02003L0090 — MT — 01.01.2023 — 016.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254 8.10.2003, p. 7) |
Emendata bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE
tas-6 ta' Ottubru 2003
li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Fir-rigward taċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-uniformità:
l-ispeċi mniżżlin fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-“Protokolli għall-provi għal ċarezza, uniformità u stabbiltà” tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) imniżżlin f'dak l-Anness;
l-ispeċi mniżżlin fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta' prova għat-tmexxija ta' provi għaċ-ċarezza, uniformità u stabbilità ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) imniżżlin f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-karatteristiċi kollha tal-varjetà fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi li huma mmarkati b'asterisk (*) fil-linji gwida ta' prova msejħin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jigu użati, previst li l-osservazzjoni ta' karatteristika ma tkunx magħmula impossibbli minħabba l-espressjoni ta' kwalunkwe karatteristiċi oħra, u previst li l-espressjoni ta' karatteristika ma tkunx impossibbli minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali li fihom hi mwettqa l-prova.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' l-ispeċi mniżżlin fl-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' l-eżamijiet li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' disinn ta' prova u ta' tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta' prova msejħin f'dawk l-Annessi, jiġu sodisfatti fil-ħin ta' l-eżamijiet.
Artikolu 4
Id-Direttiva 72/180/KEE hi mħassra.
Artikolu 5
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom Ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.
Artikolu 6
Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, hemm varjetajiet li ma ġewx aċċettati biex jagħmlu parti mil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, u eżamijiet uffiċjali bdew qabel dik id-data skond id-disposizzjonijiet ta' jew
id-Direttiva 72/180/KEE jew
tal-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi,
il-varjetajiet in kwistjoni għandhom jigu meqjusa li jilħqu l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.
Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-provi wasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli stabbiliti jew
fid-Direttiva 72/180/KEE jew
fil-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO (*1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
|
Dactylis glomerata L. |
Deqquqa |
TP 31/1 tal-25.3.2021 |
|
Festuca arundinacea Schreb. |
Żwien tar-ragħa |
TP 39/1 tal-1.10.2015 |
|
Festuca filiformis Pourr. |
Żwien tan-nagħaġ tal-werqa fina |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca ovina L. |
Żwien tan-nagħaġ |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca pratensis Huds. |
Żwien tal-mergħat |
TP 39/1 tal-1.10.2015 |
|
Festuca rubra L. |
Żwien aħmar |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca trachyphylla (Hack.) Hack. |
Żwien iebes tal-ġeneru Festuca |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Lolium multiflorum Lam. |
Sikrana Taljana |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Lolium perenne L. |
Sikrana perenni |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Lolium x hybridum Hausskn. |
Sikrana ibrida |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Medicago sativa L. |
Xnien |
TP 6/1 tat-22.12.2021 |
|
Medicago x varia T. Martyn |
Xnien ir-ramel |
TP 6/1 tat-22.12.2021 |
|
Phleum nodosum L. |
Mustaċċ il-qattus |
TP 34/1 tat-22.12.2021 |
|
Phleum pratense L. |
Denb il-qattus |
TP 34/1 tat-22.12.2021 |
|
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli |
TP 7/2 Rev. 3 Corr tas-16.3.2020 |
|
Poa pratensis L. |
Mellieġ taz-zokk lixx |
TP 33/1 tal-15.3.2017 |
|
Trifolium pratense L. |
Silla ħamra |
TP 5/1 tat-22.12.2021 |
|
Vicia faba L. |
Favetta |
TP 8/1 tad-19.3.2019 |
|
Vicia sativa L. |
Ġulbiena komuni |
TP 32/1 tad-19.4.2016 |
|
Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb. |
Nevew |
TP 89/1 tal-11.3.2015 |
|
Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. |
Ravanell għall-għalf |
TP 178/1 tal-15.3.2017 |
|
Brassica napus L. (partim) |
Kolza |
TP 36/3 tal-21.4.2020 |
|
Cannabis sativa L. |
Qanneb |
TP 276/2 tal-1.2.2022 |
|
Glycine max (L.) Merr. |
Fażola tas-sojja |
TP 80/1 tal-15.3.2017 |
|
Gossypium spp. |
Qoton |
TP 88/2 tal-11.12.2020 |
|
Helianthus annuus L. |
Ġirasol |
TP 81/1 tal-31.10.2002 |
|
Linum usitatissimum L. |
Kittien/Żerriegħa tal-kittien |
TP 57/2 tad-19.3.2014 |
|
Sinapis alba L. |
Mustarda bajda |
TP 179/1 tal-15.3.2017 |
|
Avena nuda L. |
Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq |
TP 20/3 tas-6.3.2020 |
|
Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch) |
Ħafur u Ħafur aħmar |
TP 20/3 tas-6.3.2020 |
|
Hordeum vulgare L. |
Xgħir |
TP 19/5 tad-19.3.2019 |
|
Oryza sativa L. |
Ross |
TP 16/3 tal-1.10.2015 |
|
Secale cereale L. |
Segala |
TP 58/1 Rev. tas-27.4.2022 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor |
Haxix tas-Sorgu |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse |
Ħaxix tas-Sudan |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor subsp. bicolor u Sorghum bicolor subsp. drummondii |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
xTriticosecale Wittm. ex A. Camus |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Triticum ma’ speċi tal-ġeneru Secale |
TP 121/3 tas-27.4.2022 |
|
Triticum aestivum L. subsp. aestivum |
Qamħ |
TP 3/5 tad-19.3.2019 |
|
Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren |
Qamħ durum |
TP 120/3 tad-19.3.2014 |
|
Zea mays L. (partim) |
Qamħirrum |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
|
Solanum tuberosum L. |
Patata |
TP 23/3 tal-15.3.2017 |
|
(*1)
It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu). |
||
ANNESS II
Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV (*1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
|
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-għalf |
TG/150/3 tal-4.11.1994 |
|
Agrostis canina L. |
Agrostide kanina |
TG/30/6 tal-12.10.1990 |
|
Agrostis gigantea Roth |
Agrostide ġganta |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Agrostis stolonifera L. |
Agrostide rampikanti |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Agrostis capillaris L. |
Agrostide komuni |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Bromus catharticus Vahl |
Ħurtan Perenni |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
|
Bromus sitchensis Trin. |
Bromu tal-Alaska |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
|
|
|
|
|
xFestulolium Asch. et Graebn. |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Festuca ma’ speċi tal-ġeneru Lolium |
TG/243/1 tad-9.4.2008 |
|
Lotus corniculatus L. |
Qrempuċ tal-mogħoż |
TG 193/1 tad-9.4.2008 |
|
Lupinus albus L. |
Lupina bajda |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupinus angustifolius L. |
Lupina b’weraq dojoq |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupinus luteus L. |
Lupina safra |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Medicago doliata Carmign. |
Nefel tal-fergħa dritta |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago italica (Mill.) Fiori |
Nefel tal-midalja |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago littoralis Rohde ex Loisel. |
Nefel tax-xtut |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago lupulina L. |
Nefel iswed |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago murex Willd. |
Nefel tal-globu |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago polymorpha L. |
Nefel komuni |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago rugosa Desr. |
Nefel imkemmex |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago scutellata (L.) Mill. |
Nefel tal-bebbux |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago truncatula Gaertn. |
Nefel tal-fosdqa |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Trifolium repens L. |
Silla bajda |
TG/38/7 tad-9.4.2003 |
|
Trifolium subterraneum L. |
Silla sotterranja |
TG/170/3 tal-4.4.2001 |
|
Phacelia tanacetifolia Benth. |
Kampanella ta’ Kalifornja |
TG/319/1 tal-5.4.2017 |
|
Arachis hypogaea L. |
Karawett |
TG/93/4 tad-9.4.2014 |
|
Brassica juncea (L.) Czern |
Mustarda kannella |
TG/335/1 tas-17.12.2020 |
|
Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs |
Rapa tan-nevew |
TG/185/3 tas-17.4.2002 |
|
Carthamus tinctorius L. |
Għosfor |
TG/134/3 tat-12.10.1990 |
|
Papaver somniferum L. |
Peprina |
TG/166/4 tad-9.4.2014 |
|
(*1)
It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int) |
||
ANNESS III
KARATTERISTIĊI FIR-RIGWARD TA' L-EŻAMI TAL-VALUR GĦAL KULTIVAZZJONI JEW UŻU
1. Produzzjoni.
2. Reżistenza għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara.
3. Imġiba fir-rigward għal fatturi fl-ambjent fiżiku.
4. Karatteristiċi tal-kwalità.
Il-metodi użati għandhom jiġu speċifikati meta r-riżultati huma mogħtija.