, sakemm kienu ġew stabbiliti l-linji ta’gwida tal-CPVO. Minn dak iż-żmien il-CPVO ħarġet linji ta’gwida għal numru ta’speċi oħrajn.

(5)

Huwa xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’prova ta’ CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet, bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalogi nazzjonali ta’l-Istati Membri.

(6)

Huwa xieraq li s-sistema tal-Komunità tkun ibbażata fuq il-linji gwida ta’prova tal-UPOV, sakemm il-CPVO ma tkunx għada żviluppat linji ta’ gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għall-ispeċi li m’humiex inklużi fi ħdan din id-Direttiva.

(7)

Id-Direttiva 72/168/KEE għandha għaldaqstant tiġi mħassra.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żerriegħa u Materjal ta’Tnissil għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u Forestrija.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal din l-inklużjoni f’katalgu nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2002/55/KE ta’varjetajiet ta’speċji ta’ħaxix li jaderixxu l-ħtiġijiet imniżżla fil-paragrafu 2.

2.  Rigward preċiżjoni, stabilitá u uniformitá:

(a) l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-‘Protokoll għall-provi ta’preċiżjoni, stabilitá u uniformitá’ tal-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) imniżżla f’dak l-Anness;

(b) l-ispeċi mniżżla fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta’ prova għas-seħħ ta’provi ta’ preċiżjoni, stabbilitá u uniformitá ta’l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) mniżżla f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet tad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.

Artikolu 4

Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fil-pront.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fl-oqsma li jaqghu taħt din id-Direttiva..

Artikolu 6

1.  Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew

(a) Direttiva 72/168/KEE jew

(b) il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.

2.  Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’

(a) Direttiva 72/168/KEE jew fil-

(b) linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M6




ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO



Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/1 tal-1.4.2009

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Krafes

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 tal-11.3.2010

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Brussels sprouts

TP 54/2 tal-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 tas-16.2.2011

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/1 tal-21.3.2007

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita pepo L.

Qargħa bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 tas-16.2.2011

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadama

TP 44/3 tal-21.3.2007

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/3 tat-1.4.2009

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 tal-11.3.2010

Raphanus sativus L.

Rravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/3 tal-11.3.2010

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Insalata tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).




ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV



Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b’weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TG/155/4rev tat-28.3.2007 + 1.4.2009

Raphanus sativus L.

Ravanell iswed

TG/63/6 tal-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Rubarbru

TG/62/6 tal-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TG/116/4 tal-24.3.2010

It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).



( 1 ) ĠU L 193, ta’ l-20.07.02, p. 23.

( 2 ) ĠU L 165, tat-03.07.03, p. 23.

( 3 ) ĠU L 103, tat-02.05.72, p. 6.

( 4 ) ĠU L 37, tas-07.02.02, p. 7.

( 5 ) ĠU L 227, ta’ l-01.09.94, p. 1.

( 6 ) ĠU L 245, tad-29.09.03, p. 28.